EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0006

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/6/KE ta’ l- 14 ta’ Frar 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkldu il-metrafenone Bacillus subtilis, spinosad u t-thiamethoxam bħala sustanzi attivi Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 43, 15.2.2007, p. 13–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
OJ L 56M, 29.2.2008, p. 40–45 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/6/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

40


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/6/KE

ta’ l-14 ta’ Frar 2007

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkldu il-metrafenone Bacillus subtilis, spinosad u t-thiamethoxam bħala sustanzi attivi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni fl-4 ta’ Ġunju ta’ l-2002 mill-BASF AG Belġju għall-inklużjoni tas-sustanza attiva il-metrafenone fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/105/KE (2) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jkun ikkunsidrat bħala li jissodisfa, fil-prinċipju, il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ data u informazzjoni ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE il-Ġermanja irċeviet fid-19 ta’ April 2000 applikazzjoni minn AgraQuest għall-inklużjoni tas-sustanza attiva il-Bacillus subtilis tal-varjazzjoni QST 713 (minn hawn tissejjaħ “Bacillus subtilis”) fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/6/KE (3) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jkun ikkunsidrat bħala li jissodisfa, fil-prinċipju, il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ data u informazzjoni ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(3)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, l-Olanda irċeviet applikazzjoni fid-19 ta’ Lulju ta’ l-1999 mid-Dow AgroSciences għall-inklużjoni tas-sustanza attiva is- spinosad fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/210/KE (4) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jkun ikkunsidrat bħala li jissodisfa, fil-prinċipju, il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ data u informazzjoni ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(4)

Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fis-17 ta’ Marzu ta’ l-1999, Spanja rċeviet applikazzjoni minn għand in-Novartis Crop Protection AG (li issa jissejħu Syngenta) għall-inklużjoni tas-sustanza attiva thiamethoxam fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/181/KE (5) kkonfermat li d-dossier kien “komplut” fis-sens li seta’ jkun ikkunsidrat bħala li jissodisfa, fil-prinċipju, il-kundizzjonijiet meħtieġa ta’ data u informazzjoni ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(5)

Għal dawn is-sustanzi attivi, ġew eżaminati l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użi proposti mill-applikanti. L-Istati Membri nominati rapporteur ressqu abbozz tar-rapporti ta' cvalutazzjoni li jikkonċernaw is-sustanzi lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel (EFSA) fil-31 ta' Ottubru 2003 (metrafenone) u lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Mejju 2001 (Bacillus subtilis), 5 ta’ Marzu 2001 (spinosad) u fil-21 ta’ Jannar 2002 (thiamethoxam) rispettivament.

(6)

Ir-rapport ta' valutazzjoni kien ġie rivedut separatament minn esperti mill-Istati Membri u l-EFSA fi ħdan il-Grupp ta' Ħidma ta' Valutazzjoni tagħha u ppreżentat lill-Kummissjoni fid-18 ta’ Jannar 2005 fil-format tar-Rapport Xjentifiku ta' l-EFSA għall-metrafenone  (6). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. Għall-Bacillus subtilis, spinosad u thiamethoxam l-abbozzi tar-rapporti ta' valutazzjoni kienu waslu għand l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali. Ir-reviżjoni ġiet iffinalizzata fl-14 ta’ Lulju 2006 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-metrafenone, Bacillus subtilis, spinosad u thiamethoxam.

(7)

Kien jidher mid-diversi eżaminazzjonijiet li kienet saru, li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi attivi kkonċernati jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, ġeneralment, il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment f'dak li jirrigwardja l-użu li għalih kienu eżaminati u kif dettaljat fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li l-metrafenone, Bacillus subtilis, spinosad u thiamethoxam jiġu inklużi fl-Anness I ma’ dik id-Direttiva, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(8)

Bla ħsara għall-obbligi definiti bid-Direttiva 91/414/KE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni sabiex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-metrafenone, Bacillus subtilis, spinosad jew thiamethoxam sabiex jiżguraw li l-ħtiġijiet stabbiliti bid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, huma sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jittrasformaw l-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti, jemendawhom jew jirtirawhom, kif jixraq, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza ta' hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tad-dossier sħiħ ta' l-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stabbiliti fid-Direttiva 91/414/KEE.

(9)

Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Direttiva 91/414/KEE skond dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sal-31 ta’ Lulju 2007 l-aktar tard, il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Awissu ta’ l-2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkazzjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewlenija fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metrafenone, Bacillus subtilis, spinosad jew thiamethoxam bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Lulju 2007. Sa dik id-data, dawn għandhom, b'mod partikolari, jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar il-metrafenone, Bacillus subtilis, spinosad jew thiamethoxam rispettivament jiġu sodisfatti, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur ta' l-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness II għal dik id-Direttiva skond il-kundizzjonijiet ta' l-Artikolu 13.2.

2.   B'deroga mill-paragrafu I, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih 1- metrafenone jew Bacillus subtilis jew spinosad jew thiamethoxam sew bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn diversi sustanzi attivi li kollha kemm huma kienu ġew elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2007, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI għad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Anness III għal dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tar-reġistrazzjoni fl-Anness III għat-tali Direttiva dwar il-metrafenone, Bacillus subtilis, spinosad jew thiamethoxam. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jiddeterminaw dan, l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' xi prodott li jkun fih l-metrafenone jew Bacillus subtilis jew spinosad jew thiamethoxam bħala sustanza attiva ewlenija, fejn jeħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-31 ta’ Lulju 2008; jew

(b)

fil-każ ta' xi prodott li jkun fih il-metrafenone jew Bacillus subtilis jew spinosad jew thiamethoxam bħala sustanza waħda minn għadd ta' sustanzi attivi, fejn jeħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-31 ta’ Lulju 2008 jew sad-data ffissata għal emenda bħal din, jew l-irtirar tagħha, fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li inkludiet/ew s-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, tkun liema tkun dik ta' l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2007.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Frar 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/136/KE (ĠU L 349, 12.12.2006, p. 42).

(2)  ĠU L 43, 18.2.2003, p. 45.

(3)  ĠU L 2, 5.1.2001, p. 25.

(4)  ĠU L 64, 11.3.2000, p. 24.

(5)  ĠU L 57, 2.3.2000, p. 35.

(6)  Ir-Rapport Xjentifiku EFSA (2006)58, 1-72, Konklużjoni dwar ir-reviżjoni inter pares tal-valutazzjoni dwar ir-riskju marbut mal-pestiċidi tas-sustanza attiva metrafenone (iffinalizzat: 13 ta’ Jannar 2006).


ANNESS

Fl-Anness I, ir-ringieli segwenti huma miżjuda fl-aħħar tat-tabella:

Nru

Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purezza (1)

Id-dħul fis-seħħ

Skadenza ta' l-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“139

Metrafenone

CAS N° 220899-03-6

CIPAC N° 752

3’-bromo-2,3,4,6’-tetramethoxy-2’,6-dimethylbenzophenone

≥ 940 g/kg

l-1 ta' Frar 2007

il-31 ta' Jannar 2017

PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-metrafenone b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-14 ta’ Lulju 2006.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 13(5) dwar speċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif inhu manufatturat kummerċjalment.

140

Bacillus subtilis

(Cohn 1872)

Strain QST 713, identical with strain AQ 713

numru tal koltivazzjoni ta’ ġbir NRRL B -21661

CIPAC N° Mhux assenjat

Not applicable

 

1 ta’ Frar 2007

il-31 ta’ Jannar 2017

PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-Bacillus subtilis, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-14 ta’ Lulju 2006.

141

Spinosad

CAS N° 131929-60-7 (Spinosin A)

131929-63-0 (Spinosin D)

CIPAC N° 636

 

Spinosyn A:

(2R,3aS, 5aR, 5bS, 9S,13S,14R,16aS, 16bR)-2-(6-deoxy-2,3,4-tri-O-methyl-α-L-mannopyranosyloxy)-13-(4-dimethylamino-2,3,4,6-tetradeoxy-ß-D-erythropyranosyloxy)-9-ethyl-2,3,3a,5a,5b,6,7,9,10,11,12,13,14,15,16a,16b-hexadecahydro-14-methyl-1H-8-oxacyclododeca[b]as-indacene-7,15-dione

 

Spinosyn D:

(2S,3aR, 5aS, 5bS, 9S,13S,14R,16aS, 16bS)-2-(6-deoxy-2,3,4-tri-O-methyl-α-L-mannopyranosyloxy)-13-(4-dimethylamino-2,3,4,6-tetradeoxy-ß-D-erythropyranosyloxy)-9-ethyl-2,3,3a,5a,5b,6,7,9,10,11,12,13,14,15,16a,16b-hexadecahydro-4,14-dimethyl-1H-8-oxacyclododeca[b]as-indacene-7,15-dione

Spinosad huwa taħlita ta’ of 50-95 % spinosyn A u 5-50 % spinosyn D

≥ 850 g/kg

1 ta’ Frar 2007

il-31 ta’ Jannar 2017

PARTI A

Huma biss użi bħala insettiċidi li jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar is-spinosad b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-14 ta’ Lulju 2006.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri

iridu jagħtu attenzjoni partikolari għal ħarsien ta’ l-organiżmi akkwatiċi;

iridu jagħtu attenzjoni partikolari għħar-riskju għall-ħniex meta s-sustanza tintuża fis-serer.

Il-kondizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.

142

Thiamethoxam

CAS N° 153719-23-4

CIPAC N° 637

(E,Z)-3-(2-chloro-thiazol-5-ylmethyl)-5-methyl-[1,3,5]oxadiazinan-4-ylidene-N-nitroamine

≥ 980 g/kg

1 ta’ Frar 2007

il-31 ta’ Jannar 2017

PARTI A

Huma biss użi bħala insettiċidi li jistgħu jiġu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar it- thiamethoxam b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-14 ta’ Lulju 2006.

F’din il-valutazzjoni ġenerali, l-Istati Membri

iridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-potenzjal ta’ kontaminazzjoni ta’ l-ilma tal-pjan, partikolarment tas-sustanza attiva u l-prodotti metaboliċi tagħha NOA 459602, SYN 501406 u CGA 322704, meta s-sustanza attiva tiġi applikata fir-reġjuni li għandhom ħamrija vulnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċi;

iridu jagħtu attenzjoni partikolari għal ħarsien ta’ l-organiżmi akkwatiċi;

iridu jagħtu attenzjoni partikolari għar-riskji ta’ terminu twil għall-erbivori żgħar jekk is-sustanza tintuża fit-trattament taż-żrieragħ.

Il-kondizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju, fejn xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-speċifikazzjoni tas-sustanzi attivi jingħataw fir-rapport ta' analiżi.


Top