EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0616

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l- 4 ta’ Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

OJ L 142, 5.6.2007, p. 3–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 040 P. 201 - 209

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R0760

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/616/oj

5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 142/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 616/2007

ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007

dwar il-ftuħ u l-mod ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/360/KE tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ ftehimiet fil-forma ta’ minuti maqbula rigward l-emenda tal-konċessjonijiet previsti għal-laħam tat-tjur, bejn il-Komunità Ewropea u, rispettivament, ir-Repubblika Federali tal-Brażil u r-Renju tat-Tajlandja, skond it-Titolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi Doganali u l-Kummerċ (GATT 1994) (2), u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ftehimiet konklużi fil-forma ta’ minuti maqbula bejn il-Komunità Ewropea u, rispettivament, ir-Repubblika Federali tal-Brażil u r-Renju tat-Tajlandja, skond it-Titolu XXVIII tal-GATT 1994, rigward l-emenda tal-konċessjonijiet previsti għal dak li jirrigwarda t-tjur, fil-lista tal-Komunità CXL annessa mal-GATT 1994, approvati bid-Deċiżjoni 2007/360/KE, il-Komunità għandha tiftaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ ċerti kwantitajiet ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur. Parti kbira minn dawn il-prodotti hija allokata lill-Brażil u lit-Tajlandja, u l-bqija għal pajjiżiżż terzi oħra.

(2)

Għandhom japplikaw ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta’ Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (3) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji ta’ l-importazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni (4), ħlief fejn dan ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

(3)

Sabiex tkun żgurata r-regolarità ta’ l-importazzjoni, għall-akbar kwantitajiet koperti mill-kwoti tariffarji, jeħtieġ li l-perjodu tal-kwoti mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara jinqasam f'diversi perjodi sekondarji. F'kull każ, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jillimita l-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni sa l-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 580/2007 tad-29 ta’ Mejju 2007 dwar il-konklużjoni ta’ ftehimiet fil-forma ta’ minuti maqbula bejn il-Komunità Ewropea u l-Brażil u bejn il-Komunità Ewropea u t-Tajlandja, skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi Doganali u l-Kummerċ (GATT 1994), u li jimmodifika u li jikkompleta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (5), daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2007. Biex tiġi assigurata l-kontinwità fl-importazzjoni tal-laħam tat-tjur fil-Komunità, huwa xieraq li jkunu pprovduti ċerti miżuri ta’ tranżizzjoni bejn il-31 ta’ Mejju 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2007.

(5)

Huwa f'loku li l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tkun żgurata permezz ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni. Għal dan il-għan, huwa importanti li jiġu stabbiliti l-modalitajiet tal-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet u l-informazzjoni li jeħtiġilha tidher fuq l-applikazzjonijiet u l-liċenzji.

(6)

F'konformità ma’ l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2777/75 jeħtieġ li minn naħa jitqiesu l-ħtiġijiet tal-forniment tas-suq tal-Komunità u l-ħtieġa li jitħares l-ekwilibriju tiegħu, u min-naħa l-oħra li tiġi evitata kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi interessati. Il-kwantitajiet tal-kwoti ta’ l-importazzjoni li għandhom jinfetħu huma ekwivalenti għat-totalità ta’ l-importazzjoni Komunitarja tal-laħam tat-tjur. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-proċessaturi tal-laħam tat-tjur isiru eliġibbli indipendentement mill-attivitajiet tagħhom fil-kummerċ mal-pajjiżi terzi, u li jkunu jistgħu japplikaw għal liċenzji ta’ l-importazzjoni. Ir-riskju inerenti ta’ l-ispekulazzjoni fis-sistema kkonċernata fis-settur tal-laħam tat-tjur iwassal biex jiġu determinati l-kundizzjonijiet preċiżi għall-aċċess ta’ l-operaturi għas-sistema msemmija.

(7)

Biex tiġi żgurata ġestjoni adegwata tal-kwoti tariffarji, jeħtieġ li s-somma tal-garanzija marbuta mal-liċenzji ta’ l-importazzjoni tiġi definita fil-livell ta’ EUR 50 kull 100 kilogramma.

(8)

Fl-interess ta’ l-operaturi, huwa f'loku li jiġi pprovdut li l-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kwantitajiet li għalihom ma ssir l-ebda applikazzjoni, u li jiżdiedu mal-perjodu sekondarju ta’ wara.

(9)

It-tqegħid fil-kummerċ liberu tal-prodotti importati fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa b'dan ir-Regolament preżenti jeħtieġlu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet Brażiljani u Tajlandiżi skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi iil-Kodiċi Doganali Komunitarju (6).

(10)

Fid-dawl tal-fatt li l-perjodu u l-perjodi sekondarji tal-kwoti jibdew fl-1 ta’ Lulju 2007, u li l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jeħtiġilhom jitressqu qabel din id-data, huwa f'loku li jiġi pprovdut li dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(11)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament preżenti huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tariffarji li jidhru fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament b'dan huma miftuħa għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fil-ftehimiet bejn il-Komunità u l-Brażil u t-Tajlandja, approvati bid-Deċiżjoni 2007/360/KE.

Il-kwoti tariffarji għandhom jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu li jibda mill-1 ta’ Lulju u jdum sat-30 ta’ Ġunju.

2.   Il-kwantità ta’ prodotti li jgawdu mill-kwoti msemmija fil-paragrafu 1, ir-rata tad-dazju doganali applikabbli, in-numri tas-serje kif ukoll in-numri tal-grupp korrispondenti huma definiti fl-Anness I.

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw, ħlief meta dan ir-Regolament preżenti jipprovdi mod ieħor.

Artikolu 3

1.   Bl-eċċezzjoni tal-grupp 3, il-kwantità stabbilita għall-perjodu annwali tal-kwota għandu jinqasam kif ġej, f'erba' perjodi sekondarji:

a)

30 % mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru;

b)

30 % mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru;

c)

20 % mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu;

d)

20 % mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju;

2.   Il-kwantità annwali stabbilita għall-grupp 3 ma tinqasamx f'perjodi sekondarji.

Artikolu 4

1.   Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikant għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni, x'ħin iressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandu jagħti l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-Artikolu 5 imsemmi, ikun importa jew esporta talanqas 50 tunnellata ta’ prodotti li jkunu jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

2.   B'deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 kif ukoll mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu preżenti, l-applikant għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni, x'ħin iressaq l-ewwel applikazzjoni tiegħu rigward perjodu tal-kwota partikolari, għandu jagħti l-prova li, matul kull wieħed miż-żewġ perjodi msemmija fl-imsemmi Artikolu 5, ikun ipproċessa talanqas 1 000 tunnellata ta’ laħam tat-tjur li jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-NM 0207 jew 0210, fi preparazzjonijiet abbażi ta’ laħam tat-tjur li jaqgħu taħt il-kodiċijiet 1602 li jaqgħu taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2777/75.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “proċessatur” tfisser kull persuna mniżżla fir-reġistru nazzonali tal-VAT ta’ l-Istat Membru li fih ikun stabbilit, li jagħti l-prova ta’ l-attività ta’ l-ipproċessar permezz ta’ kwalunkwe dokument kummerċjali għas-sodisfazzjon ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

3.   L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha ssemmi biss numru wieħed tas-serje minn dawk definiti fl-Anness I.

4.   B'deroga mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għall-gruppi numri 3, 6 u 8, kull applikant jista' jressaq diversi applikazzjonijiet għal liċenzji ta’ l-importazzjoni għal prodotti li jaqgħu taħt numru ta’ grupp wieħed, jekk il-prodotti jkunu joriġinaw minn pajjiżi differenti. L-applikazzjonijiet separati għal kull pajjiż ta’ l-oriġini għandhom jitressqu fl-istess ħin lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. F'dak li jirrigwarda l-massimu msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu bħala applikazzjoni waħda.

5.   L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha tkopri minimu ta’ 100 tunnellata u massimu ta’ 5 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul il-perjodu jew dak sekondarju kkonċernat. Madankollu, għall-gruppi 4, 5, 6, 7 u 8 l-applikazzjoni għal-liċenzja għandha tkopri massimu ta’ 10 % tal-kwantità disponibbli għall-kwota kkonċernata matul il-perjodu jew il-perjodu sekondarju kkonċernat.

Għall-grupp 3, il-kwantità minima koperta mill-applikazzjoni għal-liċenzja għandha titnaqqas għal 10 tunnellati.

6.   Il-liċenzji jobbligaw li l-importazzjoni ssir mill-pajjiżi msemmija, ħlief għall-gruppi 3, 6 u 8. Għall-gruppi kkonċernati minn dan l-obbligu, fil-kaxxa 8 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja, għandu jiġi indikat il-pajjiż ta’ l-oriġini u l-entrata “iva” għandha tiġi mmarkata b'salib.

7.   Fil-kaxxa 20 ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzja u tal-liċenzja, għandha tingħata waħda mir-referenzi mniżżla fl-Anness II, il-parti A.

Fil-kaxxa 24 tal-liċenzja, għandha tingħata waħda mir-referenzi mniżżla fl-Anness II, il-parti B.

Fil-kaxxa 24 tal-liċenzji għall-gruppi 3 u 6, għandha tingħata waħda mir-referenzi mniżżla fl-Anness II, il-parti C.

Fil-kaxxa 24 tal-liċenzji għall-grupp 8, għandha tingħata waħda mir-referenzi mniżżla fl-Anness II, il-parti D.

Artikolu 5

1.   L-applikazzjoni għal-liċenzja ma tistax titressaq ħlief fl-ewwel sebat ijiem tat-tielet xahar qabel kull perjodu sekondarju, u fl-ewwel sebat ijiem tat-tielet xahar qabel il-perjodu tal-kwota għall-grupp 3.

Madankollu, l-applikazzjoni għal-liċenzji li jikkonċernaw il-perjodu u l-perjodi sekondarji tal-kwoti li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2007 ma tistax titressaq ħlief matul l-ewwel sebat ijiem wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Fi kwalunkwe każ, il-perjodu tat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet ma jkunx jista' jaqbeż it-30 ta’ Ġunju 2007.

2.   Mat-tressiq ta’ applikazzjoni għal-liċenzja għandha tiġi ddepożitata garanzija ta’ EUR 50 kull 100 kilogramma.

3.   Sa mhux aktar tard mill-ħames ġurnata wara dik ta’ għeluq il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet totali li għalihom ikunu saru applikazzjoni-jiet f'kull grupp, analizzati skond l-oriġini u espressi f'kilogrammi.

4.   Il-liċenzji għandhom jinħarġu mis-seba' ġurnata tax-xogħol, u sa mhux aktar tard mill-11-il ġurnata tax-xogħol wara tmiem il-perjodu ta’ notifika pprovdut fil-paragrafu 3.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina, jekk ikun f'loku, il-kwantitajiet li għalihom ma jkunux saru applikazzjonijiet u li jiżdiedu awtomatikament mal-kwantità stabbilita għall-perjodu sekondarju sussegwenti tal-kwota.

Artikolu 6

1.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, qabel tmiem l-ewwel xahar tal-perjodu jew tal-perjodu sekondarju tal-kwota, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet totali li għalihom ikunu nħarġu l-liċenzji msemmija fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament imsemmi.

2.   Qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li fil-fatt ikunu tqiegħdu fil-kummerċ liberu skond dan ir-Regolament preżenti matul il-perjodu kkonċernat għal kull grupp, analizzati skond l-oriġini u espressi f'kilogrammi.

3.   B'deroga mill-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet koperti minn liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment, l-ewwel darba fl-istess waqt ta’ l-applikazzjoni għall-aħħar perjodu sekondarju, u darba oħra qabel tmiem ir-raba' xahar wara kull perjodu annwali.

Għall-grupp 3, ma tapplikax l-ewwel komunikazzjoni msemmija fl-ewwel inċiż.

Artikolu 7

1.   B'deroga mill-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, il-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandha tkun ta’ 150 jum mill-ewwel jum tal-perjodu sekondarju jew tal-perjodu li għalihom ikunu nħarġu.

Madankollu, għal-liċenzji maħruġa għall-perjodi sekondarji u l-perjodi tal-kwoti li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2007, it-tul tal-validità tal-liċenzji għandu jkun ta’ 180 jum.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, it-trasferiment tad-drittijiet li jingħataw mil-liċenzji huwa limitat għall-konċessjonarji li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ l-eliġibbiltà definiti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u fl-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

1.   It-tqegħid fil-kummerċ liberu fil-kuntest tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ l-oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Brażil (għall-gruppi 1, 4 u 7) u tat-Tajlandja (għall-gruppi 2 u 5), f'konformità ma’ l-Artikoli 55 u 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-gruppi 3, 6 u 8.

Artikolu 9

Proviżorjament, l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-kodiċijiet 0210 99 39, 1602 32 19, u 1602 31, li jsiru bejn il-31 ta’ Mejju u t-30 ta’ Ġunju 2007 jibqgħu sottomessi għad-drittijiet tariffarji fis-seħħ fit-30 ta’ Mejju 2007.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 9 huwa applikabbli mill-31 ta’ Mejju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 77. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 679/2006 (ĠU L 119, 4.5.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 138, 30.5.2007, p. 10.

(3)  ĠU L 152, 24.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(4)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 533/2007 (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 9).

(5)  ĠU L 138, 30.5.2007, p. 1.

(6)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).


ANNESS I

Laħam tat-tjur immellaħ jew fis-salmura (*)

Pajjiż

Grupp Nru

Numru tas-serje

Il-Kodiċi NM

Dazju doganali

%

Kwantitajiet annwali

(f'tunnellati)

Il-Brażil

1

09.4211

ex 0210 99 39

15,4

170 807

It-Tajlandja

2

09.4212

ex 0210 99 39

15,4

92 610

Oħrajn

3

09.4213

ex 0210 99 39

15,4

828


Preparazzjonijiet abbażi tal-laħam tat-tiġieġ

Pajjiż

Grupp Nru

Numru tas-serje

Il-Kodiċi NM

Dazju doganali

%

Kwantitajiet annwali

(f'tunnellati)

Il-Brażil

4

09.4214

1602 32 19

8

79 477

It-Tajlandja

5

09.4215

1602 32 19

8

160 033

Oħrajn

6

09.4216

1602 32 19

8

11 443


Dundjan

Pajjiż

Grupp Nru

Numru tas-serje

Il-Kodiċi NM

Dazju doganali

%

Kwantitajiet annwali

(f'tunnellati)

Il-Brażil

7

09.4217

1602 31

8,5

92 300

Oħrajn

8

09.4218

1602 31

8,5

11 596


(*)  L-applikabbiltà tas-sistema preferenzjali hija ddeterminata abbażi tal-Kodiċi tan-NM, bil-kundizzjoni li l-laħam immellaħ jew fis-salmura kkonċernat ikun laħam tat-tjur li jaqa' taħt il-kodiċi 0207 tan-NM.


ANNESS II

A.

Referenzi li jinsabu fl-Artikolu 4(7), l-ewwel inċiż:

bil-Bulgaru

:

Регламент (ЕО) № 616/2007.

bl-Ispanjol

:

Reglamento (CE) no 616/2007.

biċ-Ċek

:

Nařízení (ES) č. 616/2007.

bid-Daniż

:

Forordning (EF) nr. 616/2007.

bil-Ġermaniż

:

Verordnung (EG) Nr. 616/2007.

bl-Estonjan

:

Määrus (EÜ) nr 616/2007.

bil-Grieg

:

Kανονισμός (ΕΚ) αριθ. 616/2007.

bl-Ingliż

:

Regulation (EC) No 616/2007.

bil-Franċiż

:

Règlement (CE) no 616/2007.

bit-Taljan

:

Regolamento (CE) n. 616/2007.

bil-Latvjan

:

Regula (EK) Nr. 616/2007.

bil-Litwan

:

Reglamentas (EB) Nr. 616/2007.

bl-Ungeriż

:

616/2007/EK rendelet.

bil-Malti

:

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007.

bl-Olandiż

:

Verordening (EG) nr. 616/2007.

bil-Pollakk

:

Rozporządzenie (WE) nr 616/2007.

bil-Portugiż

:

Regulamento (CE) n.o 616/2007.

bir-Rumen

:

Regulamentul (CE) nr. 616/2007.

bis-Slovakk

:

Nariadenie (ES) č. 616/2007.

bis-Sloven

:

Uredba (ES) št. 616/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetus (EY) N:o 616/2007.

bl-Iżvediż

:

Förordning (EG) nr 616/2007.

B.

Referenzi li jinsabu fl-Artikolu 4(7), it-tieni inċiż:

bil-Bulgaru

:

Намаляване на ОМТ, както предвижда Регламент (ЕО) № 616/2007.

bl-Ispanjol

:

reducción del AAC tal como prevé el Reglamento (CE) no 616/2007.

biċ-Ċek

:

snížení celní sazby podle nařízení (ES) č. 616/2007.

bid-Daniż

:

Nedsættelse af FFT-toldsatser, jf. forordning (EF) nr. 616/2007.

bil-Ġermaniż

:

Ermäßigung des Zollsatzes des GZT gemäß der Verordnung (EG) Nr. 616/2007.

bl-Estonjan

:

ühise tollitariifistiku maksumäära vähendamine vastavalt määrusele (EÜ) nr 616/2007.

bil-Grieg

:

μείωση του δασμού του ΚΔ όπως προβλέπεται στον κανονισμό (ΕΚ) αριθ. 616/2007.

bl-Ingliż

:

reduction of CCT duty pursuant to Regulation (EC) No 616/2007.

bil-Franċiż

:

réduction du TDC comme prévu au règlement (CE) no 616/2007.

bit-Taljan

:

riduzione del dazio TDC come prevede il regolamento (CE) n. 616/2007.

bil-Latvjan

:

Kopējā muitas tarifa (KMT) samazinājums, kā paredzēts Regulā (EK) Nr. 616/2007.

bil-Litwan

:

BMT muito sumažinimai, nustatyti Reglamente (EB) Nr. 616/2007.

bl-Ungeriż

:

A 616/2007/EK rendeletben előírt KTV csökkentés.

bil-Malti

:

tnaqqis tat-Tariffa Doganali Komuni kif jipprovdi r-Regolament (KE) Nru 616/2007.

bl-Olandiż

:

Verlaging van het GDT overeenkomstig Verordening (EG) nr. 616/2007.

bil-Pollakk

:

Cła WTC obniżone jak przewidziano w rozporządzeniu (WE) nr 616/2007.

bil-Portugiż

:

Redução do direito da pauta aduaneira comum prevista no Regulamento (CE) n.o 616/2007.

bir-Rumen

:

Reducerea TVC în conformitate cu Regulamentul (CE) nr. 616/2007.

bis-Slovakk

:

zníženie cla SCS podľa nariadenia (ES) č. 616/2007.

bis-Sloven

:

skupna carinska tarifa, znižana v skladu z Uredbo (ES) št. 616/2007.

bil-Finlandiż

:

Asetuksessa (EY) N:o 616/2007 säädetty yhteisen tullitariffin alennus.

bl-Iżvediż

:

Minskning av gemensamma tulltaxan i enlighet med förordning (EG) nr 616/2007.

C.

Referenzi li jinsabu fl-Artikolu 4(7), it-tielet inċiż:

bil-Bulgaru

:

Не следва да се използва за продукти с произход от Бразилия и Тайланд в съответствие с Регламент (ЕО) № 616/2007.

bl-Ispanjol

:

No puede utilizarse para productos originarios de Brasil o Tailandia en aplicación del Reglamento (CE) no 616/2007.

biċ-Ċek

:

Nepoužije se u produktů pocházejících z Brazílie a Thajska v souladu s nařízením (ES) č. 616/2007.

bid-Daniż

:

Kan ikke anvendes for produkter med oprindelse i Brasilien og Thailand i henhold til forordning (EF) nr. 616/2007.

bil-Ġermaniż

:

Gemäß der Verordnung (EG) Nr. 616/2007 nicht verwendbar für Erzeugnisse mit Ursprung in Brasilien und Thailand.

bl-Estonjan

:

Ei ole kasutatav Brasiilia ja Tai päritolu toodete puhul vastavalt määrusele (EÜ) nr 616/2007.

bil-Grieg

:

Δεν μπορεί να χρησιμοποιηθεί για τα προϊόντα καταγωγής Βραζιλίας και Ταϊλάνδης κατ’ εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 616/2007.

bl-Ingliż

:

Not to be used for products originating in Brazil or Thailand pursuant to Regulation (EC) No 616/2007.

bil-Franċiż

:

N’est pas utilisable pour des produits originaires du Brésil et de Thaïlande en application du règlement (CE) no 616/2007.

bit-Taljan

:

da non utilizzare per prodotti originari del Brasile e della Tailandia in applicazione del regolamento (CE) n. 616/2007.

bil-Latvjan

:

Piemērojot Regulu (EK) Nr. 616/2007, neizmanto Brazīlijas un Taizemes izcelsmes produktiem.

bil-Litwan

:

Nenaudojama produktams, kurių kilmės šalys yra Brazilija ir Tailandas, taikant Reglamentą (EB) Nr. 616/2007.

bl-Ungeriż

:

Nem alkalmazandó a Brazíliából és Thaiföldről származó termékekre a 616/2007/EK rendelet alapján.

bil-Malti

:

Ma jistax jintuża għall-prodotti ta’ oriġini mill-Brażil u mit-Tajlandja, b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 616/2007.

bl-Olandiż

:

Mag niet worden gebruikt voor producten van oorspong uit Brazilië en Thailand overeenkomstig Verordening (EG) nr. 616/2007.

bil-Pollakk

:

Nie stosuje się w przypadku produktów pochodzących z Brazylii i Tajlandii zgodnie z rozporządzeniem (WE) nr 616/2007.

bil-Portugiż

:

Não utilizável para produtos originários do Brasil e da Tailândia, em aplicação do Regulamento (CE) n.o 616/2007.

bir-Rumen

:

Nu se utilizează pentru produsele originare din Brazilia și Thailanda în aplicarea Regulamentului (CE) nr. 616/2007.

bis-Slovakk

:

Podľa nariadenia (ES) č. 616/2007 nepoužívať pre výrobky pochádzajúce z Brazílie a z Thajska.

bis-Sloven

:

V skladu z Uredbo (ES) št. 616/2007 se ne uporablja za proizvode s poreklom iz Brazilije in Tajske.

bil-Finlandiż

:

Ei voimassa Brasiliasta ja Thaimaasta peräisin olevien tuotteiden osalta asetuksen (EY) N:o 616/2007 mukaisesti.

bl-Iżvediż

:

Får inte användas för produkter med ursprung i Brasilien och Thailand i enlighet med förordning (EG) nr 616/2007.

D.

Referenzi li jinsabu fl-Artikolu 4(7), ir-raba' inċiż:

bil-Bulgaru

:

Не следва да се използва за продукти с произход от Бразилия в съответствие с Регламент (ЕО) № 616/2007.

bl-Ispanjol

:

No puede utilizarse para productos originarios de Brasil en aplicación del Reglamento (CE) no 616/2007.

biċ-Ċek

:

Nepoužije se u produktů pocházejících z Brazílie v souladu s nařízením (ES) č. 616/2007.

bid-Daniż

:

Kan ikke anvendes for produkter med oprindelse i Brasilien i henhold til forordning (EF) nr. 616/2007.

bil-Ġermaniż

:

Gemäß der Verordnung (EG) Nr. 616/2007 nicht verwendbar für Erzeugnisse mit Ursprung in Brasilien.

bl-Estonjan

:

Ei ole kasutatav Brasiilia päritolu toodete puhul vastavalt määrusele (EÜ) nr 616/2007.

bil-Grieg

:

Δεν μπορεί να χρησιμοποιηθεί για τα προϊόντα καταγωγής Βραζιλίας κατ’ εφαρμογή του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 616/2007.

bl-Ingliż

:

Not to be used for products originating in Brazil pursuant to Regulation (EC) No 616/2007.

bil-Franċiż

:

N’est pas utilisable pour des produits originaires du Brésil en application du règlement (CE) no 616/2007.

bit-Taljan

:

da non utilizzare per prodotti originari del Brasile in applicazione del regolamento (CE) n. 616/2007.

bil-Latvjan

:

Piemērojot Regulu (EK) Nr. 616/2007, neizmanto Brazīlijas izcelsmes produktiem.

bil-Litwan

:

Nenaudojama produktams, kurių kilmės šalys yra Brazilija, taikant Reglamentą (EB) Nr. 616/2007.

bl-Ungeriż

:

Nem alkalmazandó a Brazíliából származó termékekre a 616/2007/EK rendelet alapján.

bil-Malti

:

Ma jistax jintuża għall-prodotti ta’ oriġini mill-Brażil, b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 616/2007.

bl-Olandiż

:

Mag niet worden gebruikt voor producten van oorspong uit Brazilië overeenkomstig Verordening (EG) nr. 616/2007.

bil-Pollakk

:

Nie stosuje się w przypadku produktów pochodzących z Brazylii zgodnie z rozporządzeniem (WE) nr 616/2007.

bil-Portugiż

:

Não utilizável para produtos originários do Brasil, em aplicação do Regulamento (CE) n.o 616/2007.

bir-Rumen

:

Nu se utilizează pentru produsele originare din Brazilia în aplicarea Regulamentului (CE) nr. 616/2007.

bis-Slovakk

:

Podľa nariadenia (ES) č. 616/2007 nepoužívať pre výrobky pochádzajúce z Brazílie.

bis-Sloven

:

V skladu z Uredbo (ES) št. 616/2007 se ne uporablja za proizvode s poreklom iz Brazilije.

bil-Finlandiż

:

Ei voimassa Brasiliasta peräisin olevien tuotteiden osalta asetuksen (EY) N:o 616/2007 mukaisesti.

bl-Iżvediż

:

Får inte användas för produkter med ursprung i Brasilien i enlighet med förordning (EG) nr 616/2007.


Top