EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1900

Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili

OJ L 377, 27.12.2006, p. 176–177 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 017 P. 210 - 211
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 017 P. 210 - 211
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 025 P. 35 - 36

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1900/oj

27.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

176


REGOLAMENT (KE) NRU 1900/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Kommunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li ikkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

L-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 (2) jipprovdi għal rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni, applikabbli għat-trasport kummerċjali bl-ajruplani. Dawk ir-rekwiżiti u proċeduri armonizzati japplikaw għall-ajruplani kollha użati mill-operaturi Komunitarji, kemm dawk irreġistrati fi Stat Membru kif ukoll f'pajjiż terz.

(2)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (3).

(3)

B'mod partikolari, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat sabiex tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom, kif ipprovdut fir-Regolament (KEE) Nru 3922/91, ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi mniżżla fl-Anness III jistgħu jiġu emendati jew supplimentati, jew Stat Membru jkun eżentat milli japplikahom. Peress li dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dak ir-Regolament, jew biex jissupplimentaw dak ir-Regolament biż-żieda ta' elementi mhux essenzjali, dawn għandom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(4)

Meta, minħabba raġunijiet ta' urġenza imperattivi konnessi maż-żamma ta' livell suffiċjenti ta' sigurtà ta' l-ajru, l-iskadenzi normali għall-proċedura regolatorja bi skrutinju ma jkunux jistgħu jiġu rispettati, jeħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tapplika l-proċedura ta' urġenza li jipprovdi għaliha l-Artikolu 5(a)(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri.

(5)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 għandu għalhekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 huwa emendat kif ġej:

1)

L-Artikolu 8 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

Ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b' dan li ġej:

“F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni lill-Istati Membri kollha, li għandu jkollhom id-dritt li japplikaw dik il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu ukoll jiġu emendati bi qbil ma' l-Artikolu 11, b'tali mod li jirriflettu dik il-miżura.”;

(b)

Ir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b' dan li ġej:

“F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha, li għandu jkollhom id-dritt li japplikaw dik il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu ukoll jiġu emendati bi qbil ma' l-Artikolu 11, b'tali mod li jirriflettu dik il-miżura.”;

2)

L-Artikolu 11 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-miżuri, maħsuba biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, li saru neċessarji minħabba progress xjentifiku u tekniku u li jemendaw ir-rekwiżiti tekniċi u l-proċeduri amministrattivi komuni msemmija fl-Anness III, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3). Minħabba raġunijiet ta' urġenza imperattivi, il-Kummissjoni tista' tirrikorri għall-proċedura ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 12(4).”

(b)

Fil-paragrafu 2, il-kliem “fl-Artikolu 12” għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem “fl-Artikolu 12(3)”.

3)

Il-paragrafu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-Sigurtà ta' l-Ajru (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Kumitat’).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

3.   Fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a)(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

4.   F'każ fejn issir referenza għall-paragrafu preżenti, għandhom japplikaw l-Artikolu 5(a)(1), (2), (4) u (6), kif ukoll l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, tad-20 ta' Diċembru 2006

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

J. KORKEAOJA


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Novembru 2006 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2006.

(2)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. Regolament kif l-aħħar emendat minn regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p.11).


Top