EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1267

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/2007 tas- 26 ta’ Ottubru 2007 dwar kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal

OJ L 283, 27.10.2007, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1267/oj

27.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 283/53


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1267/2007

tas-26 ta’ Ottubru 2007

dwar kundizzjonijiet speċjali għall-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(6) u l-Artikolu 5(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Miżuri ta' l-intervent jistgħu jittieħdu fir-rigward tal-laħam tal-majjal jekk, fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità, il-prezz medju tal-karkassi tal-majjal ikun anqas minn 103 % tal-prezz bażiku u jkun aktarx sa jibqa' taħt dak il-livell.

(2)

Il-prezzijiet tas-suq waqgħu taħt dak il-livell u, minħabba tendenzi staġjonali u ċikliċi, din is-sitwazzjoni jkollha mnejn tibqa'.

(3)

Miżuri ta' l-intervent għandhom jittieħdu. Dawn jistgħu jiġu llimitati għall-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3444/90 tas-27 ta' Novembru 1990 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-għoti ta' l-għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal (2).

(4)

Skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2763/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ assistenza ta’ ħażna privata għal-laħam tal-majjal (3), il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tnaqqas jew testendi l-perjodu tal-ħżin. Flimkien ma' l-ammonti ta' għajnuna għal perjodi speċifiċi ta' ħżin, għandhom jiġu stabbiliti l-ammonti li jkollhom jiżdiedu jew jitnaqqsu fil-każ li l-Kummissjoni tadotta din id-deċiżjoni.

(5)

Biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol amministrattiv u ta' kontroll rigward il-konklużjoni ta' kuntratti, għandhom jiġu stabbiliti kwantitajiet minimi.

(6)

Il-garanzija għandha tiġi stabbilita f'livell li jiżgura li l-inkarigati mill-ħżin iwettqu l-obbligi kuntrattwali tagħhom.

(7)

Il-Kumitat tal-Ġestjoni għal-laħam tal-majjal ma tax opinjoni fl-iskadenza stabbilita mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mid-29 ta' Ottubru 2007, jistgħu jitressqu applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat skond ir-Regolament (KEE) Nru 3444/90. Il-lista tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna u l-ammonti rilevanti huma spjegati fl-Anness li hawn ma' dan.

2.   F'każ li l-Kummissjoni testendi jew tnaqqas il-perjodu tal-ħżin, l-ammont ta' l-għajnuna għandu jiġi aġġustat skond il-każ. Is-supplimenti u t-tnaqqis kull xahar u kull jum jingħataw fil-kolonni 6 u 7 ta' l-Anness.

Artikolu 2

Il-kwantitajiet minimi għal kull kuntratt u għal kull prodott għandhom ikunu:

(a)

10 tunnellati għal prodotti diżussati;

(b)

15-il tunnellata għal prodotti oħra.

Artikolu 3

Il-garanzija għandha tkun ta' 20 % ta' l-ammont ta' għajnuna li jingħata fl-Anness.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 333, 30.11.1990, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(3)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 19.


ANNESS

(EUR/tunnellata)

Kodiċi NM

Il-prodotti li għalihom tingħata l-għajnuna

L-ammont ta' l-għajnuna għal perjodu ta' ħżin ta'

Is-suppliment jew it-tnaqqis

3 xhur

4 xhur

5 xhur

Kull xahar

Kull jum

1

2

3

4

5

6

7

ex 0203

Il-laħam tal-ħnieżer domestiċi, frisk jew imkessaħ

 

 

 

 

 

ex 0203 11 10

In-nofs karkassi, mingħajr is-sieq ta' quddiem, id-denb, il-kliewi, il-falda l-irqiqa u s-sinsla tad-dahar (1)

278

315

352

37

1,24

ex 0203 12 11

Il-prieżet

337

379

421

42

1,41

ex 0203 12 19

L-ispallejn

337

379

421

42

1,41

ex 0203 19 11

It-trufijiet ta' quddiem

337

379

421

42

1,41

ex 0203 19 13

Il-ġenbejn, bit-tarf ta' l-għonq jew mingħajru, jew it-truf ta' l-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha (2)  (3)

337

379

421

42

1,41

ex 0203 19 15

Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari

164

197

230

33

1,09

ex 0203 19 55

Iż-żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari, mingħajr il-ġilda ta' barra u l-kustilji

164

197

230

33

1,09

ex 0203 19 55

Ir-riġlejn, l-ispallejn, it-truf ta' quddiem, il-ġenbejn, bit-tarf ta' l-għonq jew mingħajru, jew it-truf ta' l-għonq separatament, il-ġenbejn biċ-chump jew mingħajru, diżussati (2)  (3)

337

379

421

42

1,41

ex 0203 19 55

Il-qatgħat li jikkorrispondu għan-“nofsijiet”, bil-ġilda ta' barra jew bix-xaħam jew mingħajrhom, diżussati (4)

255

290

325

35

1,17


(1)  L-għajnuna tista' tingħata wkoll għan-nofs karkassi ppreżentati bħala Wiltshire sides, jiġifieri mingħajr ir-ras, il-ħadd, ix-xedaq, is-saqajn, id-denb, il-grass tas-simna, il-kliewi, it-tenderloin, l-għadma ta' l-ispalla, l-isternu, is-sinsla, l-għadma pelvika u d-dijaframma.

(2)  Il-ġenbejn u t-truf ta' l-għonq jistgħu jkunu bil-ġilda ta' barra jew mingħajrha, imma s-saff tax-xaħam ta' magħha ma għandux jaqbeż fond ta' 25mm.

(3)  Il-kwantità kkuntrattata tista' tkopri kull tagħqida tal-prodotti msemmija.

(4)  L-istess preżentazzjoni bħall-prodotti koperti bil-kodiċi NM 0210 19 20.


Top