EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0498

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 tas- 26 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd

OJ L 120, 10.5.2007, p. 1–80 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 04 Volume 001 P. 33 - 112

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/01/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/498/oj

10.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 120/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 498/2007

tas-26 ta’ Marzu 2007

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 102,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (minn issa ‘l quddiem magħruf bħala “ir-Regolament bażiku”) jieħu post ir-Regolamenti (KE) 1263/1999 (2) u (KE) 2792/1999 (3) billi jqis l-iżviluppi ġodda fil-qasam tas-sajd, fiż-żoni tas-sajd u tas-sajd fl-ilmijiet interni. Għalhekk jixraq ukoll li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ġodda li jimplimentaw ir-Regolament bażiku.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-preżentazzjoni tal-programmi operattivi. Sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif tal-programmi operattivi u l-eżami u l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni dwar l-istruttura u l-kontenut ta’ dawk il-programmi, ibbażati b'mod partikolari fuq ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku.

(3)

Fir-rigward ta’ l-appoġġ għall-miżuri għall-adattament tal-flotta tas-sajd Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw fil-programmi operattivi tagħhom il-metodi li bihom jikkalkulaw il-premiums.

(4)

Fir-rigward tal-possibbilità prevista fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament bażiku biex ikun jista’ jsir tnaqqis fis-saħħa tal-magni minn gruppi ta’ bastimenti, għandhom jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet għal din il-possibbiltà.

(5)

Ċerti termini użati b’referenza speċjali għall-akwakultura u l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura, għandhom jiġu definiti sabiex ikun assigurat li jinftehmu b’mod uniformi.

(6)

Fir-rigward ta’ l-appoġġ għall-investimenti produttivi fl-akwakultura u investimenti fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jispjegaw fil-programmi operattivi tagħhom kif se jassiguraw li tingħata prijorità lill-mikro intrapriżi u lill-intrapriżi ż-żgħar.

(7)

Fir-rigward ta’ l-appoġġ għall-miżuri dwar saħħet l-annimali, għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet dettaljati biex ikun assigurat li jkun hemm konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti ta’ saħħet l-annimali għall-annimali ta’ l-akwakultura u prodotti minnhom, u dwar il-ħarsien u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akwatiċi (4).

(8)

Fir-rigward ta’ l-appoġġ għall-miżuri ta’ interess komuni, l-ispejjeż eliġibbli għandhom jiġu definiti.

(9)

Fir-rigward ta’ l-oqsma msemmija fl-Artikolu 43 tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet dwar kif jintgħażlu.

(10)

Il-partenarjati pubbliċi-privati appoġġjati permezz ta’ l-Artikolu 45 tar-Regolament bażiku għandhom jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet dettaljati.

(11)

Fir-rigward ta’ l-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd, il-proċeduri biex jintgħażlu l-gruppi għandhom ikunu trasparenti biex jassiguraw li jintgħażlu għall-appoġġ strateġiji lokali ta’ żvilupp li huma rilevanti u ta’ kwalità għolja.

(12)

Għandhom jiġu stipulati regoli komuni għal diversi miżuri. B’mod partikolari, sabiex ikun assigurat li jiġu immirati aħjar il-ħidmiet ta’ investiment, għandu jkun hemm sett ta’ regoli komuni disponibbli li jiddefinixxu l-ispejjeż eliġibbli.

(13)

Sabiex ikun garantit li l-informazzjoni dwar l-opportunijiet ta’ finanzjament li jista’ jkun hemm tkun imxerrda kemm jista’ jkun mal-partijiet kollha interessati u għall-fini ta’ trasparenza, il-kontenut minimu tal-miżuri ta’ informazzjoni meħtieġa biex jgħarrfu lill-benefiċjarji potenzjali dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament offruti b'mod konġunt bejn il-Komunità u l-Istati Membri permezz ta’ l-EFF, inkluż l-obbligazzjoni li jiġu reklamati l-passi li għandu jsegwi benefiċjarju potenzjali biex jissottometti applikazzjoni għall-finanzjament u l-kriterji ta' għażla li se jintużaw, għandhom jiġu stipulati billi jitqies il-prinċipju ta' proporzjonalità.

(14)

Sabiex ikun hemm titjib fit-trasparenza fejn jidħol l-użu ta’ l-għajnuna ta’ l-EFF, il-lista ta’ benefiċjarji, l-ismijiet ta’ l-operazzjonijiet u l-ammont ta’ fundi pubbliċi allokati għall-operazzjonijiet għandhom jiġu pubblikati fl-aħħar ta’ kull sena mill-Istati Membri b’mod elettroniku jew b’mod ieħor. L-għan li din l-informazzjoni ssir aċċessibbli għall-pubbliku huwa biex issaħħaħ it-trasparenza ta’ l-azzjoni Komunitarja fil-qasam ta’ l-iżvilupp tas-settur tas-sajd, taż-żoni tas-sajd u tas-sajd fl-ilmijiet interni, ittejjeb il-ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi pubbliċi involuti u b’mod partikolari biex issaħħaħ il-kontroll tal-flus pubbliċi użati u fl-aħħarnett biex ikun evitat id-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-benefiċjarji tal-miżuri ta’ l-EFF. Minħabba l-importanza akbar li għandhom l-għanijiet segwiti hu ġustifikat li fir-rigward tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-ħtieġa li tiġi mħarsa informazzjoni personali jingħata lok għall-pubblikazzjoni ġenerali ta’ l-informazzjoni rilevanti peress li ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ f’soċjetà demokratika u għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet.

(15)

Sabiex ikun assigurat li jiġu implimentati aħjar il-miżuri ta’ informazzjoni u biex jingħata lok għall-skambju aħjar ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-istrateġiji u r-riżultati ta’ informazzjoni u pubbliċità, għandhom jinħatru persuni li wieħed jista’ jikkuntattja li jkunu responsabbli mill-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità.

(16)

Meta wieħed jibni fuq l-esperjenza tal-perjodu ta' programmar 2000-2006, hemm bżonn li jiġu stipulati fid-dettall il-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu minn strumenti ta' inġinerija finanzjarja biex jiġu iffinanzjati permezz ta' programm operattiv.

(17)

Fir-rigward ta’ l-Artikolu 59 tar-Regolament bażiku u fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba, hu meħtieġ li jiġu stabbiliti l-obbligazzjonijiet li l-awtoritajiet li jmexxu għandu jkollhom fir-rigward tal-benefiċjarji fil-fażi li twassal għall-għażla u l-approvazzjoni ta' l-operazzjonijiet li jridu jiġu finanzjati fejn jidħlu l-aspetti li l-verifiki ta’ l-ispejjeż dikjarati mill-benefiċjarji għandhom ikopru, inkluż verifiki amministrattivi ta’ l-applikazzjonijiet għal rimborż, u verifiki fuq il-post ta' operazzjonijiet individwali u fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jridu jiġu osservati meta jsiru verifiki fuq il-post abbażi ta' kampjun.

(18)

Jeħtieġ ukoll li tiġi stipulata fid-dettal l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fir-rekords tal-kontijiet ta’ l-operazzjonijiet u l-informazzjoni li trid tinżamm bħala dejta dwar l-implimentazzjoni li l-awtoritajiet li jmexxu għandhom iżommu rekord tagħhom, jaħżnu u jibagħtu lill-Kummissjoni meta jintalbu.

(19)

Sabiex ikun żgurat li n-nefqa taħt il-programmi operattivi tista’ tiġi awditjata sew, jeħtieġ li jiġu stipulati l-kriterji li magħhom għandu jikkonforma r-rekord sekwenzjali tat-tranżazzjonijiet sabiex ikun meqjus li hu adegwat.

(20)

L-awditjar ta’ l-operazzjonijiet issir taħt ir-responsabbiltà ta' l-awtorità ta' l-awditjar. Biex ikun assigurat li l-iskop u l-effettività ta’ dak l-awditjar hu adegwat u li jsir skond l-istess standards fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li għandu jissodisfa dak l-awditjar.

(21)

L-esperjenza turi li hu meħtieġ li tingħata fid-dettal il-bażi għat-teħid ta’ kampjuni ta’ l-operazzjonijiet li jridu jiġu awditjati, li l-awtorità ta’ l-awditjar għandha tosserva meta tistabbilixxi jew tapprova l-metodu kampjunarju, inkluż ċerti kriterji tekniċi li jridu jintużaw għal kampjun statistiku aleotorju u l-fatturi li jridu jitqiesu għal kampjun komplementari.

(22)

Sabiex jiġu simplifikati u armonizzati l-istandards għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ awditjar, ir-rapport annwali dwar il-kontroll u d-dikjarazzjonijiet ta’ l-għeluq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar skond l-Artikolu 61 tar-Regolament bażiku, jeħtieġ issir dispożizzjoni dettaljata dwar il-kontenut tagħhom u tiġi speċifikata n-natura u l-kwalità ta’ l-informazzjoni li fuqha jserrħu.

(23)

Sabiex ikun assigurat li l-Artikolu 87 tar-Regolament bażiku jiġi applikat bl-aktar mod effettiv fir-rigward tad-disponibbilità tad-dokumenti u d-drittijiet tal-Qorti ta’ l-Awdituri u tal-Kummissjoni li jkollhom aċċess għad-dokumenti sostantivi kollha li jirrigwardaw l-ispejjeż u l-awditjar, l-awtoritajiet li jmexxu għandhom jassiguraw li l-informazzjoni dwar l-identità u l-post fejn jinsabu l-korpi li jżommu d-dokumenti sostantivi jkunu disponibbli u dawk id-dokumenti għandhom jiġu provduti mill-ewwel lil lista minima ta' nies u korpi. Għall-istess għan, jeħtieġ li jiġu stipulati liema mezzi għaż-żamma tad-dejta jistgħu jitqiesu li huma normalment aċċettati biex jinżammu dawk id-dokumenti fihom. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jistipulaw l-proċeduri meħtieġa biex ikun assigurat li d-dokumenti miżmuma huma konformi ma’ l-oriġinali, meta dan ikun rilevanti, u wieħed jista' jserraħ fuqhom għall-finijiet ta' awditjar.

(24)

Sabiex ikunu armonizzati l-istandards għaċ-ċertifikazzjoni ta’ l-ispejjeż u għat-tħejjija ta' l-applikazzjonijiet għall-pagamenti, il-kontenut ta' dawk iċ-ċertifikati u l-applikazzjonijiet għandhom jiġu stipulati u n-natura u l-kwalità ta’ l-informazzjoni li fuqha sserrħu tkun speċifikata. Għandhom jiġu stipulati proċeduri dettaljati biex jinżamm rekord, skond l-Artikolu 60(f) tar-Regolament bażiku, ta’ l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati u ta’ l-ammonti miġbuda wara li tkun tħassret għal kollox jew parti mill-kontribuzzjoni għal operazzjoni u biex il-Kummissjoni tiġi mgħarrfa skond il-każ.

(25)

Skond l-Artikolu 71 tar-Regolament bażiku, l-Istati Membri huma meħtieġa qabel ma jissottomettu l-ewwel applikazzjoni għal pagament interim jew talanqas fi żmien tnax-il xahar wara li jiġi approvat il-programm operattiv, biex iressqu quddiem il-Kummissjoni deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, rapport li jelenka r-riżultati ta’ valutazzjoni tas-sistemi mwaqqfa u opinjoni dwar il-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijniet ta’ dak ir-Regolament dwar is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Peress li dawk id-dokumenti huma fost l-elementi prinċipali li fuqhom isserraħ il-Kummissjoni, fil-kuntest ta’ ġestjoni maqsuma tal-baġit Komunitarju, biex tissodisfa ruħha li l-għajnuna finanzjarja konċernata tintuża mill-Istati Membri skond ir-regoli applikabbli u l-prinċipji meħtieġa biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità, jeħtieġ li tiġi stipulata fid-dettal l-informazzjoni li dawk id-dokumenti għandu jkun fihom u kif jiġu evalwati u tingħata opinjoni dwarhom.

(26)

Artikolu 57 tar-Regolament bażiku jipprovdi li l-arranġamenti għall-awditjar għandhom ikunu proporzjonali ma’ l-ammont totali ta’ l-infiq pubbliku allokat għall-programm operattiv konċernat. Fejn l-infiq pubbliku allokat għall-programm operattiv hu limitat, jixraq li l-Istat Membru jkollu għażla li jserraħ aktar fuq korpi u regoli nazzjonali biex iwettaq ċerti funzjonijiet marbuta ma’ l-arranġamenti ta’ kontroll u awditjar u li l-Kummissjoni għalhekk tispeċifika liema verifiki, liema awditjar ta’ l-operazzjonijiet u liema obbligazzjonijiet jistgħu jsiru u jitwettqu skond ir-regoli nazzjonali u mill-korpi nazzjonali. F’dawn l-istess ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel differenza bejn il-mezzi li bihom l-Istati Membri għandhom jaqdu l-funzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni tan-nefqiet u l-verifika tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li bihom tista’ tillimita l-awditjar tagħha stess u sserraħ fuq assigurazzjonijiet mogħtija mill-korpi nazzjonali.

(27)

Bħala parti mill-obbligazzjonijiet tagħhom ta’ ġestjoni u kontroll l-Istati Membri huma meħtieġa jirrappurtaw u jimmonitorjaw l-irregolaritajiet. Regoli dettaljati biex jiġi implimentat dak ir-rekwiżit kienu stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 tal-11 ta’ Lulju 1994 dwar irregolaritajiet u l-ħlas lura ta’ ammonti mħallsa ħażin in konnessjoni mal-finanzjament tal-politika strutturali u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam (5). Huwa xieraq, għal raġunijiet ta’ ċarezza u simplifikazzjoni, li dawk ir-regoli jiddaħħlu f’dan ir-Regolament.

(28)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tħallas lura l-ispejjeż ġudizzjarji meta titlob lil Stat Membru biex jieħu u jsegwi passi legali jew jibqa’ għaddej bihom bil-għan li jiġbor lura l-flus li tħallsu meta mhux suppost minħabba xi irregolarità, u biex tkun tista’ tingħata l-informazzjoni li tgħinha tiddeċiedi dwar it-tqassim tat-telf mill-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati skond l-Artikolu 70(2) tar-Regolament bażiku. Għandu jingħata lok ukoll għal kuntatt regolari bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar is-suġġett ta' l-irregolaritajiet, għall-użu ta' l-informazzjoni mogħtija biex issir l-analiżi tar-riskju u biex jissawru r-rapporti, u għall-għoti ta' informazzjoni lill-kumitati rilevanti.

(29)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv impost mis-sistema ta’ rapportar waqt li jitħares il-livell meħtieġ ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet li joħorġu direttament mill-Artikolu 60(f) tar-Regolament bażiku, ma jkunux obbligati li jirrappurtaw l-irregolaritajiet li jinvolvu ammonti taħt ċertu livell massimu sakemm il-Kummissjoni ma titlobx dan espliċitament.

(30)

L-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni u d-dejta finanzjarja jwassal għal simplifikazzjoni, aktar effiċjenza u trasparenza u biex jiġi ffrankat il-ħin. Sabiex jiġu sfruttati sew dawn il-vantaġġi, filwaqt li tiġi priżervata s-sigurtà ta’ l-iskambji, għandha tiġi stabbilita sistema kompjuterizzata komuni kif ukoll lista ta’ dokumenti ta’ interess komuni għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri. Għalhekk jeħtieġ li jiġi speċifikat il-format li kull dokument għandu jkollu, u tingħata deskrizzjoni dettaljata ta’ l-informazzjoni li jrid ikun fihom dawk id-dokumenti. Għall-istess raġunijiet, jeħtieġ li jiġi speċifikat kif tiffunzjona dik is-sistema kompjuterizzata fir-rigward ta’ l-identifikazzjoni tal-parti responsabbli biex ittella’ d-dokumenti fuq il-kompjuter u tagħmel xi aġġornamenti marbuta magħhom.

(31)

Fil-qafas tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (6), billi tqis il-livell ta' sigurtà u kunfidenzjalità meħtieġ għall-ġestjoni finanzjarja ta' l-użu ta’ l-EFF, tal-kwalità eċċellenti u ta' l-analiżi dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji, jeħtieġ li jkun mitlub l-użu ta' firma elettronika.

(32)

Sabiex ikun assigurat li tiżviluppa malajr u tiffunzjona sew is-sistema komuni kompjuterizzata, l-ispejjeż għall-iżvilupp tagħha għandhom jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu 46(1) tar-Regolament bażiku, u l-ispejjeż ta’ l-interface ma’ sistemi kompjuterizzati nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-EFF skond l-Artikolu 46 ta’ dak ir-Regolament.

(33)

Fid-dawl tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (7) u Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (8), jeħtieġ li jkun hemm provdut, b’relazzjoni mal-miżuri dwar l-informazzjoni u l-pubbliċità u x-xogħol ta' awditjar skond dan ir-Regolament, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jipprevjenu milli tinkixef b'mod mhux awtorizzat jew ikun hemm aċċess għad-dejta personali, u biex jiġi speċifikat l-għan li għalih il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jipproċessaw dik id-dejta.

(34)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2722/2000 tat-13 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-Istrument Finanzjarju għat-Tmexxija tas-Sajd (FIFG) jista' jagħmel kontribut lejn l-eliminazzjoni ta' riskji patoloġiċi fl-akwakultura (9), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 908/2000 tat-2 ta' Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolu ta' l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tas-sajd u l-akwakultura (10) u (KE) Nru 366/2001 tat-22 ta' Frar 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' miżuri pprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 (11) għandhom jitħassru.

(35)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Ewropew għas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (“ir-Regolament bażiku”) fir-rigward ta’ dawn li ġejjin:

a)

l-istruttura u t-trażmissjoni tal-programmi operattivi,

b)

miżuri tas-sajd,

c)

evalwazzjoni tal-programmi operattivi,

d)

informazzjoni u pubbliċità,

e)

strumenti ta’ inġinerija finanzjarja,

f)

ġestjoni, monitoraġġ u kontroll,

g)

irregolaritajiet,

h)

skambju elettroniku tad-dejta,

i)

dejta personali.

Artikolu 2

Intervent Proporzjonali

Għall-programmi operattivi li l-ispejjeż pubbliċi totali eliġibbli tagħhom ma jaqbżux EUR 90 miljun bil-prezzijiet ta’ l-2004, hemm arranġamenti speċifiċi stipulati fl-Artikolu 28(2) u l-Artikoli 51, 52 u 53.

KAPITOLU II

STRUTTURA U TRAŻMISSJONI TAL-PROGRAMMI OPERATTIVI

Artikolu 3

Struttura u trażmissjoni tal-programmi operattivi

1.   Il-kontenut tal-programm operattiv li hemm referenza għalih fl-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku għandu jiġi stabbilit skond il-Parti A ta’ l-Anness I, għal dan ir-Regolament u l-pjan finanzjarju kif stipulat fil-Parti B ta’ dak l-Anness.

L-evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament bażiku għandha tiġi annessa mal-programm operattiv.

2.   L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni verżjoni elettronika tal-programm operattiv tagħhom, aġġornat wara kull reviżjoni tal-programm. L-Istati Membri għandhom jgħaddu t-talbiet għar-reviżjonijiet tal-programmi msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku b'mezz elettroniku skond l-Artikolu 65 ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni t-talbiet tagħhom għal reviżjoni tal-programm operattiv, li jaffettwa l-kontribuzzjoni tal-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF) għas-sena li jkun imiss, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru ta’ dik is-sena.

KAPITOLU III

ASSI PRIJORITARJI

TAQSIMA 1

Assi prijoritarju 1: Miżuri għall-adattament tal-flotta tas-sajd Komunitarja

Artikolu 4

Għajnuna pubblika biex jintemmu għal kollox l-attivitajiet tas-sajd

1.   Wara li jispiċċaw l-attivitajiet tas-sajd b’mod permanenti, il-bastiment tas-sajd konċernat għandu jitneħħa għal kollox mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità u, fejn jixraq, il-liċenzja assoċjata miegħu titħassar għal dejjem.

2.   Il-programm operattiv għandu jispeċifika l-metodi biex jiġu kkalkulati l-poloz ta' l-assigurazzjoni mogħtija kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament bażiku.

3.   Fejn it-tmiem permanenti ta’ l-attivitajiet tas-sajd ta’ bastiment tas-sajd jintlaħaq billi jiġi assenjat mill-ġdid skond l-Artikolu 23(1)(b) tar-Regolament bażiku, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-livell tal-polza ta’ l-assigurazzjoni skond il-bżonn billi jqisu kriterji bħall-prezz tas-suq tal-liċenzja tas-sajd għall-bastiment u l-valur residwu tal-bastiment.

4.   Jekk bastiment tas-sajd jintilef bejn id-data tad-deċiżjoni biex tingħata l-polza ta’ l-assigurazzjoni u d-data proprja meta jispiċċaw għal kollox l-attivitajiet tas-sajd, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħmel korrezzjoni finanzjarja għall-ammont ta’ kumpens imħallas mill-assigurazzjoni.

Artikolu 5

Għajnuna pubblika waqfien temporanju ta’ l-attivitajiet tas-sajd

1.   Il-programm operattiv għandu jispeċifika l-metodi biex jiġu kkalkulati l-poloz ta' l-assigurazzjoni mogħtija skond l-Artikolu 24 tar-Regolament bażiku.

2.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 24 (2) tar-Regolament bażiku, “għajnuna finanzjarja Komunitarja allokata lis-settur” għandha tfisser il-kontribuzzjoni ta’ l-EFF għall-programm operattiv ta’ l-Istat Membru konċernat.

Artikolu 6

Investimenti abbord bastimenti tas-sajd u selettività

1.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 25 tar-Regolament bażiku, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tkun responsabbli biex tivvaluta l-konformità mal-paragrafi 2 sa 5 ta’ dan l-Artikolu u għandha tagħti lill-Kummissjoni d-dokumenti kollha rilevanti meta tintalab.

2.   L-infiq totali eliġibbli li jrid jiġi appoġġjat għal kull bastiment tas-sajd fuq il-perjodu kollu ta’ l-ipprogrammar skond l-Artikolu 25 tar-Regolament bażiku, minbarra taħt il-paragrafu 6(e) ta’ dak l-Artikolu, m’għandux jeċċedi ammont massimu stabbilit abbażi tal-kriterji oġġettivi bħal dawk imniżżla fl-Artikolu 23(3) ta’ l-istess Regolament u mdaħħla fil-programm operattiv.

3.   It-tnaqqis ta’ 20 % fis-saħħa tal-magna jista’ jintlaħaq minn grupp ta’ bastimenti kif provdut fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament bażiku suġġett għall-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-bastimenti kollha li jappartjenu għall-istess grupp jiġu identifikati individwalment;

(b)

il-bastimenti kollha li jappartjenu għall-istess grupp joperaw fl-istess żoni ta’ ġestjoni;

(c)

il-bastimenti kollha li jappartjenu għall-istess grupp jużaw l-istess tagħmir ewlieni ta’ sajd bħal dak imniżżel fl-Appendiċi III (Taqsima C) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1639/2001 (12)

u

(d)

il-bastimenti kollha li jappartjenu għall-grupp ma jeċċedux ħamsin fl-għadd.

4.   Il-ħruġ mill-flotta tas-sajd ta’ kapaċità tas-sajd bl-għajnuna pubblika m’għandux jingħadd fit-tnaqqis ta’ 20 % fis-saħħa li tista’ tinkiseb minn grupp ta’ bastimenti kif hemm provdut fl-Artikolu 25(4) tar-Regolament bażiku.

5.   Għajnuna finanzjarja mogħtija skond l-Artikolu 25(6)(e) tar-Regolament bażiku għandha tingħata biss għat-tagħmir u xogħlijiet ta' modernizzar għall-ħarsien tal-qabda u t-tagħmir minn speċi ta' predaturi selvaġġi protetti permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 79/409/KEE (13) u 92/43/KEE (14).

Artikolu 7

Sajd kostali fuq skala żgħira

1.   Fejn ir-rata ta’ parteċipazzjoni finanzjarja privata hi mnaqqsa skond l-Artikolu 26(2) tar-Regolament bażiku, ir-rata tal-kontribuzzjoni pubblika għandha tiżdied b'dak il-mod. Il-kontribuzzjoni mill-EFF għandha tiġi kkalkulata skond ir-rati previsti fl-Artikolu 53 tar-Regolament bażiku b’rabta ma’ din il-kontribuzzjoni pubblika li toħroġ minn dan.

2.   Il-programm operattiv għandu jispeċifika l-metodi biex jiġu kkalkulati l-poloz ta’ l-assigurazzjoni mogħtija skond l-Artikoli 26(3) u 26(4) tar-Regolament bażiku favur is-sajd mal-kosta fuq skala żgħira.

3.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 26(4)(b) tar-Regolament bażiku “il-prodotti tas-sajd” għandha tfisser il-prodotti tas-sajd li joriġinaw minn qabdiet tal-bastimenti tas-sajd li jistadu mal-kosta fuq skala żgħira.

Artikolu 8

Kumpens soċjo-ekonomika għall-ġestjoni tal-flotta Komunitarja tas-sajd

1.   Il-programm operattiv għandu jispeċifika l-metodi biex jiġi kkalkulat il-kumpens soċjo-ekonomiku għall-ġestjoni tal-flotta Komunitarja tas-sajd mogħti permezz ta’ l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

2.   L-appoġġ previst fl-Artikolu 27(1)(d) tar-Regolament bażiku għall-irtirar kmieni għandu jkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni mill-EFF anki jekk titħallas lill-benefiċjarji wara l-31 ta' Diċembru 2015 jekk tkun ġiet assigurata għal dan il-għan f'kont ibblukkat qabel dik id-data.

TAQSIMA 2

Assi prijoritarju 2: l-akwakultura, is-sajd fl-ilmijiet interni, proċessar u kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura

Artikolu 9

L-iskop ta’ l-intervent fil-produzzjoni ta' l-akwakultura

L-appoġġ skond l-Artikolu 28(6) tar-Regolament bażiku jista’ jkopri l-ispejjeż tal-valutazzjonijiet previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (15).

Artikolu 10

Miżuri għal investimenti produttivi fl-akwakultura

1.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 29(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament bażiku, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“speċi ġodda”: speċi li għalihom il-produzzjoni ta’ l-akwakultura fl-Istat Membru hi baxxa jew ma teżistix u li għalihom hemm prospetti tajbin fis-suq;

(b)

“speċi bi prospetti tajbin fis-suq”: speċi li għalihom ix-xejra prevista għaż-żmien mezzan turi li d-domanda tas-suq x’aktarx teċċedi l-provvista;

(c)

“prassi normali fis-settur ta’ l-akwakultura”: attivitajiet ta’ l-akwakultura li saru b’konformità mal-legiżlazzjoni li torbot, sew jekk marbuta ma' l-affarijiet tas-saħħa, veterinarji jew ambjentali;

(d)

“akwakultura tradizzjonali”: prassi li jsiru fiż-żmien li huma marbuta mal-wirt soċjali u kulturali ta’ żona partikolari.

2.   L-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku, jista' jkopri l-bastimenti ta' servizz għall-akwakultura. Il-bastimenti tas-sajd kif imfissra fl-Artikolu 3(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (16) m’għandhomx jitqiesu bħala bastimenti ta’ servizz għall-akwakultura fejn jintużaw biss fl-akwakultura.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35(6) tar-Regolament bażiku, l-appoġġ skond l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku jista’ jkopri investimenti marbuta ma’ bejgħ kummerċjali li jsir mill-farm fejn dawn jiffurmaw parti sħiħa mill-farm ta' l-akwakultura.

4.   Fejn l-Istati Membru jużaw il-possibbiltà msemmija fl-Artikolu 29(1)(a) tar-Regolament bażiku, għandhom idaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi biex l-awtorità ta' ġestjoni jkollha aċċess għar-riżultati ta’ l-analiżi tas-suq prospettiv dwar l-ispeċi ta’ l-akwakultura.

5.   Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-programm operattiv tagħhom kif l-għajnuna se tingħata bi prijorità lill-mikro intrapriżi u lill-intrapriżi ż-żgħar.

Artikolu 11

Miżuri akwa-ambjentali

1.   Fejn l-għajnuna tingħata lill-benefiċjarji għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament bażiku, l-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw li l-benefiċjarji jikkonformaw ma' l-impjenji akwa ambjentali minn talanqas tliet snin mill-approvazzjoni ta' l-operazzjoni u fl-aħħar ta' l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjoni.

2.   L-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 30(2)(b) tar-Regolament bażiku, għandu jikkonċerna biss l-ispejjeż għall-parteċipazzjoni fi skema Komunitarja ta' eko-ġestjoni u verifika f’EMAS li huma qabel l-approvazzjoni ta’ l-iskema għal intrapriża individwali.

3.   Għall-fini ta’ l-Artikolu 30(2)(c) tar-Regolament bażiku, “akwakultura organika” tfisser l-attivitajiet ta’ l-akwakultura li jipproduċu speċi akwatiċi prodotti fil-farm skond il-metodu ta’ produzzjoni organika fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 (17) u li jagħtu indikazzjoni għal dan. Sakemm jiġu adottati regoli ta’ produzzjoni dettaljati mill-Komunità, inkluż regoli dwar il-konverżjoni, applikabbli għall-akwakultura organika, għandhom japplikaw regoli nazzjonali jew, fin-nuqqas tagħhom, standards privati, applikabbli għall-akwakultura organika, aċċettata jew rikonoxxuta mill-Istati Membri.

4.   L-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 30(2)(d) tar-Regolament bażiku, jista’ jingħata biss għal restrizzjonijiet jew rekwiżiti speċifiċi għaż-żoni tan-NATURA 2000, imposti mill-miżuri nazzjonali rilevanti għall-implimentazzjoni tad-Direttivi 79/409/KEE u d-Direttiva 92/43/KEE.

5.   Għall-fini ta’ l-Artikolu 30(3) tar-Regolament bażiku, “prassi normali tajba ta’ akwakultura” tfisser konformità mal-legiżlazzjoni li torbot, sew jekk tkun relatata ma' l-affarijiet tas-saħħa, veterinarji jew ambjentali, u l-użu ta' protokolli tal-produzzjoni li jipprevjenu l-ħela ta' riżorsi u tniġġis li jista' jiġi evitat.

Artikolu 12

Miżuri għal saħħet l-annimali

1.   L-appoġġ previst fl-Artikolu 32 tar-Regolament bażiku, jista’ jkopri:

(a)

għal mard eżotiku fl-akwakultura kif imniżżel fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE (18), il-miżuri ta’ kontroll applikati skond it-Taqsima 3 tal-Kapitolu V tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE;

(b)

għal mard mhux eżotiku fl-akwakultura kif imniżżel fl-Anness tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, programmi ta’ eradikazzjoni mfassla u approvati skond l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE.

2.   L-awtorità ta' ġestjoni tal-programm operattiv għandha tiddeċiedi jekk hiex se tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-miżuri ta’ kontroll deskritti fil-paragrafu 1(a), jew programm ta’ eradikazzjoni deskritt fil-paragrafu 1(b), u tadotta l-arranġamenti dettaljati għall-parteċipazzjoni finanzjarja tagħha qabel ma jissottomettu l-miżuri jew il-programm, rispettivament, skond id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

3.   Jekk il-Kummissjoni ma tapprovax, skond l-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-miżuri ta’ kontroll jew il-programm ta’ eradikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-kontribuzzjoni vvutata għandha tkun immedjatament mgħoddija lura lill-baġit tal-programm operattiv.

4.   Jekk il-valur ta’ l-ispejjeż eliġibbli fl-azzjoni approvata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE hi inqas mis-somma vvutata mill-awtorità ta' ġestjoni, id-differenza mħollija b'dan il-mod tista' terġa' tiġi użata mill-Istat Membru għall-programm operattiv tiegħu.

5.   L-appoġġ previst fl-Artikolu 32 tar-Regolament bażiku, m’għandux ikopri l-attivitajiet ta’ sorveljanza maħsuba biex juru l-ħelsien minn marda sabiex jinkiseb l-għarfien ta' l-istat uffiċjali li hu ħieles mill-mard jew l-ispejjeż fissi bħall-ispejjeż tas-servizzi veterinarji uffiċjali.

Artikolu 13

Sajd fl-ilmijiet interni

1.   Għall-fini ta’ l-Artikolu 33 tar-Regolament bażiku, “bastimenti li joperaw esklussivament f’ilmijiet interni” għandha tfisser il-bastimenti involuti fis-sajd kummerjali fl-ilmijiet fil-magħluq u li mhumiex imniżżla fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità.

2.   Għall-investimenti kif hemm provdut għalihom fl-Artikoli 33(2) it-tieni sottoparagrafu u l-Artikolu 25 tar-Regolament bażiku, il-bastimenti ta' inqas minn 12-il metru, li ma jużawx tagħmir ta’ irmonkar u li jaħdmu fis-sajd fl-ilmijiet interni, jistgħu jiġu appoġġjati bl-istess intensità ta' għajnuna kif provdut għall-bastimenti li jistadu fuq il-kosta fuq skala żgħira msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku.

3.   L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw fil-programmi operattivi tagħhom kif se jassiguraw li l-investimenti appoġġjati fl-Artikolu 33 tar-Regolament bażiku ma jfixklux l-ekwilibriju bejn id-daqs tal-flotta u r-riżorsi tal-ħut korrispondenti li hemm disponibbli.

Artikolu 14

Investimenti fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni

1.   Investimenti biex jiġu mneħħija d-dijossina jew sustanzi oħra perikolużi għal saħħet il-bniedem mil-laħam tal-ħut jew miż-żejt tal-ħuta jistgħu jiġu appoġġjati mill-EFF skond l-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku anki meta l-prodotti finali huma maħsuba li jintużaw u jiġu proċessati għall-finijiet oħra aktar milli jiġu kkonsmati min-nies.

2.   Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament bażiku, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu fil-programmi operattivi tagħhom kif l-għajnuna se tiġi prijoritizzata għall-intrapriżi ż-żgħar u mikro.

TAQSIMA 3

Assi prijoritarju 3: miżuri ta’ interess komuni

Artikolu 15

Azzjonijiet kollettivi

1.   L-appoġġ kif hemm provdut fl-Artikolu 37 tar-Regolament bażiku m’għandux ikopri spejjeż marbuta ma’ sajd esplorattiv.

2.   L-appoġġ kif hemm previst fil-punt (n) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 37 tar-Regolament bażiku jista' jingħata għal:

(a)

ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex jiġi ffaċilitat it-twaqqif ta’ l-organizzaturi tal-produtturi u għat-tħaddim amministrattiv tagħhom rikonoxxut permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (19) wara l-1 ta' Jannar 2007,

(b)

l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li ġew rikonoxxuti speċifikament permezz ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 sabiex jiġi ffaċilitat l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħhom biex itejbu l-kwalità tal-prodotti,

jew

(c)

ir-ristrutturar ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex tiżdied l-effiċjenza tagħhom bi qbil mar-rekwiżiti tas-suq.

3.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 2(b) ta' dan l-Artikolu għandu jkun digressiv fuq tliet snin mid-data ta’ l-għarfien speċifiku permezz ta’ l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

Artikolu 16

Miżuri maħsuba biex jipproteġu u jiżviluppaw il-flora u l-fawna akwatika

1.   L-appoġġ previst fil-punt (a) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 38(2) tar-Regolament bażiku għandu jikkonċerna miżuri għall-kostruzzjoni u l-installazzjoni ta' sikek artifiċjali jew faċilitajiet oħra magħmula minn elementi li jservu fit-tul.

L-appoġġ jista’ jkopri xogħol qabel ma jitqegħdu, inkluż studji, komponenti, immarkar, ġarr u twaħħil tal-faċilitajiet u monitoraġġ xjentifiku.

2.   L-appoġġ previst fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament bażiku m’għandux ikopri mekkaniżmi li jiġbru l-ħut flimkien.

3.   L-appoġġ previst fil-punt (c) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 38(2) tar-Regolament bażiku jista’ jkopri n-nefqa fuq il-miżuri ta’ konservazzjoni meħtieġa għal siti li jappartjenu għan-Netwerk Ekoloġiku Ewropew NATURA 2000. L-appoġġ jista’ jkopri t-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni, strateġiji u skemi, infrastruttura inkluż it-tnaqqis fil-valur u t-tagħmir għal riservi, taħriġ u edukazzjoni għall-impjegati tar-riservi kif ukoll studji rilevanti.

4.   L-appoġġ previst fil-punt (c) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 38(2) tar-Regolament bażiku m’għandux ikopri kumpens għal drittijiet li ntilfu, telf ta’ dħul u pagi ta' l-impjegati.

5.   Għall-finijiet tat-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 38(2) tar-Regolament bażiku, “it-tkabbir ta’ stokk mill-ġdid direttament” għandha tfisser l-attività li biha jintefgħu organiżmi akwatiċi ħajjin, sew jekk l-annimali jiġu prodotti fil-postijiet fejn ibidu jew jistadu għalihom post ieħor.

Artikolu 17

Postijiet ta’ ħatt l-art

Fejn l-appoġġ jingħata għal investimenti biex jiġu strutturati mill-ġdid il-postijiet fejn jinħattu l-qabdiet u biex itejbu l-kundizzjonijiet għall-ħut maqbud minn sajjieda li jistadu madwar il-kosta f'postijiet eżistenti tal-ħatt l-art kif hemm provdut fit-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 39(1) tar-Regolament bażiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm konformità mar-regoli sanitarji rilevanti u r-rinfurzar tal-miżuri ta' kontroll f'dawk il-postijiet tal-ħatt l-art.

Artikolu 18

Żvilupp ta’ swieq ġodda u kampanji promozzjonali

1.   L-għajnuna mogħtija għal miżuri promozzjonali kif hemm provdut fl-Artikolu 40(3)(a), (d), (e) u (g) tar-Regolament bażiku jistgħu jkopru b’mod partikolari:

(a)

l-ispejjeż ta’ l-aġenziji li jirreklamaw u dawk l-oħra li jipprovdu servizz involuti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ kampanji promozzjonali;

(b)

ix-xiri jew il-kiri ta’ spazju għall-kummerċjalizzazzjoni u l-ħolqien ta’ slogans u tikketti għal matul il-kampanji promozzjonali;

(c)

in-nefqa fuq l-istampar u fuq staff estern, meħtieġ għall-kampanji;

(d)

l-organizzazzjoni ta’ fieri kummerċjali u esebizzjonijiet u parteċipazzjoni fihom.

2.   Fir-rigward tal-prodotti protetti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (20), appoġġ jista' jingħata għall-promozzjoni tagħhom mid-data li fiha tniżżel l-isem fir-reġistru kif provdut fl-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 19

Proġetti pilota

1.   L-ebda appoġġ m’għandu jingħata skond l-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku għal sajd esplorattiv.

2.   Fejn l-appoġġ jingħata għal proġett pilota kif hemm provdut fl-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tassigura li l-proġett pilota jinkludi li jsir segwitu xjentifiku adegwat u li ssir valutazzjoni kwalitattiva adegwata tar-rapporti tekniċi msemmija fl-Artikolu 41(3) ta’ dak ir-Regolament.

3.   Il-proġetti pilota m’għandhomx ikunu ta' natura kummerċjali diretta. Kull profit magħmul matul l-implimentazzjoni ta’ proġett pilota għandu jitnaqqas mill-għajnuna pubblika mogħtija għall-operazzjoni.

4.   Meta l-ispejjeż totali ta’ proġett pilota jeċċedu l-EUR 1 miljun, l-awtorità ta' ġestjoni għandha, qabel ma tagħti l-approvazzjoni tagħha, titlob li ssir valutazzjoni minn korp xjentifiku indipendenti.

Artikolu 20

Modifika biex jiġu assenjati mill-ġdid il-bastimenti tas-sajd

L-appoġġ kif hemm provdut fl-Artikolu 42 tar-Regolament bażiku jista’ jingħata għall-modifika ta’ bastiment tas-sajd wara li jiġi assenjat mill-ġdid biss jekk dak il-bastiment tħassar għal kollox mir-reġistru tal-flotta tas-sajd u, fejn jixraq, il-liċenzja tas-sajd assoċjata miegħu tħassret għal kollox.

TAQSIMA 4

Assi prijoritarju 4: L-iżvilupp sostenibbli ta’ l-oqsma tas-sajd

Artikolu 21

Għanijiet u miżuri

L-appoġġ mogħti permezz ta’ l-Artikolu 43 tar-Regolament bażiku għandu jkun biex:

(a)

jiġu implimentati l-istrateġiji ta’ l-iżvilupp lokali kif imsemmija fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 43(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament bażiku u permezz tal-miżuri eliġibbli previsti fl-Artikoli 44(1)(a) sa (g), (i) u (j) u Artikolu 44(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament.

(b)

tiġi implimentata l-kooperazzjoni inter reġjonali u transnazzjonali fost il-gruppi fl-oqsma tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 44(1)(h) tar-Regolament bażiku l-aktar permezz tan-netwerking u t-tixrid ta' l-aħjar prassi bil-għan li jintlaħaq l-għan imsemmi fl-Artikolu 43(2)(d) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 22

Applikazzjoni ġeografika ta’ l-assi ta’ Prijorità 4

1.   Il-programm operattiv għandu jispeċifika l-proċeduri u l-kriterji biex jintagħżlu ż-żoni tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif se japplikaw l-Artikoli 43(3) u (4) tar-Regolament bażiku.

2.   Iż-żoni ta’ sajd magħżula mhux neċessarjament iridu jikkoinċidu ma’ żona amministrattiva nazzjonali jew ma’ żoni stabbiliti għall-finijiet ta’ l-eliġibbiltà permezz ta’ l-għanijiet tal-Fondi Strutturali.

Artikolu 23

Proċeduri u kriterji biex jintgħażlu l-gruppi

1.   Grupp kif imsemmi fl-Artikolu 45(1) tar-Regolament bażiku għandu jkun magħmul b’tali mod li jkun jista’ jsawwar u jimplimenta strateġija ta’ żvilupp fil-qasam konċernat.

Ir-rilevanza u l-effettività tal-partenarjat għandhom jiġu evalwati tal-kompożizzjoni tiegħu kif ukoll tat-trasparenza tiegħu u ċ-ċarezza fl-allokazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet.

Il-kapaċità ta’ l-imsieħba biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom u l-effettività u t-teħid ta’ deċiżjonijiet għandhom ikunu garantiti.

Il-partenarjat għandu jkun magħmul, inkluż fuq il-livell tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, minn rappreżentanti tas-settur tas-sajd u ta’ setturi oħra rilevanti lokali soċjo ekonomiċi.

2.   Il-kapaċità amministrattiva tal-“grupp” għandha titqies li hi adegwata fejn il-grupp:

(a)

jew jagħżel mill-partenarjat, imsieħeb bħala l-mexxej amministrattiv li jiggarantixxi t-tħaddim sodisfaċenti tal-partenarjat,

jew

(b)

jiltaqa’ flimkien fi struttura komuni mwaqqfa b’mod legali, li l-binja formali tiegħu tiggarantixxi li l-partenarjat jitħaddem b'mod sodisfaċenti.

3.   Jekk il-grupp hu fdat bl-amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi, il-kapaċità finanzjarja tiegħu għandha tiġi valutata:

(a)

fir-rigward tal-paragrafu 2(a) fejn tidħol l-abbiltà tal-mexxej amministrattiv biex jamministra l-fondi;

(b)

fir-rigward tal-paragrafu 2(b) fejn tidħol l-abbiltà ta’ l-istruttura komuni biex tamministra l-fondi;

4.   Il-gruppi għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġiji ta’ żvilupp lokali għandhom jintgħażlu mhux aktar tard minn erba’ snin mid-data ta' l-approvazzjoni tal-programm operattiv. Jistgħu jingħataw limiti ta’ żmien itwal fejn l-awtorità ta' ġestjoni torganizza aktar minn proċedura waħda ta’ għażla għall-gruppi.

5.   Il-programm operattiv għandu jispeċifika:

(a)

il-proċeduri u l-kriterji biex jintagħżlu l-gruppi kif ukoll l-għadd ta' gruppi li l-Istat Membru beħsiebu jagħżel. Il-kriterji ta’ l-għażla msemmija fl-Artikolu 45 tar-Regolament bażiku u f’dan l-Artikolu għandu jikkostitwixxi minimu u jistgħu jiġu miżjuda b’kriterji nazzjonali speċifiċi. Il-proċeduri għandhom ikunu trasparenti, jagħtu pubbliċità biżżejjed u jassiguraw il-kompetizzjoni fejn din tkun applikabbli, bejn il-gruppi billi jressqu l-istrateġiji ta’ żvilupp lokali.

(b)

l-arranġamenti ta’ ġestjoni u l-proċeduri għall-mobilizzazzjoni u għaċ-ċirkolazzjoni ta' flus finanzjarji li jgħaddu sal-benefiċjarju. Għandu jiddeskrivi b’mod partikolari kif il-gruppi huma integrati fil-ġestjoni, is-sistemi ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll.

Artikolu 24

Strateġija ta’ żvilupp lokali

L-istrateġija ta’ żvilupp lokali proposti mill-grupp skond l-Artikolu 45(2) tar-Regolament bażiku għandha:

(a)

tkun integrata u bbażata fuq l-interazzjoni bejn l-atturi, is-setturi u operazzjonijiet u tmur lil hinn minn sempliċement ġabra ta' operazzjonijiet jew tqiegħed flimkien ta' miżuri settorali;

(b)

tkun konsistenti mal-bżonnijiet taż-żona tas-sajd speċjalment f’termini soċjo-ekonomiċi;

(c)

turi li hi sostenibbli;

(d)

tkun kumplimentari għal interventi oħra magħmula fil-qasam konċernat.

Artikolu 25

Implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija ta’ żvilupp lokali

1.   Minkejja l-Artikolu 45(2) tar-Regolament bażiku l-grupp għandu jagħżel l-operazzjonijiet li jridu jiġu finanzjati permezz ta’ l-istrateġija ta’ żvilupp lokali.

2.   Jekk il-grupp jiġi fdat bl-amministrazzjoni tal-fondi pubbliċi, għandu joħloq kont separat għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ żvilupp lokali.

TAQSIMA 5

Dispożizzjonijiet komuni għal diversi miżuri

Artikolu 26

Dispożizzjonijiet komuni għall-assi prijoritarji 1 sa 4

L-ispiża li ġejja m'għandhiex tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-EFF:

(a)

għall-finijiet ta’ l-Artikoli 28(3) u 34(3), il-punt (i) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 37 u l-Artikolu 44(2) tar-Regolament bażiku, ix-xiri ta' infrastruttura użata għal tagħlim tul il-ħajja għal ammont li jaqbeż 10 % ta’ l-ispiża totali eliġibbli ta' l-operazzjoni konċernata;

(b)

il-parti ta’ l-ispiża tal-vetturi li mhix direttament marbuta ma’ l-operazzjoni konċernata.

KAPITOLU IV

EVALWAZZJONI TAL-PROGRAMMI OPERATTIVI

Artikolu 27

Evalwazzjonijiet interim

L-Istati Membri għandhom jgħaddu l-evalwazzjonijiet interim imsemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament bażiku sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2011. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tinterrompi d-data ta' skadenza tal-ħlas skond l-Artikolu 88 tar-Regolament bażiku jekk Stat Membru ma kkonformax ma' dik l-obbligazzjoni.

KAPITOLU V

INFORMAZZJONI U PUBBLIĊITÀ

Artikolu 28

Deskrizzjoni tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità fil-programmi operattiv u fir-rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni

1.   Għall-fini ta’ l-Artikolu 20(1)(g)(v) tar-Regolament bażiku, il-programm operattiv għandu jinkludi talanqas l-elementi li ġejjin:

(a)

il-kontenut tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità li jridu jittieħdu mill-Istat Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni mmirat lejn benefiċjarji potenzjali u benefiċjarji u l-baġit indikattiv tagħhom;

(b)

il-kontenut tal-miżuri ta' informazzjoni u pubbliċità li jridu jittieħdu mill-Istat Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni għall-pubbliku u għall-baġit indikattiv tagħhom;

(c)

id-dipartimenti amministrattivi jew il-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità;

(d)

indikazzjoni ta’ kif il-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità jridu jiġu evalwati f’termini ta’ viżibbiltà u kuxjenza dwar il-programm operattiv u r-rwol li għandha l-Komunità.

2.   Għall-programmi operattivi msemmija fl-Artikolu 2, il-paragrafi 1(c) u (d) ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw.

3.   Ir-rapporti annwali u r-rapport finali dwar l-implimentazzjoni ta' programm operattiv, imsemmija fl-Artikolu 67 tar-Regolament bażiku, għandhom jinkludu:

(a)

miżuri ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità li saru;

(b)

l-arranġamenti għall-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità li hemm referenza għalihom fil-punt (d) tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 31 ta' dan ir-Regolament inkluż, fejn japplika, l-indirizz elettroniku li fih tista’ tinstab dik id-dejta.

Ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni li jkopri s-sena 2010 u r-rapport finali dwar l-implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 67 tar-Regolament bażiku għandu jkun fih kapitolu li jevalwa r-riżultati tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità fir-rigward tal-viżibbiltà u l-kuxjenza tal-programm operattiv u r-rwol li għandha l-Komunità, kif hemm provdut fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 29

Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali

1.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 51(2)(a) tar-Regolament bażiku, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tassigura li l-programm operattiv jkun mifrux sew bid-dettalji dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-EFF u li jkun disponibbli għall-partijiet kollha interessati. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tassigura wkoll li l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti permezz ta’ assistenza konġunta mill-Komunità u mill-Istat Membru permezz tal-programm operattiv tkun mifruxa kemm jista' jkun.

2.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tipprovdi lill-benefiċjarji potenzjali informazzjoni ċara u dettaljata, dwar talanqas dan li ġej:

(a)

il-kundizzjonijiet ta’ l-eliġibbiltà li jridu jintlaħqu sabiex jikkwalifikaw għall-finanzjament permezz tal-programm operattiv;

(b)

deskrizzjoni tal-proċeduri biex jiġu eżaminati applikazzjonijiet għall-finanzjament u tal-perjodi taż-żmien involut;

(c)

il-kriterji biex jiġu magħżula l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati;

(d)

il-kuntatti fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jagħtu informazzjoni dwar il-programm operattiv.

3.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tgħarraf lill-benefiċjarji potenzjali dwar il-pubblikazzjoni kif hemm provdut fl-Artikolu 31(d).

4.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha ddaħħal fil-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità skond il-ligijiet nazzjonali u l-prassi nazzjonali, talanqas waħda mill-korpi li ġejjin li jistgħu jxerrdu sew l-informazzjoni mniżżla fil-paragrafu 2:

(a)

awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u aġenziji ta’ żvilupp;

(b)

assoċjazzjonijiet tal-kummerċ u professjonali;

(c)

imsieħba ekonomiċi u soċjali;

(d)

organizzazzjonijiet mhux governattivi;

(e)

organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw in-negozju;

(f)

ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea kif ukoll rappreżentanti tal-Kummissjoni fl-Istati Membri;

(g)

istituzzjonijiet edukattivi.

Artikolu 30

Miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji

L-awtorità ta' ġestjoni għandha tgħarraf lill-benefiċjarji li meta jkunu qed jaċċettaw il-fondi jkunu wkoll qed jaċċettaw li jitniżżlu fil-lista ta’ benefiċjarji ppubblikati skond il-punt (d) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 31.

Artikolu 31

Responsabbiltajiet ta’ l-awtorità ta' ġestjoni marbuta ma’ miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità għall-pubbliku

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 51(2)(c) tar-Regolament bażiku l-awtorità ta' ġestjoni għandha tassigura li l-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità għall-pubbliku jiġu implimentati u li jimmiraw biex ikollhom l-aktar attenzjoni possibbli mill-midja permezz ta' forom u metodi diversi ta' komunikazzjoni fuq il-livell territorjali adattat.

L-awtorità ta' ġestjoni għandha tkun responsabbli biex torganizza talanqas il-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità li ġejjin:

(a)

attività ta’ informazzjoni maġġuri li tagħmel pubbliċità tat-tnedija tal-programm operattiv;

(b)

talanqas attività waħda ta’ informazzjoni ewlenija fis-sena, li tippreżenta l-kisbiet tal-programm operattiv;

(c)

tittajjar il-bandiera ta’ l-Unjoni Ewropea matul ġimgħa waħda li tibda mid-9 ta’ Mejju, quddiem il-bini ta’ l-awtorità ta' ġestjoni;

(d)

il-pubblikazzjoni, b’mod elettroniku jew mod ieħor, tal-lista tal-benefiċjarji, l-ismijiet ta’ l-operazzjonijiet u l-ammont ta’ fondi pubbliċi allokati għall-operazzjonijiet.

Il-parteċipanti fl-operazzjonijiet appoġġjati mill-EFF u immirati lejn it-titjib tal-ħiliet u tat-taħriġ professjonali kif ukoll il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ biex jirtiraw kmieni mis-settur tas-sajd, inkluż irtirar kmieni, kif hemm provdut fl-Artikolu 27(1)(d) tar-Regolament bażiku m'għandhomx jissemmew.

Artikolu 32

Responsabbiltajiet tal-benefiċjarji marbuta mal-miżuri ta' informazzjoni u pubbliċità għall-pubbliku

1.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 51 tar-Regolament bażiku l-benefiċjarju għandu jkun responsabbli biex jgħarraf lill-pubbliku, permezz tal-miżuri stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, dwar l-għajnuna miksuba mill-EFF.

2.   Meta l-ispiża totali eliġibbli ta’ operazzjoni ko-finanzjata mill-FES, taqbeż il-EUR 500 000 u tkun tikkonsisti fil-finanzjament ta' l-infrastruttura jew ta' l-operazzjonijiet ta' kostruzzjoni l-benefiċjarju għandu jwaħħal billbord fuq is-sit ta' l-operazzjoni waqt li tkun qed tiġi implimentata. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 għandha timla talanqas 25 % mill-billbord.

Meta l-operazzjoni titlesta minflok il-billbord għandha titwaħħal plakka permanenti deskrittiva msemmija fil-paragrafu 3.

3.   Meta l-ispiża totali eliġibbli ta’ l-operazzjoni taqbeż il-EUR 500 000 u tkun magħmula mix-xiri ta’ oġġett fiżiku jew il-finanzjament ta’ l-operazzjonijiet ta’ infrastruttura jew ta’ kostruzzjoni, il-benefiċjarju għandu jwaħħal plakka permanenti bi spjegazzjoni li tkun tidher u kbira biżżejjed mhux aktar tard minn sitt xhur mid-data ta' meta titlesta l-operazzjoni.

Fuq il-plakka għandu jkun hemm it-tip u isem l-operazzjoni minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33. L-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu għandha talanqas timla 25 % mill-plakka.

Għandha titwaħħal plakka li tispjega fil-postijiet tal-gruppi ffinanzjati permezz ta’ l-assi prijoritarju 4 tar-Regolament bażiku.

4.   Fejn jixraq, il-benefiċjarju għandu jassigura li dawk li qed jieħdu sehem fl-operazzjoni ko-finanzjata mill-EFF ġew mgħarrfa b'dawk il-fondi.

Il-benefiċjarju għandu jipprovdi notifika ċara bil-għan li l-operazzjoni li qed tiġi implimentata ġiet magħżula permezz ta' programm operattiv ko-finanzjat mill-EFF.

Kull dokument, inkluż kull attendenza jew ċertifikat ieħor, li jikkonċerna dik l-operazzjoni għandu jinkludi stqarrija bil-għan li turi li l-programm operattiv kien ko-finanzjat mill-EFF.

Artikolu 33

Karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità dwar l-operazzjoni

1.   Il-miżuri kollha ta’ informazzjoni u pubbliċità immirati lejn il-benefiċjarji, benefiċjarji potenzjali u l-pubbliku għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)

l-emblema ta’ l-Unjoni Ewropea, skond l-istandards grafiċi stipulati fl-Anness II u referenza għall-Unjoni Ewropea;

(b)

referenza għall-EFF: “Fond Ewropew għas-Sajd”;

(c)

stqarrija magħżula mill-awtorità ta' ġestjoni, li tagħmel enfasi fuq kemm jiswa aktar l-intervent tal-Komunità, u jekk jista' jkun: “Investiment f’sajd sostenibbli”.

2.   Għal oġġetti promozzjonali żgħar, il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw.

KAPITOLU VI

STRUMENTI TA’ INĠINERIJA FINANZJARJA

Artikolu 34

Dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-istrumenti kollha ta’ inġinerija finanzjarja

1.   Skond l-Artikolu 55(8) tar-Regolament bażiku, bħala parti mill-programm operattiv, l-EFF jista' jikko-finanzja l-ispiża fir-rigward ta' l-operazzjoni inkluż il-kontribuzzjonijiet biex jiġu appoġġjati l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja għall-intrapriżi, primarjament għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (l-SMEs), inkluż il-mikro intrapriżi, kif imfissra fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (21) mill-1 ta' Jannar 2005, bħal fondi kapitali riskjużi, fondi ta' garanzija u fondi ta' self inkluż permezz ta’ fondi ta' titoli.

L-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja għandhom ikunu f’forma ta’ azzjonijiet li jagħtu investimenti li jistgħu jitħallsu lura jew jipprovdu garanziji għall-investimenti li jistgħu jitħallsu lura, jew it-tnejn. Il-kundizzjonijiet mogħtija fl-Artikoli 35, 36 u 37 għandhom japplikaw għalihom.

2.   L-istqarrija dwar l-ispiża fir-rigward ta’ l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja għandhom jinkludu l-ispiża kollha mħallsa biex jiġu stabbiliti jew bħala kontribuzzjoni għal dawk l-istrumenti. Iżda, fl-għeluq parzjali jew finali tal-programm operattiv l-ispiża eliġibbli għandha tkun it-total ta’ kull pagament għall-investiment fl-intrapriżi minn kull wieħed mill-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 jew minn kwalunkwe garanziji mogħtija inkluż ammonti kommessi bħala garanziji mill-fondi ta' garanzija u l-ispejjeż tal-ġestjoni eliġibbli. Id-dikjarazzjoni dwar l-ispejjeż korrispondenti għandha tiġi kkoreġuta skond il-bżonn.

3.   L-interessi ġġenerati permezz tal-pagamenti mill-programm operattiv sa l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw strumenti ta’ inġinerija finanzjarja għall-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju, inkluż il-mikro intrapriżi, f’każijiet oħra.

4.   Riżorsi li jerġgħu jintefgħu fl-operazzjoni minn investimenti magħmula permezz ta’ l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja jew li jkun fadal wara li l-garanziji kollha jkunu ġew onorati għandhom jerġgħu jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri konċernati għall-benefiċċju ta’ l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju inkluż il-mikro intrapriżi.

Artikolu 35

Kundizzjonijiet applikabbli għall-istrumenti kollha ta’ inġinerija finanzjarja

1.   Meta l-EFF jiffinanzja operazzjonijiet li jinkludu strumenti ta’ inġinerija finanzjarja, inkluż dawk organizzati permezz ta’ fondi ta’ ishma, għandu jiġi sottomess pjan tan-negozju mill-imsieħba li qed jikko-finanzjaw jew mill-azzjonisti jew mir-rappreżentant tagħhom awtorizzat kif suppost.

Dan il-pjan tan-negozju għandu jiġi valutat u l-implimentazzjoni tiegħu tiġi monitorjata jew taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta' l-Istat Membru jew ta’ l-awtorità ta' ġestjoni. Il-valutazzjoni tal-vijabbiltà ekonomika ta’ l-attivitajiet ta’ investiment ta’ l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja għandha tqis is-sorsi kollha ta’ dħul ta’ l-intrapriżi konċernati.

2.   Il-pjan tan-negozju previst fil-paragrafu 1 għandu jispeċifika talanqas dan li ġej:

(a)

is-suq immirat ta’ l-intrapriżi u l-kriterji, il-kundizzjonijiet ta’ kif jiġu ffinanzjati;

(b)

il-baġit operattiv ta’ l-istrument ta’ inġinerija finanzjarja;

(c)

sid l-istrument ta’ inġinerija finanzjarja;

(d)

l-imsieħba li qed jikko-finanzjaw jew l-azzjonisti;

(e)

il-liġijiet lokali ta’ l-istrument ta’ inġinerija finanzjarja;

(f)

id-dispożizzjonijiet dwar il-professjonalità, il-kompetenza u l-indipendenza tal-maniġment;

(g)

il-ġustifikazzjoni għall-kontribuzzjoni mill-EFF u l-użu intenzjonat tiegħu;

(h)

il-politika ta’ l-istrument ta’ inġinerija finanzjarja li tikkonċerna l-ħruġ mill-investimenti fl-intrapriżi;

(i)

id-dispożizzjonijiet ta’ l-istralċ ta’ l-istrument ta’ inġinerija finanzjarja, inkluż l-użu mill-ġdid tar-riżorsi mogħtija lura lill-istrument ta’ inġinerija finanzjarja minn investimenti jew minn dak li jkun fadal wara li l-garanziji kollha jkunu ġew onorati, li huma attribwiti għall-kontribuzzjoni mill-programm operattiv.

3.   L-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja, inkluż il-fondi ta’ titoli, għandhom jitwaqqfu bħala entitajiet legali indipendenti koperti bil-ftehim bejn l-imsieħba li qed jikko-finanzjaw jew l-azzjonisti jew blokka separata ta' finanzi fi ħdan l-istituzzjoni finanzjarja eżistenti.

Fejn l-istrument ta’ inġinerija finanzjarja hu stabbilit fi ħdan istituzzjoni finanzjarja, għandu jitwaqqaf bħala blokk separat ta' finanzi, soġġett għar-regoli ta' implimentazzjoni speċifiċi fi ħdan l-istituzzjoni finanzjarja, li jistipula, b'mod partikolari, li għandhom jinżammu kontijiet separati, inkluż dawk kontribwiti mill-programm operattiv, minn dawk li jkun hemm fil-bidu fl-istituzzjoni.

Il-Kummissjoni m’għandhiex ssir sieħba li tikkofinanzja jew azzjonista fl-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja.

4.   L-ispejjeż tal-ġestjoni m’għandhomx jaqbżu, bħala medja fis-sena, għat-tul ta’ l-għajnuna xi wieħed minn dawn il-limiti għoljin li ġejjin, sakemm ma jkunx meħtieġ persentaġġ ogħla wara sejħa għall-offerti kompetittiva:

(a)

2 % tal-kapital kontribwit mill-programm operattiv għall-fondi ta’ l-ishma, jew il-kapital kontribwit mill-programm operattiv jew mill-fond ta’ l-ishma għall-fondi ta’ garanzija;

(b)

3 % tal-kapital kontribwit mill-programm operattiv jew mill-fond ta’ l-ishma għall-istrument ta’ inġinerija finanzjarja fil-każijiet l-oħra kollha, minbarra strumenti ta’ kreditu mikro immirati lejn il-mikro-intrapriżi;

(c)

4 % tal-kapital ikkontribwit mill-programm operattiv jew mill-fond ta’ l-ishma għal strumenti immirati lejn il-mikro-intrapriżi.

5.   It-termini u l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet mill-programm operattiv għall-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja għandhom jiġu stipulati fil-ftehim ta' finanzjament, li jrid jiġi konkluż bejn ir-rappreżentant ta' l-istrument ta' inġinerija finanzjarja mogħti s-setgħa apposta u l-Istat Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni.

6.   Il-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 5 għandu jinkludi talanqas:

(a)

l-istrateġija ta’ investiment u ppjanar;

(b)

il-monitoraġġ ta’ l-implimentazzjoni skond ir-regoli applikabbli;

(c)

politika ta’ ħruġ għall-kontribuzzjoni mill-programm operattiv barra mill-istrument ta’ inġinerija finanzjarja;

(d)

id-dispożizzjonijiet ta' l-għeluq ta' l-istrument ta' inġinerija finanzjarja, inkluż l-użu mill-ġdid tar-riżorsi mitfugħa lura fl-istrument ta' inġinerija finanzjarja mill-investimenti jew minn dak li jkun fadal wara li l-garanziji kollha jkunu ġew onorati, li jistgħu jiġu attribwiti għall-kontribuzzjoni mill-programm operattiv.

7.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tieħu l-prekawzjonijiet biex tnaqqas kemm tista’ t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fis-swieq ta’ kapital riskjuż jew fis-swieq tas-self. Id-dħul mill-investimenti ta’ ishma u self, li minnu tneħħi sehem pro rata għall-ispejjeż tal-ġestjoni u inċentivi ta’ ħidma, jista’ jiġi allokat b’mod preferenzjali lill-investituri li joperaw permezz tal-prinċipju ta’ l-investitur f’ekonomija tas-suq sal-livell ta’ remunerazzjoni stipulat fil-liġijiet lokali ta’ l-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u għandhom imbagħad jiġu allokati b’mod proporzjonali fost l-imsieħba kollha li għamlu kofinanzjament jew l-azzjonisti.

Artikolu 36

Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-fondi ta’ l-ishma

1.   Meta l-EFF jiffinanzja strumenti ta’ inġinerija finanzjarja organizzati permezz ta’ fondi ta’ l-ishma, jiġifieri, fondi mwaqqfa biex jinvestu f’diversi fondi ta’ kapital riskjuż, fondi ta’ garanzija u fondi ta’ self, l-Istat Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni għandhom jimplimentawhom permezz ta’ waħda jew aktar mill-forom li ġejjin:

(a)

l-għoti ta’ kuntratt pubbliku skond il-liġi ta’ xiri pubbliku applikabbli;

(b)

f’każijiet oħra, fejn il-ftehim mhux kuntratt ta’ servizz pubbliku skond it-tifsira tal-liġi ta’ xiri pubbliku, l-għoti ta' għotja, imfissra għal dan il-għan bħala kontribuzzjoni finanzjarja diretta permezz ta' donazzjoni:

(i)

lill-Bank Ewropew għall-Investiment jew lill-Fond Ewropew għall-Investiment,

jew

(ii)

lil istituzzjoni finanzjarja mingħajr sejħa għal proposti, jekk dan ikun skond xi liġi nazzjonali kompatibbli mat-Trattat

2.   Meta l-EFF jiffinanzja strumenti ta’ inġinerija finanzjarja organizzati permezz ta’ fondi ta’ l-ishma, l-Istat Membru jew l-awtorità ta' ġestjoni, għandhom jikkonkludu ftehim ta’ finanzjament b’mod li l-fond ta’ l-ishma jistabbilixxi l-arranġamenti ta’ finanzjament u l-għanijiet.

Il-ftehim ta’ finanzjament għandu, fejn jixraq, iqis il-konklużjonijiet ta’ evalwazzjoni tad-diskrepanzi bejn il-provvista ta’ dawk l-istrumenti lil SMEs, u d-domanda għal dawk l-istrumenti minnhom.

3.   Il-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 2 għandu b’mod partikolari jagħmel provvediment għal:

(a)

it-termini u l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjonijiet mill-programm operattiv għall-fond ta’ l-ishma;

(b)

sejħa għall-offerti indirizzata lill-intermedjarji finanzjarji;

(c)

l-eżami, l-għażla u l-konferma ta’ l-intermedjarji finanzjarji;

(d)

it-twaqqif u l-monitoraġġ tal-politika ta’ investiment, li għandha tinkludi talanqas indikazzjoni ta’ l-intrapriżi mmirati u l-prodotti ta’ inġinerija finanzjarja li jridu jiġu appoġġjati;

(e)

rapportar mill-fond ta’ l-ishma lill-Istat Membru jew lill-awtorità ta' ġestjoni;

(f)

tiġi monitorjata l-implimentazzjoni ta' investimenti skond ir-regoli applikabbli;

(g)

rekwiżiti ta’ awditjar;

(h)

il-politika ta’ ħruġ tal-fond ta’ l-ishma mill-fondi ta’ kapital riskjuż, fondi ta’ garanzija jew fondi ta’ self;

(i)

id-dispożizzjonijiet ta’ konklużjoni tal-fond ta’ l-ishma, inkluż l-użu mill-ġdid tar-riżorsi mogħtija lura lill-istrument ta' inġinerija finanzjarja mill-investimenti magħmula jew li jkun fadal wara li l-garanziji kollha jkunu ġew onorati li jistgħu jiġu attribwiti għall-kontribuzzjoni mill-programm operattiv.

4.   It-termini u l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet għall-fondi ta' kapital riskjuż, fondi ta' garanzija, u fondi ta' self mill-fondi ta’ l-ishma appoġġjati mill-programm operattiv għandhom jiġu stipulati fil-ftehim ta' finanzjament, li jrid jiġi konkluż bejn il-fondi ta' kapital riskjuż, il-fond ta' garanzija u l-fond tas-self, min-naħa, u l-fond ta’ l-ishma, min-naħa l-oħra. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jinkludi talanqas l-elementi mniżżla fl-Artikolu 35(6).

Artikolu 37

Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-fondi ta’ kapital riskjuż, fondi ta’ garanzija u fondi ta’ self

L-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja barra mill-fondi ta’ l-ishma għandhom jinvestu f’intrapriżi, primarjament fl-SMEs. Dawk l-investimenti jistgħu jsiru biss fit-twaqqif, fl-istadji bikrija, inkluż kapital tal-bidu, jew tkabbir ta' dawk l-intrapriżi, u biss f'attivitajiet li l-meniġers ta' l-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja jqisu li huma potenzjalment u ekonomikament vijabbli.

KAPITOLU VII

IMMANIĠJAR, MONITORAĠĠ U KONTROLL

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 38

Korpi intermedjarji

1.   Meta korp intermedjarju jagħmel wieħed jew aktar mill-kompiti ta’ l-awtorità ta' ġestjoni jew ta’ l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, l-arranġamenti rilevanti għandhom jitniżżlu formalment bil-miktub.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandhom japplikaw għall-korp intermedjarju.

Artikolu 39

L-awtorità ta' ġestjoni

1.   Għall-finijiet ta’ l-għażla u l-approvazzjoni ta’ l-operazzjonijiet, permezz ta’ l-Artikolu 59(a) tar-Regolament bażiku, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tassigura li l-benefiċjarji jiġu mgħarrfa bil-kundizzjonijiet speċifiċi li jolqtu l-prodotti jew is-servizzi li jridu jsiru permezz ta' l-operazzjoni, il-pjan ta' finanzjament, iż-żmien stipulat għat-twettiq, u l-informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra li trid tinżamm u tiġi komunikata. Għandha tkun sodisfatta li l-benefiċjarju kapaċi jaqdi dawn l-obbligi qabel ma tittieħed id-deċiżjoni ta' approvazzjoni.

2.   Il-verifiki li jridu jsiru mill-awtorità ta' ġestjoni permezz ta’ l-Artikolu 59(b) tar-Regolament bażiku għandhom ikopru l-aspetti amministrattivi, finanzjarji, tekniċi u fiżiċi ta’ l-operazzjonijiet, kif jixraq.

Il-verifiki għandhom jassiguraw li l-ispiża dikjarata hija minnha, il-prodotti jew is-servizzi ngħataw skond id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni, l-applikazzjonijiet għar-rimborż mill-benefiċjarju huma korretti u l-ispiża tikkonforma mar-regoli Komunitarji u nazzjonali. Huma għandhom jinkludu proċeduri biex jiġi evitat li l-ispiża tiġi ffinanzjata darbtejn ma' skemi oħra Komunitarji jew nazzjonali u ma' perjodi oħra ta' programmar.

Il-verifiki għandhom jinkludu l-proċeduri li ġejjin:

(a)

verifiki amministrattivi fir-rigward ta’ kull applikazzjoni għar-rimborż mill-benefiċjarji;

(b)

verifiki fuq il-post ta’ l-operazzjonijiet individwali.

3.   Meta l-verifiki fuq il-post skond il-paragrafu 2(b) isiru fuq kampjun abbażi tal-programm operattiv, l-awtorità ta' ġestjoni għandha żżomm rekords li jiddeskrivu u jiġġustifikaw il-metodu kampjunarju u jidentifikaw l-operazzjonijiet jew it-tranżazzjonijiet magħżula għall-verifiki.

L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiddetermina d-daqs tal-kampjun sabiex tilħaq assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet marbuta magħhom fir-rigward tal-livell ta’ riskju identifikat mill-awtorità ta' ġestjoni għat-tip ta’ benefiċjarji u l-operazzjonijiet konċernati.

L-awtorità ta' ġestjoni għandha tirrevedi l-metodu kampjunarju kull sena.

4.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tistabbilixxi standards u proċeduri miktuba għall-verifiki li jsiru skond il-paragrafu 2 u għandha żżomm rekords ta' kull verifika, billi tgħid ix-xogħol li sar, id-data u r-riżultati tal-verifika u l-miżuri meħuda fil-każ ta' l-irregolaritajiet li jkunu nstabu.

5.   Meta l-awtorità ta' ġestjoni tkun wkoll benefiċjarju permezz tal-programm operattiv, arranġamenti għall-verifiki msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jassiguraw li jkun hemm firda biżżejjed bejn il-funzjonijiet skond l-Artikolu 57(1)(b) tar-Regolament bażiku.

Artikolu 40

Dejta dwar l-operazzjonijiet li jridu jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni meta jintalbu

1.   Ir-rekords tal-kontijiet ta’ l-operazzjonijiet u tad-dejta dwar l-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 59(c) tar-Regolament bażiku għandhom jinkludu talanqas l-informazzjoni stipulata fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. Din l-informazzjoni għandha tiġi segmentata fejn hemm bżonn skond l-età u s-sess tal-benefiċjarji.

2.   L-awtoritajiet li jmexxu, li jiċċertifikaw u li jawditjaw u l-korpi msemmija fl-Artikolu 61(3) tar-Regolament bażiku għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

3.   Fuq talba bil-miktub mill-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni adattata msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien ħmistax-il ġurnata xogħol minn mindu jirċievi t-talba jew xi perjodu ieħor miftiehem, bil-għan li jsiru spezzjonijiet dokumentati u fuq il-post. Il-Kummissjoni tista’ tkun teħtieġ l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fil-livell ta' l-operazzjonijiet, tal-miżuri, ta’ l-assi ta' prijorità jew tal-programm operattiv.

Artikolu 41

Rekord sekwenzjali tat-tranżazzjonijiet

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 59(f) tar-Regolament bażiku, ir-rekord sekwenzjali tat-tranżazzjonijiet għandu jitqies li hu adegwat fejn, jikkonforma mal-kriterji li ġejjin:

(a)

jagħti lok biex l-ammonti miġbura flimkien ċertifikati lill-Kummissjoni jiġu mqabbla mar-rekords dettaljati tal-kontijiet u d-dokumenti li jappoġġjaw miżmuma mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni, l-awtorità ta' ġestjoni, il-korpi intermedjarji u l-benefiċjarji fir-rigward ta’ l-operazzjonijiet ko-finanzjati permezz tal-programm operattiv;

(b)

jagħti lok li ssir verifika tal-pagament tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju;

(c)

tagħti lok li ssir verifika ta’ l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ l-għażla stabbiliti mill-kumitat li jimmonitorja għall-programm operattiv;

(d)

ikun fih fir-rigward ta’ kull operazzjoni, kif jixraq, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-pjan ta’ finanzjament, dokumenti li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ l-għotja, dokumenti marbuta mal-proċeduri ta’ xiri pubbliku, rapporti dwar il-progress u rapporti dwar il-verifiki u l-awditjar li jkunu saru.

Artikolu 42

Awditjar ta’ l-operazzjonijiet

1.   L-awditjar imsemmi fl-Artikolu 61(1)(b) tar-Regolament bażiku għandu jsir kull perjodu ta’ tnax-il xahar mill-1 ta’ Lulju 2008 fuq kampjun ta’ operazzjonijiet magħżula permezz ta’ metodu stabbilit jew approvat mill-awtorità ta’ l-awditjar skond l-Artikolu 43 ta’ dan ir-Regolament.

L-awditjar għandu jsir fuq il-post abbażi ta' dokumentazzjoni u rekords miżmuma mill-benefiċjarju.

2.   L-awditjar għandu jivverifika li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-operazzjoni tilħaq il-kriterji ta’ l-għażla għall-programm operattiv, ġiet implimentata skond id-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni u tilħaq xi waħda mill-kundizzjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonalità jew l-użu tagħha jew l-għanijiet li jridu jintlaħqu;

(b)

l-ispiża dikjarata tikkorrispondi mar-rekords tal-kontijiet u d-dokumenti li jappoġġjaw miżmuma mill-benefiċjarju;

(c)

l-ispiża dikjarata mill-benefiċjarju hi konformi mar-regoli Komunitarji u nazzjonali;

(d)

il-kontribuzzjoni pubblika tħallset lill-benefiċjarju skond l-Artikolu 80 tar-Regolament bażiku.

3.   Fejn il-problemi misjuba jidhru li huma ta’ natura sistemika u għalhekk jinvolvu riskju għal operazzjonijiet oħra permezz tal-programm operattiv, l-awtorità ta’ l-awditjar għandha tassigura li jsir aktar eżaminar, inkluż awditjar addizzjonali fejn hemm bżonn, biex tiġi stabbilita l-iskala ta’ dawk il-problemi. Għandha tittieħed l-azzjoni neċessarja preventiva u korrettiva mill-awtoritajiet responsabbli.

4.   L-ispiża biss li taqa’ fl-iskop ta’ l-awditjar skond il-paragrafu 1 għandha tiġi magħduda ma’ l-ammont ta’ spiża awditjata, għall-finijiet ta’ rapportar fit-tabelli fil-punt 9 tal-Parti A ta’ l-Anness VI u punt 9 ta' Parti A ta' l-Anness VII.

Artikolu 43

Teħid ta’ kampjuni

1.   Il-kampjun ta’ operazzjonijiet li jrid jiġi awditjat kull 12-il xahar għandu l-ewwelnett jiġi bbażat fuq metodu kampjunarju statistiku aleotorju kif stipulat fil-paragrafi 2, 3 u 4. Jistgħu jintgħażlu operazzjonijiet addizzjonali bħala kampjun komplementari kif stipulat fil-paragrafi 5 u 6.

2.   Il-metodu użat biex jintgħażel il-kampjun u biex jittieħdu l-konklużjonijiet mir-riżultati għandu jqis l-istandards ta’ awditjar aċċettati internazzjonalment u jiġu dokumentati. Meta wieħed iqis l-ammont ta’ spiża, l-għadd u t-tip ta’ operazzjonijiet u fatturi oħra rilevanti, l-awtorità ta' l-awditjar għandha tiddetermina l-metodu kampjunarju statistiku adattat li jrid jiġi applikat. Il-parametri tekniċi tal-kampjun għandhom jiġu determinati skond l-Anness IV.

3.   Il-kampjun li jrid jiġi awditjat kull perjodu ta’ 12-il xahar għandu jintgħażel minn dawk l-operazzjonijiet li għalihom l-ispiża ġiet dikjarata lill-Kummissjoni għall-programm operattiv matul is-sena ta' qabel dik li fiha r-rapport annwali dwar il-kontroll previst fl-Artikolu 61(1)(e)(i) tar-Regolament bażiku ġie komunikat lill-Kummissjoni. Għall-ewwel perjodu ta’ 12-il xahar, l-awtorità ta’ l-awditjar tista’ tiddeċiedi li tqiegħed fi grupp l-operazzjonijiet li għalihom ġiet dikjarata l-ispiża lill-Kummissjoni fl-2007 u fl-2008 bħala bażi għall-għażla ta’ l-operazzjonijiet li jridu jiġu awditjati.

4.   L-awtorità ta’ l-awditjar għandha tagħmel il-konklużjonijiet abbażi tar-riżultati ta’ l-awditjar marbuta ma’ l-ispiża dikjarata lill-Kummissjoni matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 3 u tikkomunikahom lill-Kummissjoni fir-rapport ta’ kontroll annwali. Fil-programmi operattivi li għalihom ir-rata ta’ żball proġettata hi aktar mil-livell ta’ materjalità, l-awtorità ta’ l-awditjar għandha tanalizza kemm hi sinifikanti u tieħu l-azzjonijiet neċessarji, inkluż li tagħmel rakkomandazzjonijiet li għandhom jiġu komunikati fir-rapport ta’ kontroll annwali.

5.   L-awtorità ta’ l-awditjar għandha regolarment tirrevedi kemm kopra l-kampjun aleotorju, fir-rigward b’mod partikolari tal-bżonn li jkun hemm assigurazzjoni suffiċjenti ta’ l-awditjar għad-dikjarazzjonijiet li jridu jingħataw fl-għeluq parzjali u finali tal-programm operattiv. Għandha tiddeċiedi abbażi tal-ġudizzju professjonali jekk hux meħtieġ li jiġi awditjat kampjun komplementari ta’ operazzjonijiet addizzjonali sabiex jitqiesu fatturi ta’ riskju speċifiċi identifikati u biex jiġi garantit għall-programm li jiġu koperti biżżejjed it-tipi differenti ta' operazzjonijiet, benefiċjarji, korpi intermedjarji u assi ta' prijorità.

6.   L-awtorità ta' l-awditjar għandha tagħmel il-konklużjonijiet abbażi tar-riżultati ta' l-awditjar tal-kampjun komplementari u tikkomunikahom lill-Kummissjoni fir-rapport ta' kontroll annwali. Fejn l-għadd ta’ irregolaritajiet misjuba huwa għoli jew fejn instabu irregolaritajiet sistemiċi, l-awtorità ta' l-awditjar għandha tanalizza s-sinfikanza tagħhom u tieħu l-azzjonijiet meħtieġa inkluż li tagħmel rakkomandazzjonijiet li għandhom jiġu komunikati fir-rapport ta' kontroll annwali. Ir-riżultati ta’ l-awditjar fuq il-kampjun komplementari għandhom jiġu analizzati b’mod separat minn dawk tal-kampjun aleotorju. B'mod partikolari, l-irregolaritajiet misjuba fil-kampjun komplementari m'għandhomx jitqiesu meta tiġi kalkulata r-rata ta' żball tal-kampjun aleotorju.

Artikolu 44

Dokumenti preżentati mill-awtorità ta’ l-awditjar

1.   L-istrateġija ta’ l-awditjar imsemmija fl-Artikolu 61(1)(c) tar-Regolament bażiku għandha tiġi stabbilita skond il-mudell stipulat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. Għandha tiġi aġġornata u analizzata fl-aħħar ta’ kull sena u, jekk hemm bżonn, matul is-sena.

2.   Ir-rapport ta’ kontroll annwali u l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 61(1)(e) tar-Regolament bażiku għandu jiġi bbażat fuq is-sistemi ta’ awditjar u l-awditjar ta’ operazzjonijiet li saru skond l-Artikolu 61(1)(a) u (b) ta' dak ir-Regolament skond l-istrateġija ta' awditjar għall-programm operattiv u għandu jissawwar bi qbil mal-mudelli stipulati fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

3.   Id-dikjarazzjoni ta’ l-għeluq li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 61(1)(f) tar-Regolament bażiku għandha tiġi bbażata fuq ix-xogħol kollu ta’ awditjar li sar mill-awtorità ta' l-awditjar jew taħt ir-responsabbiltà tagħha skond l-istrateġija ta' awditjar. Id-dikjarazzjoni ta’ l-għeluq u r-rapport ta’ kontroll finali għandhom jissawru skond il-mudell stipulat fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.

4.   Jekk hemm limitazzjoni fl-iskop ta’ l-eżaminar jew jekk il-livell ta’ spiża irregolari misjub ma jagħtix lok għall-għoti ta’ opinjoni mhux kwalifikata għall-opinjoni annwali msemmija fl-Artikolu 61(1)(e) tar-Regolament bażiku jew fid-dikjarazzjoni ta’ l-għeluq imsemmija fl-Artikolu 61(1)(f) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità ta’ l-awditjar għandha tagħti r-raġunijiet u tistma l-livell tal-problema u l-impatt finanzjarju tagħha.

5.   F’każ ta’ għeluq parzjali ta’ programm operattiv, id-dikjarazzjoni marbuta mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet koperti bid-dikjarazzjoni dwar l-ispiża msemmija fl-Artikolu 85 tar-Regolament bażiku għandha ssir mill-awtorità ta' l-awditjar skond il-mudell mogħti fl-Anness VIII ta' dan ir-Regolament u mressaq flimkien ma’ l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 61(1)(e)(iii) tar-Regolament bażiku

Artikolu 45

Disponibbiltà tad-dokumenti

1.   Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 87 tar-Regolament bażiku, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tassigura li jeżisti rekord ta’ l-identità u tal-post fejn jinsabu l-korpi li jżommu d-dokumenti sustantivi marbuta ma’ l-ispiża u l-awditjar, li jinkludu d-dokumenti kollha meħtieġa għal rekord sekwenzjali tat-tranżazzjonijiet adegwat.

2.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tassigura li d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jintwerew għall-ispezzjoni minn, u estratti jew kopji minnhom jingħataw mogħtija lil, persuni u korpi intitolati għalihom, inkluż talanqas l-istaff awtorizzat ta’ l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, il-korpi intermedjarji, l-awtorità ta’ l-awditjar u l-korpi msemmija fl-Artikolu 61(3) tar-Regolament bażiku u l-uffiċjali awtorizzati tal-Komunità u r-rappreżentanti awtorizzati tagħhom.

3.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha żżomm l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' evalwazzjoni u rapportar, inkluż l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 40, b’relazzjoni ma’ l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 87(2) tar-Regolament bażiku għall-perjodu kollu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu (1) ta’ dak l-Artikolu.

4.   Dawn li ġejjin talanqas għandhom jitqiesu bħala mezzi għaż-żamma tad-dejta normalment aċċettati kif imsemmi fl-Artikolu 87 tar-Regolament bażiku:

(a)

fotokopji tad-dokumenti oriġinali;

(b)

microfiches tad-dokumenti oriġinali;

(c)

verżjonijiet elettroniċi tad-dokumenti oriġinali;

(d)

dokumenti li jeżistu f’verżjoni elettronika biss.

5.   Il-proċedura għaċ-ċertifikazzjoni ta’ konformità tad-dokumenti miżmuma fuq mezzi għaż-żamma tad-dejta normalment aċċettati mad-dokument oriġinali għandha tiġi stipulata mill-awtoritajiet nazzjonali u għandha tassigura li l-verżjonijiet miżmuma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali legali u wieħed jista' jserraħ fuqhom għal finijiet ta' awditjar.

6.   Fejn id-dokumenti jeżistu f'forma elettronika biss, is-sistemi tal-kompjuter użati jridu jilħqu l-istandards ta' sigurtà aċċettabbli li jassiguraw li d-dokumenti miżmuma jikkonformaw mar-rekwiżiti legali nazzjonali u wieħed jista’ jserraħ fuqhom għal finijiet ta’ awditjar.

Artikolu 46

Dokumenti sottomessi mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni

1.   Id-dikjarazzjonijiet dwar l-ispejjeż u l-applikazzjonijiet għall-pagamenti ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 60(a) tar-Regolament bażiku għandhom jissawru fil-forma kif stipulat fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament u jiġu trażmessi lill-Kummissjoni.

2.   Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena mill-2008 l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tissottometti dikjarazzjoni lill-Kummissjoni skond il-mudell fl-Anness X li jidentifika għal kull assi prijoritarju tal-programm operattiv:

(a)

l-ammonti miġbuda mid-dikjarazzjonijiet dwar l-ispejjeż sottomessi matul is-sena ta’ qabel wara li tħassret il-kontribuzzjoni pubblika kollha għal operazzjoni jew parti minnha;

(b)

l-ammonti rkuprati li tnaqqsu minn dawk id-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż;

(c)

dikjarazzjoni ta’ ammonti li jridu jiġu rkuprati kif inhuma fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel, klassifikati skond is-sena li fiha l-ordnijiet ta’ rkuprar inħarġu.

3.   Sabiex tipproċedi għall-għeluq parzjali tal-programm operattiv, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni għandha tissottometti lill-Kummissjoni dikjarazzjoni ta’ l-ispiża msemmija fl-Artikolu 85 tar-Regolament bażiku fil-format mogħti fl-Anness XI għal dan ir-Regolament.

Artikolu 47

Deskrizzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni u kontroll

Id-deskrizzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni u kontroll għall-programm operattiv msemmija fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament bażiku għandu jkun fiha informazzjoni dwar il-punti msemmija fl-Artikolu 57 ta’ dak ir-Regolament, u l-informazzjoni stipulata fl-Artikoli 48 u 49 tar-Regolament preżenti.

Dik l-informazzjoni għandha tiġi sottomessa skond il-mudell stipulat fil-Parti A ta’ l-Anness XII ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 48

Informazzjoni li tikkonċerna l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni u l-korpi intermedjarji

Fir-rigward ta’ l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni u kull korp intermedjarju l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

id-deskrizzjoni tal-kompiti fdati lilhom;

(b)

iċ-ċart ta’ l-organizzazzjoni ta’ kull wieħed minnhom, deskrizzjoni ta’ l-allokazzjoni tal-kompiti bejn id-dipartimenti tagħhom jew fihom, u l-għadd indikattiv ta’ karigi allokati;

(c)

il-proċeduri biex jintgħażlu u jiġu approvati l-operazzjonijiet;

(d)

il-proċeduri li bihom jintlaqgħu, jiġu verifikati u validati l-applikazzjonijiet tal-benefiċjarji għar-rimborż, u b’mod partikolari r-regoli u l-proċeduri stipulati għall-finijiet ta’ verifika fl-Artikolu 39, u l-proċeduri li bihom jiġu awtorizzati, imwettqa u mdaħħla fil-kontijiet l-pagamenti għall-benefiċjarji;

(e)

il-proċeduri li bihom id-dikjarazzjonijiet dwar l-ispejjeż jitfasslu, jiġu ċertifikati u sottomessi lill-Kummissjoni;

(f)

referenza għall-proċeduri miktuba mwaqqfa għall-proċeduri msemmija fil-punti (c), (d) u (e);

(g)

regoli ta’ eliġibbiltà stipulati mill-Istat Membru u applikabbli għall-programmi operattivi;

(h)

is-sistema li biha jinżammu r-rekords dettaljati tal-kontijiet ta’ l-operazzjonijiet u d-dejta dwar l-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 40(1) permezz tal-programm operattiv.

Artikolu 49

Informazzjoni li tikkonċerna l-awtorità ta’ l-awditjar u l-korpi msemmija fl-Artikolu 61(3) tar-Regolament bażiku

Fir-rigward ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar u l-korpi msemmija fl-Artikolu 61(3) tar-Regolament bażiku l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-kompiti rispettivi tagħhom u r-relazzjonijiet ta' bejniethom;

(b)

iċ-ċart organizzattiva ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar u ta’ kull wieħed mill-korpi involuti biex iwettqu l-awditjar li jikkonċerna l-programm operattiv, li tiddeskrivi kif inhi assigurata l-indipendenza tagħhom, l-għadd indikattiv ta’ karigi allokati u l-kwalifiki jew l-esperjenza meħtieġa;

(c)

il-proċeduri biex tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal-miżuri korrettivi li joħorġu mir-rapporti ta' l-awditjar;

(d)

il-proċeduri, fejn jixraq, biex l-awtorità ta' l-awditjar tissorvelja x-xogħol tal-korpi involuti biex jagħmlu l-awditjar li jikkonċerna l-programm operattiv;

(e)

il-proċeduri għat-tħejjija tar-rapport ta’ kontroll annwali u d-dikjarazzjoni ta’ l-għeluq.

Artikolu 50

Valutazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

1.   Ir-rapport li hemm referenza għalih fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament bażiku għandu jkun ibbażat fuq eżami tad-deskrizzjoni tas-sistemi, tad-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw is-sistemi u tas-sistema li biha jinżammu r-rekords tal-kontijiet u d-dejta dwar l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet u dwar intervisti ma’ l-istaff tal-korpi prinċipali meqjusa importanti mill-awtorità ta’ l-awditjar jew minn xi korp ieħor responsabbli għar-rapport sabiex tiġi kompluta, iċċarata jew verifikata l-informazzjoni.

2.   L-opinjoni dwar il-konformità tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament bażiku għandha tiġi ffurmata skond il-mudell mogħti fil-Parti B ta’ l-Anness XII ta’ dan ir-Regolament.

3.   Fejn is-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll konċernata hi essenzjalment l-istess bħal dik li hemm fis-seħħ għall-għajnuna approvata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (22), għandhom jitqiesu r-riżultati ta’ l-awditjar li jkunu saru mill-awdituri nazzjonali u Komunitarji b'relazzjoni ma’ dik is-sistema bil-għan li jiġi stabbilit ir-rapport u l-opinjoni skond l-Artikolu 71(2) tar-Regolament bażiku.

TAQSIMA 2

Derogi fir-rigward tal-kontroll tal-programmi operattivi msemmija fl-Artikolu 2

Artikolu 51

Derogi Ġenerali

1.   Għall-programmi operattivi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità ta’ l-awditjar m’għandhiex tintalab tippreżenta lill-Kummissjoni strateġija ta' l-awditjar previst fl-Artikolu 61(1)(c) tar-Regolament bażiku.

2.   Għall-programmi operattivi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, fejn l-opinjoni dwar il-konformità tas-sistema previst fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament bażiku hi mingħajr riżervi, jew fejn ir-riżervi tneħħew wara li ttieħdu miżuri korrettivi, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi:

(a)

li tista’ sserraħ prinċipalment fuq l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 61(1)(e)(ii) tar-Regolament bażiku fir-rigward tat-tħaddim effettiv tas-sistemi,

(b)

li se tibqa’ għaddejja biss bl-awditjar tagħha fuq il-post jekk ikun hemm evidenza li turi n-nuqqasijiet fis-sistema li jaffettwaw l-ispiża ċertifikata lill-Kummissjoni f’sena li fiha ngħatat opinjoni skond l-Artikolu 61(1)(e)(ii) tar-Regolament bażiku li ma fiha l-ebda riżervi fir-rigward ta' dawk in-nuqqasijiet.

3.   Fejn il-Kummissjoni tilħaq il-konklużjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, għandha tgħarraf lill-Istat Membru konċernat b'dan.

Fejn ikun hemm evidenza li tindika n-nuqqasijiet, tista’ tirrikjedi lill-Istat Membru konċernat biex jagħmel l-awditjar skond l-Artikolu 72(3) tar-Regolament bażiku jew tista’ tagħmel l-awditjar tagħha stess permezz ta’ l-Artikolu 72(2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 52

Twaqqif ta’ korpi u proċeduri taħt il-liġi nazzjonali

1.   Għall-programmi operattivi msemmija fl-Artikolu 2, Stat Membru jista’ wkoll barra mid-derogazzjonijiet ġenerali previsti fl-Artikolu 51, jeżerċita l-għażla li jistabbilixxi skond ir-regoli nazzjonali l-korpi u l-proċeduri biex iwettqu:

(a)

il-funzjonijiet ta’ l-awtorità ta' ġestjoni b’rabta mal-verifika tal-prodotti ko-finanzjati u s-servizzi u l-ispejjeż dikjarati fl-Artikolu 59(b) tar-Regolament bażiku.

(b)

il-funzjonijiet ta’ l-awtorità ta' ċertifikazzjoni taħt l-Artikolu 60 tar-Regolament bażiku.

(c)

il-funzjonijiet ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar taħt l-Artikolu 61 tar-Regolament bażiku.

2.   Fejn Stat Membru jeżerċita l-għażla msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, m’għandux bżonn jaħtar awtorità ta' ċertifikazzjoni u awtorità ta' l-awditjar kif hemm fl-Artikolu 58(1)(b) u (c) tar-Regolament bażiku.

3.   Fejn Stat Membru jeżerċita l-għażla msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 71 tar-Regolament bażiku għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 53

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-korpi u l-proċeduri stabbiliti permezz tal-liġi nazzjonali

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika għall-programmi operattivi li għalihom Stat Membru eżerċita l-għażla previsti fl-Artikolu 52(1).

2.   Il-verifiki msemmija fl-Artikolu 39(2) għandhom isiru mill-korpi nazzjonali msemmi fl-Artikolu 52(1).

3.   L-awditjar ta’ l-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 61(1)(b) tar-Regolament bażiku għandu jsir skond il-proċeduri nazzjonali. Artikoli 42 u 43 ta' dan ir-Regolament m'għandhomx japplikaw.

4.   Artikolu 44(2), (3), (4) u (5) ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-tħejjija tad-dokumenti maħruġa mill-korp nazzjonali msemmi fl-Artikolu 52(1) ta’ dan ir-Regolament.

Ir-rapport ta’ kontroll annwali u l-opinjoni annwali għandhom, jissawru billi ssegwu, kif jixraq il-mudelli mogħtija fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament.

5.   L-obbligazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 46(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom isiru mill-korp nazzjonali msemmi fl-Artikolu 52(1) ta’ dan ir-Regolament.

6.   Id-dikjarazzjoni dwar l-ispiża għandha tissawwar skond il-mudelli fl-Annessi IX u XI ta’ dan ir-Regolament.

7.   L-informazzjoni li trid tiddaħħal fid-deskrizzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll imsemmija fl-Artikoli 47, 48 u 49 ta' dan ir-Regolament għandha, fejn japplika, tinkludi l-informazzjoni li tikkonċerna l-korpi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 52(1) ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU VIII

IRREGOLARITAJIET

Artikolu 54

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“operatur ekonomiku” tfisser kull persuna naturali jew ġuridika jew entità oħra li tieħu sehem fl-implimentazzjoni ta' l-għajnuna mill-EFF, minbarra Stat Membru li jeżerċita l-prerogattivi tiegħu bħala awtorità pubblika;

(b)

“sejba primarja amministrattiva jew ġudizzjarja” tfisser l-ewwel valutazzjoni miktuba minn awtorità kompetenti, jew amministrattiva jew ġudizzjarja, li tikkonkludi abbażi ta' fatt speċifiċi li saret xi irregolarità, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li din il-konklużjoni tista' sussegwentement ikollha tiġi reveduta jew irtirata minħabba l-iżviluppi waqt il-proċedura amministrattiva jew ġudizzjarja;

(c)

“frodi suspettati” tfisser xi irregolarità li twassal għall-inizjazzjoni ta' proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji fuq livell nazzjonali sabiex tiġi stabbilita li teżisti mġiba intenzjonata, b'mod partikolari frodi, bħal dik imsemmija fl-Artikolu 1(1)(a), tal-Konvenzjoni msawra abbażi ta' l-Artikolu K.3 tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, dwar il-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (23);

(d)

“falliment” tfisser proċeduri minħabba n-nuqqas ta' ħlas ta' dejn skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2, (a), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 (24).

Artikolu 55

Rapportar inizjali – derogi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet li hemm fl-Artikolu 70 tar-Regolament bażiku fi żmien xahrejn wara li jintemm kull perjodu ta' tliet xhur, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar kull irregolarità li kienu riżultat ta' sejba primarja amministrattiva jew ġudizzjarja.

F’dak ir-rapport, l-Istati Membri għandhom fil-każijiet kollha jagħtu dettalji li jikkonċernaw dan li ġej:

(a)

l-EFF, l-għan, il-programm operattiv, l-assi ta' prijorità u l-operazzjoni konċernata u n-numru tal-Kodiċi ta' Identifikazzjoni Komuni (is-CCI);

(b)

id-dispożizzjoni li nkisret;

(c)

id-data u s-sors ta’ l-ewwel informazzjoni li ngħatat li wasslet biex jiġi suspettat li saret irregolarità;

(d)

il-prassi użati fit-twettiq ta’ l-irregolarità;

(e)

fejn jixraq, fejn il-prassi tagħti lok għal suspett ta’ frodi;

(f)

il-mod li bih instabet l-irregolarità;

(g)

fejn jixraq, l-Istati Membri u pajjiżi terzi involuti;

(h)

il-perjodu li matulu, jew il-mument li fih, twettqet l-irregolarità;

(i)

l-awtoritajiet nazzjonali jew il-korpi li fasslu r-rapport uffiċjali dwar l-irregolarità u l-awtoritajiet responsabbli biex isegwuh b’mod amministrattiv jew ġudizzjarju;

(j)

il-jum li fih ġiet stabbilita s-sejba primarja amministrattiva jew ġudizzjarja dwar l-irregolarità;

(k)

l-identità tal-persuni naturali u ġuridiċi involuti jew xi entitajiet oħra li pparteċipaw, minbarra fejn din l-informazzjoni hi irrelevanti għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-irregolaritajiet, minħabba n-natura ta' l-irregolarità konċernata;

(l)

il-baġit totali u l-kontribuzzjoni pubblika approvata għall-operazzjoni u t-tqassim tal-kofinanzjament tiegħu bejn il-Komunità u l-kontribuzzjoni nazzjonali;

(m)

l-ammont ta’ kontribuzzjoni pubblika li ġiet affettwata mill-irregolarità u l-kontribuzzjoni Komunitarja korrispondenti li tinsab f’sogru;

(n)

fejn ma sar l-ebda ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lil nies jew entitajiet oħra identifikati fil-punt (k), l-ammonti li setgħu tħallsu meta mhux suppost kieku l-irregolarità ma ġietx identifikata;

(o)

is-sospensjoni tal-pagamenti, fejn japplika, u l-possibbiltajiet ta’ l-irkuprar;

(p)

in-natura ta’ l-ispiża irregolari.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-każijiet li ġejjin m’hemmx għalfejn jiġu rappurtati:

(a)

każijiet fejn l-irregolarità tikkonsisti biss fin-nuqqas ta’ twettiq ta’ operazzjoni, kollha jew parti minnha, inkluż fil-programm operattiv ko-finanzjat minħabba li l-benefiċjarju jkun falla;

(b)

każijiet li għalihom inġibdet l-attenzjoni ta’ l-awtorità ta' ġestjoni jew ta' ċertifikazzjoni mill-benefiċjarju b’mod volontarju u qabel ma nstabu minn xi ħadd minnhom, sew qabel jew wara l-pagament tal-kontribuzzjoni pubblika;

(c)

każijiet li nstabu u ġew korreġuti mill-awtorità ta' ġestjoni jew ta' ċertifikazzjoni qabel ma sar xi pagament lill-benefiċjarju tal-kontribuzzjoni pubblika u qabel ma l-ispiża konċernata tiddaħħal fid-dikjarazzjoni dwar l-ispiża sottomessa lill-Kummissjoni.

Iżda, l-irregolaritajiet li jippreċedu falliment u każijiet ta' frodi suspettati jridu jiġu rappurtati.

3.   Fejn parti mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u b’mod partikolari l-informazzjoni li tikkonċerna l-prassi użati fit-twettiq ta’ l-irregolarità u l-mod li bih ġiet skoperta, mhumiex disponibbli, l-Istati Membri għandhom safejn jistgħu jipprovdu l-informazzjoni nieqsa meta jissottomettu r-rapporti sussegwenti dwar l-irregolaritajiet ta’ kull tliet xhur lill-Kummissjoni.

4.   Jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali jipprovdu biex l-investigazzjonijiet ikunu kunfidenzjali, il-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni għandha tkun tiddependi mill-awtorizzazzjoni tal-qorti jew tat-tribunal kompetenti.

5.   Fejn Stat Membru m’għandu l-ebda irregolaritajiet x'jirrapporta taħt il-paragrafu 1, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar dak il-fatt fiż-żmien stipulat f'dak il-paragrafu.

Artikolu 56

Każijiet urġenti

Kull Stat Membru għandu jirrapporta minnufih lill-Kummissjoni u, fejn hemm bżonn, lill-Istati Membri l-oħra konċernati, dwar kwalunkwe irregolaritajiet skoperti jew li meqjusa li ġraw, fejn ikun hemm il-biża’ li:

(a)

jista' jkollhom malajr riperkussjonijiet barra t-territorju tiegħu,

jew

(b)

juru li qed tiġi użata prassi ħażina ġdida.

Artikolu 57

Rapportar dwar kif se jiġi segwit – Nuqqas ta’ rkuprar

1.   Fi żmien xahrejn mindu jintemm kull perjodu ta’ tliet xhur, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni, billi jirreferu lura għal kull rapport imgħoddi li sar taħt l-Artikolu 55 dwar il-proċeduri mwaqqfa fir-rigward ta' l-irregolaritajiet kollha li ġew notifikati qabel u bil-bidliet importanti li joħorġu minnhom.

Din l-informazzjoni għandha tinkludi talanqas dan li ġej:

(a)

l-ammonti li ġew rkuprati, jew li talanqas huma mistennija li jiġu rkuprati;

(b)

kull miżura interim meħuda mill-Istati Membri biex jissalvagwardjaw l-irkuprar tas-somom imħallsa iżda mhux dovuti,

(c)

kull proċedura ġudizzjarja u amministrattiva mwaqqfa bil-għan li jiġu rkuprati l-flus imħallsa iżda mhux dovuti u biex jiġu imposti sanzjonijet,

(d)

ir-raġunijiet għal kull abandun tal-proċeduri ta’ rkuprar,

(e)

kull abandun ta’ prosekuzzjonijiet kriminali.

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjonijiet amministrattivi jew ġudizzjarji, jew il-punti ewlenin tagħhom, li jikkonċernaw it-tmiem ta’ dawk il-proċeduri u għandhom jgħidu b’mod partikolari jekk is-sejbiet humiex tali li joħolqu suspett ta’ frodi. Fil-każ imsemmi fil-punt (d), l-Istati Membri għandhom, safejn jistgħu, jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel ma tittieħed deċiżjoni.

2.   Fejn Stat Membru jqis li ammont ta' flus ma jistax jittieħed lura jew mhux mistenni li jiġi rkuprat, għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, f'rapport speċjali, dwar l-ammont ta’ flus li ma nġabrux lura u l-fatti rilevanti għad-deċiżjoni fuq tqassim tat-telf skond l-Artikolu 70(2) tar-Regolament bażiku.

Dik l-informazzjoni għandha tkun dettaljata biżżejjed biex tagħti lok lill-Kummissjoni tieħu dik id-deċiżjoni kemm jista’ jkun malajr, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri konċernati.

Talanqas għandha tinkludi:

(a)

kopja tad-deċiżjoni ta’ l-għoti;

(b)

id-data ta’ l-aħħar pagament li sar lill-benefiċjarju;

(c)

kopja tad-deċiżjoni ta’ l-għoti;

(d)

fil-każ ta’ fallimenti soġġetti għar-rappurtar skond l-Artikolu 55(2), kopja tad-dokument li jiċċertifika li l-benefiċjarju falla;

(e)

deskrizzjoni fil-qosor tal-miżuri li ttieħdu mill-Istat Membru, b'indikazzjoni tad-dati tagħhom, biex jiġi rkuprat l-ammont ta' flus rilevanti.

3.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ titlob b’mod espliċitu lill-Istat Membru biex jibqa' għaddej bil-proċedura ta' irkuprar.

Artikolu 58

Trażmissjoni elettronika

L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 55 u 56 u 57(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi sottomessa, kull meta dan ikun possibbli, b'mezzi elettroniċi, permezz tal-mudell provdut mill-Kummissjoni għal dan il-għan permezz ta' konnessjoni sigura.

Artikolu 59

Rimborż ta’ l-ispejjeż ġudizzjarji

Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jiddeċiedu, fuq talba espliċita tal-Kummissjoni, biex jibdew jew jibqgħu għaddejjin bil-proċeduri ġudizzjarji bil-għan li jiġbru lura l-ammonti ta’ flus li tħallsu meta ma kienx suppost, il-Kummissjoni tista’ teħodha f’idejha li tirrifondi lura lill-Istat Membru l-ispejjeż kollha ġudizzjarji jew parti minnhom u l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri, wara li tiġi preżentata l-evidenza dokumentata, anki fejn il-proċeduri ma jirnexxux.

Artikolu 60

Kuntatti ma’ l-Istati Membri

1.   Il-Kummissjoni għandha żżomm kuntatti adattati ma’ l-Istati Membri konċernati bil-għan li tiġi miżjuda l-informazzjoni mogħtija dwar l-irregolaritajiet imsemmija fl-Artikolu 55, dwar il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 57, u, b’mod partikolari, dwar il-possibbiltà ta’ irkuprar.

2.   Irrispettivament mill-kuntatti msemmija fil-paragrafu 1 il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri fejn in-natura ta’ l-irregolarità hi tali li tissuġġerixxi li prassi identika jew simili tista’ sseħħ fi Stati Membri oħra.

3.   Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat informattivi fuq livell Komunitarju għar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri sabiex teżamina magħhom l-informazzjoni miksuba skond l-Artikoli 55, 56 u 57, u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-eżaminar għandu jiffoka fuq dak li wieħed irid jitgħallem mill-informazzjoni b’rabta ma’ l-irregolaritajiet, il-miżuri preventivi u l-proċeduri legali.

4.   Fuq talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni, l-Istat Membru u l-Kummissjoni għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jevitaw kull mod li bih wieħed jista’ jaħrab minn regoli li jippreġudikaw l-interessi Komunitarji li jibdew jidhru waqt l-infurzar tad-dispożizzjonijiet fis-seħħ.

Artikolu 61

Użu ta’ l-informazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tuża kull informazzjoni ta’ natura ġenerali jew operattivi mogħtija mill-Istati Membri skond dan ir-Regolament biex tagħmel analiżi tar-riskju, u tista’, abbażi ta’ l-informazzjoni miksuba, tipproduċi rapporti u tiżviluppa sistemi li jwissu minn qabel li jservu biex jidentifikaw ir-riskji b’mod aktar effettiv.

Artikolu 62

L-Għoti ta’ informazzjoni lill-Kumitati

Il-Kummissjoni għandha regolarment tgħarraf lill-Istati Membri, fil-qafas tal-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni tal-prevenzjoni ta’ frodi mwaqqaf permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/140/KE (25), dwar l-ordni tad-daqs tal-fondi involuti fl-irregolaritajiet li ġew skoperti u tad-diversi kategoriji ta’ irregolarità, maqsuma skond it-tip u n-numru. Il-kumitat imsemmi fl-Artikolu 101 tar-Regolament bażiku għandu wkoll jiġi infurmat.

Artikolu 63

Irregolaritajiet taħt il-limitu ta’ rappurtar

1.   Fejn l-irregolaritajiet huma marbuta ma’ ammonti ta’ inqas minn EUR 10 000 li jridu jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Istati Membri m’għandhomx jissottomettu lill-Kummissjoni l-informazzjoni prevista fl-Artikoli 55 u 57 sakemm din ma titlobhiex direttament.

Iżda, skond l-Artikolu 60(f) tar-Regolament bażiku, l-Istati Membri għandhom iżommu kontijiet ta’ ammonti taħt dan il-limitu li ma jistgħux jinġabru lura u ta’ l-ammonti miġbura lura jew meħuda wara li tħassar il-kontribuzzjoni ta’ operazzjoni u għandhom iħallsu mill-ġdid l-ammonti rkuprati lill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet li joħorġu direttament mill-Artikolu 70(1)(b) tar-Regolament bażiku, l-Istat Membru u l-Komunità għandhom jaqsmu bejniethom kull telf li jġarrbu mill-ammonti taħt il-limitu li ma jistgħux jiġu rkuprati skond ir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għall-operazzjoni konċernata. Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 57 (2), ta’ dan ir-Regolament m’għandhiex tapplika sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor.

It-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu japplika wkoll għall-każijiet ta’ falliment eżentati mill-obbligu ta’ rappurtar previsti fl-Artikolu 55(1).

2.   L-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala munita tagħhom sad-data li fiha ġiet stabbilita l-irregolarità għandhom jaqilbu f’euro l-ispiża mħallsa fil-munita nazzjonali, skond l-Artikolu 95 tar-Regolament bażiku. Fejn l-ispiża ma ġietx reġistrata fil-kontijiet ta’ l-awtorità ta' ċertifikazzjoni, għandha tintuża’ l-aktar rata tal-kambju tal-kontijiet riċenti ppubblikata b’mod elettroniku mill-Kummissjoni.

KAPITOLU IX

SKAMBJU ELETTRONIKU TAD-DEJTA

Artikolu 64

Sistema kompjuterizzata għall-iskambju tad-dejta

Għall-fini ta’ l-Artikoli 65 u 75 tar-Regolament bażiku għandha tiġi stabbilita sistema kompjuterizzata għall-iskambju tad-dejta bħala għodda għall-iskambju tad-dejta kollha marbuta mal-programm operattiv.

L-iskambju ta' l-informazzjoni bejn kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandu jsir permezz ta' din is-sistema kompjuterizzata stabbilita mill-Kummissjoni li tippermetti li l-informazzjoni tiġi skambjata b'mod sikur bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru.

L-Istat Membru għandu jkun involut biex tkun żviluppata aktar is-sistema kompjuterizzata għall-iskambju ta' l-informazzjoni.

Artikolu 65

Il-kontenut tas-sistema kompjuterizzata għall-iskambju ta’ l-informazzjoni

1.   Is-sistema kompjuterizzata għall-iskambju ta’ l-informazzjoni għandu jkun fiha l-informazzjoni ta' interess komuni għall-Kummissjoni u l-Istati Membri, u talanqas id-dejta li ġejja meħtieġa għal tranżazzjonijiet finanzjarji:

(a)

il-pjan finanzjarju għall-programmi operattivi skond il-mudell stipulat fil-Parti B ta’ l-Anness I;

(b)

dikjarazzjonijiet dwar l-ispejjeż u applikazzjonijiet għall-pagament skond il-mudell mogħti fl-Anness IX;

(c)

id-dikjarazzjoni annwali dwar l-ammonti miġbuda u rkuprati u l-irkuprar pendenti skond il-mudell mogħti fl-Anness X;

(d)

previżjonijiet annwali ta’ applikazzjonijiet għall-pagamenti li jista’ jkun hemm skond il-mudell mogħti fl-Anness XIII;

(e)

is-taqsima finanzjarja tar-rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni skond il-mudell mogħti fil-punt 3.3 ta’ l-Anness XIV;

2.   Minbarra l-paragrafu 1, is-sistema kompjuterizzata għall-iskambju ta’ l-informazzjoni għandu jkun fiha talanqas id-dokumenti li ġejjin u l-informazzjoni li hi ta’ interess komuni li tagħti lok li jsir il-monitoraġġ:

(a)

il-pjan strateġiku nazzjonali msemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku;

(b)

il-programm operattiv, inkluż kull reviżjoni tiegħu skond il-mudell mogħti fil-Parti A ta’ l-Anness I;

(c)

id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-kontribuzzjoni ta’ l-EFF;

(d)

ir-rapporti annwali u finali dwar l-implimentazzjoni skond il-mudell mogħti fl-Anness XIV;

(e)

l-istrateġija ta’ awditjar skond il-mudell mogħti fl-Anness V;

(f)

id-deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll skond il-mudell mogħti fil-Parti A ta’ l-Anness XII;

(g)

ir-rapporti u l-opinjonijiet ta’ l-awditjar skond il-mudelli mogħtija fl-Annessi VI, VII, VIII u l-Parti B ta’ l-Anness XII, ta’ dan ir-Regolament u l-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru;

(h)

id-dikjarazzjonijiet dwar l-ispejjeż li jikkonċernaw l-għeluq parzjali skond il-mudell mogħti fl-Anness XI;

(i)

id-dikjarazzjoni annwali dwar l-ammonti miġbuda u rkuprati u l-irkuprar pendenti skond il-mudell mogħti fl-Anness X.

3.   Id-dejta li hemm referenza għaliha fil-paragrafi 1 u 2 għandha, fejn japplika, tiġi trażmessa fil-format mogħti fl-Annessi.

Artikolu 66

It-tħaddim tas-sistema kompjuterizzata għall-iskambju ta’ l-informazzjoni

1.   Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet maħtura mill-Istat Membru skond ir-Regolament bażiku kif ukoll il-korpi li lilhom ġie delegat il-kompitu għandhom iżommu fis-sistema tal-kompjuter għall-iskabmju ta’ l-informazzjoni d-dokumenti li huma responsabbli għalihom u kull aġġornament għalihom, fil-format meħtieġ.

2.   L-Istati Membri għandhom jiċċentralizzaw u jissottomettu lill-Kummissjoni t-talbiet għad-drittijiet ta’ l-aċċess għas-sistema tal-kompjuter għall-iskambju ta’ l-informazzjoni.

3.   L-iskambju ta’ l-informazzjoni u t-tranżazzjonijiet għandu jkollu fuqhom firma elettronika kif definit fil-punt 1 ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/93/KE. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jirrikonoxxu l-effettività legali u l-ammissibbiltà tal-firma elettronika użata fis-sistema tal-kompjuter għall-iskambju ta’ l-informazzjoni bħala evidenza fil-proċeduri legali.

4.   L-ispiża biex tiġi żviluppata sistema kompjuterizzata għandha tiġi finanzjata mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej skond l-Artikolu 46(1) tar-Regolament bażiku. Kull spiża ta' interface bejn is-sistema tal-kompjuter għall-iskambju ta' l-informazzjoni u sistemi tal-kompjuter nazzjonali, reġjonali u lokali u xi spejjeż biex jiġu adattati s-sistemi nazzjonali reġjonali u lokali mar-rekwiżiti li hemm fir-Regolament bażiku għandhom jkunu eliġibbli taħt l-Artikolu 46(2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 67

Trażmissjoni tad-dejta permezz tas-sistema tal-kompjuter għall-iskambju ta' l-informazzjoni

1.   Is-sistema tal-kompjuter għall-iskambju ta’ l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-Istati Membri u l-Kummissjoni jew direttament inkella permezz ta’ interface għas-sinkronizzazzjoni awtomatika u ż-żamma tad-dejta ma' sistemi ta' ġestjoni tal-kompjuter nazzjonali, reġjonali u lokali.

2.   Id-data meqjusa biex jiġu mgħoddija d-dokumenti lill-Kummissjoni għandha tkun id-data li fiha l-Istat Membru jdaħħal id-dokumenti fis-sistema tal-kompjuter għall-iskambju tad-dejta.

3.   F’każijiet ta’ forza maġġuri, u b’mod partikolari jekk taħdem ħażin is-sistema tal-kompjuter għall-iskambju tad-dejta jew ikun hemm nuqqas ta' konnessjoni li ttul, l-Istat Membru konċernat jista' jgħaddi lill-Kummissjoni d-dokumenti meħtieġa mir-Regolament bażiku f'forma stampata, permezz tal-forom mogħtija fl-Anness I u Annessi V sa XIV. Hekk kif tieqaf il-kawża ta’ forza maġġuri, l-Istat Membru għandu jdaħħal fis-sistema tal-kompjuter għall-iskambju tad-dejta d-dokumenti korrispondenti minnufih. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, id-data meqjusa biex jiġu sottomessi d-dokumenti għandha titqies bħala d-data li fiha jintbagħtu d-dokumenti f’forma stampata.

KAPITOLU X

DEJTA PERSONALI

Artikolu 68

Protezzjoni tad-dejta personali

1.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex ma jħallux li jkun hemm kxif mhux awtorizzat ta’ l-informazzjoni, jew aċċess għaliha, li dwarha hemm referenza fl-Artikolu 40(1), ta’ l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni waqt l-awditjar tagħha, u ta’ l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-Kapitolu VIII.

2.   L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 40(1) ta’ dan ir-Regolament flimkien ma’ l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni waqt l-awditjar tagħha, għandha tintuża’ mill-Kummissjoni bil-għan biss li taqdi r-responsabbiltajiet tagħha skond l-Artikolu 72 tar-Regolament bażiku.

Il-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi għandu jkollhom aċċess għal dik l-informazzjoni.

3.   L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-Kapitolu VIII m’għandhiex tintbagħat lill-persuni oħra barra dawk fl-Istati Membri jew fl-istituzzjonijiet tal-Komunità li jeħtieġu li jkollhom aċċess għaliha fil-qadi ta’ dmirijiethom, sakemm l-Istat Membru li jipprovdi dik l-informazzjoni ma jkunx qabel dwar dan.

4.   Kull dejta personali mdaħħla fl-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 31 għandha tiġi proċessata biss għall-għan speċifikat f’dak l-Artikolu.

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 69

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 2722/2000, (KE) Nru 908/2000 u (KE) Nru 366/2001 huma mħassra. Referenzi għal dawn ir-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti mħassra taħt il-paragrafu 1 għandhom jibqgħu japplikaw għall-għajnuna approvata permezz tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999.

Artikolu 70

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 26.6.1999, p. 54.

(3)  ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 485/2005 (ĠU L 81, 30.3.2005, p. 1).

(4)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(5)  ĠU L 178, 12.7.1994, p. 43. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2035/2005 (ĠU L 328, 15.12.2005, p. 8).

(6)  ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12.

(7)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(9)  ĠU L 314, 14.12.2000, p. 10.

(10)  ĠU L 105, 3.5.2000, p. 15. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2438/2000 (ĠU L 280, 4.11.2000, p. 37).

(11)  ĠU L 55, 24.2.2001, p. 3.

(12)  ĠU L 222, 17.8.2001, p. 53.

(13)  ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.

(14)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(15)  ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40.

(16)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(17)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1.

(18)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(19)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(20)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(21)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(22)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(23)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.

(24)  ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1.

(25)  ĠU L 61, 4.3.1994, p. 27.


ANNESS I

PROGRAMM OPERATTIV

PARTI A

Kontenut ta’ programm operattiv

L-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-punti 3 u 4 għandha tingħata f’forma mqassra fejn tiddaħħal fi pjan strateġiku nazzjonali.

1.   TITOLU TAL-PROGRAMM OPERATTIV, STAT MEMBRU

2.   ELIĠIBBILTÀ ĠEOGRAFIKA

Identifika:

1.

Reġjuni b“Objettiv ta’ konverġenza” (jekk rilevanti);

2.

Reġjuni b“Objettiv mhux ta’ konverġenza” (jekk rilevanti).

3.   ANALIŻI

(a)

Deskrizzjoni ġenerali tas-settur tas-sajd fl-Istat Membru inkluż:

(1)

analiżi taċ-ċirkostanzi nazzjonali u/jew lokali;

(2)

analiżi tar-reġjuni ta’ Konverġenza u reġjuni mhux ta’ konverġenza;

(3)

tagħlim li nkiseb mill-perjodu ta' programmar ta' qabel jew minn esperjenza simili f'Reġjuni jew Stati Membri oħra kif ukoll is-sejbiet ta' l-evalwazzjoni ta' qabel meta din tkun teżisti;

(4)

Indikaturi tal-kuntest u fejn hu rilevanti, statistika nazzjonali jew reġjonali miġbura mill-Eurostat kif ukoll f’sorsi oħra ta’ informazzjoni statistika. Fejn rilevanti, għandhom jintużaw l-indikaturi mniżżla fil-Pjan Strateġiku Nazzjonali għad-deskrizzjoni tas-settur tas-sajd.

(b)

Il-forzi li jixprunaw u t-tendenzi ta’ żvilupp, inkluż id-dimensjoni settorali u reġjonali ta’ l-iżvilupp soċjo-ekonomiku tas-settur tas-sajd. Id-deskrizzjoni tas-sodezzi u d-dgħjufijiet, l-opportunitajiet u r-riskji f’forma ta’ analiżi SWOT (sodezzi, dgħjufijiet, opportunitajiet u riskji) li timmira biex tidentifika l-għażliet strateġiċi magħmula mill-Istat Membru għall-programm operattiv u l-assi prijoritarji.

(c)

Deskrizzjoni ta’:

(1)

il-qagħda ambjentali inkluż, fejn hu rilevanti, ir-riżultati tal-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika;

(2)

is-sitwazzjoni f’termini ta’ ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol inkluż ir-ristrezzjonijiet fuq gruppi speċifiċi, fejn jixraq;

(d)

Ir-riżultati ewlenin ta’ l-analiżi.

4.   STRATEĠIJA FUQ IL-LIVELL TAL-PROGRAMM OPERATTIV

Strateġija magħżula biex tlaħħaq mas-sodezzi u d-dgħjufijiet inkluż:

(1)

l-għan(ijiet) kumplessivi tal-programm operattiv permezz ta’ l-indikaturi ta’ l-impatt (1);

(2)

l-għanijiet speċifiċi li jimmiraw li jilħqu l-prijoritajiet tal-programm operattiv, permezz ta’ l-indikaturi tar-riżultat (2);

(3)

għanijiet tal-kalendarju u intermedjarji.

5.   TAQSIRA TA’ L-EVALWAZZJONI EX ANTE

Inkludi sommarju ta’ l-evalwazzjoni ex ante li se tidentifika u tevalwa l-elementi msemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

L-evalwazzjoni ex ante għandha tindirizza anki r-rekwiżiti ta’ l-valutazzjoni ambjentali kif provdut fid-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“id-Direttiva tal-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali”).

L-evalwazzjoni ex ante sħiħa għandha tiġi preżentata bħala anness mal-programm operattiv.

6.   L-ASSI PRIJORITARJI TAL-PROGRAMM

(a)

Koerenza u ġustifikazzjoni ta’ l-assi prijoritarji magħżula, li għandhom x’jaqsmu ma’:

(1)

il-parti rilevanti tal-pjan strateġiku nazzjonali;

(2)

il-prinċipji li jiggwidaw tal-programm operattiv (l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006);

(3)

ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni ex ante imsemmija fl-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

(b)

Deskrizzjoni ta’ kull assi prijoritarju inkluż:

(1)

l-għanijiet ewlenin ta’ l-assi prijoritarju;

(2)

il-bażi u l-miri kwantifikati bl-użu ta’ l-indikaturi msemmija fil-Punt 4.2;

(3)

ġustifikazzjoni tar-rata medja ta’ kofinanzjament (jekk rilevanti), gruppi immirati/setturi/oqsma u/jew benefiċjari għall-programm operattiv globali u għal kull assi prijoritarju;

(4)

deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin proposti għal kull assi prijoritarju li jirriżultaw mill-istrateġija proposta;

(5)

informazzjoni dwar id-demarkazzjoni ma' attivitajiet simili ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, il-Fondi Strutturali u mill-Fond ta' Koeżjoni, kif ukoll il-miżuri meħuda biex tkun assigurata l-komplimentarità ma' dawn il-fondi u ma' strumenti oħra finanzjarji eżistenti, fejn jixraq.

(c)

Informazzjoni speċifika meħtieġa għall-assi prijoritarji u għall-miżuri (jekk rilevanti).

Assi Prijoritarju 1: Miżuri għall-adattament tal-flotta tas-sajd Komunitarja

Għajnuna pubblika biex jitwaqqfu għal kollox l-attivitajiet tas-sajd

Deskrizzjoni tal-prijorità mogħtija lill-finanzjament tal-pjanijiet ta’ rkupru

Deskrizzjoni tal-metodi biex jiġu kkalkulati l-poloz ta’ l-assigurazzjoni biex jitwaqqfu għal kollox l-attivitajiet tas-sajd

Għajnuna pubblika biex jitwaqqfu temporanjament l-attivitajiet tas-sajd

Deskrizzjoni tal-metodi biex jiġu kkalkulati l-poloz ta’ l-assigurazzjoni biex jitwaqqfu temporanjament l-attivitajiet tas-sajd

Investiment abbord bastimenti tas-sajd u selettività

Deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet applikati jekk l-Istati Membri jagħżlu li jħallu li jintlaħaq tnaqqis fis-saħħa tal-magna minn grupp ta’ bastimenti u deskrizzjoni tal-mekkaniżmu mqiegħed fis-seħħ biex jissorvelja l-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet.

Deskrizzjoni tal-kriterji immirati użati biex ikun magħruf l-ammont massimu għall-ispiża totali eliġibbli li trid tiġi appoġġjata għal kull bastiment tas-sajd tul il-perjodu kollu ta' pprogrammar għall-investiment abbord bastimenti u selettività permezz ta' l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u skond l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament.

Sajd kostali fuq skala żgħira

Deskrizzjoni tal-metodi biex jiġi kkalkulat il-kumpens soċjo-ekonomiku kif hemm provdut fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 favur is-sajd kostali fuq skala żgħira.

Deskrizzjoni tal-metodi biex jiġu kkalkulati l-poloz ta’ assigurazzjoni għas-sajjieda u għal sidien il-bastimenti tas-sajd kif hemm provdut fl-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 favur is-sajd kostali fuq skala żgħira.

Kumpens soċjoekonomiku għall-ġestjoni tal-flotta tas-sajd tal-Komunità

Deskrizzjoni tal-metodi biex jiġi kkalkulat il-kumpens soċjo-ekonomiku previst fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006

Assi prijoritarju 2: Akwakultura, sajd fl-ilmijiet interni, proċessar u kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura:

Miżuri għal investimenti produttivi fl-akwakultura

Deskrizzjoni ta’ kif tiġi assigurata l-prijorità għall-intrapriżi mikro u żgħar.

Sajd fl-ilmijiet interni

Deskrizzjoni tal-mekkaniżmi li tqiegħdu fis-seħħ li se jassiguraw li l-investimenti appoġġjati permezz ta’ l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 m’għandhomx ixekklu l-ekwilibriju bejn id-daqs tal-flotta u r-riżorsi tal-ħut korrispondenti li jeżistu.

Deskrizzjoni tal-miżuri li jridu jittieħdu sabiex ikun assigurat li l-bastimenti li jieħdu l-għajnuna permezz ta' l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għandhom jibqgħu joperaw esklussivament fl-ilmijiet interni.

Deskrizzjoni tal-kriterji mmirati użati biex ikun magħruf l-ammont massimu għall-ispiża totali eliġibbli li trid tiġi appoġġjata għal kull bastiment li jopera fil-magħluq fuq il-perjodu kollha ta' programmar għall-investiment abbord bastimenti u selettività permezz ta' l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u skond l-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament.

Deskrizzjoni tal-metodi biex jiġu kkalkulati l-poloz ta’ l-assigurazzjoni biex jiġu assenjati mill-ġdid il-bastimenti li jaħdmu fis-sajd fl-ilmijiet interni għal attivitajiet barra s-sajd u l-miżuri li jridu jittieħdu sabiex ikun assigurat li l-bastimenti li jirċievu l-għajnuna mill-EFF ma jerġgħux jibdew joperaw fis-sajd fl-ilmijiet interni.

Deskrizzjoni tal-metodi biex jiġu kkalkulati l-poloz ta’ l-assigurazzjoni biex jitwaqqfu temporanjament l-attivitajiet tas-sajd li hemm fl-Artikolu 33(4) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Investimenti fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni

Deskrizzjoni ta’ kif tiġi assigurata l-prijorità għall-intrapriżi mikro u żgħar.

Assi prijoritarju 4: L-iżvilupp sostenibbli ta’ l-oqsma tas-sajd

Proċeduri u kriterji biex jiġu magħżula l-oqsma tas-sajd. Ġustifikazzjoni għall-għażla taż-żoni tas-sajd li d-daqs tagħhom hu aktar mil-limiti stipulati fl-Artikolu 43(3) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Proċeduri, kriterji u skeda biex jintgħażlu l-gruppi, inkluż għadd indikattiv ta’ gruppi u persentaġġ ippjanat ta’ żoni tas-sajd li jridu jiġu koperti bl-istrateġiji ta’ żvilupp lokali.

Deskrizzjoni ta’ l-arranġamenti ta' ġestjoni u ktajjen finanzjarji li jaslu sal-benefiċjarju, inkluż deskrizzjoni tal-proċeduri biex jintgħażlu l-operazzjonijiet u r-rwol u l-kompiti tal-gruppi fir-rigward tal-ġestjoni, il-monitoraġġ u s-sistemi ta' kontroll.

Ġustifikazzjoni għall-ispejjeż tat-tħaddim fejn l-ispejjeż jeċċedu l-limitu stabbilit permezz ta' l-Artikolu 44(5) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Identifikazzjoni tal-miżuri eliġibbli għall-appoġġ minn aktar minn strument wieħed ta’ appoġġ Komunitarju u ġustifikazzjoni ta’ l-għażla meħuda

Assi prijoritarju 5: Għajnuna teknika

Ġustifikazzjoni ta’ l-azzjonijiet marbuta mat-tħejjija, monitoraġġ, evalwazzjoni, pubbliċità, kontroll u awditjar kif ukoll in-netwerking li l-ispiża tiegħu teċċedi l-livell iffissat li jidher fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

7.   DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Li jridu jissawru skond l-Anness I, il-Parti B: Pjanijiet ta’ finanzjament għall-programm operattiv

8.   DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI

(a)

Ħatra mill-Istat Membru ta’ l-entitajiet previsti fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 jew jekk l-Istat Membru jeżerċita l-għażla provduta fl-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament il-ħatra ta' korpi u proċeduri skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament.

(b)

Il-korp responsabbli biex jilqa’ l-pagamenti magħmula mill-Kummissjoni u l-korp jew il-korpi responsabbli biex jagħmlu l-pagamenti lill-benefiċjarji.

(c)

Deskrizzjoni tal-proċeduri għall-mobilizzazzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji sabiex ikun assigurat li huma trasparenti.

(d)

Deskrizzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni kif ukoll il-kompożizzjoni tal-Kumitat ta' Monitoraġġ.

(e)

L-arranġamenti (li jridu) jiġu miftehma bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru għall-iskambju kompjuterizzat ta’ l-informazzjoni meħtieġ biex jissodisfa r-rekwiżiti ta' ġestjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni.

(f)

Il-ħatra ta' l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u r-riżultati tal-kooperazzjoni tagħhom. Lista ta' l-imsieħba konsultati u għoti tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet fil-qosor. Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, l-Istati Membri għandhom, iqisu l-bżonn li jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-iżvilupp sostenibbli permezz ta’ l-integrazzjoni tal-ħarsien u t-titjib ambjentali, iqisu l-involviment tal-partijiet rilevanti, inkluż l-organizzazzjonijiet mhux governattivi.

(g)

L-elementi li jimmiraw biex jassiguraw li l-informazzjoni u l-pubbliċità tal-programm operattiv jkunu skond ir-regoli stipulati fl-Artikolu 28 tar-Regolament preżenti.

PARTI B

Pjan finanzjarju għall-programm operattiv

Tabella I: Pjan ta’ finanzjament tal-programm operattiv li jagħti l-ammont annwali ta’ l-EFF ivvutat fil-programm operattiv separatament, fejn jixraq, għar-reġjuni eliġibbli taħt l-objettiv ta' Konverġenza u l-Objettiv mhux ta’ Konverġenza

Il-fondi impenjati għandhom isiru kull sena skond il-pjan li ġej:

Referenza għall-programm operattiv (in-numru tas-CCI):

Sena skond is-sors għall-programm, f’EUR:

Reġjuni ta’ l-objettiv ta’ konverġenza

Sena

EFF

2007

 

2008

 

2009

 

2010

 

2011

 

2012

 

2013

 

EFF Totali

 


Reġjuni b’Objettiv Mhux ta' Konverġenza

Sena

EFF

2007

 

2008

 

2009

 

2010

 

2011

 

2012

 

2013

 

EFF Totali

 

Tabella II: Pjan għall-finanzjament tal-programm operattiv li jagħti, b'mod separat għall-perjodu kollu ta’ programmar, u għal kull assi prijoritarju, u separatament, fejn jixraq, għar-reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza u l-Objettiv mhux ta’ Konverġenza, l-ammont ta’ l-allokazzjoni finanzjarja totali ta’ l-EFF fil-programm operattiv, il-kontribuzzjoni pubblika nazzjonali u r-rata ta’ rimborż skond l-assi prijoritarju

Referenza tal-programm operattiv (in-numru tas-CCI):

Assi prijoritarji f’EUR

Tabella II: Tabella Finanzjarja għall-Programm Operattiv skond l-assi prijoritarju

Reġjuni ta’ l-Objettiv ta’ Konverġenza

Prijorità

Pubbliku Totali

a = (b + c)

Kontribuzzjoni ta’ l-EFF

(b)

Kontribuzzjoni Nazzjonali

(c)

EFF rata ta’ kofinanzjament (4)

(d) = (b) / (a) × 100

Assi Prijoritarju 1

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 2

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 3

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 4

 

 

 

 

Assi prijoritarju 5 (5)

 

 

 

 

Total

 

 

 

 


Reġjuni b’Objettiv Mhux ta' Konverġenza

Prijorità

Pubbliku Totali

a = (b + c)

Kontribuzzjoni ta’ l-EFF

(b)

Kontribuzzjoni Nazzjonali

(c)

EFF rata ta’ kofinanzjament (6)

(d) = (b) / (a) × 100

Assi Prijoritarju 1

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 2

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 3

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 4

 

 

 

 

Assi prijoritarju 5 (7)

 

 

 

 

Total

 

 

 

 


(1)  L-indikaturi ta’ l-impatt jirreferu għall-konsegwenzi tal-programm operattiv lil hinn mill-effetti immedjati

(2)  L-indikaturi tar-riżultati huma marbuta ma’ l-effetti diretti u immedjati li kkawża l-programm operattiv fuq il-benefiċjarji.

(3)  ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

(4)  Ir-rata ta' ko-finanzjament ta' l-EFF fit-tabella tista' tiġi mqarrba għal numru sħiħ. Ir-rata eżatta użata biex jitħallsu lura l-pagamenti hija l-persentaġġ (d).

(5)  F’każ ta’ programmi operattivi li jkopru taħlita ta’ reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza u l-Objettiv mhux ta’ Konverġenza, il-kontribuzzjoni pubblika totali għall-assi prijoritarju 5 jista' jiġi allokat lit-tip ta' reġjuni predominanti li għandhom l-ogħla ammont totali ta' kontribuzzjoni pubblika fil-programm operattiv.

(6)  Ir-rata ta' ko-finanzjament ta' l-EFF fit-tabella tista' tiġi mqarrba għal numru sħiħ. Ir-rata eżatta użata biex jitħallsu lura l-pagamenti hija l-persentaġġ (d).

(7)  F’każ ta’ programmi operattivi li jkopru taħlita ta’ reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza u l-Objettiv mhux ta’ Konverġenza, il-kontribuzzjoni pubblika totali għall-assi prijoritarju 5 jista' jiġi allokat lit-tip ta' reġjuni predominanti li għandhom l-ogħla ammont totali ta' kontribuzzjoni pubblika fil-programm operattiv.


ANNESS II

STRUZZJONIJIET GĦAD-DISINN TA' L-EMBLEMA U DEFINIZZJONI TAL-KULURI STANDARD

Deskrizzjoni simbolika

Fuq sfond ta’ sema blu, tnax-il stilla lewn id-deheb jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta l-unjoni tal-popli ta’ l-Ewropa. L-għadd ta’ stilel hu ffissat, tnax huwa s-simbolu tal-perfezzjoni u l-unità.

Deskrizzjoni eraldika

Fuq sfond blu ċirku ta’ tnax-il mullet lewn id-deheb, il-ponot tagħhom ma jmissux.

Deskrizzjoni ġeometrika

Image

L-emblema għandha l-forma ta’ bandiera blu rettangolari li minnha t-tperpira (wiegħsa) hija darba u nofs it-tul tal-ħabel (l-għoli). Tnax-il stilla lewn id-deheb imbiegħda indaqs jiffurmaw ċirku invisibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt fejn jaqsmu d-dijagonali tar-rettanglu. Ir-raġġ taċ-ċirku huwa daqs terz l-għoli tal-ħabel. Kull waħda mill-istilel għandha ħames ponot li jinsabu fuq iċ-ċirkonferenza ta' ċirku invisibbli li r-rejdjus tiegħu huwa daqs wieħed minn kull tmintax tat-tul tal-ħabel (l-għoli). L-istilel kollha huma wieqfa, jiġifieri b’punt wieħed wieqaf u żewġ ponot f'linja dritta f'angoli dritti ma' l-arblu. Iċ-ċirku hu rranġat b’tali mod li l-istilel jidhru fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq il-wiċċ ta' arloġġ. L-għadd tagħhom ma jvarjax.

Kuluri tar-regolament

Image

L-emblema hi bil-kuluri li ġejjin:

PANTONE REFLEX BLUE għall-wiċċ tar-rettanglu;

PANTONE YELLOW għall-istilel.

Proċess ta’ erba’ kuluri

Jekk jintuża’ l-proċess ta’ erba’ kuluri, oħloq mill-ġdid iż-żewġ kuluri standard billi tuża’ l-erba’ kuluri tal-proċess ta’ erba’ kuluri.

PANTONE YELLOW jinkiseb billi tuża “Process Yellow” 100 %.

PANTONE REFLEX BLUE jinkiseb billi tħallat 100 % “Process Cyan” u 80 % “Process Magenta”.

Internet

Fil-palette li hemm fuq l-internet PANTONE REFLEX BLUE jikkorrispondi mal-kulur RGB:0/0/153 (hexadecimal: 000099) u PANTONE YELLOW mal-kulur RGB:255/204/0 (hexadecimal: FFCC00).

Proċess ta’ riproduzzjoni b'kulur wieħed

Permezz ta' l-iswed, dawwar ir-rettanglu bl-iswed u pprintja l-istilel bl-iswed fuq l-abjad.

Image

Permezz tal-blu (Reflex Blue), uża 100 % bl-istilel riprodotti f’abjad negattiv.

Image

Riproduzzjoni fuq sfond kulurit

Jekk m’hemmx alternattiva għal sfond kulurit, poġġi bordura bajda madwar ir-rettanglu, il-wisa’ tal-bordura jkun 1/25 ta’ l-għoli tar-rettanglu.

Image


ANNESS III

LISTA TAD-DEJTA LI TRID TIĠI KKOMUNIKATA LILL-KUMMISSJONI META TINTALAB SKOND L-ARTIKOLU 40 TA DAN IR-REGOLAMENT

Id-dejta dwar l-operazzjonijiet li l-Kummissjoni tista' titlob fi kwalunkwe żmien taħt l-Artikolu 40 tinkludi l-informazzjoni li ġejja, mingħajr preġudizzju għal informazzjoni oħra meħtieġa għall-ġestjoni finanzjarja, monitoraġġ, kontroll jew evalwazzjoni u speċifikata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006.

Fuq talba bil-miktub tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni xierqa fi żmien (15) il-ġurnata xogħol mindu jirċievi t-talba jew xi perjodu ieħor miftiehem bil-għan li jagħmel l-ispezzjonijiet dokumentati u fuq il-post. Il-Kummissjoni tista’ titlob l-informazzjoni fuq il-livell ta’ l-operazzjonijiet, il-miżuri, l-assi prijoritarji jew tal-programm operattiv.

Stat Membru

Dettalji ta’ l-operazzjoni

Objettiv ta’ Konverġenza

Objettiv Mhux ta’ Konverġenza

(ħassar kif jixraq)

Deskrizzjoni qasira ta’ l-operazzjoni permezz tad-dejta mniżżla hawn wara, fejn jixraq

C.C.I. (kodiċi komuni ta’ identifikazzjoni) għall-programm:

Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operattiv … Nru … ta’ ../../20..

Informazzjoni dwar operazzjonijiet individwali

dejta finanzjarja f'EUR

kliem tal-kolonni: ara hawn wara.

(1)

(2)

(3)

(16)

(17)

(18)

Isem, stat u firma ta' rappreżentant ta' l-awtorità kompetenti:

Data: ../../20..

Kliem tal-kolonni forma ta’ tabella

(Informazzjoni li trid tingħata għal kull operazzjoni)

Kolonni 1 sa 5: dettalji amministrattiv ta’ l-operazzjoni

(1)

In-numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-operazzjoni (in-numru allokat mill-awtorità ta' ġestjoni meta tittieħed deċiżjoni amministrattiva li tagħti għajnuna pubblika – massimu ta’ 20 ittra).

(2)

(Li trid timtela biss meta operazzjoni taqa’ taħt l-assi prijoritarju 1: in-numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità (CFR) (tagħtix in-numru tar-reġistrazzjoni); operazzjoni għandha tikkonċerna bastiment wieħed biss.

(3)

Il-post fejn issir l-operazzjoni (il-lokal).

(4)

Il-kodiċi NUTS III għall-post fejn issir l-operazzjoni.

(5)

Il-benefiċjarju (isem in-negozju).

(6)

Sess (Raġel, Mara).

Kolonni 7 sa 10: previżjonijiet ta’ l-ispejjeż taħt l-operazzjoni skond id-deċiżjoni amministrattiva li tagħti l-għajnuna pubblika meħuda mill-awtorità ta' ġestjoni

(7)

Spiża totali li tqieset fid-deċiżjoni li tat l-għajnuna pubblika (EUR).

(8)

Spiża pubblika totali meqjusa fid-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna pubblika (EUR).

(9)

Għajnuna ta’ l-EFF mogħtija għall-operazzjoni (EUR).

(10)

Data tad-deċiżjoni amministrattiva li tagħti l-għajnuna pubblika (jj/xx/ssss).

Kolonni 11 sa 15: dejta fiżika li tikkonċerna l-operazzjoni (klassifikazzjoni u implimentazzjoni fiżika)

(11)

Miżura (b'2 numri) skond in-nomenklatura (operazzjoni individwali li tista’ tikkonċerna miżura waħda biss)

(12)

Azzjoni (b'numru wieħed) skond in-nomenklatura (operazzjoni individwali tista’ tikkonsisti f’aktar minn azzjoni waħda; f’dak il-każ, agħti azzjoni waħda għal kull vot u uża’ diversi voti).

(13)

Dejta dwar l-implimentazzjoni (b'numru wieħed jew tnejn) skond in-nomenklatura (azzjoni li tifforma parti minn operazzjoni jista’ jkollha bħala karatteristika aktar minn dejta waħda ta’ implimentazzjoni; f’dak il-każ, agħti dejta ta’ implimentazzjoni waħda biss għal kull linja u uża diversi linji).

(14)

Kwantità fiżika miksuba (kwantità waħda għal kull dejta ta’ implimentazzjoni).

(15)

Stat ta’ implimentazzjoni ta’ l-operazzjoni (b'numru wieħed): kodiċi 0 (operazzjoni koperta b’deċiżjoni li tagħti l-għajnuna iżda li għaliha l-ebda spiża ma ġiet dikjarata lill-awtorità ta' ġestjoni)/kodiċi 1 (operazzjoni għaddejja)/kodiċi 2 (operazzjoni mfixxkla wara implimentazzjoni parzjali)/kodiċi 3 (operazzjoni abbandunata wara implimentazzjoni parzjali)/kodiċi 4 (operazzjoni kompluta).

Kolonni 16 sa 18: informazzjoni li tikkonċerna l-implimentazzjoni finanzjarja ta’ operazzjoni – dikjarazzjoni ta’ l-ispiża eliġibbli u ta’ l-għajnuna pubblika korrispondenti

(16)

Spiża eliġibbli ċertifikata u realment imħallsa mill-benefiċjarji (EUR) li l-preċiżjoni tagħha ġiet iċċekkjata skond l-Artikolu 39(2) ta' dan irRegolament.

(17)

Kontribuzzjoni nazzjonali (EUR): għajnuniet imħallsa lill-benefiċjarji mill-Istat Membru, inkluż sussidji u għajnuniet pubbliċi oħra, fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, fil-limiti stipulati mill-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1198/2206.

(18)

Għajnuna ta’ l-EFF imħallsa lill-benefiċjarji (EUR).

IN-NOMENKLATURA TA’ L-ASSI PRIJORITARJI, MIŻURI, AZZJONIJIET & DEJTA DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI

Assi prijoritarju 1: Miżuri għall-adattament tal-flotta tas-sajd tal-Komunità

Miżura 1.1: Twaqqif għal kollox ta’ l-attivitajiet tas-sajd

Azzjoni 1: Skrepjar

Dejta 1: GT

Dejta 2: kW

Azzjoni 2: Assenjament mill-ġdid għall-attivitajiet minbarra s-sajd

Dejta 1: GT

Dejta 2: kW

Azzjoni 3: Assenjament mill-ġdid għall-ħolqien ta’ sikek artifiċjali

Dejta 1: GT

Dejta 2: kW

Miżura 1.2: Twaqqif temporanju ta’ l-attivitajiet tas-sajd

Azzjoni 1: Twaqqif temporanju ta’ l-attivitajiet

Dejta 1: Għadd ta’ sajjieda/ġurnata

Dejta 2: Bastimenti konċernati fejn xieraq

Miżura 1.3: Investimenti abbord bastimenti tas-sajd u selettività

Azzjoni 1: Titjib tas-sigurtà abbord

Dejta 1: Bastiment konċernat

Azzjoni 2: Titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol

Dejta 1: Bastiment konċernat

Azzjoni 3: Titjib ta’ l-iġjene

Dejta 1: Bastiment konċernat

Azzjoni 4: Titjib tal-kwalità tal-prodott

Dejta 1: Bastiment konċernat

Azzjoni 5: Titjib ta’ l-effiċjenza enerġetika

Dejta 1: Bastiment konċernat

Azzjoni 6: Titjib tas-selettività

Dejta 1: Bastiment konċernat

Azzjoni 7: Tibdil tal-magna

Dejta 1: Saħħa tal-magna (wara l-immodernizzar) (kW)

Dejta 2: Tnaqqis fis-qawwa marbuta mal-magni mibdula (-kW)

Dejta 3: Bastiment konċernat

Azzjoni 8: Tibdil ta' l-irkaptu

Dejta 1: Għadd ta’ rkaptu tas-sajd mibdul

Dejta 2: Bastiment konċernat

Azzjoni 9: Investiment ieħor abbord bastimenti tas-sajd u selettività

Dejta 1: Bastiment konċernat

Miżura 1.4: Sajd kostali fuq skala żgħira

Azzjoni: 1 Sajd kostali fuq skala żgħira

Dejta 1: Għadd ta’ sajjieda/sidien ta’ bastimenti tas-sajd li rċevew poloz ta’ assigurazzjoni sabiex itejbu l-ġestjoni u l-kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għal ċerti żoni tas-sajd.

Dejta 2: Għadd ta’ sajjieda/sidien ta’ bastimenti tas-sajd li rċevew poloz ta’ assigurazzjoni sabiex jippromwovu l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-katina ta’ reklamar tal-prodotti tas-sajd.

Dejta 3: Għadd ta’ sajjieda/sidien ta’ bastimenti tas-sajd li rċevew poloz ta’ assigurazzjoni sabiex iħeġġu passi volontarji biex inaqqsu l-isforzi tas-sajd għall-konservazzjoni tar-riżorsi.

Dejta 4: Għadd tas-sajjieda/sidien tal-bastimenti tas-sajd li rċevew poloz ta’ assigurazzjoni sabiex iħeġġu l-użu ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi li ma jżidux l-isforzi tas-sajd.

Dejta 5: Għadd totali ta’ sajjieda/sidien ta’ bastimenti tas-sajd li rċevew poloz ta’ assigurazzjoni sabiex itejbu t-taħriġ fis-sigurtà.

Dejta 6: Għadd ta’ sajjieda/sidien nisa ta’ bastimenti tas-sajd li rċevew poloz ta’ assigurazzjoni sabiex itejbu t-taħriġ tas-sigurtà.

Dejta 7: Għadd totali ta’ sajjieda/sidien ta’ bastimenti tas-sajd li rċevew poloz ta’ assigurazzjoni sabiex itejbu l-ħiliet professjonali.

Dejta 8: Għadd ta’ sajjieda/sidien nisa ta’ bastimenti tas-sajd li rċevew poloz ta’ assigurazzjoni sabiex itejbu l-ħiliet professjonali.

Miżura 1.5: Kumpens soċjo-ekonomiku għall-ġestjoni tal-flotta

Azzjoni: 1 Kumpens soċjo-ekonomiku

Dejta 1: Għadd totali ta’ sajjieda milquta mid-diversifikazzjoni ta’ l-attivitajiet, fejn xieraq.

Dejta 2: Għadd ta’ sajjieda nisa milquta mid-diversifikazzjoni ta' l-attivitajiet, fejn xieraq.

Dejta 3: Għadd totali ta’ sajjieda milquta mill-irtirar kmieni mis-settur tas-sajd.

Dejta 4: Għadd ta’ sajjieda nisa milquta mill-irtirar kmieni mis-settur tas-sajd.

Dejta 5: Għadd totali ta’ poloz ta’ assigurazzjoni individwali lil sajjieda li għandhom inqas minn 40 sena.

Dejta 6: Għadd ta’ poloz ta’ assigurazzjoni individwali għas-sajjieda nisa li għandhom inqas minn 40 sena.

Dejta 7: Għadd totali ta’ sajjieda milquta mit-titjib tal-ħiliet professjonali.

Dejta 8: Għadd ta’ sajjieda nisa milquta mit-titjib tal-ħiliet professjonali.

Dejta 9: Għadd totali ta’ sajjieda li jibbenefikaw mill-iskemi għal taħriġ mill-ġdid barra s-settur tas-sajd.

Dejta 10: Għadd ta’ sajjieda nisa li jibbenefikaw mill-iskemi għal taħriġ mill-ġdid barra s-settur tas-sajd.

Dejta 11: Għadd ta’ ġranet ta’ taħriġ mogħtija.

Dejta 12: Għadd totali ta’ sajjieda li jibbenefikaw minn kumpens li ma jiġġeddidx, fejn xieraq.

Dejta 13: Għadd ta’ sajjieda nisa li jibbenefikaw mill-kumpens li ma jiġġeddidx, fejn xieraq.

Assi prijoritarju 2: Akwakultura, sajd fl-ilmijiet interni, proċessar u reklamar ta’ prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura

Miżura 2.1: Akwakultura

Azzjoni 1: Żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni minħabba l-bini ta’ farms ġodda

Dejta 1: Tunnellati/sena ta’ mollusk

Dejta 2: Tunnellati/sena ta’ gandoffli

Dejta 3: Tunnellati/sena ta’ gajdriet

Dejta 4: Tunnellati/sena ta’ abramida (bream)

Dejta 5: Tunnellati/sena ta’ pagru (seabream)

Dejta 6: Tunnellati/sena ta’ barbun imperjali

Dejta 7: Tunnellati/sena ta’ salamun

Dejta 8: Tunnellati/sena ta’ trota mkabbra fl-ilma baħar

Dejta 9: Tunnellati/sena ta’ sallur

Dejta 10: Tunnellati/sena ta’ karpjun

Dejta 11: Tunnellati/sena ta’ trota mkabbra fl-ilma ħelu

Dejta 12: Tunnellati/sena ta’ tonn

Dejta 13: Tunnellati/sena ta’ speċi oħra

Dejta 14: Daqs ta’ l-intrapriżi (Mikro, Żgħar, Medji, Kbar)

Azzjoni 2: Varjazzjoni fil-produzzjoni minħabba l-estensjoni jew il-modernizzar ta’ farms eżistenti

Dejta 1: Tunnellati/sena ta’ mollusk

Dejta 2: Tunnellati/sena ta’ gandoffli

Dejta 3: Tunnellati/sena ta’ gajdriet

Dejta 4: Tunnellati/sena ta’ abramida (bream)

Dejta 5: Tunnellati/sena ta’ pagru (seabream)

Dejta 6: Tunnellati/sena ta’ barbun imperjali

Dejta 7: Tunnellati/sena ta’ salamun

Dejta 8: tunnellati/sena ta’ trota mkabbra fl-ilma baħar

Dejta 9: Tunnellati/sena ta’ sallur

Dejta 10: Tunnellati/sena ta’ karpjun

Dejta 11: Tunnellati/sena ta’ trota mkabbra fl-ilma ħelu

Dejta 12: Tunnellati/sena ta’ tonn

Dejta 13: Tunnellati/sena ta’ speċi oħra

Dejta 14: Daqs ta’ l-intrapriżi (Mikro, Żgħar, Medji, Kbar)

Azzjoni 3: Żieda fl-għadd ta’ ħut żgħir li m’ilux li faqqas prodott fil-post tat-tfaqqis

Dejta 1: Għadd/sena ta’ mussels

Dejta 2: Għadd/sena ta’ mħar

Dejta 3: Għadd/sena ta’ gajdriet

Dejta 4: Għadd/sena ta’ spnott

Dejta 5: Għadd/sena ta’ awrat

Dejta 6: Għadd/sena ta’ barbun imperjali

Dejta 7: Għadd/sena ta’ salamun

Dejta 8: Għadd/sena ta’ trota mkabbra fl-ilma baħar

Dejta 9: Għadd/sena ta’ morina

Dejta 10: Għadd/sena ta’ karpjun

Dejta 11: Għadd/sena ta’ trota mkabbra fl-ilma ħelu

Dejta 12: Għadd/sena ta’ tonn

Dejta 13: Għadd/sena ta’ speċi oħra

Dejta 14: Daqs ta’ l-intrapriżi (Mikro, Żgħar, Medji, Kbar)

Azzjoni 4: Miżuri akwa-ambjentali

Dejta 1: L-unità li implimentat il-miżuri akwa ambjentali kif hemm provdut fl-Artikolu 30(2) (a) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Dejta 2: L-unità li ħarset l-eko-immaniġjar tal-Komunità u l-iskema ta’ l-awditjar (EMAS).

Dejta 3: L-unità li daħħlet il-produzzjoni organika.

Azzjoni 5: Miżuri għas-saħħa pubblika

Dejta 1: Dak li jkabbar il-molluski li bbenifika minn kumpens.

Azzjoni 6: Miżuri għal saħħet l-annimali

Dejta 1: Bidwi li bbenefika mill-kumpens.

Miżura 2.2: Sajd fl-ilmijiet interni

Azzjoni 1: Bastimenti tas-sajd fl-ilmijiet interni

Dejta 1: It-tunnellaġġ ta’ bastiment modernizzat (GT).

Dejta 2: Il-qawwa tal-bastiment modernizzat (kW).

Dejta 3: It-tunnellaġġ ta’ bastiment assenjat mill-ġdid (GT).

Dejta 4: Il-qawwa ta’ bastiment assenjat mill-ġdid (kW).

Dejta 5: Bastiment konċernat.

Azzjoni 2: Investimenti għall-bini ta’ faċilitajiet tas-sajd fl-ilmijiet interni

Dejta 1: L-unità li bbenefikat.

Azzjoni 3: Investimenti għal estensjoni, apparat u modernizzar tal-faċilitajiet tas-sajd fl-ilmijiet interni

Dejta 1: L-unità li bbenefikat.

Miżura 2.3: Proċessar tas-sajd u kummerċjalizzazzjoni

Azzjoni 1: Żieda fil-kapaċità ta’ l-ipproċessar (bini ta’ unitajiet ġodda u/jew estensjoni ta’ unitajiet eżistenti)

Dejta 1: Tunnellati/sena ta’ prodotti friski jew imkessħa.

Dejta 2: Tunnellati/sena ta’ prodotti priservati jew semi-priservati.

Dejta 3: Tunnellati/sena ta’ prodotti friżati jew friżati fit-tul.

Dejta 4: Tunnellati/sena ta’ prodotti oħra proċessati (ikliet imħejjija, prodotti affumikati, imellħa, imnixxfa).

Dejta 5: daqs ta’ l-intrapriżi (Mikro, Żgħar, Medji, Kbar).

Azzjoni 2: Kostruzzjoni, estensjoni, tagħmir u modernizzar ta' l-unitajiet ta' l-ipproċessar

Dejta 1: L-unità li bbenefikat minn kundizzjonijiet ta' iġjene/xogħol imtejba.

Dejta 2: L-unità li bbenefikat minn kundizzjonijiet ambjentali mtejba.

Dejta 3: L-unità li daħħlet sistemi ta’ produzzjoni mtejba (kwalità, innovazzjonijiet teknoloġiċi).

Dejta 4: Daqs ta’ l-intrapriżi (Mikro, Żgħar, Medji, Kbar).

Azzjoni 3: Bini ta’ stabbiliment ġdid tal-kummerċjalizzazzjoni

Dejta 1: m2 ta' erja tal-medda effettiva.

Dejta 2: Daqs ta’ l-intrapriżi (Mikro, Żgħar, Medji, Kbar).

Azzjoni 4: Modernizzar ta’ stabbilimenti tal-kummerċjalizzazzjoni eżistenti

Dejta 1: L-unità li bbenefikat minn kundizzjonijiet ta' iġjene/xogħol imtejba.

Dejta 2: L-unità li bbenefikat minn kundizzjonijiet ambjentali mtejba.

Dejta 3: L-unità li daħħlet fis-seħħ sistemi mtejba (kwalità, innovazzjonijiet teknoloġiċi).

Dejta 4: L-unità li daħħlet fis-seħħ it-trattament, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ skart ta' prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura.

Dejta 5: L-unità li bbenefikat minn din l-azzjoni mqassma skond id-daqs ta’ l-intrapriżi (Mikro, Żgħar, Medji, Kbar).

Assi prijoritarju 3: Miżuri ta’ interess komuni

Miżura 3.1: Azzjonijiet kollettivi

Dejta 1: Organizzazzjonijiet tal-produtturi maħluqa.

Dejta 2: Organizzazzjonijiet tal-produtturi ristrutturati.

Dejta 3: Operazzjoni li ttejjeb il-ħiliet professjonali, jew tiżviluppa metodi u għodda ġodda għat-taħriġ.

Dejta 4: Operazzjoni li tippromwovi s-sħubija bejn ix-xjentisti u l-operaturi fis-settur tas-sajd.

Dejta 5: Operazzjoni fuq in-netwerking u l-iskambju ta' l-esperjenza u l-prassi tajba fost l-organizzazzjonijiet li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa u partijiet oħra rilevanti.

Dejta 6: Operazzjoni(jiet) oħra.

Miżura 3.2: Protezzjoni u żvilupp ta’ fawna u flora akwatika

Dejta 1: Żona marittima (km2) mħarsa mit-twaħħil ta’ faċilitajiet fissi jew mobbli.

Dejta 2: Operazzjoni li tikkonċerna r-rijabbilitazzjoni ta’ l-ilmijiet interni.

Dejta 3: Operazzjoni li tikkonċerna ż-żoni NATURA 2000.

Dejta 4: Operazzjoni li tikkonċerna l-artijiet li jbejtu fihom u r-rotot tal-migrazzjoni riabilitati.

Miżura 3.3: Portijiet tas-sajd, postijiet ta’ nżul u postijiet ta’ kenn

Azzjoni 1: Investimenti f’portijiet tas-sajd eżistenti

Dejta 1: m3 ta’ ħżin fil-friża maħluq.

Dejta 2: m3 ta’ ħżin minbarra dak f’imħażen iffriżati.

Dejta 3: Operazzjoni ta’ l-immaniġġjar tal-faċilitajiet.

Dejta 4: Operazzjoni tal-magni tas-silġ.

Dejta 5: Operazzjoni għall provvisti tal-installazzjonijiet - (elettriku, ilma, fjuwil).

Dejta 6: Operazzjoni li tirrigwarda faċilitajiet oħra.

Dejta 7: m2 ta’ mollijiet ristrutturati.

Dejta 8: Metri lineari ta’ mollijiet ristrutturati.

Dejta 9: m2 medda li tista’ tintuża għall-ewwel bejgħ.

Azzjoni 2: Investimenti biex jiġu strutturati mill-ġdid u mtejba l-postijiet ta’ nżul l-art

Dejta 1: Sit ta’ nżul li bbenefika.

Azzjoni 3: Investimenti marbuta mas-sigurtà għall-bini jew l-immodernizzar ta’ postijiet tal-kenn żgħar għas-sajd

Dejta 1: Post tal-kenn għas-sajd li bbenefika.

Azzjoni 4: Investimenti marbuta mas-sikurezza għall-immodernizzar ta’ imkejjen żgħar għas-sajd

Dejta 1: Post tal-kenn għas-sajd li bbenefika.

Miżura 3.4: Żvilupp ta’ swieq ġodda u kampanji promozzjonali

Dejta 1: Kampanja għall-prodotti tas-sajd u ta’ l-akwakultura.

Dejta 2: Kampanja biex titjib l-impressjoni ġenerali dwar is-sajd.

Dejta 3: Operazzjoni biex jippromwovu prodotti miksuba permezz ta’ metodi li jħallu ftit impatt fuq l-ambjent.

Dejta 4: Operazzjoni biex tippromwovi prodotti rikonoxxuti permezz tal-kundizzjonijiet tar-Regolament (KEE) 2081/92 (1).

Dejta 5: Operazzjoni biex tiġi implimentata politika ta’ kwalità għall-prodotti tas-sajd u ta' l-akwakultura.

Dejta 6: Operazzjoni biex tippromwovi ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità.

Dejta 7: Operazzjoni biex tippromwovi l-provvista fis-suq ta’ speċi żejda jew mhux sfruttati sew.

Dejta 8 Operazzjoni biex timplimenta stħarriġ tas-suq.

Miżura 3.5: Operazzjonijiet Pilota

Dejta 1: Test dwar teknoloġija innovattiva.

Dejta 2: Test dwar pjanijiet ta’ immaniġjar u pjanijiet ta’ allokazzjoni ta’ l-isforzi tas-sajd.

Dejta 3: Operazzjoni biex jiġu żviluppati u ttestjati metodi biex titjib l-għażla ta' l-irkaptu/jitnaqqsu l-qabdiet lokali u dak li jintrema.

Dejta 4: Operazzjoni biex jiġu ttestjati tipi alternattivi ta’ tekniki tal-ġestjoni ta' l-immaniġjar tas-sajd.

Miżura 3.6: Modifika biex jiġu assenjati mill-ġdid il-bastimenti tas-sajd

Dejta 1: Bastiment modifikat għal wirt storiku.

Dejta 2: Bastiment modifikat għal riċerka tas-sajd (FR).

Data 3: Bastiment modifikat għal attivitajiet ta’ taħriġ (TA).

Dejta 4: Bastiment modifikat għall-kontroll (C).

Assi prijoritarju 4: Żvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd

Miżura 4.1: Żvilupp taż-żoni tas-sajd

Dejta 1: Operazzjoni biex tissaħħaħ il-kompetittività taż-żoni tas-sajd.

Dejta 2: Operazzjoni biex jiġu strutturati mill-ġdid u mogħtija direzzjoni ġdida l-attivitajiet ekonomiċi.

Dejta 3: Operazzjoni biex jiġu diversifikati l-attivitajiet.

Dejta 4: Operazzjoni biex jiżdied il-valur tal-prodotti tas-sajd.

Dejta 5: Operazzjoni biex jiġu appoġġjati komunitajiet żgħar tas-sajd u infrastruttura marbuta mat-turiżmu.

Dejta 6: Operazzjoni biex jitħares l-ambjent fiż-żoni tas-sajd.

Dejta 7: Operazzjoni biex jiġi stabbilit mill-ġdid il-potenzjal tal-produzzjoni fiż-żoni tas-sajd.

Dejta 8: Operazzjoni biex ikun hemm promozzjoni tal-kooperazzjoni inter-reġjonali u trans-nazzjonali.

Dejta 9: Operazzjoni biex jinkisbu ħiliet u tiġi ffaċilitata t-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ żvilupp lokali.

Dejta 10: Operazzjoni għall-kontribuzzjoni ta' l-ispejjeż tal-ħidma tal-gruppi.

Dejta 11: Operazzjoni dwar azzjonijiet ta’ komunikazzjoni mill-gruppi.

Dejta 12: Operazzjoni(jiet) Oħra.

Assi prijoritarju 5: Għajnuna teknika

Miżura 5.1: Għajnuna teknika

Azzjoni 1: Ġestjoni u implimentazzjoni tal-programmi

Dejta 1: Operazzjoni għal għajnuna teknika għall-implimentazzjoni tal-programm operattiv.

Dejta 2: Operazzjoni biex titjib il-kapaċità amministrattiva.

Dejta 3: Operazzjoni dwar azzjonijiet ta’ komunikazzjoni.

Dejta 4: Operazzjoni biex jiġi ffaċilitat in-netwerking.

Dejta 5: Operazzjonijiet għall-evalwazzjoni.

Azzjoni 2: Studji (minbarra l-evalwazzjoni)

Dejta 1: studji

Azzjoni 3: Pubbliċità u informazzjoni

Dejta 1: Operazzjoni għal pubbliċità

Dejta 2: Operazzjoni għal informazzjoni lil partijiet konċernati

Azzjoni 4: Miżuri oħra ta’ għajnuna teknika

Dejta 1: Operazzjoni ta’ tip ieħor ta’ għajnuna teknika


(1)  ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1.


ANNESS IV

PARAMETRI TEKNIĊI GĦAL TEĦID TA’ KAMPJUNI STATISTIĊI ALEOTORJI SKOND L-ARTIKOLU 43 (TEĦID TA’ KAMPJUNI)

1.

Metodu ta’ teħid ta’ kampjuni statistiċi aleotorji jagħti lok biex jintlaħqu konklużjonijiet mir-riżultati ta’ l-awditjar tal-kampjun fuq l-ispiża globali li minnha ttieħed il-kampjun, u għalhekk jagħti evidenza biex tinkiseb assigurazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll.

2.

L-assigurazzjoni mogħtija fuq il-funzjonament tas-sistemi hi determinata bl-ammont ta' kunfidenza li toħroġ mill-konklużjonijiet tas-sistemi ta' awditjar u mill-awditjar ta' operazzjonijiet fil-kampjun magħżul permezz tal-metodu statistiku kampjunarju aleotorju. Sabiex jinkiseb livell għoli ta’ assigurazzjoni, jiġifieri, riskju ta’ awditjar imnaqqas, l-awtorità ta’ l-awditjar għandha tħallat ir-riżultati ta' l-awditjar tas-sistema ma’ l-awditjar ta' l-operazzjonijiet. L-awtorità ta’ l-awditjar l-ewwel tevalwa kemm huma affidabbli s-sistemi (ħafna, medji jew baxxi), billi tqis ir-riżultati tas-sistemi ta’ awditjar, sabiex tiddetermina l-parametri tekniċi kampjunarji, b’mod partikolari l-livell ta’ kunfidenza u r-rata ta’ żball mistennija. L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw ir-riżultati tar-rapport dwar l-evalwazzjoni tal-konformità skond l-Artikolu 71 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006. Il-livell imħallat ta' assigurazzjoni miksub mis-sistemi ta' awditjar u l-awditjar ta' l-operazzjonijiet għandu jkun għoli. Il-livell ta’ kunfidenza użat għall-operazzjonijiet ta’ teħid ta’ kampjuni m’għandux ikun inqas minn 60 % b’livell massimu ta’ materjalità ta’ 2 %. Għal sistema li ġiet evalwata li ma tantx hi affidabbli, il-livell ta' kunfidenza użat għall-operazzjonijiet kampjunarji m'għandux ikun inqas minn 90 %. L-awtorità ta’ l-awditjar għandha tiddeskrivi fir-rapport ta’ kontroll annwali l-mod kif inkisbet l-assigurazzjoni.

3.

L-affidabbiltà tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tiġi determinata permezz tal-kriterji stabbiliti mill-awtorità ta' l-awditjar għall-awditjar tas-sistemi, inkluż valutazzjoni kwantifikata ta' l-elementi kollha ewlenin u li jinkorporaw l-awtoritajiet prinċipali u l-korpi intermedjarji li jipparteċipaw fil-ġestjoni u l-kontroll tal-programm operattiv. Għandu jinżamm rekord tal-valutazzjonijiet li jsiru fil-fajl ta’ l-awditjar.


ANNESS V

STRATEĠIJA MUDELL TA’ L-AWDITJAR KIF PREVIST FL-ARTIKOLU 61(1)(C) TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1198/2006

1.   INTRODUZZJONI

Identifikazzjoni ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar responsabbli biex tfassal l-istrateġija ta’ l-awditjar u ta’ xi korpi oħra li kkontribwixxew. Spjegazzjoni tal-proċedura segwita biex titfassal l-istrateġija ta’ l-awditjar.

Speċifikazzjoni ta’ l-għanijiet globali ta’ l-istrateġija ta’ l-awditjar.

Spjegazzjoni tal-funzjonijiet u tar-responsabbiltà ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar u ta’ korpi oħra li jagħmlu l-awditjar taħt ir-responsabbiltà tagħha.

Indikazzjoni ta’ l-indipendenza ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar mill-awtorità ta' ġestjoni u mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni.

Konferma mill-awtorità ta’ l-awditjar li l-korpi li jagħmlu l-awditjar skond l-Artikolu 61(3) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għandhom l-indipendenza funzjonali rikjesta.

2.   BAŻI U AMBITU ĠURIDIĊI

Indikazzjoni ta' kwalunkwe qafas nazzjonali regolatorju li jaffettwa l-awtorità ta' l-awditjar, u l-funzjonijiet tagħha.

Indikazzjoni tal-perjodu kopert bl-istrateġija.

3.   METODOLOĠIJA

Indika l-metodoloġija ta’ awditjar li trid tiġi segwita billi tqis l-istandards ta’ awditjar aċċettati b’mod internazzjonali (inkluż, iżda mhux limitat biss għal, INTOSAI, IFAC u IIA), manwali ta’ l-awditjar u dokumenti oħra speċifiċi.

4.   APPROĊĊ U PRIJORITAJIET TA’ L-AWDITJAR

Limiti tal-materjalità għall-finijiet ta’ ppjanar u biex jiġu rappurtati d-defiċjenzi.

Indikazzjoni tat-tipi ta’ awditjar li jridu jsiru (awditjar tas-sistemi, awditjar ta’ l-operazzjonijiet).

Għall-awditjar tas-sistemi:

(a)

Speċifikazzjoni tal-korp jew korpi responsabbli għax-xogħol ta’ l-awditjar;

(b)

Speċifikazzjoni tal-korpi li jridu jiġu awditjati;

(c)

Indikazzjoni ta’ kwalunkwe affarijiet relatati li jridu jiġu koperti mis-sistemi ta' awditjar, bħax-xiri pubbliku, l-għajnuna mill-istat, rekwiżiti ambjentali, opportunitajiet indaqs u sistemi ta' l-IT.

Għall-awditjar ta’ l-operazzjonijiet:

(a)

speċifikazzjoni tal-korp jew korpi responsabbli għax-xogħol ta’ l-awditjar;

(b)

speċifikazzjoni tal-kriterji biex jiġu determinati l-livell ta’ assigurazzjoni miksuba mis-sistemi ta’ awditjar u referenza għad-dokumentazzjoni użata biex tiġi applikata l-metodoloġija kampjunarja stipulata fl-Artikolu 43;

(c)

speċifikazzjoni tal-proċedura biex jiġu determinati l-passi li jridu jittieħdu fejn jinstabu żbalji materjali.

Indikazzjoni u ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-għanijiet ta’ l-awditjar stabbiliti għall-perjodu kollu ta’ programmar.

Spjegazzjoni tar-rabta bejn ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju max-xogħol ta' awditjar ippjanat.

Skeda ta’ awditjar indikattiva tax-xogħlijiet ta’ awditjar għas-sena li ġejja provduta f’format ta’ tabella.

5.   VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

Indikazzjoni tal-proċeduri segwiti, inkluż sa fejn tqisu r-riżultati ta' awditjar imgħoddi tal-korpi u s-sistemi (bħal awditjar mill-perjodu 2000-2006, xogħol ta' awditjar għall-valutazzjoni ta' konformità).

Indikazzjoni ta’ l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità ta' ċertifikazzjoni u korpi intermedjarji koperti.

Indikazzjoni tal-fatturi tar-riskju meqjusa, inkluż kwalunkwe affarijiet relatati identifikati bħala oqsma riskjużi.

Indikazzjoni tar-riżultati permezz ta’ identifikazzjoni u għoti ta' prijorità lill-korpi ewlenin, proċessi, kontrolli u assi prijoritarji għall-awditjar.

6.   SERĦAN FUQ IX-XOGĦOL TA’ ĦADDIEĦOR

Indikazzjoni sa fejn ċerti komponenti jiġu awditjati minn awdituri oħra u sa fejn wieħed jista’ jserraħ b’mod potenzjali fuq dak ix-xogħol.

Spjegazzjoni ta’ kif l-awtorità ta’ l-awditjar se tassigura l-kwalità tax-xogħol li sar mill-korpi l-oħra, billi jitqiesu standards ta' awditjar aċċettati b'mod internazzjonali.

7.   RIŻORSI

Indikazzjoni ta’ riżorsi ppjanati li jridu jiġu allokati, talanqas għas-sena li ġejja.

8.   RAPPURTAR

Indikazzjoni ta’ proċeduri interni għar-rappurtar, bħar-rapporti ta’ awditjar proviżorji u finali, u d-dritt tal-korp awditjat biex jinstema’ u jagħti spjegazzjoni qabel ma tittieħed pożizzjoni.


ANNESS VI

MUDELL TA’ RAPPORT TA’ KONTROLL ANNWALI U OPINJONI

PARTI A

Mudell ta’ rapport ta’ kontroll annwali skond l-artikolu 61(1)(e)(i) tar-regolament (ke) nru 1198/2006 u artikolu 44(2) tar-regolament preżenti

1.   INTRODUZZJONI

Indikazzjoni ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar responsabbli u korpi oħra li kienu involuti fit-tħejjija tar-rapport.

Indikazzjoni tal-perjodu ta' (referenza) ta' 12-il xahar li minnu ttieħed il-kampjun aleotorju.

Identifikazzjoni tal-programm operattiv kopert bir-rapport (in-numru tas-CCI) u ta’ l-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tiegħu.

Deskrizzjoni tal-passi meħuda biex jitħejja r-rapport.

2.   TIBDIL FIS-SISTEMI TA’ TMEXXIJA U ĠESTJONI TA’ KONTROLL

Indikazzjoni ta’ xi bidliet sinifikanti fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll notifikati lill-awtorità ta’ l-awditjar kif imqabbla mad-deskrizzjoni provduta taħt l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u tad-dati li minnhom japplikaw il-bidliet.

3.   BIDLIET FL-ISTRATEĠIJA TA’ L-AWDITJAR

Indikazzjoni ta’ kwalunkwe bidliet li saru fl-istrateġija ta’ l-awditjar jew li ġew proposti, u tar-raġunijiet marbuta magħhom.

4.   AWDITJAR TAS-SISTEMI

Indikazzjoni tal-korpi li għamlu awditjar tas-sistemi, inkluż l-awtorità ta’ l-awditjar innifsha.

Lista sommarja ta’ l-awditjar li sar (korpi awditjati).

Deskrizzjoni tal-bażi li fuqha jintgħażel l-awditjar fil-kuntest ta' l-istrateġija ta' l-awditjar.

Deskrizzjoni tas-sejbiet prinċipali u tal-konklużjonijiet meħuda mix-xogħol ta’ l-awditjar għas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, u kif jiffunzjonaw, inkluż kemm huma suffiċjenti l-ispezzjonijiet tal-ġestjoni, il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni u r-rekord sekwenzjali tat-tranżazzjonijiet, separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u konformità mar-rekwiżiti u l-politika Komunitarja.

Indikazzjoni dwar jekk xi problemi identifikati kinux meqjusa li huma ta’ karattru sistemiku, u l-miżuri meħuda, inkluż kwantifikazzjoni ta’ l-ispiża irregolari u kwalunkwe korrezzjonijiet finanzjarji.

5.   AWDITJAR TA’ KAMPJUN TA’ OPERAZZJONIJIET

Indikazzjoni tal-korpi li għamlu l-awditjar fuq il-kampjun, inkluż l-awtorità ta’ l-awditjar.

Deskrizzjoni tal-bażi li fuqha ntgħażlu l-kampjun(i).

Indikazzjoni tal-livell ta’ materjalità u, fil-każ tat-teħid ta’ kampjuni statistiċi, il-livell ta’ kunfidenza applikat u l-intervall, jekk japplika.

Tabella sommarja (ara hawn taħt) li tindika l-ispiża eliġibbli dikjarata lill-Kummissjoni matul is-sena (ta’ referenza) kalendarja (li tintemm fil-perjodu ta’ awditjar), l-ammont ta’ spiża awditjata, u l-persentaġġ ta’ spiża awditjat b’relazzjoni ma’ l-ispiża totali eliġibbli dikjarat lill-Kummissjoni (kemm għall-aħħar sena kalendarja u anki b'mod kumulattiv). Informazzjoni marbuta mal-kampjun aleotorju għandha tkun distinta minn dik marbuta ma’ kampjuni oħra.

Deskrizzjoni tar-riżultati prinċipali ta’ l-awditjar, li tindika b’mod partikolari l-ammont ta’ spiża irregolari u r-rata ta’ żball li jirriżultaw mill-kampjun awditjat aleotorju.

Indikazzjoni tal-konklużjonijiet meħuda mir-riżultati ta' l-awditjar fir-rigward ta' l-effettività tas-sistema tal-ġestjoni u ta' kontroll.

Informazzjoni dwar kif se jiġu segwiti l-irregolaritajiet inkluż reviżjoni ta’ rati ta’ żball rappurtati qabel.

Indikazzjoni dwar jekk xi problemi identifikati kinux meqjusa li huma ta’ natura sistemika, u l-miżuri meħuda, inkluż kwantifikazzjoni ta' l-ispiża irregolari u xi korrezzjonijiet finanzjarji relatati.

6.   KO-ORDINAZZJONI BEJN IL-KORPI TA’ L-AWDITJAR U X-XOGĦOL TA’ SUPERVIŻJONI TA’ L-AWTORITA’ TA’ L-AWDITJAR

Deskrizzjoni tal-proċedura għas-superviżjoni applikata mill-awtorità ta’ l-awditjar fuq korpi oħra li għamlu awditjar skond l-Artikolu 61(3) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 (jekk japplika).

7.   INSEGWIMENT TA’ L-ATTIVITÀ TA' L-AWDITJAR TAS-SNIN TA' QABEL

Informazzjoni dwar kif se jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-awditjar li jkunu għadhom ma sarux u kif se jiġi segwit l-awditjar tas-sistemi u l-awditjar ta’ operazzjonijiet mis-snin aktar bikrija.

8.   INFORMAZZJONI OĦRA (FEJN APPLIKABBLI)

9.   TABELLA DWAR L-ISPIŻA DIKJARATA U L-AWDITJAR FUQ KAMPJUNI

Reġjuni ta’ l-Objettiv ta’ Konverġenza

Referenza

(CCI no)

Spiża dikjarata fis-sena ta’ referenza

Spiża fis-sena ta’ referenza awditjata għall-kampjun aleotorju

Ammont u persentaġġ (rata ta' żball) ta’ spiża irregolari fil-kampjun aleotorju

Spejjeż oħra awditjati (1)

Ammont ta’spiża irregolari f’kampjun ta’ spiża ieħor

Spejjeż totali dikjarati b’mod kumulattiv

Spejjeż totali awditjati b’mod kumulattiv bħala persentaġġ ta’ l-ispejjeż totali dikjarati b’mod kumulattiv

 

 

 (2)

 (3)

Ammont

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Reġjuni b’Objettiv Mhux ta' Konverġenza

Referenza

(CCI no)

Spiża dikjarata fis-sena ta’ referenza

Spiża fis-sena ta’ referenza awditjata għall-kampjun aleotorju

Ammont u persentaġġ (rata ta' żball) ta’ spiża irregolari fil-kampjun aleotorju

Spejjeż oħra awditjati (4)

Ammont ta’spiża irregolari f’kampjun ta’ spiża ieħor

Spejjeż totali dikjarati b’mod kumulattiv

Spejjeż totali awditjati b’mod kumulattiv bħala persentaġġ ta’ l-ispejjeż totali dikjarati b’mod kumulattiv

 

 

 (5)

 (6)

Ammont

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PARTI B

Opinjoni annwali mudell skond l-artikolu 61(1)(e)(ii) tar-regolament (ke) nru 1198/2006 u l-artikolu 44(2) ta' dan ir-regolament

Lill-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali […]

1.   INTRODUZZJONI

Jiena, hawn taħt iffirmat, li nirrappreżenta (isem il-korp maħtur mill-Istat Membru), eżaminajt kif jaħdmu s-sistemi tal-ġestjoni u ta’ kontroll fil-programm operattiv (isem il-programm operattiv, in-numru tal-kodiċi CCI, il-perjodu), sabiex noħroġ opinjoni dwar jekk is-sistemi ħadmux b'mod effettiv sabiex nagħti assigurazzjoni raġonevoli li d-dikjarazzjonijiet dwar l-ispejjeż preżentati lill-Kummissjoni huma korretti u konsegwenza ta' hekk nagħti assigurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet marbuta magħhom huma legali u regolari.

2.   SKOP TA’ L-EŻAMINAR

L-eżaminar sar skond l-istrateġija ta’ awditjar fir-rigward ta’ dan il-programm matul il-perjodu 1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju (sena) u rrappurtat fir-rapport ta’ kontroll annwali mehmuż skond l-Artikolu 61(1)(e)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Jew

Ma kienx hemm limitazzjonijiet fuq l-iskop ta’ l-eżaminar

Jew

L-iskop ta’ l-eżaminar kien illimitat mill-fatturi li ġejjin:

(a)

(b)

(c) eċċ

(Indika kwalunkwe limitazzjoni fuq l-iskop ta’ l-eżaminar, per eżempju xi problemi sistemiċi, difetti fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, nuqqas ta’ dokumentazzjoni li tappoġġja, każijiet li għaddejjin minn proċeduri legali, eċċ. u istma l-ammonti ta’ spejjeż u l-kontribuzzjoni Komunitarja affettwati. Jekk l-awtorità ta’ l-awditjar ma tqisx li l-limitazzjonijiet għandhom impatt fuq l-ispejjeż finali dikjarati, dan għandu jiġi dikjarat.)

3.   OPINJONI

Jew

(Opinjoni mhux kwalifikata)

Abbażi ta’ l-eżaminar imsemmi hawn fuq, jiena tal-fehma li għall-perjodu msemmi hawn fuq is-sistema tal-ġestjoni u kontroll imwaqqfa għall-programm … (isem il-programm operattiv, in-numru tal-kodiċi CCI, perjodu) ikkonformat mar-rekwiżiti applikabbli ta’ l-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u Kapitolu VII tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 498/2007 (7) u ħadmet b'mod effettiv sabiex tingħata assigurazzjoni raġonevoli li d-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż preżentati lill-Kummissjoni huma korretti u bħala konsegwenza huma assigurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet marbuta magħhom huma legali u regolari.

Jew

(Opinjoni kwalifikata)

Abbażi ta’ l-eżaminar imsemmi hawn fuq, jiena tal-fehma li għall-perjodu msemmi hawn fuq is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll imwaqqfa għall-programm … (isem il-programm operattiv, in-numru tal-kodiċi CCI, il-perjodu) ikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli ta’ l-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u tal-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 u ħadmu b’mod effettiv sabiex jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li d-dikjarazzjonijiet ta’ l-ispejjeż ippreżentati lill-Kummissjoni huma korretti u konsegwenza ta’ hekk hemm assigurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet marbuta magħhom huma legali u regolari minbarra fl-ambiti li ġejjin (8):

Ir-raġunijiet biex wieħed iqis li dan (dawn) l-aspett(i) tas-sistemi ma kkonformawx mar-rekwiżiti u/jew ma operawx b'tali mod li jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li d-dikjarazzjonijiet dwar l-ispejjeż preżentati lill-Kummissjoni huma korretti kif ġej … (9).

Jiena nistma li l-impatt tal-kwalifikazzjoni(jiet) huwa … ta’ l-ispiża totali dikjarata. Il-kontribuzzjoni Komunitarja affettwata hi għalhekk …

Jew

(Opinjoni kuntrarja)

Abbażi ta’ l-eżaminar imsemmi hawn fuq, jiena tal-fehma li għall-perjodu msemmi hawn fuq is-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll imwaqqfa għall-programm … (isem il-programm operattiv, in-numru tal-kodiċi CCI, perjodu) ma kkonformatx mar-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u l-Kapitolu VII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 498/2007 u ma ħadmitx b’mod effettiv sabiex tingħata assigurazzjoni raġonevoli li d-dikjarazzjonijiet dwar l-ispejjeż ippreżentati lill-Kummissjoni huma korretti u, konsegwenza ta’ hekk, ma jagħtux assigurazzjoni raġonevoli li t-tranżazzjonijiet marbuta magħhom huma legali u regolari.

Din l-opinjoni kuntrarja hi bbażata fuq … (10)

Data:

Firma:


(1)  Spiża għall-kampjun kumplimentari u l-ispiża għall-kampjun aleotorju mhux fis-sena ta’ referenza.

(2)  Ammont ta’ spejjeż awditjati.

(3)  Persentaġġ ta’ spiża awditjata b’relazzjoni ta’ l-ispiża eliġibbli dikjarata lill-Kummissjoni fis-sena ta’ referenza.

(4)  Spiża għall-kampjun kumplimentari u l-ispiża għall-kampjun aleotorju mhux fis-sena ta’ referenza.

(5)  Ammont ta’ spejjeż awditjati.

(6)  Persentaġġ ta’ spiża awditjata b’relazzjoni ta’ l-ispiża eliġibbli dikjarata lill-Kummissjoni fis-sena ta’ referenza.

(7)  ĠU L 120, 10.5.2007, p. 1.

(8)  Indika l-korp jew korpi u l-aspett(i) tas-sistemi tagħhom li ma kkonformawx mar-rekwiżiti u/jew ma ħadmux b'mod effettiv.

(9)  Indika għal kull korp u għal kull aspett tas-sistema r-raġunijiet għaliex jikkwalifikaw.

(10)  Indika għal kull korp u għal kull aspett ir-raġunijiet għal ingħatat opinjoni kuntrarja.


ANNESS VII

RAPPORT MUDELL DWAR IL-KONTROLL FINALI U DIKJARAZZJONI TA’ L-GĦELUQ GĦALL-PROGRAMM OPERATTIV SKOND L-ARTIKOLU 61(1) (F) TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1198/2006 U L-ARTIKOLU 44(3) TA' DAN IR-REGOLAMENT

PARTI A

Mudell tar-rapport finali ta’ kontroll

1.   INTRODUZZJONI

Indikazzjoni ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar responsabbli u korpi oħra li kienu involuti fit-tħejjija tar-rapport.

Indikazzjoni ta’ l-aħħar perjodu ta’ referenza li minnu ttieħed il-kampjun aleotorju.

Identifikazzjoni tal-programm operattiv kopert bir-rapport u l-awtoritajiet tiegħu ta’ ġestjoni u li jiċċertifikaw.

Deskrizzjoni tal-passi meħuda biex jitħejja r-rapport.

2.   TIBDIL FIS-SISTEMI TA’ ĠESTJONI U TA’ KONTROLL U FL-ISTRATEĠIJA TA’ AWDITJAR (1)

Indikazzjoni ta’ kwalunkwe bidliet sinifikanti fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll notifikati lill-awtorità ta’ l-awditjar meta mqabbla mad-deskrizzjoni provduta fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006, u tad-dati li minnhom japplikaw il-bidliet.

Indikazzjoni ta’ xi bidliet li saru fl-istrateġija ta’ l-awditjar u r-raġunijiet għal dawk il-bidliet

3.   TAQSIRA TA’ L-AWDITJAR LI JSIR TAĦT L-ARTIKOLU 61(1) (A) U (B) TAR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) NRU 1198/2006 U ARTIKOLU 43 TAR-REGOLAMENT PREŻENTI

Għall-awditjar tas-sistemi:

Indikazzjoni tal-korpi li għamlu awditjar tas-sistemi, inkluż l-awtorità ta’ l-awditjar innifsha.

Lista sommarja ta’ awditjar li sar: korpi awditjati u sena ta’ awditjar.

Deskrizzjoni ta’ fuq liema bażi ntgħażel l-awditjar fil-kuntest ta' l-istrateġija ta' l-awditjar (2).

Deskrizzjoni tas-sejbiet prinċipali u l-konklużjonijiet meħuda mix-xogħol ta’ l-awditjar għas-sistemi tal-ġestjoni u ta’ kontroll u kif ħadmu, inkluż kemm kienu suffiċjenti l-ispezzjonijiet ta’ l-immaniġjar, il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni u r-rekord sekwenzjali tat-tranżazzjonijiet, separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet u l-konformità mar-rekwiżiti u l-politika Komunitarja (2).

Indikazzjoni dwar jekk xi problemi identifikati kinux meqjusa li huma ta’ karattru sistemiku, u l-miżuri meħuda, inkluż kwantifikazzjoni ta’ l-ispiża irregolari u kwalunkwe korrezzjonijiet finanzjarji (2).

Għall-awditjar ta’ l-operazzjonijiet:

Indikazzjoni tal-korpi li għamlu l-awditjar fuq il-kampjuni, inkluż l-awtorità ta’ l-awditjar innifisha.

Deskrizzjoni tal-bażi li fuqha ntgħażlu l-kampjun(i).

Indikazzjoni tal-livell ta’ materjalità u, fil-każ tat-teħid ta’ kampjuni statistiċi, il-livell ta’ kunfidenza applikat u l-intervall, jekk japplika.

Deskrizzjoni tar-riżultati prinċipali ta’ l-awditjar, li tindika b’mod partikolari l-ammont ta’ spiża irregolari u r-rata ta’ żball li jirriżultaw mill-kampjun awditjat aleotorju (2).

Indikazzjoni tal-konklużjonijiet meħuda mir-riżultati ta' l-awditjar fir-rigward ta' l-effettività tas-sistema tal-ġestjoni u ta' kontroll.

Informazzjoni dwar se jiġu segwiti l-irregolaritajiet, inkluż reviżjoni tar-rati ta’ żbalji rappurtati qabel.

Indikazzjoni dwar jekk xi problemi identifikati kinux meqjusa li huma ta’ natura sistemika, u l-miżuri meħuda, inkluż kwantifikazzjoni ta' l-ispiża irregolari u xi korrezzjonijiet finanzjarji relatati (2).

4.   INSEGWIMENT TA’ L-ATTIVITA’ TA’ L-AWDITJAR

Informazzjoni dwar kif se jiġu segwiti r-riżultati ta’ l-awditjar tas-sistemi u ta’ l-awditjar ta’ l-operazzjonijiet.

5.   XOGĦOL ADDIZZJONALI MAGĦMUL MILL-AWTORITA’ TA’ L-AWDITJAR FI TĦEJJIJA TAD-DIKJARAZZJONI TAGĦHA TA’ L-GĦELUQ

Sommarju ta’ l-awditjar tal-proċedura magħluqa ta’ l-awtoritajiet li jmexxu u li jiċċertifikaw u l-korpi intermedjarji.

Sommarju tar-riżultati ta' l-eżaminar tal-ktieb tad-debituri miżmum skond l-Artikolu 60(f) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Sommarju tar-riżultati ta’ meta saru mill-ġdid il-kontrolli dwar il-preċiżjoni ta’ l-ammonti dikjarati b’relazzjoni mad-dokumenti li jappoġġjaw.

Sommarju tar-riżultati ta’ l-eżaminar tar-rapporti ta’ korpi ta’ awditjar oħra nazzjonali jew Komunitarji (speċifika skond il-kategorija liema rapporti ġew riċevuti u eżaminati).

Sommarju tar-riżultati ta’ l-eżaminar ta’ l-informazzjoni marbuta ma’ kif ġew segwiti s-sejbiet ta’ awditjar u trattamenti ta’ irregolaritajiet.

Sommarju tar-riżultati ta’ l-eżaminar ta’ xogħol addizzjonali magħmul mill-awtoritajiet li jmexxu u li jiċċertifikaw sabiex jingħata lok li tiġi provduta opinjoni mhux kwalifikata.

Oħrajn.

6.   LIMITAZZJONJIET DWAR L-ISKOP TA’ L-EŻAMINAR MILL-AWTORITA’ TA’ L-AWDITJAR

Dettalji ta’ kwalunkwe fatturi li llimitaw l-iskop ta’ l-eżaminar mill-awtorità ta' l-awditjar għandhom jiġu rappurtati (3).

Ammonti ta’ spejjeż stmati u l-kontribuzzjoni Komunitarja li huma affettwati jridu jiġu dikjarati.

7.   IRREGOLARITAJIET RAPPURTATI

Konferma li l-proċedura li biha jiġu rappurtati u segwiti l-irregolaritajiet, inkluż it-trattament ta’ problemi sistemiċi, saret skond ir-rekwiżiti regolatorji.

Konferma dwar kemm hi preċiża l-informazzjoni mogħtija fir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni ta’ l-irregolaritajiet rappurtati skond l-Artikolu 70(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Lista ta’ każijiet ta’ irregolarità meqjusa bħala sistemiċi u l-ammonti ta’ spejjeż affettwati.

8.   INFORMAZZJONI OĦRA (FEJN APPLIKABBLI)

9.   TABELLA DWAR L-ISPIŻA DIKJARATA U L-AWDITJAR FUQ KAMPJUNI

Reġjuni ta’ l-Objettiv ta’ Konverġenza

Referenza

(CCI no)

Spiża dikjarata fis-sena ta’ referenza

Spiża fis-sena ta’ referenza awditjata għall-kampjun aleotorju

Ammont u persentaġġ (rata ta' żball) ta’ spiża irregolari fil-kampjun aleotorju

Spejjeż oħra awditjati (4)

Ammont ta’spiża irregolari f’kampjun ta’ spiża ieħor

Spejjeż totali dikjarati b’mod kumulattiv

Spejjeż totali awditjati b’mod kumulattiv bħala persentaġġ ta’ l-ispejjeż totali dikjarati b’mod kumulattiv

 

 

 (5)

 (6)

Ammont

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Reġjuni b’Objettiv Mhux ta' Konverġenza

Referenza

(CCI no)

Spiża dikjarata fis-sena ta’ referenza

Spiża fis-sena ta’ referenza awditjata għall-kampjun aleotorju

Ammont u persentaġġ (rata ta' żball) ta’ spiża irregolari fil-kampjun aleotorju

Spejjeż oħra awditjati (7)

Ammont ta’spiża irregolari f’kampjun ta’ spiża ieħor

Spejjeż totali dikjarati b’mod kumulattiv

Spejjeż totali awditjati b’mod kumulattiv bħala persentaġġ ta’ l-ispejjeż totali dikjarati b’mod kumulattiv

 

 

 (8)

 (9)

Ammont

%

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PARTI B

Dikjarazzjoni ta’ l-għeluq

Lill-Kummissjoni Ewropea, Direttorat-Ġenerali […]

1.   INTRODUZZJONI

Jiena, hawn taħt iffirmat, … li nirrappreżenta (isem il-korp maħtur mill-Istat Membru), għall-programm operattiv … (isem il-programm operattiv, in-numru tal-kodiċi CCI, il-perjodu) eżaminajt ir-riżultati tax-xogħol ta’ l-awditjar li sar fuq dan il-programm mill-awtorità ta’ l-awditjar jew taħt ir-responsabbiltà tagħha skond l-istrateġija ta’ l-awditjar [u għamlu x-xogħol addizzjonali li qist li hu neċessarju]. Ir-riżultati ta’ l-eżaminar u x-xogħol addizzjonali li għamilt huma mogħtija fil-qosor fir-rapport ta’ kontroll finali mehmuż (li fih ukoll l-informazzjoni meħtieġa fir-rapporti ta’ kontroll annwali għall-perjodu 1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2016). Jiena ppjanat u għamilt dan ix-xogħol bil-għan li nikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk l-applikazzjoni għal pagament għall-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għall-programm hiex korretta u valida u t-tranżazzjonijiet marbuta magħhom koperti bid-dikjarazzjoni finali dwar l-ispejjeż humiex legali u regolari.

2.   SKOP TA’ L-EŻAMINAR

L-eżaminar sar skond l-istrateġija ta’ l-awditjar fir-rigward ta’ dan il-programm u ġie rappurtat fir-rapport ta’ kontroll finali mehmuż taħt l-Artikolu 61(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

Jew

Ma kienx hemm limitazzjonijiet fuq l-iskop ta’ l-eżaminar.

Jew

L-iskop ta’ l-eżaminar kien illimitat mill-fatturi li ġejjin:

(a)

(b)

(c), eċċ.

(Indika kwalunkwe limitazzjoni fuq l-iskop ta’ l-eżaminar, per eżempju xi problemi sistemiċi, difetti fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, nuqqas ta' dokumentazzjoni li tappoġġja, każijiet għaddejjin minn proċeduri legali, eċċ., u istma l-ammonti ta' spejjeż u l-kontribuzzjoni Komunitarja affettwata. Jekk l-awtorità ta’ l-awditjar ma tqisx li l-limitazzjonijiet għandhom impatt fuq l-ispejjeż finali dikjarati, dan għandu jiġi dikjarat.)

3.   IRREGOLARITAJIET U RATI TA’ ŻBALJI

Jew

Il-każijiet ta’ l-irregolarità u r-rati ta’ żbalji misjuba fix-xogħol ta’ awditjar mhumiex tali li jipprekludu opinjoni mhux kwalifikata minħabba l-mod sodisfaċenti li bih ġew ittrattati mill-awtorità ta' ġestjoni u x-xejra fil-livell ta’ kif ġraw tul iż-żmien.

Jew

Il-każijiet ta’ irregolarità u r-rati ta’ żbalji misjuba fix-xogħol ta’ l-awditjar u l-mod li bih ġew trattati mill-awtorità ta' ġestjoni huma tali li jipprekludu opinjoni mhux kwalifikata. Lista ta’ dawn il-każijiet hi mogħtija fir-rapport ta’ kontroll finali, flimkien ma’ indikazzjoni tal-karattru sistemiku possibbli tagħhom u l-iskala tal-problema. L-ammonti ta’ l-ispejjeż totali dikjarati u l-kontribuzzjoni pubblika li jistgħu jiġu affettwati huma … rispettivament. Konsegwenza ta’ hekk, il-kontribuzzjoni Komunitarja korrispondenti li tista’ tkun affettwata hija …

4.   OPINJONI

Jew

(Opinjoni mhux kwalifikata)

Jekk ma kienx hemm limitazzjonijiet dwar l-iskop ta’ l-eżaminar u l-każijiet tar-rati ta' irregolarità u żball u l-mod li bih ġew ittrattati mill-awtorità ta' ġestjoni ma jipprekludux opinjoni mhux kwalifikata:

Abbażi ta’ l-eżaminar imsemmi hawn fuq, jiena tal-fehma li d-dikjarazzjoni finali dwar l-ispejjeż tippreżenta b'mod ġust, fl-ambitu materjali kollu, l-ispiża mħallsa permezz tal-programm operattiv, li l-applikazzjoni għall-pagament tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għal dan il-programm huwa validu u li t-tranżazzjonijiet marbuta magħhom koperti bid-dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż finali huma legali u regolari.

Jew

(Opinjoni kwalifikata)

Jekk kien hemm limitazzjonijiet dwar l-iskop ta’ l-eżaminar u/jew każijiet ta’ irregolarità u rati ta’ żbalji u l-mod li bih ġew ittrattati mill-awtorità ta' ġestjoni jitlob għall-opinjoni kwalifikata iżda ma jiġġustifikawx opinjoni mhux favorevoli għall-ispiża kollha konċernata:

Abbażi ta’ l-eżaminar imsemmi hawn fuq, jiena tal-fehma li l-istqarrija finali dwar l-infiq tippreżenta b’mod ġust, fir-rispetti materjali kollha, l-infiq imħallas permezz tal-programm operattiv, li l-applikazzjoni għall-pagament tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għal dan il-programm hija valida u li t-tranżazzjonijiet marbuta magħhom koperti bid-dikjarazzjoni finali ta’ l-ispejjeż huma legali u regolari, ħlief fir-rigward tal-materji msemmija fil-punt 2 hawn fuq u/jew għall-osservazzjonijiet fil-punt 3 li jirrigwardaw ir-rati ta’ żbalji u l-każijiet ta’ irregolarità u l-mod li bih ġew trattati mill-awtorità ta' ġestjoni, liema impatt huwa kwantifikat hawn fuq. Jiena nistma l-impatt ta’ dawn il-kwalifikazzjonijiet li huma … ta’ l-ispiża totali dikjarata. Il-kontribuzzjoni Komunitarja affettwata hi għalhekk …

Jew

(Opinjoni kuntrarja)

Jekk kien hemm limitazzjonijiet maġġuri fuq l-iskop ta’ l-eżaminar ir-rati ta’ żbalji u l-każijiet ta’ l-irregolarità u l-mod li bih ġew trattati mill-awtorità ta' ġestjoni huma tali li l-ebda konklużjoni ma tista’ tintlaħaq fuq il-kontabbiltà tad-dikjarazzjoni finali ta' l-ispejjeż mingħajr ma jsir aktar xogħol sew:

Abbażi ta’ l-eżaminar imsemmi hawn fuq, u b’mod partikolari minħabba l-materji msemmija fil-punt 2 u/jew ir-rati ta’ żbalji u l-każijiet ta' irregolarità u l-fatt li ma ġewx trattati b'mod sodisfaċenti mill-awtorità ta' ġestjoni kif irrappurtat fil-punt 3, jiena tal-fehma li d-dikjarazzjoni finali dwar l-ispejjeż ma tippreżentax b'mod ġust, fir-rigward tal-materjal kollu, l-ispejjeż imħallsa permezz tal-programm operattiv, li, konsegwentement, l-applikazzjoni għall-pagament tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni Komunitarja għal dan il-programm mhix valida u li t-tranżazzjonijiet marbuta magħha koperti bid-dikjarazzjoni finali dwar l-ispejjeż mhumiex legali u regolari …

Data:

Firma:


(1)  Għal bidliet mhux indikati fir-rapporti annwali ta' kontroll aktar bikrija.

(2)  Għall-awditjar mhux kopert b’rapporti annwali ta' kontroll aktar bikrija.

(3)  Eżempji ta’ dawk il-materji li jinkludu problemi sistemiċi, difetti fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll, nuqqas ta' dokumenti li jappoġġjaw, u każijiet għaddejja minn proċeduri legali.

(4)  Spiża għall-kampjun kumplimentari u l-ispiża għall-kampjun aleotorju mhux fis-sena ta’ referenza.

(5)  Ammont ta’ spejjeż awditjati.

(6)  Persentaġġ ta’ spiża awditjata b’relazzjoni ta’ l-ispiża eliġibbli dikjarata lill-Kummissjoni fis-sena ta’ referenza.

(7)  Spiża għall-kampjun kumplimentari u l-ispiża għall-kampjun aleotorju mhux fis-sena ta’ referenza.

(8)  Ammont ta’ spejjeż awditjati.

(9)  Persentaġġ ta’ spiża awditjata b’relazzjoni ta’ l-ispiża eliġibbli dikjarata lill-Kummissjoni fis-sena ta’ referenza.


ANNESS VIII

DIKJARAZZJONI MUDELL GĦALL-GĦELUQ PARZJALI TAL-PROGRAMM OPERATTIV TAĦT L-ARTIKOLU 44(5) TA' DAN IR-REGOLAMENT

Lill-Kummissjoni Ewropea, Direttorat-Ġenerali […]

L-awtorità tal-ġestjoni tal-programm … (isem il-programm operattiv, in-numru tal-kodiċi CCI, perjodu) issottomiet dikjarazzjoni dwar l-ispejjeż marbuta ma' l-operazzjonijiet [mitmuma kif deher fil-… (data li fiha ntemmu l-operazzjonijiet)/mitmuma bejn … u … (dati li bejniethom tlestew l-operazzjonijiet] u qed tapplika għal għeluq parzjali tal-programm taħt l-Artikolu 85(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għal dawn l-operazzjonijiet.

Jiena, hawn taħt iffirmat, li nirrappreżenta (isem il-korp maħtur mill-Istat Membru), eżaminajt ir-riżultati tax-xogħol ta' l-awditjar li sar fuq dan il-programm kif stipulat fir-rapporti ta' kontroll annwali u l-opinjonijiet annwali maħruġa taħt l-Artikolu 61(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għas-sena/snin …

Jiena ppjanajt u għamilt dan ix-xogħol bil-għan li nikseb assigurazzjoni raġonevoli dwar jekk id-dikjarazzjoni dwar l-ispejjeż konċernati hiex korretta u valida u t-tranżazzjonijiet marbuta magħha koperti bid-dikjarazzjoni dwar l-ispejjeż humiex legali u regolari.

Opinjoni

Abbażi ta’ l-eżaminar imsemmi hawn fuq, jiena tal-fehma li d-dikjarazzjoni dwar l-ispejjeż fuq l-operazzjonijiet mitmuma sottomessi mill-awtorità ta' ġestjoni għall-programm … (isem il-programm operattiv, in-numru tal-kodiċi CCI, perjodu) għall-fini ta' l-għeluq parzjali tal-programm fir-rigward ta' l-operazzjoni [mitmuma fil-…/mitmuma bejn … u …] tippreżenta b'mod ġust, fir-rigward tal-materjal kollu, l-ispejjeż imħallsa u t-tranżazzjonijiet marbuta magħhom huma legali u regolari.

Data:

Firma:


ANNESS IX

ĊERTIFIKAT U STQARRIJA DWAR L-INFIQ U APPLIKAZZJONI GĦALL-PAGAMENT

PARTI A

Ċertifikat u dikjarazzjoni dwar l-ispejjeż u applikazzjoni għall-pagament interim

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

PARTI B

Ċertifikat u dikjarazzjoni ta' l-ispejjeż u applikazzjoni għal pagament finali

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS X

DIKJARAZZJONI ANNWALI FUQ L-AMMONTI MIĠBUDA U RKUPRATI U RKUPRAR PENDENTI TAĦT L-ARTIKOLU 46(2)

Ammonti miġbuda u rkuprati għas-sena 20.. imnaqqsa mid-dikjarazzjonijiet dwar l-ispejjeż għar-reġjuni eliġibbli taħt l- objettiv ta' konverġenza

Assi Prijoritarju

Ammonti miġbuda

Irkuprar

Spejjeż totali tal-benefiċjarji

Kontribuzzjoni pubblika

Rata ta’ kofinanzjament (1)

Kontribuzzjoni ta’ l-EFF

Spejjeż totali tal-benefiċjarji

Kontribuzzjoni pubblika

Rata ta’ kofinanzjament (1)

Kontribuzzjoni ta’ l-EFF

1

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 


Ammonti miġbuda u rkuprati għas-sena 20.. imnaqqsa mid-dikjarazzjonijiet dwar l-ispejjeż għar-reġjuni eliġibbli taħt l-objettiv mhux ta' konverġenza

Assi Prijoritarju

Ammonti miġbuda

Irkuprar

Spejjeż totali tal-benefiċjarji

Kontribuzzjoni pubblika

Rata ta’ kofinanzjament (2)

Kontribuzzjoni ta’ l-EFF

Spejjeż totali tal-benefiċjarji

Kontribuzzjoni pubblika

Rata ta’ kofinanzjament (2)

Kontribuzzjoni ta’ l-EFF

1

 

 

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

 

 

 

4

 

 

 

 

 

 

 

 

5

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 


Irkuprar pendenti kif jidher fil-31.12.20.. għar-reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza

Assi Prijoritarju

Sena ta' meta jitnehdew il-proceduri biex jigu rkuprati l-ammonti

Kontribuzzjoni pubblika li trid tigi rkuprata

Rata ta’ kofinanzjament (3)

Kontribuzzjoni ta’ l-EFF li trid tigi rkuprata

Assi Prijoritarju 1

2007

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 2

2007

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 3

2007

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 4

2007

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

Sotto totali

2007

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

Total globali

 

 

 

 


Irkuprar pendenti kif jidher fil-31.12.20.. għar-reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv mhux ta’ Konverġenza

Assi Prijoritarju

Sena ta' meta jitnehdew il-proceduri biex jigu rkuprati l-ammonti

Kontribuzzjoni pubblika li trid tigi rkuprata

Rata ta’ kofinanzjament (4)

Kontribuzzjoni ta’ l-EFF li trid tigi rkuprata

Assi Prijoritarju 1

2007

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 2

2007

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 3

2007

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 4

2007

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

Sotto totali

2007

 

 

 

 

2008

 

 

 

 

 

 

 

Total globali

 

 

 

 


(1)  Din ir-rata ta' kofinanzjament tinsab fit-tabella finanzjarja tal-programm operattiv għall-assi prijoritàarju konċernat.

(2)  Din ir-rata ta' kofinanzjament tinsab fit-tabella finanzjarja tal-programm operattiv għall-assi prijoritarju konċernat.

(3)  Din ir-rata ta' kofinanzjament tinsab fit-tabella finanzjarja tal-programm operattiv għall-assi prijoritarju konċernat.

(4)  Din ir-rata ta' kofinanzjament tinsab fit-tabella finanzjarja tal-programm operattiv għall-assi prijoritarju konċernat.


ANNESS XI

DIKJARAZZJONI MUDELL TA’ L-ISPEJJEŻ GĦAL GĦELUQ PARZJALI TAĦT L-ARTIKOLU 46(3)

Dikjarazzjoni ta’ l-ispejjeż skond l-assi prijoritarju għal għeluq parzjali

Referenza tal-Programm Operattiv (Nru tas-CCI):

Stat Membru:

Data ta’ sottomissjoni lill-Kummissjoni

Spejjeż totali eliġibbli ċertifikati ta’ operazzjonijiet mitmuma bejn …/…/ u 31/12 [sena] fir-reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza:

Assi Prijoritarju

2007-2015

Spejjeż totali ċertifikat

Kontribuzzjoni pubblika

Kontribuzzjoni ta’ l-EFF

Kontribuzzjoni nazzjonali

Assi Prijoritarju 1: Total

 

 

 

Assi Prijoritarju 2: Total

 

 

 

Assi Prijoritarju 3: Total

 

 

 

Assi Prijoritarju 4: Total

 

 

 

Assi Prijoritarju 5: Total

 

 

 

Total globali

 

 

 

Spejjeż totali eliġibbli ċertifikati ta’ operazzjonijiet mitmuma bejn …/…/ u 31/12 [sena] fir-reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv mhux ta’ Konverġenza:

Assi Prijoritarju

2007-2015

Spejjeż totali ċertifikat

Kontribuzzjoni pubblika

Kontribuzzjoni ta’ l-EFF

Kontribuzzjoni nazzjonali

Assi Prijoritarju 1: Total

 

 

 

Assi Prijoritarju 2: Total

 

 

 

Assi Prijoritarju 3: Total

 

 

 

Assi Prijoritarju 4: Total

 

 

 

Assi Prijoritarju 5: Total

 

 

 

Total globali

 

 

 


ANNESS XII

DESKRIZZJONI TAS-SISTEMI TA’ ĠESTJONI U TA’ KONTROLL TAĦT L-ARTIKOLU 71 TAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1198/2006 U L-ARTIKOLU 47 TAR-REGOLAMENT PREŻENTI

PARTI A

Deskrizzjoni mudell tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

1.   ĠENERALI:

1.1.   Informazzjoni mogħtija minn:

[Isem] l-Istat Membru:

Titolu tal-programm u Nru tas-CCI:

Isem il-persuna ewlenija ta' kuntatt, inkluż l-email u l-faks: (korp responsabbli għall-koordinazzjoni tad-deskrizzjonijiet)

1.2.   L-informazzjoni mogħtija tiddeskrivi s-sitwazzjoni fil: (jj/xx/ss)

1.3.   Struttura tas-sistema (informazzjoni ġenerali u ċart tal-proċess li turi r-relazzjoni fl-organizzazzjoni bejn il-korpi involuti fis-sistemi tal-ġestjoni u ta’ kontroll)

1.3.1.   L-awtorità ta' ġestjoni (Isem, indirizz u persuna li trid tiġi ikkuntattjata ta' l-awtorità ta' ġestjoni)

1.3.2.   Korpi intermedjarji (l-isem, l- indirizz u l-persuna ta’ kuntatt tal-korpi intermedjarji)

1.3.3.   Awtorità ta' ċertifikazzjoni (l-isem, l-indirizz u l-persuna ta’ kuntatt ta' l-awtorità ta' ċertifikazzjoni)

1.3.4.   L-awtorità ta’ l-awditjar u l-korpi li jagħmlu l-awditjar taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar (l-isem, l-indirizz u l-persuna ta’ kuntatt ta' l-awtorità ta' l-awditjar u korpi oħra ta' l-awditjar)

1.4.   Gwida mogħtija lill-awtoritajiet ta' ġestjoni u li jiċċertifikaw u korpi intermedjarji biex jassiguraw ġestjoni finanzjarja ta’ l-EFF. (data u referenza)

2.   L-AWTORITA’ TA' ĠESTJONI:

2.1.   L-awtorità ta' ġestjoni u l-funzjonijiet ewlenin tagħha

2.1.1.   Id-data u l-forma ta’ l-isem formali li jawtorizza lill-awtorità ta' ġestjoni biex twettaq il-funzjonijiet tagħha

2.1.2.   Speċifikazzjoni tal-funzjonijiet u tal-kompiti mwettqa direttament mill-awtorità ta' ġestjoni

2.1.3.   Funzjonijiet formalment delegati mill-awtorità ta' ġestjoni (funzjonijiet, korpi intermedjarji, forma tad-delegazzjoni)

2.2.   Organizzazzjoni ta’ l-awtorità ta' ġestjoni

2.2.1.   Ċart ta’ l-organizzazzjoni u ta’ l-ispeċifikazzjoni tal-funzjonijiet ta’ l-unitajiet (inkluż l-għadd indikattiv ta’ karigi allokati)

2.2.2.   Proċeduri miktuba mħejjija biex jintużaw mill-istaff ta’ l-awtorità ta' ġestjoni/korpi intermedjarji (data u referenza)

2.2.3.   Deskrizzjoni tal-proċeduri biex jintgħażlu u jiġu approvati operazzjonijiet u biex jiġi assigurat li huma konformi, għall-perjodu kollu tagħhom ta’ implimentazzjoni, b’regoli applikabbli Komunitarji u nazzjonali (l-Artikolu 59(a) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006)

2.2.4.   Verifika ta' l-operazzjonijiet (l-Artikolu 59(b) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006).

Deskrizzjoni tal-proċeduri għall-verifika

Korpi li qed jagħmlu tali verifiki.

Proċeduri bil-miktub(referenza għall-manwali) maħruġa għal dan ix-xogħol

2.2.5.   Proċessar ta’ l-applikazzjonijiet għar-rimborż

Deskrizzjoni tal-proċeduri li permezz tagħhom jintlaqgħu applikazzjonijiet għar-rimborż, jiġu verifikati, u validati, u li permezz tagħhom jiġu approvati l-pagamenti lill-benefiċjarji, imwettqa u jingħata kont tagħhom (inkluż iċ-ċart tal-proċess li jindika l-korpi kollha involuti)

Korpi li jwettqu kull pass fl-ipproċessar ta’ l-applikazzjoni għar-rimborż

Proċeduri bil-miktub (referenza għall-manwali) maħruġa għal dan ix-xogħol

2.2.6.   Deskrizzjoni ta’ kif l-informazzjoni se tiġi trażmessa lill-awtorità ta' ċertifikazzjoni mill-awtorità ta' ġestjoni

2.2.7.   Regoli eliġibbli stipulati mill-Istat Membru u applikabbli għall-programm operattiv

2.3.   F’każijiet fejn l-awtorità ta' ġestjoni u l-awtorità ta' ċertifikazzjoni huma t-tnejn maħtura fl-istess korp iddeskrivi kif jiġi assigurat il-firda tal-funzjonijiet

2.4.   Xiri Pubbliku, Għajnuna mill-Istat, Opportunitajiet Indaqs u regoli Ambjentali

2.4.1.   Struzzjonijiet u gwida maħruġa dwar ir-regoli applikabbli (data u referenza)

2.4.2.   Miżuri previsti biex jassiguraw li jkun hemm konformità mar-regoli applikabbli, ma', per eżempju spezzjonijiet dwar il-ġestjoni, verifiki, awditjar

2.5.   Rekord sekwenzjali tat-tranżazzjonijiet

2.5.1.   Deskrizzjoni ta’ kif ir-rekwiżiti skond l-Artikolu 41 ta' dan ir-Regolament se jkunu implimentati għall-programm u/jew għall-prijoritajiet individwali

2.5.2.   Struzzjonijiet mogħtija dwar iż-żamma ta’ dokumenti li jappoġġjaw mill-benefiċjarji (data u referenza)

Indikazzjoni tal-perjodu taż-żamma

Format li fih iridu jinżammu d-dokumenti

2.6.   Irregolaritajiet u rkuprar

2.6.1.   Struzzjonijiet maħruġa dwar ir-rapportar u l-korrezzjoni ta' irregolaritajiet u r-rekordjar ta' dejn u rkuprar ta' pagamenti mħallsa meta mhux suppost tħallsu (data u referenza)

2.6.2.   Deskrizzjoni tal-proċedura (inkluż iċ-ċart li turi l-proċess) biex tikkonforma ma’ l-obbligazzjoni li tirrapporta l-irregolaritajiet skond l-artikolu 55 ta' dan ir-Regolament

3.   KORPI INTERMEDJARJI

NB: Din it-taqsima għandha timtela separatament għal kull korp intermedjarju. Indika l-awtorità li ddelegat il-funzjoni lill-korpi intermedjarji

3.1.   Il-korp intermedjarju u l-funzjonijiet ewlenin tiegħu

3.1.1.   Speċifikazzjoni tal-funzjonijiet/kompiti ewlenin tal-korpi intermedjarji

3.2.   Organizzazzjoni ta’ kull korp intermedjarju

3.2.1.   Ċart ta’ l-organizzazzjoni u ta’ l-ispeċifikazzjoni tal-funzjonijiet ta’ l-unitajiet (inkluż l-għadd indikattiv ta’ karigi allokati)

3.2.2.   Proċeduri miktuba mħejjija biex jintużaw mill-istaff tal-korp intermedjarju (data u referenza)

3.2.3.   Deskrizzjoni tal-proċeduri biex jintgħażlu u jiġu approvati l-operazzjonijiet (jekk mhux deskritti taħt 2.2.3)

3.2.4.   Verifika ta’ l-operazzjonijiet (l-Artikolu 59(b) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006) (jekk mhux deskritti f’2.2.4)

3.2.5.   Deskrizzjoni tal-proċeduri biex jiġu proċessati l-applikazzjonijiet għar-rimborż (jekk mhux deskritti f’2.2.5)

4.   AWTORITA’ TA' ĊERTIFIKAZZJONI

4.1.   Awtorità ta' ċertifikazzjoni u l-funzjonijiet ewlenin tagħha

4.1.1.   Id-data u l-forma ta' l-ħatra formali li tawtorizza l-awtorità ta' ċertifikazzjoni biex twettaq il-funzjonijiet tagħha

4.1.2.   Speċifikazzjoni tal-funzjonijiet imwettqa mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni

4.1.3.   Funzjonijiet delegati formalment mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni (funzjonijiet, korpi intermedjarji, forma ta’ delegazzjoni)

4.2.   Organizzazzjoni ta’ l-awtorità ta' ċertifikazzjoni

4.2.1.   Ċart ta’ l-organizzazzjoni u speċifikazzjoni tal-funzjonijiet ta’ l-unitajiet (inkluż l-għadd indikattiv ta' karigi allokati)

4.2.2.   Proċeduri bil-miktub mħejjija biex jintużaw mill-istaff ta’ l-awtorità ta' ċertifikazzjoni (data u referenza)

4.3.   Ċertifikazzjoni tad-dikjarazzjoni dwar l-ispejjeż

4.3.1.   Deskrizzjoni tal-proċedura li biha jissawru d-dikjarazzjonijiet dwar l-ispejjeż, ċertifikati u mibgħuta lill-Kummissjoni

4.3.2.   Deskrizzjoni tal-passi meħuda mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni biex ikun assigurat li ntlaħqu r-rekwiżiti taħt l-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 1198/2006)

4.3.3.   Arranġamenti biex l-awtorita ta' ċertifikazzjoni jkollha aċċess għall-informazzjoni dettaljata fuq l-operazzjonijiet u l-verifiki u l-awditjar magħmul mill-awtorità ta' ġestjoni, l-korpi intermedjarji u l-awtorità ta' l-awditjar

4.4.   Sistema tal-kontijiet

4.4.1.   Deskrizzjoni tas-sistema tal-kontijiet li trid titwaqqaf u tintuża' bħala bażi għaċ-ċertifikazzjoni ta' l-ispejjeż lill-Kummissjoni

Arranġamenti biex tingħadda l-informazzjoni miġbura lill-awtorità ta' ċertifikazzjoni fil-każ ta’ sistema diċentralizzata

Il-link bejn is-sistema tal-kontijiet u s-sistema informatika li trid tiġi stabbilita (punt 6)

4.4.2.   Livell tad-dettalji tas-sistema tal-kontijiet:

Spejjeż totali skond l-assi prijoritarju

4.5.   Irkuprar

4.5.1.   Deskrizzjoni tas-sistema biex jassiguraw l-irkuprar immedjat ta’ għajnuna Komunitarja

4.5.2.   Arranġamenti magħmula biex jinżamm ktieb tad-debituri u jitnaqqsu l-ammonti rkuprati mill-ispejjeż li jridu jiġu dikjarati

5.   AWTORITA’ TA' L-AWDITJAR U KORPI TA' L-AWDITJAR

5.1.   Deskrizzjoni tal-kompiti ewlenin u relazzjonijiet interni ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar u l-korpi li jagħmlu l-awditjar taħt ir-responsabbiltà ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar

5.2.   Organizzazzjoni ta’ l-awtorità ta’ l-awditjar u l-korpi taħt ir-responsabbiltà tagħha

5.2.1.   Ċarts ta’ l-organizzazzjoni (inkluż l-għadd ta’ karigi allokati)

5.2.2.   Arranġamenti biex tiġi assigurata l-indipendenza

5.2.3.   Kwalifiki jew esperjenza meħtieġa

5.2.4.   Deskrizzjoni tal-proċeduri biex tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u l-miżuri korrettivi mir-rapporti ta’ l-awdituri

5.2.5.   Deskrizzjoni tal-proċeduri (fejn jixraq) għas-superviżjoni tax-xogħol ta’ korpi oħra mill-awtorità ta’ l-awditjar

5.3.   Rapport ta’ kontroll annwali, opinjoni annwali u dikjarazzjoni ta’ l-għeluq

Deskrizzjoni tal-proċeduri għat-tħejjija tar-rapport ta’ kontroll annwali, opinjoni annwali u dikjarazzjoni ta’ l-għeluq

6.   SISTEMA INFORMATIKA (L-ARTIKOLU 59(c) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1198/2006)

6.1.   Deskrizzjoni tas-sistema ta’ l-informazzjoni li tinkludi ċart tal-proċess (sistema tan-netwerk ċentrali jew komuni jew sistema diċentralizzata b’rabtiet bejn is-sistemi)

6.2.   Indikazzjoni dwar jekk is-sistema hiex diġà qed taħdem biex tinkiseb informazzjoni finanzjarja u statistika affidabbli dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ l-2007-2013

Jekk le, indikazzjoni tad-data meta se tibda taħdem

PARTI B

Opinjoni mudell maħruġa taħt l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u taħt l-Artikolu 50 ta' dan ir-Regolament dwar il-konformità tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

Lill-Kummissjoni Ewropea, Direttorat-Ġenerali […]

Introduzzjoni

Jiena, hawn taħt iffirmat li nirrappreżenta (isem l-awtorità ta’ l-awditjar jew il-korp li jaħdem b’mod indipendenti maħtur mill-Istat Membru permezz ta’ l-Artikolu 71(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006, bħala l-korp responsabbli biex infassal ir-rapport li jagħti r-riżultati ta’ valutazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll imwaqqfa għall-programm … (isem il-programm operattiv, in-numru tal-kodiċi CCI, perjodu) u biex nagħti opinjoni dwar il-konformità ma' l-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 għamilt eżaminar skond l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

Skop ta’ l-eżaminar

L-eżaminar kien ibbażat fuq id-deskrizzjoni tas-sistemi tal-ġestjoni u ta’ kontroll riċevuta fil-jj/xx/ssss minn (isem il-korp/korpi li jissottomettu d-deskrizzjoni). Barra minn hekk, eżaminajna aktar l-informazzjoni konċernata (suġġetti) u intervistajna l-istaff tal-(korpi li l-istaff tagħhom kien intervistat).

L-eżaminar kopra l-awtoritajiet li jmexxu, li jiċċertifikaw u li jawditjaw, il-korp maħtur biex jirċievi l-pagamenti magħmula mill-Kummissjoni u biex jagħmlu l-pagamenti lill-benefiċjarji u l-korpi intermedjarji li ġejjin (lista …).

Opinjoni (1)

Jew

(Opinjoni mhux kwalifikata)

Abbażi ta’ l-eżaminar imsemmi hawn fuq, jiena tal-fehma li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll imwaqqfa għall-programm … (isem il-programm operattiv, in-numru tal-kodiċi CCI, perjodu) jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u Kapitolu VII tar-Regolament Nru 498/2007.

Jew

(Opinjoni kwalifikata)

Abbażi ta’ l-eżaminar imsemmi hawn fuq, jiena tal-fehma li s-sistemi tal-ġestjoni u ta’ kontroll għall-programm … (isem il-programm operattiv, in-numru tal-kodiċi CCI, perjodu) jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 498/2007, ħlief fl-ambiti li ġejjin … (2).

Ir-raġunijiet tiegħi biex inqis li dan/dawn l-aspett(i) tas-sistemi ma jikkonformax (ma jikkonformawx) mar-rekwiżiti u l-valutazzjoni tiegħi ta’ kemm huma serji huma kif ġej (3):

Jew

(Opinjoni kuntrarja)

Abbażi ta’ l-eżaminar imsemmi hawn fuq, jiena tal-fehma li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għall-programm(i) … (isem il-programm operattiv, in-numru tal-kodiċi CCI, perjodu) ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 57 sa 61 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 u Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 498/2007.

Din l-opinjoni kuntrarja hi bbażata fuq … (4)

Data:

Firma:


(1)  Fejn l-opinjoni hi maħruġa mill-awtorità ta’ l-awditjar, din ta’ l-aħħar għandha tagħti “Dikjarazzjoni separata dwar il-Kompetenza u l-Indipendenza Operazzjonali” dwar il-funzjonijiet tagħha skond l-Artikolu 65 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006.

(2)  Indika l-korp jew il-korpi u l-aspetti tas-sistemi tagħhom li jidhru li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti.

(3)  Indika r-raġuni(jiet) għar-riżervi mniżżla għal kull korp u fuq kull aspett.

(4)  Indika r-raġuni(jiet) għall-opinjoni kuntrarja mogħtija għal kull korp u fuq kull aspett.


ANNESS XIII

PREVIŻJONIJIET TA’ APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-PAGAMENTI LI X'AKTARX IKUN HEMM

Previżijonijiet proviżorji ta’ applikazzjonijiet għall-pagamenti li x’aktarx ikun hemm, għas-sena finanzjarja kurrenti u sussegwenti:

(f’EUR)

 

Kofinanzjament Komunitarju (1)

 

[sena kurrenti]

[sena sussegwenti]

OP (in-numru tas-CCI) totali

 

 

Reġjuni ta’ konverġenza

 

 

Reġjuni mhux ta’ konverġenza

 

 


(1)  Previżjonijiet proviżorji biss ta’ applikazzjonijiet li x’aktarx ikun hemm għall-pagamenti fir-rigward tal-kontribuzzjoni Komunitarja, u mhux il-previżjoni ta’ l-ispejjeż totali, għandhom jitniżżlu fit-tabella. Fil-previżjonijiet proviżorji ta’ l-applikazzjonijiet għall-pagament li x’aktarx ikun hemm, il-kontribuzzjoni Komunitarja għandha tingħata għas-sena msemmija, u m’għandhiex tiġi akkumulata mill-bidu tal-perjodu ta’ programmar.


ANNESS XIV

RAPPURTAR ANNWALI U FINALI

1.   IDENTIFIKAZZJONI

Stat Membru:

Programm operattiv

Numru tal-programm (Nru CCI):

Rapport dwar l-implimentazzjoni

Sena ta’ rappurtar:

Data ta’ approvazzjoni tar-rapport annwali mill-kumitat li jimmonitorja:

2.   SOMMARJU EŻEKUTTIV

3.   DESKRIZZJONI FIL-QOSOR TA’ L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM OPERATTIV SKOND L-ASSI PRIJORITARJU

3.1.   Informazzjoni dwar il-progress fiżiku ta’ l-assi ta’ prijorità

Għal kull indikatur tar-riżultat li jista’ jiġi kwantifikat imsemmi fil-Programm operattiv marbut ma’ l-għanijiet u r-riżultati mistennija, (għas-sena N, għas-snin ta’ rapportar ta’ qabel, kif ukoll b’mod kumulattiv).

Assi prijoritarju:

Indikaturi

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

Total

Indikatur 1:

Kisbiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mira (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Linja bażi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

… eċċ

… eċċ

Indikatur n:

Kisbiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Mira (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Linja bażi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Barra minn hekk l-informazzjoni tista’ tiġi preżentata b’mod grafiku. L-indikaturi kollha għandhom jiġu maqsuma skond is-sess fejn hu possibbli. Jekk ma jeżistux għalissa ċ-ċifri (id-dejta), għandha tingħata informazzjoni dwar meta se jkunu disponibbli u kif l-Awtorità ta' ġestjoni se tipprovdiha lill-Kummissjoni.

3.2.   Informazzjoni speċifika għall-assi prijoritarji u għall-miżuri

Analiżi tar-riżultati ta’ l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ aġġustament fl-isforz tas-sajd permezz ta’ l-indikaturi definiti fil-programm operattiv fil-forma ta’ tabella kif hemm provdut fil-punt 3.1 ta’ dan l-Anness.

Oqsma tas-sajd magħżula, gruppi magħżula, baġit allokat għalihom, persentaġġ ta’ żoni tas-sajd koperti bl-istrateġiji dwar l-iżvilupp lokali.

3.3.   Informazzjoni finanzjarja (id-dejta kollha finanzjarja għandha tkun f’euro)

Raġunijiet eliġibbli taħt l-Objettiv ta’ Konverġenza

 

Spejjeż imħallsa mill-benefiċjarji inklużi fit-talbiet għall-pagament mibgħuta lill-awtorità ta' ġestjoni

Kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Kontribuzzjoni korrispondenti ta’ l-EFF

Spejjeż imħallsa mill-korp responsabbli biex jagħmel il-pagamenti lill-benefiċjarji

L-EFF ivvutat mill-Awtorità ta' ġestjoni

Pagament totali mitlub mill-Kummissjoni

Speċifika l-bażi biex jiġi kkalkulat il-kontribuzzjoni Komunitarja

(art 76(1) jew 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006)

Pagamenti totali rċevuti mill-Kummissjoni

Assi Prijoritarju 1

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 2

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 3

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 4

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 5

 

 

 

 

 

 

 

Total Globali

 

 

 

 

 

 

 


Reġjuni eliġibbli taħt l-Objettiv mhux ta' Konverġenza

 

Spejjeż imħallsa mill-benefiċjarji inklużi fit-talbiet għall-pagament mibgħuta lill-awtorità ta' ġestjoni

Kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Kontribuzzjoni korrispondenti ta’ l-EFF

Spejjeż imħallsa mill-korp responsabbli biex jagħmel il-pagamenti lill-benefiċjarji

L-EFF ivvutat mill-Awtorità ta' ġestjoni

Pagament totali mitlub mill-Kummissjoni

Speċifika l-bażi biex jiġi kkalkulat il-kontribuzzjoni Komunitarja

(art 76(1) jew 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006)

Pagamenti totali rċevuti mill-Kummissjoni

Assi Prijoritarju 1

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 2

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 3

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 4

 

 

 

 

 

 

 

Assi Prijoritarju 5

 

 

 

 

 

 

 

Total Globali

 

 

 

 

 

 

 

Barra minn hekk, l-informazzjoni finanzjarja tista’ tiġi provduta b’mod grafiku.

3.4.   Analiżi kwalitattiva

Analiżi tal-kisbiet kif imkejla permezz ta’ indikaturi fiżiċi u finanzjarji, inkluż l-analiżi kwalitattiva dwar il-progress miksub b’relazzjoni mal-miri ffissati fil-bidu.

Eżempju ta’ l-effetti tal-programm operattiv fuq il-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa kif jixraq u deskrizzjoni tal-ftehim ta’ partenarjat.

Lista ta’ operazzjonijiet mhux mitmuma u l-iskeda għat-tkomplija tagħhom (rapport finali biss).

3.5.   Arranġamenti għall-monitoraġġ

Miżuri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni meħuda mill-Awtorità ta' ġestjoni jew il-Kumitat li Jimmonitorja, biex tkun assigurata l-kwalità u l-effettività ta’ l-implimentazzjoni, b'mod partikolari l-miżuri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluż attivitajiet ta’ evalwazzjoni f’nofs il-proċess u kontinwament, arranġamenti dwar ġbir ta’ dejta, diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom u l-passi meħuda biex isolvuhom.

3.6.   Problemi sinifikanti li ltaqgħu magħhom u l-miżuri meħuda biex jegħlbuhom. (li trid timtela biss jekk hemm modifika sinifikanti minħabba r-rapport ta’ qabel)

Xi problemi sinifikanti li ltaqgħu magħhom waqt l-implimentazzjoni tal-programm operattiv u skond l-assi prijoritarju safejn hu affettwat xi assi prijoritarju, inkluż taqsira ta’ problemi serji identifikati permezz tal-proċedura fl-Artikolu 61(1)(e)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 fejn jixraq, kif ukoll bħal xi miżuri meħuda mill-awtorità ta' ġestjoni jew il-kumitat li jimmonitorja biex isolvu l-problemi.

3.7.   Rakkomandazzjonijiet mill-Kummissjoni wara l-eżaminar annwali tal-Programm operattiv (li jridu jimtlew biss jekk kien hemm modifika sinifikanti mir-rapport ta’ qabel).

Fejn jixraq, ir-rapport għandu jipprovdi d-deskrizzjoni ta’ kif l-Istat Membru implimenta r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni għall-eżaminar annwali ta’ tal-programm li saret qabel.

Jekk xi rakkomandazzjoni ma ġietx implimentata, l-Awtorità ta' ġestjoni għandha tagħti r-raġunijiet għaliex ma implimentathiex.

3.8.   Għajnuna mħallsa mill-ġdid jew użata mill-ġdid (biex timtela biss jekk kien hemm modifika sinifikanti mir-rapport ta’ qabel).

Informazzjoni dwar l-użu li sar mill-għajnuna mħallsa mill-ġdid jew użata mill-ġdid wara li tħassret l-għajnuna kif imsemmi fl-Artikoli 56 u 96(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006.

3.9.   Modifika sostanzjali taħt l-Artikolu 56 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1198/2006 (li trid timtela biss jekk kien hemm modifika sinifikanti mir-rapport ta' qabel).

Każijiet fejn instabu modfiki sostanzjali skond l-Artikolu 56, tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006.

3.10.   Bidliet fil-kuntest u fil-kundizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Programm operattiv (li trid timtela biss jekk kien hemm modifika sinifikanti mir-rapport ta' qabel).

Deskrizzjoni ta’ xi elementi li, mingħajr ma toħroġ direttament mill-għajnuna tal-programm operattiv, għandha impatt dirett fuq l-implimentazzjoni tal-programm (jiġifieri bidliet leġiżlattivi jew żviluppi soċjo-ekonomiċi mhux mistennija).

4.   L-UŻU LI SAR MILL-GĦAJNUNA TEKNIKA (LI TRID TIMTELA BISS JEKK KIEN HEMM MODIFIKA SINIFIKANTI MIR-RAPPORT TA’ QABEL)

Spjegazzjoni ta’ l-użu li sar mill-għajnuna teknika.

Persentaġġ ta’ l-ammont ta’ kontribuzzjoni ta’ l-EFF allokat għall-programm operattiv minfuq taħt l-għajnuna teknika.

5.   INFORMAZZJONI U PUBBLIĊITÀ (LI TRID TIMTELA BISS JEKK KIEN HEMM MODIFIKA SINIFIKANTI MIR-RAPPORT TA’ QABEL)

miżuri meħuda biex tingħata informazzjoni u pubbliċità dwar il-Programm operattiv inkluż eżempji ta’ l-aħjar prassi u li tenfasizza avvenimenti sinifikanti u l-arranġamenti għall-miżuri ta' informazzjoni u pubbliċità li hemm referenza għalihom fl-artikolu 31(d) tar-Regolament (KE) Nru 498/2007 kif ukoll l-indirizz elettroniku fejn dik id-dejta tista' tinstab.

indikaturi f’forma ta’ tabelli kif hemm provdut fil-punt 3.1.

evalwazzjoni tar-riżultati tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità fir-rigward tal-viżibbiltà u l-kuxjenza dwar il-programm operattiv u r-rwol li kellha l-Komunità (fir-rapport ta’ implimentazzjoni annwali biss li jkopri s-sena 2010 u r-rapport finali dwar l-implimentazzjoni).

6.   INFORMAZZJONI DWAR IL-KONFORMITA’ MAL-LIĠI KOMUNITARJA

Xi problemi sinifikanti marbuta mal-Konformità mal-liġi Komunitarja li ltaqgħu magħhom fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv u l-miżuri meħuda biex jittrattawhom.

7.   KUMPLIMENTARJETÀ MA’ STRUMENTI OĦRA

Taqsira ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti magħmula li jassiguraw id-demarkazzjoni u l-komplementarjetà bejn l-għajnuna mill-EFF, il-Fondi Strutturali, il-Fond ta’ Koeżjoni, u strumenti finanzjarji oħra eżistenti (l-Artikolu 6(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006)


(1)  Il-mira tista’ tingħata fl-aħħar ta’ kull sena jew għall-perjodu ta’ ipprogrammar kollu.


Top