EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1899

Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 377, 27.12.2006, p. 1–175 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 017 P. 35 - 209
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 017 P. 35 - 209
Special edition in Croatian: Chapter 07 Volume 002 P. 63 - 237

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1899/oj

27.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

1


REGOLAMENT (KE) NRU 1899/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-12 ta' Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta' l-avjazzjoni ċivili

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament KEE Nru 3922/91 (3) jistipula standards ta' sigurtà komuni elenkati fl-Anness II ma' dak ir-Regolament fir-rigward, b' mod partikolari, tad-disinn, manifattura, operazzjoni u manutenzjoni ta' inġenji ta' l-ajru, kif ukoll ta' persuni u organizzazzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu ma' dawk ix-xogħlijiet. Dawk l-istandards armonizzati ta' sigurtà japplikaw għall-inġenji ta' l-ajru mħaddma mill-operaturi Komunitarji sew jekk reġistrati ġewwa Stat Membru kif ukoll jekk ġewwa pajjiż terz.

(2)

L-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament jeħtieġ l-adozzjoni ta' ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi, fuq il-bażi ta' l-Artikolu 80(2) tat-Trattat, għall-oqsma mhux elenkati fl-Anness II ma' dak ir-Regolament.

(3)

L-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-liċenzjar ta' air carriers (4) jipprovdi li l-għoti u l-validità fi' kwalunkwe waqt ta' liċenzja għall-operazzjoni għandhom jiddipendu mill-pussess ta' ċertifikat validu ta' operatur ta' l-ajru li jispeċifika l-attivitajiet koperti mill-liċenzja għall-operazzjoni u li jikkonforma mal-kriterji li għandhom ikunu stabbiliti f'Regolament prospettiv. Issa huwa kunsiljabbli li jiġu stabbiliti dawn il-kriterji.

(4)

L-Awtoritajiet Konġunti għall-Avjazzjoni (JAA) adottaw numru ta' regoli armonizzati għat-trasportazzjoni kummerċjali bl-ajru permezz ta' ajruplani, msejħa Ħtiġijiet Konġunti ta' l-Avjazzjoni għat-Trasport Kummerċjali bl-Ajru (Ajruplani) (JAR-OPS 1), kif emendati. Dawk ir-regoli (Emenda 8 ta' l-1 ta' Jannar 2005) jipprovdu għal livell minimu ta' ħtiġijiet ta' sigurtà meħtieġ u għalhekk jikkostitwixxu bażi tajba għal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-operazzjoni ta' l-ajruplani. Kellhom isiru tibdiliet lill-JAR-OPS1 sabiex isir skond il-leġislazzjoni u l-politika tal-Komunità, b'kont meħud ta' l-implikazzjonijiet numerużi tiegħu fil-qasam ekonomiku u soċjali. Dak it-test ġdid ma jistax jiddaħħal fil-liġi tal-Komunità b'referenza sempliċi għall-JAR OPS 1 fir-Regolament (KEE) Nru. 3922/91. Għandu għalhekk jiżdied anness ġdid li jkun fih il-ħtiġijiet neċessarji ma' dak ir-Regolament.

(5)

L-Operaturi ta' l-ajru għandhom jingħataw flessibbiltà suffiċjenti sabiex jindirizzaw ċirkostanzi operattivi urġenti u mhux mistennija, jew ħtiġijiet operattivi ta' tul limitat, jew sabiex juru li jistgħu jiksbu l-istess livell ta' sigurtà permezz ta' mezzi oħra li mhumiex l-applikazzjoni tar-regoli komuni stabbiliti fl-Anness (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-Anness III). L-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw is-setgħa li jagħtu eżenzjonijiet jew li jdaħħlu varjazzjonijiet fil-ħtiġijiet komuni tekniċi u fil-proċeduri amministrattivi. Minħabba li dawn l-eżenzjonijiet u l-varjazzjonijiet jistgħu, f'ċerti każijiet, jimminaw il-ħtiġijiet komuni ta' sigurtà jew joħolqu distorsjonijiet fis-suq, l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom għandu jkun strettament limitat u l-għoti tagħhom għandu jkun suġġett għal kontroll xieraq mill-Komunità. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tieħu miżuri ta' protezzjoni.

(6)

Jeżistu każijiet identifikati sew fejn l-Istati Membri għandhom jingħataw il-permess li jadottaw jew li jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar titjir u limitazzjonijiet fil-ħin tas-servizz u ħtiġijiet ta' mistrieħ, sakemm il-proċeduri stabbiliti b'mod komuni jkunu segwiti u sakemm jiġu stabbiliti regoli tal-Komunità bbażati fuq għarfien xjentifiku u fuq l-aħjar prattika.

(7)

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jipprovdi standards ta' sigurtà armonizzati ta' livell għoli, inkluż fil-qasam tal-limitazzjonijiet fil-ħin ta' titjir u ta' servizz u tal-perjodi ta' mistrieħ. F'xi Stati Membri jeżistu ftehimiet kollettivi tax-xogħol u/jew leġiżlazzjoni li jistipulaw kundizzjonijiet aħjar rigward il-limitazzjonijiet tal-ħin ta' titjir u ta' servizz u rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ekwipaġġ tal-kabina. Xejn f'dan ir-Regolament m'għandu jkun interpretat bħala li jillimita l-possibbiltà li jsiru jew li jinżammu ftehimiet bħal dawn. L-Istati Membri huma permessi li jibqgħu jżommu leġiżlazzjoni li fiha dispożizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk stipulati f'dan ir-Regolament.

(8)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 dwar il-proċedura tal-kumitat għandhom jiġu adattati sabiex jieħdu kont tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta'l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5).

(9)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91 dwar l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għandhom jiġu addattati sabiex jinkludu r-Regolament (KE) Nru. 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (6) kif ukoll ir-regoli ta' implimentazzjoni tagħha stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 ta' l-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni sabiex inġenji ta' l-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (7) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 ta' l-20 ta' Novembru 2003 dwar is-sigurtà fl-ajru kontinwa ta' prodotti ajronawtiċi, għall-inġenji ta' l-ajru u partijiet u strumenti, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involuti f'dawn ix-xogħlijiet (8).

(10)

Dan ir-Regolament, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz u l-ħtiġijiet ta' mistrieħ kif stabbiliti fis-Sub-parti Q ta' l-Anness III, iżomm kont tal-limiti u ta' l-istandards minimi diġà stabbiliti fid-Direttiva 2000/79/KE (9). Il-limiti stabbiliti f'dik id-Direttiva għandhom dejjem jiġu rispettati għal ħaddiema mobbli fl-avjazzjoni ċivili. Id-dispożizzjonijiet tas-Sub-parti Q ta' l-Anness III u dispożizzjonijiet oħra approvati skond dan ir-Regolament ma' jistgħu fl-ebda każ ikunu aktar wesgħin u b'hekk jipprovdu lil dawn il-ħaddiema b'anqas protezzjoni.

(11)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz u l-ħtiġijiet ta' mistrieħ għall-membri ta' l-ekwipaġġ, sakemm il-limiti stabbiliti minn dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali huma anqas mill-limiti massimi u akbar mill-limiti minimi stabbiliti fis-Sub-parti Q ta' l-Anness III.

(12)

L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz u l-ħtiġijiet ta' mistrieħ għall-membri ta' l-ekwipaġġ f'oqsma li fil-preżent ma humiex koperti mis-Sub-parti Q, ta' l-Anness III, p.e. il-ħin massimu ta' titjir ta' kuljum għal operazzjonijiet li jeħtieġu pilota wieħed u għal operazzjonijiet mediċi ta' emerġenza, dispożizzjonijiet dwar it-tnaqqis fil-perjodi ta' ħin ta' titjir jew iż-żieda tal-perjodi ta' mistrieħ waqt titjir li jaqsam żoni orarji multipli.

(13)

Għandha ssir evalwazzjoni xjentifika u medika tad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz u l-ħtiġijiet ta' mistrieħ u, fejn ikun relevanti, tad-dispożizzjonijiet dwar l-ekwipaġġi tal-kabina fi żmien sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(14)

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet dwar spezzjonijiet kif stabbiliti fil-Konvenzjoni ta' Chicago dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ta' l-1944 u fid-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-sigurtà ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (10).

(15)

Ġew miftiehma ġewwa Londra fit-2 ta' Diċembru 1987 mir-Renju ta' Spanja u mir-Renju Unit permezz ta' dikjarazzjoni konġunta mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin taż-żewġ pajjiżi arranġamenti għal koperazzjoni akbar dwar l-użu ta' l-ajruport tal-Ġibilta. Dawn l-arranġamenti għadhom iridu jidħlu fis-seħħ.

(16)

Ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 3922/91 huwa b'dan emendat kif ġej:

1)

għandha tiddaħħal il-premessa li ġejja minnufih wara l-premessa 9:

“L-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz jistgħu jirriżultaw f'interruzzjonijiet sinifikattivi ta' rosters għal intrapriżi li l-mudelli operattivi tagħhom ikunu esklussivament ibbażati fuq operazzjoni matul il-lejl. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta' evidenza pprovduta mill-partijiet konċernati, tagħmel evalwazzjoni u tipproponi aġġustament tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-limitazzjonijiet ta' ħin ta' titjir u ta' servizz sabiex jittieħed kont ta' dawn il-mudelli speċjali ta' operazzjoni.”;

2)

għandhom jiddaħħlu l-premessi li ġejjin minnufih wara l-premessa 10:

“Sas-16 ta' Jannar 2009, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għandha tlesti evalwazzjoni xjentifika u medika tas-Sub-parti Q u, fejn ikun relevanti, tas-Sub-parti O ta' l-Anness III. Fuq il-bażi tar-riżultati ta' din l-evalwazzjoni, u konformement mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni għandha, jekk ikun meħtieġ, tfassal u tippreżenta bla dewmien proposti sabiex jiġu emendati d-dispożizzjonijiet tekniċi relevanti.

Fir-reviżjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8a għandha tinżamm id-direzzjoni lejn aktar armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet ta' taħriġ ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li s'issa ġew adottati, sabiex ikun iffaċilitat il-moviment liberu tal-persunal ta' l-ekwipaġġ tal-kabina fil-Komunità. F'dan il-kuntest, għandha tiġi eżaminata mill-ġdid il-possibbiltà ta' aktar armonizzazzjoni tal-kwalifiki ta' l-ekwipaġġ tal-kabina.”;

3)

l-aħħar premessa għandha tinbidel bil-premessa li ġejja:

“Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (*),

(*)  ĠU L 184, 17.7.1999, p.23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).”;"

4)

l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-armonizzazzjoni ta' ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili relatati ma' l-operazzjoni u l-manutenzjoni ta' inġenji ta' l-ajru u ma' persuni u organizzazzjonijiet involuti f'tali xogħlijiet.”;

b)

għandhom jiżdiedu il-paragrafi li ġejjin:

“3.   L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport ta' Ġibiltà tinftiehem bħala mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fir-rigward ta' kwistjonijiet dwar is-sovranità fuq it-territorju li fih jinsab l-ajruport.

4.   L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-ajruport tal-Ġibiltà għandha tiġi sospiża sakemm l-arranġamenti inklużi fid-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tar-Renju ta' Spanja u tar-Renju Unit fit-2 ta' Diċembru 1987 jidħlu fis-seħħ. Il-Gvernijiet ta' Spanja u tar-Renju Unit għandhom javżaw lill-Kunsill dwar tali data ta' dħul fis-seħħ.”;

5)

id-definizzjoni li ġejja għandha tiżdied fl-Artikolu 2:

“(i)

‘l-Awtorità’ fl-Anness III tfisser l-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat ta' operatur ta' l-ajru (AOC).”;

6)

l-Artikolu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi applikabbli fil-Komunità fir-rigward ta' trasport kummerċjali permezz ta' l-ajruplan għandhom ikunu dawk speċifikati fl-Anness III.

2.   Ir-referenzi li jsiru għas-Sub-parti M ta' l-Anness III jew għal xi waħda mid-dispożizzjonijiet tagħha għandhom jirriferu għall-Parti M tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 ta' l-20 ta' Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji ta' l-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (**) jew għad-dispożizzjonijiet relevanti tiegħu.

(**)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.”;"

7)

l-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Fir-rigward ta' l-oqsma mhux koperti mill-Anness III, il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi għandhom jiġu adottati fuq il-bażi ta' l-Artikolu 80(2) tat-Trattat. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq u mill-aktar fis possibbli, tressaq proposti adegwati f'dawn l-oqsma.”;

8)

l-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 6

Ajruplani mħaddma taħt awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru skond il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi jistgħu jiġu mħaddma taħt l-istess kondizzjonijiet fl-Istati Membri oħra, mingħajr ħtiġijiet jew valutazzjonijiet tekniċi oħrajn minn dawk l-Istati Membri l-oħra.”;

9)

l-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikazzjoni mogħtija skond dan ir-Regolament minn Stat Membru ieħor jew minn korp li jaġixxi f'ismu, lil korpi jew persuni mqiegħda taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jew taħt l-awtorità tiegħu, li jkunu kkonċernati bil-manutenzjoni ta' prodotti bl-operat ta' inġenji ta' l-ajru.”;

10)

L-Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 3 sa 7 m'għandhomx jimpedixxu Stat Membru milli jirreaġixxi fil-pront f'każ ta' problema ta' sigurtà li tinvolvi prodott, persuna jew organizzazzjoni suġġetti għal dan ir-Regolament.

Jekk il-problema ta' sigurtà tirriżulta minn livell mhux adegwat ta' sigurtà previst mill-ħtiġijiet tekniċi komuni u proċeduri amministrattivi, jew nuqqasijiet f'dawn il-ħtiġijiet u proċeduri, l-Istat Membru għandu javża minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri li ttieħdu u r-raġunijiet għalihom.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), jekk livell mhux adegwat ta' sigurtà jew nuqqas fil-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi jiġġustifikawx il-kontinwazzjoni ta' l-applikazzjoni tal-miżuri adottati skond l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tieħu wkoll il-passi neċessarji sabiex temenda l-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi kkonċernati skond l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 11. Jekk jinstab li l-miżuri ta' l-Istat Membru mhumiex ġustifikati, l-Istat Membru għandu jħassar dawn il-miżuri.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-ħtiġijiet tekniċi u mill-proċeduri amministrattivi speċifikati minn dan ir-Regolament fil-każ ta' ċirkostanzi operattivi urġenti u mhux mistennija jew bżonnijiet operattivi għal tul limitat.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu avżati dwar kwalunkwe eżenzjoni mogħtija b'mod ripetut, jew għal perjodu itwal minn xahrejn.

Meta l-Kummissjoni u Stati Membri oħra jiġu avżati dwar l-eżenzjonijiet mogħtija minn Stat Membru skond it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk l-eżenzjonijiet jikkonformawx ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew ma' kull regola oħra relevanti tal-liġi Komunitarja.

Jekk il-Kummissjoni ssib li l-eżenzjonijiet mogħtija ma jikkonformawx ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament jew ta' kull regola oħra relevanti tal-leġislazzjoni Komunitarja, hija għandha tiddeċiedi dwar miżuri ta' salvagwardja skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 12a.

F'tali każ, l-Istat Membru għandu jħassar l-eżenzjoni.

3.   F'każijiet fejn jista' jintlaħaq, permezz ta' mezzi oħra, livell ta' sigurtà ekwivalenti għal dak milħuq permezz ta' l-applikazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi stabbiliti fl-Anness III, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità ta' l-applikanti u b'kont meħud tal-bżonn li ma tiġix distorta l-kompetizzjoni, jagħtu approvazzjoni li tidderoga minn dawn id-dispożizzjonijiet.

F'każijiet bħal dawn, l-Istat Membru konċernat għandu javża lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li jagħti din l-approvazzjoni, ir-raġunijiet għaliha u l-kondizzjonijiet stipulati sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq livell ekwivalenti ta' sigurtà.

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 3 xhur wara n-notifika minn Stat Membru, tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2) sabiex tiddeċiedi jekk l-approvazzjoni proposta tistax tingħata.

F'tali każ bħal dan, il-Kummissioni għandha tavża d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha, li għandhom ikollhom id-dritt li japplikaw dik il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu wkoll jiġu emendati sabiex jirriflettu tali miżura.

L-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw għal din il-miżura.

4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (1), (2) u (3), l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet relatati ma' OPS 1.1105 punt 6, OPS 1.1110 punti 1.3 u 1.4.1, OPS 1.1115 u ma' OPS 1.1125 punt 2.1 tas-Sub-parti Q fl-Anness III sakemm jiġu stabbiliti r-regoli Komunitarji bbażati fuq għarfien xjentifiku u l-aħjar prattika.

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet li huma jiddeċiedu li jżommu.

Għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' l-OPS 1 imsemmija fl-ewwel sub-paragrafu, li l-Istati Membri jkollhom il-ħsieb li jadottaw wara d-data ta' applikazzjoni ta' l-Anness III, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet xhur wara n-notifika minn Stat Membru, tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2) sabiex tiddeċiedi jekk dawn id-dispożizzjonijiet jaqblux ma' l-għanijiet ta' sigurtà ta' dan ir-Regolament u ta' regoli oħra tal-leġislazzjoni Komunitarja, u jekk dawn jistgħux isiru applikabbli.

Jekk hekk ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha tavża d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha, li għandhom ikollhom id-dritt li japplikaw il-miżura. Id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Anness III jistgħu jiġu wkoll emendati sabiex jirriflettu tali miżura.

L- Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw għal din il-miżura.”;

11)

l-Artikolu li ġej għandu jiġi inkluż:

“Artikolu 8a

1.   Sas-16 ta' Jannar 2009, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea għandha tikkonkludi evalwazzjoni xjentifika u medika tad-dispożizzjonijiet tas-Sub-parti Q u, fejn ikun relevanti, tas-Sub-parti O ta' l-Anness III.

2.   Bla ħsara għall-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea, l-Aġenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (***) għandha tgħin lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' proposti għall-modifika tad-dispożizzjonijiet tekniċi applikabbli tas-Sub-parti O u tas-Sub-parti Q ta' l-Anness III.

(***)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).”;"

12)

l-Artikolu 11(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni, wara l-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), għandha tagħmel l-emendi meħtieġa mill-progress xjentifiku u tekniku lill-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi elenkati fl-Anness III.”;

13)

l-Artikolu 12 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 12

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għas-Sigurta' ta' l-Ajru, minn hawn 'il-quddiem imsejjaħ il-Kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.   Il-Kumitat għandu jadotta ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu.”;

14)

l-Artikolu li ġej għandu jiġi nkluż:

“Artikolu 12a

Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandha tapplika l-proċedura ta' salvagwardja msemmija fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Qabel tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat.

Il-perjodu previst fl-Artikolu 6(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal tliet xhur.

Meta ssir referenza lill-Kunsill minn Stat Membru ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien tliet xhur.”;

15)

it-test li jidher fl-Anness ma' dan ir-Regolament għandu jiżdied bħala l-Anness III.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru. 3922/91, l-Anness III għandu japplika b' effett mis-16 ta' Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, nhar it-12 ta' Diċembru 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Josep BORRELL FONTELLES

Għall-Kunsill

Il-President

Mauri PEKKARINEN


(1)  ĠU C 14, 16.1.2001, p. 33.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Settembru 2002 (ĠU C 272 E, 13.11.2003, p. 103), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2006 (ĠU C 179 E, 1.8.2006, p.1), Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2006 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċizjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2006.

(3)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 (ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1).

(4)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

(7)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 706/2006 (ĠU L 122, 9.5.2006, p. 16).

(8)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 707/2006 (ĠU L 122, 9.5.2006, p. 17).

(9)  Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji ta' l-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji ta' l-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA) (ĠU L 302, 1.12.2000, p. 57).

(10)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76. Direttiva kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 2111/2005 (ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15).


ANNESS

“ANNESS III

IL-KIRITERJI TEKNIĊI KOMUNI U L-PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI LI JIKKONĊERNAW IT-TRASPORT KUMMERĊJALI BL- INĠENJI TA' L-AJRU

OPS 1: IT-TRASPORT KUMMERĊJALI BL-AJRU (AJRUPLANI)

WERREJ

SUB-PARTI A

L-Applikabilità u d-Definizzjonijiet

SUB-PARTI B

Ġenerali

SUB-PARTI C

Iċ-Ċertifikat ta' l-Operatur u s-Sorveljanza

SUB-PARTI D

Il-Proċeduri operattivi

SUB-PARTI E

L-Operazzjonijiet kollha tat-Temp

SUB-PARTI F

It-Kapaċità Ġenerali

SUB-PARTI G

Klassi ta' Kapaċità A

SUB-PARTI H

Klassi ta' Kapaċità B

SUB-PARTI I

Klassi ta' Kapaċità C

SUB-PARTI J

Il-Massa u l-bilanċ

SUB-PARTI K

L-Istrumenti u t-Tagћmir

SUB-PARTI L

It-Tagћmir tal-Komunikazzjoni u n-Navigazzjoni

SUB-PARTI M

Iż-Żamma ta' l-Ajruplan

SUB-PARTI N

L-Ekwipaġġ tat-Titjira

SUB-PARTI O

L-Ekwipaġġ tal-Kabina

SUB-PARTI P

Il-Manwali, il-Ġurnali ta' l-Abbord u r-Reġistri

SUB-PARTI Q

Il-limitazzjonijiet tat-titjira u tal-ћin tas-servizz u l-kriterji tas-serћan

SUB-PARTI R

It-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bl-Ajru

SUB-PARTI S

Is-Sigurtà

SUB-PARTI A

APPIKABILITÀ U DEFINIZZJONIJIET

OPS 1.001

Applikabilità

OPS Parti 1 tippreskrivi r-rekwiżiti applikabbli gћat-tћaddim ta' kwalunkwe ajruplan ċivili gћall-ġarr kummerċjali bl-ajru minn kwalunkwe operatur li l-post ewlieni tan-negozju u, jekk għandu, l-uffiċċju reġistrat tiegћu jinsab fi Stat Membru, minn hawn 'il quddiem imsejjaћ l-operatur. OPS 1 ma tapplikax:

(1)

gћall-ajruplani meta jintużaw f'servizzi militari, doganali u mill-Pulizija; lanqas

(2)

gћall-inżul ta' paraxuts u gћal titjiriet gћat-tifi tan-nar, u gћall-ippustjar assoċjat u titjiriet bir-ritorn li fihom il-persuni li jinġarru huma dawk li normalment jinġarru biex jinżlu bil-paraxut jew biex jiġġieldu n-nirien; lanqas

(3)

gћat-titjiriet immedjatament qabel, matul, jew immedjatament wara attività ta' xogħol fl-ajru, sakemm dawn it-titjiriet ikunu marbuta ma' dik l-attività ta' xogħol fl-ajru u li fiha, barra l-membri ta' l-ekwipaġġ, jinġarru mhux iktar minn 6 persuni li jkunu indispensabbli f'dik l-attività ta' xogħol fl-ajru.

OPS 1.003

Definizzjonijiet

(a)

Gћall-gћan ta' dan l-Anness:

(1)

‘Aċċettat/Aċċettabbli’ tfisser mhux oġġezzjonat mill-Awtorità bћala adegwat gћall-gћan maћsub.

(2)

‘Approvat (mill-Awtorità)’ tfisser dokumentat (mill-Awtorità) bћala adattat gћall-gћan maћsub.

(3)

‘Lista Definittiva ta' Tagћmir Minimu (MMEL)’ tfisser lista definittiva (inkluż preambolu) xierqa għal tip ta' inġenju ta' l-ajru li tistabilixxi dawk l-istrumenti, oġġetti ta' tagħmir jew funzjonijiet li, waqt li jżommu l-livell ta' sigurtà maћsuba fl-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni ta' l-adegwazzjoni għat-titjir applikabbli, jistgћu temporanjament ma jitћaddmux jew minћabba r-'redundancy' inerenti tad-disinn, u/jew minћabba proċeduri, kondizzjonijiet u limitazzjonijiet operattivi u ta' żamma speċifikati, u skond il-proċeduri applikabli gћall-Kontinwazzjoni ta' l-adegwatezza għat-titjir .

(4)

‘Lista ta' Tagћmir Minimu (MEL)’ tfisser lista (inkluż preambolu) li tipprovdi gћat-tћaddim ta' inġenju ta' l-ajru, taћt kondizzjonijiet speċifikati, bi strumenti partikolari, oġġetti ta' tagћmir jew funzjonijiet li fil-bidu tat-titjira jkunu inoperattivi. Din il-lista titћejja mill-operatur gћall-inġenju ta' l-ajru partikolari tiegћu waqt li jqis id-definizzjoni tal-inġenju ta' l-ajru u l-kondizzjonijiet ta' l-operat u taż-żamma rilevanti skond proċedura approvata mill-Awtorità.

(b)

Il-Parti M u l-Parti 145 kif hemm imsemmi f'dan l-Anness huma dawk tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 ta' l-20 ta' Novembru 2003 .

SUB-PARTI B

ĠENERALI

OPS 1.005

Ġenerali

(a)

Operatur m'gћandux iћaddem ajruplan gћall-gћan ta' ġarr kummerċjali bl-ajru gћajr skond l-OPS Parti 1. Gћal tћaddim ta' l-ajruplan tal-Klassi ta' Eżekuzzjoni B, rekwiżiti mtaffija jistgћu jinstabu fl-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.005(a).

(b)

Operatur gћandu jkun konformi mar-rekwiżiti retroattivi ta' adegwatezza għat-titjir applikabbli gћall-ajruplan li jitћaddmu gћall-għan ta' ġarr kummerċjali bl-ajru.

(ċ)

Kull ajruplan gћandu jitћaddem skond it-termini taċ-Ċertifikat ta' adegwatezza għat-titijir tiegћu u fi ћdan il-limitazzjonijiet approvati li jkun hemm fil-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan tiegћu.

(d)

L-Għodod Sinetiċi għat-Taћriġ kollha (STD), bћalma huma s-Simulaturi tat-Titjir jew l-għodod għat-Taћriġ tat-Titjir (FTD), li jibdlu ajruplan gћal skopijiet ta' taћriġ u/jew verifika, għandhom ikunu kwalifikati skond ir-rekwiżiti applikabbli gћall-Għodod Sinetiċi għat-Taћriġ. Operatur li jintendi juża tali STD għandu jikseb l-approvazzjoni mill-Awtorità.

OPS 1.020

Liġijiet, Regolamenti u Proċeduri — Responsabbiltajiet ta' l-Operatur

Operatur gћandu jiżgura li:

(1)

Il-ћaddiema kollha jkunu konxji li dawn għandhom ikunu konformi mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta' dawk l-Istati li fihom l-operazzjonijiet jitmexxew u li jkunu jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagћhom; u

(2)

Il-membri kollha ta' l-ekwipaġġ ikunu familjari mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet tagћhom.

OPS 1.025

Lingwa Komuni

(a)

L-operatur gћandu jiżgura li l-membri kollha ta' l-ekwipaġġ ikunu jistgћu jikkomunikaw f'lingwa komuni.

(b)

L-operatur gћandu jiżgura li l-persunal kollu ta' l-operazzjonijiet ikunu kapaċi jifhmu l-lingwa li fiha jkunu miktuba dawk il-partijiet tal-Manwal ta' l-Operazzjonijiet li jkunu jikkonċernaw id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagћhom.

OPS 1.030

Listi ta' Tagћmir Minimu — Responsabbiltajiet ta' l-Operatur

(a)

Gћal kull ajruplan l-operatur gћandu jiddetermina Lista ta' Tagћmir Minimu (MEL) li tkun ġiet approvata mill-Awtorità. Din gћandha tkun ibbażata fuq, iżda ma tkunx inqas ristrettiva minn, il-Lista Definittiva tat-Tagћmir Minimu rilevanti (MMEL) (jekk din tkun teżisti) li tkun ġiet aċċettata mill-Awtorità.

(b)

L-operatur m'gћandux iћaddem ajruplan gћajr skond l-MEL, sakemm ma jkunx ġie awtorizzat mill-Awtorità. Kwalunkwe permess bћal dan m'għandu fl-ebda ċirkostanza jippermetti t-tћaddim ta' dan barra l-limiti tal-MMEL.

OPS 1.035

Sistema ta' Kwalità

(a)

L-operatur gћandu jistabilixxi Sistema ta' Kwalità waћda u jaћtar Maniġer tal-Kwalità wieћed biex jimmonitorja l-konformità mal-, u adegwatezza tal-, proċeduri meћtieġa biex ikunu żgurati l-prattika operattiva bla periklu kif ukoll ajruplani adegwati għat-titjir. Il-monitoraġġ tal-konformità gћandha tinkludi sistema ta' feed-back lill-Maniġer Responsabbli (ara wkoll OPS 1.175 (h)) biex tkun żgurata azzjoni korrettiva jekk ikun meћtieġ.

(b)

Is-Sistema ta' Kwalità gћandha tinkludi Programm ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità li jkun fih proċeduri mfassla biex ikun verifikat li l-operazzjonijiet kollha jkunu qed isiru skond ir-rekwiżiti, l-istandards u l-proċeduri kollha applikabbli.

(ċ)

Is-Sistema ta' Kwalità u l-Maniġer tal-Kwalità gћandhom ikunu aċċettatabli mill-Awtorità.

(d)

Is-Sistema ta' Kwalità gћandha tiġi deskritta fid-dokumenti rilevanti.

(e)

Minkejja s-sub-paragrafu (a) hawn fuq, l-Awtorità tista' taċċetta n-nominazzjoni ta' żewġ Maniġers tal-Kwalità, wieћed gћall-operazzjonijiet u l-ieћor għal-manutenzjoni, sakemm l-operatur ikun ћatar Taqsima ta' ġestjoni tal-Kwalità waћda biex ikun żgurat li s-Sistema tal-Kwalità tkun applikata b'mod uniformi matul operazzjoni sħiħa.

OPS 1.037

Programm ta' prevenzjoni ta' aċċidenti u ta' sigurtà tat-titjir

(a)

Operatur gћandu jistabilixxi u jżomm program ta' prevenzjoni ta' aċċidenti u ta' sigurtà tat-titjir, li jista' jiġi integrat mas-Sistema ta' Kwalità, inklużi:

(1)

Programmi biex jinkiseb u jinżamm l-gћarfien tar-riskju mill-persuni kollha involuti fl-operazzjonijiet; u

(2)

Skema ta' rapportar ta' l-okkorrenzi biex tkun tista' ssir il-ġabra u l-evalwazzjoni tar-rapporti ta' inċidenti u aċċidenti rilevanti, biex ikunu jistgћu jiġu identifikati tendenzi kuntrarji jew biex ikunu indirizzati nuqqasijiet fl-interessi tas-sigurtà tat-titjir. L-iskema gћandha tipproteġi l-identità ta' min ikun gћamel ir-rapport u tinkludi l-possibilità li r-rapporti jkunu jistgћu jingħataw b'mod anonimu; u

(3)

Evalwazzjoni ta' informazzjoni rilevanti dwar aċċidenti u inċidenti u l-promulgazzjoni ta' tagћrif relatat, iżda mhux l-attribuzzjoni tal-ћtija; u

(4)

Programm ta' monitoraġġ ta' data tat-titjir gћal dawk l-ajruplani li jkunu ta' iżjed minn 27 000 kilo MCTOM. Il-Mon itoraġġ ta' Data tat-Titjir (FDM) hija l-użu pro-attiv ta' data diġitali tat-titjir minn operazzjonijiet ta' rutina biex titjieb is-sigurtà ta' l-avjazzjoni. Il-programm ta' monitoraġġ ta' data tat-titjir m'gћandux ikun wieћed punittiv u gћandu jkollu protezzjoni adegwati biex ikun(u) imћares (imћarsa) is-sors(i) tad-data; u

(5)

Il-ћatra ta' persuna responsabbli gћall-ġestjoni tal-programm.

(b)

Il-proposti gћal azzjoni korrettiva li tkun ġejja mill-programm tal-prevenzjoni ta' aċċidenti u tas-sigurtà tat-titjir gћandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tal-persuna responsabbli mill-ġestjoni tal-programm.

(ċ)

L-effettività tal-bidliet li jkunu ġejjin minn proposti gћall-azzjoni korrettiva li tkun ġiet identifikata mill-programm tal-prevenzjoni ta' aċċidenti u s-sigurtà tat-titjir gћandha tkun immonitorjata mill-Maniġer tal-Kwalità.

OPS 1.040

Il-Membri ta' l-Ekwipaġġ

(a)

Operatur gћandu jiżgura li l-membri kollha li joperaw it-titjira u ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jkunu tћarrġu, u jkunu profiċjenti biex iwettqu, id-dmirijiet assenjati lilhom.

(b)

Fejn ikun hemm membri ta' l-ekwipaġġ, gћajr membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, li jwettqu dmirijiethom fil-kompartiment tal-passiġġiera ta' ajruplan, l-operatur gћandu jiżgura li dawn

(1)

ma jitћawdux mill-passiġġiera mal-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina;

(2)

ma jokkupawx postijiet meћtieġa u assenjati lill-ekwipaġġ tal-kabina;

(3)

ma jfixklux lill-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina fil-qadi ta' dmirijiethom.

OPS 1.050

Informazzjoni għat-tfittxija u s-salvataġġ

Operatur gћandu jiżgura li tagћrif essenzjali li jikkonċerna t-titjira dwar is-servizzi għat-tfittxija u s-salvataġġ ikun aċċessibbli b'mod faċli abbord il-gverta għat-titjir.

OPS 1.055

Informazzjoni fuq it-tagћmir ta' emerġenza u ta' salvataġġ li jkun hemm abbord

Operatur gћandu jiżgura li jkun hemm disponibbli gћall-komunikazzjoni immedjata maċ-ċentri tal-koordinazzjoni tas-salvataġġ, listi li jkun hemm fihom tagћrif fuq it-tagћmir ta' emerġenza u salvataġġ abbord l-ajruplani kollha tiegћu. L-informazzjoni gћandha tinkludi, skond kif xieraq, in-numru, il-kulur u t-tip ta' ċattra tas-salvataġġ u sinjali pirotekniċi, id-dettalji dwar il-provvisti mediċi ta' l-emerġenza, il-provvisti ta' l-ilma u t-tip u l-frekwenzi tat-tagћmir portabbli tar-radjo ta' l-emerġenza.

OPS 1.060

L-Inżul ajruplan f'emerġenza ta' ajruplan

Operatur m'gћandux iћaddem ajruplan b'konfigurazzjoni approvata ta' postijiet għall-passiġġiera ta' iktar minn 30 passiġġier fuq titjiriet li jgћaddu minn fuq il-baћar f'distanza mill-art li tkun adegwata gћal inżul ta' emerġenza ta' iktar minn 120 minuta f'veloċità moderata, jew 400 mil nawtiku, liema minn dawn tkun l-inqas, sakemm l-ajruplan ma jkunx konformi mar-rekwiżiti għal inżul ta' emerġenza preskritti fil-kodiċi ta' adegwatezza għat-titjir li jkun applikabbli.

OPS 1.065

Ġarr ta' armi tal-gwerra u munizzjon tal-gwerra

(a)

Operatur m'gћandux iġorr armi tal-gwerra u munizzjon tal-gwerra bl-ajru sakemm ma jkunx ingћata approvazzjoni biex jagћmel hekk mill-Istati kollha kkonċernati.

(b)

Operatur gћandu jiżgura li l-armi tal-gwerra u l-munizzjon tal-gwerra jkunu:

(1)

stivati fl-ajruplan f'post li ma jkunx aċċessibbli gћall-passiġġiera matul it-titjira; u

(2)

fil-każ ta' armi tan-nar, skargati, sakemm, qabel il-bidu tat-titjira, ma tkunx ingћatat l-approvazzjoni mill-Istati kollha kkonċernati li dawn l-armi tal-gwerra u l-munizzjon tal-gwerra jkunu jistgћu jinġarru f'ċirkostanzi li jkunu parzjalment jew totalment differenti minn dawk murija f'din is-sub- paragrafu.

(ċ)

Operatur gћandu jiżgura li l-kmandant ikun mgћarraf qabel ma tibda titjira dwar id-dettalji u l-post abbord l-ajruplan ta' kwalunkwe armi tal-gwerra jew munizzjon tal-gwerra li jkunu maћsuba biex jinġarru.

OPS 1.070

Il-Ġarr ta' armi u munizzjon għall-isports

(a)

Operatur gћandu jieћu l-miżuri kollha raġonevoli biex jiżgura li kwalunkwe armi għall-isports maћsuba biex jinġarru bl-ajru jkunu ġew rapportati lilu.

(b)

Operatur li jaċċetta li jġorr armi għall-isport gћandu jiżgura li dawn ikunu:

(1)

stivati fl-ajruplan f'post li ma jkunx aċċessibbli gћall-passiġġiera matul it-titjira, sakemm l-Awtorità ma tkunx stabbiliet li l-konformità ma tkunx prattikabbli u tkun aċċettat li jkunu jistgћu japplikaw proċeduri oћrajn; u

(2)

fil-każ ta' armi tan-nar jew armi oћrajn li jista' jkollom munizzjon, dawn ikunu skargati.

(ċ)

Il-munizzjon gћall-armi għall-isport jista' jinġarr fil-bagalji tal-passiġġiera li jkunu ġew ikkontrollati, suġġett gћal ċerti limitazzjonijiet, skond l-Istruzzjonijiet Tekniċi (ara OPS 1.1160 (b)(5)) kif definit fl-OPS 1.1150 (a)(15).

OPS 1.075

Metodu tal-ġarr ta' persuni

Operatur gћandu jieћu l-miżuri kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma tkun fi kwalunkwe parti ta' ajruplan li qed itir li ma tkunx parti maћsuba gћall-akkommodazzjoni ta' persuni, sakemm ma jkunx ingћata aċċess temporanju mill-kmandant gћal kwalunkwe parti ta' l-ajruplan:

(1)

gћall-gћan biex tittieћed azzjoni xierqa gћas-sigurtà ta' l-ajruplan jew ta' kwalunkwe persuna, annimal jew oġġetti li jkun hemm fuqu; jew

(2)

li fiha jinġarru t-tagћbija u l-provvisti, waqt li tkun parti maћsuba biex persuna jkollha aċċess gћal din waqt li l-ajruplan ikun qed itir.

OPS 1.080

L-Offerta ta' oġġetti perikolużi gћall-ġarr bl-ajru

Operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex ikun żgurat li l-ebda persuna ma toffri jew taċċetta oġġetti perikolużi gћall-ġarr bl-ajru sakemm il-persuna ma tkunx ġiet imћarrġa u l-oġġetti jkunu klassifikati, dokumentati, iċċertifikati, deskritti, ippakkjati, immarkati, ittikkettjati kif xieraq u jkunu f'kondizzjoni tajba għat-trasport kif meћtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi u mill-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.

OPS 1.085

Ir-Responsabbiltajiet ta' l-ekwipaġġ

(a)

Membru ta' l-ekwipaġġ gћandu jkun responsabbli gћat-twettiq xieraq tad-dmirijiet tiegћu/tagћha li:

(1)

jkunu relatati mas-sigurtà ta' l-ajruplan u ta' l-okkupanti tiegћu; u

(2)

jkunu speċifikati fl-istruzzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fil-Manwal tat-Tћaddim.

(b)

Membru ta' l-ekwipaġġ gћandu:

(1)

Jirrapporta lill-kmandant dwar kwanlunkwe ћsara, nuqqas, nuqqas ta' funzjonament jew difett li hu/hi jemmen/temmen li jista' jaffettwa l-adegwatezza għat-titjir jew l-operat bla periklu ta' l-ajruplan, inklużi s-sistemi ta' l-emerġenza.

(2)

Jirrapporta lill-kmandant dwar kwalunkwe inċident li jkun ipperikola, jew li seta' ipperikola, is-sigurtà ta' l-operat;

(3)

Jagћmel użu mill-iskemi ta' rapportar ta' l-okkorrenzi ta' l-operatur skond l-OPS 1.037(a)(2). F'dawn il-każijiet kollha, kopja tar-rapport(i) gћandha tintbagћat lill-kmandant ikkonċernat.

(ċ)

Xejn fil-paragrafu (b) hawn fuq m'gћandu jobbliga lil membru ta' l-ekwipaġġ biex jirrapporta okkorrenza li tkun diġà ġiet rapportata minn membru ieћor ta' l-ekwipaġġ.

(d)

Membru ta' l-ekwipaġġ m'gћandux iwettaq dmirijiet fuq ajruplan:

(1)

Waqt li jkun taћt l-influwenza ta' kwalunkwe droga li tista' taffettwa il-falkultajiet tiegћu/tagћha b'mod kuntrarju gћas-sigurtà;

(2)

Wara gћadis fil-baћar fond ћlief meta jkun gћadda perjodu raġonevoli ta' ћin;

(3)

Wara donazzjoni tad-demm ћlief meta jkun gћadda perjodu raġonevoli ta' ћin;

(4)

Jekk ir-rekwiżiti mediċi applikabbli ma jkunux twettqu, jew jekk hu/hi ikollu/ikollha dubju dwar jekk ikunx/tkunx kapaċi iwettaq/twettaq id-dmirijiet assenjati lilu/lilha; jew

(5)

Jekk hu/hi ikun/tkun jaf/taf jew jissuspetta/tissuspetta li hu/hi qed ibati/tbati minn xi gћeja kbira, jew iћossu/tћossha mhux tajba/tajba tant li t-titjira tista' tkun ipperikolata.

(e)

Membru ta' l-ekwipaġġ gћandu jkun suġġett gћal rekwiżiti xierqa fuq il-konsum ta' l-alkoћol li gћandhom ikunu stabbiliti mill-operatur u aċċettati mill-Awtorità, u li m'gћandhomx ikunu inqas ristrettivi minn dawn li ġejjin:

(1)

M'gћandu jittieћed l-ebda alkoћol f'inqas minn 8 sigћat qabel il-ћin ta' rapportar speċifikat gћas-servizz ta' titjir jew il-bidu ta' l-istandby;

(2)

Il-livell ta' akoћol fid-demm m'gћandux ikun iżjed minn 0,2 promille fil-bidu ta' perjodu ta' servizz ta' titjir;

(3)

M'gћandu jkun hemm l-ebda konsum ta' alkoћol matul il-perjodu ta' titjir jew matul il-ħin ta' l-istandby.

(f)

Il-kmandant:

(1)

Għandu ikun responsabbli gћas-sigurtà tal-membri kollha ta' l-ekwipaġġ, tal-passiġġiera u tat-tagћbija abbord, hekk kif dan/din jasal/tasal abbord, sakemm dan/din iћalli/tћalli l-ajruplan fi tmiem it-titjira;

(2)

Għandu ikun responsabbli mill-operat u mis-sigurtà ta' l-ajruplan mill-mument li l-ajruplan ikun l-ewwel lest biex jimxi qabel it-tlugћ tiegћu sal-mument li dan fl-aћћar jieqaf biex jistrieћ fi tmiem it-titjira u l-magna(i) li tkun/ikunu ntużat/intużaw bћala unità/unitajiet ta' propulsjoni primarja tkun intfiet/ikunu ntfew;

(3)

Għandu ikollu l-awtorità li jagћti l-ordnijiet kollha li jidhrulu bћala meћtieġa biex tkun żgurata s-sigurtà ta' l-ajruplan u tal-persuni jew il-proprjetà li jkun hemm fih;

(4)

Għandu ikollu l-awtorità li jniżżel kwalunkwe persuna, jew kwalunkwe parti mit-tagћbija, li, fl-opinjoni tiegћu/tagћha, ikunu jirrappreżentaw periklu potenzjali gћas-sigurtà ta' l-ajruplan jew ta' l-okkupanti tiegћu;

(5)

M'għandux iћalli li persuna tinġarr fil-ajruplan, liema persuna tkun tidher li tkun taћt l-influwenza ta' alkoћol jew droga tant li s-sigurtà ta' l-ajruplan jew ta' l-okkupanti tiegћu jistgћu jispiċċaw f'periklu;

(6)

Għandu ikollu d-dritt li jirrifjuta t-trasportazzjoni ta' passiġġiera inammissibbli, persuni deportati, jew persuni f'kustodja jekk il-ġarr ta' dawn ikun ta' riskju gћas-sigurtà ta' l-ajruplan jew ta' l-okkupanti tiegћu;

(7)

Għandu jiżgura li l-passiġġiera kollha jkunu mgћarrfa fuq il-postijiet tal-ћruġ ta' l-emerġenza u l-post u l-użu ta' tagћmir għas-sigurtà u għal emerġenza rilevanti;

(8)

Għandu jiżgura li l-proċeduri operattivi u l-listi ta' verifika kollha jkunu konformi mal-Manwal ta' l-Operat;

(9)

M'għandux jippermetti lill-ebda membru ta' l-ekwipaġġ milli jwettaq kwalunkwe attività matul it-tlugћ, kif jinqata' mill-art, matul l-avviċinament ta' l-aћћar u matul l-inżul, ћlief dawk id-dmirijiet meћtieġa għall-operat bla periklu ta' l-ajruplan;

(10)

M'gћandux jippermetti li:

(i)

Apparat li jirreġistra d-data tat-titjira jkun inattivat, mitfi jew imћassar matul it-titjira u lanqas m'gћandu jippemetti li d-data li tkun ġiet reġistrata tiġi mћassra wara titjira fil-każ ta' aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rapportar obbligatorju;

(ii)

L-apparat li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota jkun inattivat jew mitfi matul it-tijira, sakemm hu/hi ikun jemmen/tkun temmen li d-data rreġistrata, li f'każ ieħor tkun mħassra awtomatikament, gћandha tinżamm gћall-investigazzjoni ta' inċident jew aċċident li jkun inqala'. Dan lanqas m'gћandu jippermetti li data reġistrata titћassar manwalment matul jew wara t-titjira f'każ li jkun hemm aċċident jew inċident li jkun suġġett gћar-rapportar obbligatorju;

(11)

Gћandu jiddeċiedi dwar jekk jaċċettax jew le ajruplan li jkollu ħsarat li ma jistgħux jitranġaw iżda li huma permessi mill-CDL jew l-MEL; u

(12)

Għandu jiżgura li l-ispezzjoni ta' qabel it-titjira tkun saret.

(g)

Il-kmandant gћandu, f'kwalunkwe każ ta' emerġenza li jkun jeћtieġ deċiżjoni u azzjoni immedjata, jieћu kwalunkwe azzjoni li hu/hi ikun/tkun iqis/tqis bћala meћtieġa taћt iċ-ċirkostanzi. F'dawn il-każijiet, hu/hi jista'/tista' tagħmel/jagħmel devjazzjoni mir-regoli, il-proċeduri operattivi u l-metodi fl-interess tas-sigurtà.

OPS 1.090

L-Awtorità tal-kmandant

Operatur gћandu jieћu l-miżuri kollha raġjonevoli biex ikun żgurat li l-persuni kollha fl-ajruplan jobdu l-ordnijiet leġittimi kollha li jkunu ngћataw mill-kmandant biex jiżgura s-sigurtà ta' l-ajruplan u ta' persuni jew proprjetà li jkun hemm abbord.

OPS 1.095

L-Awtorità biex jitmexxa ajruplan fl-ajrudrom

Operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li ajruplan li jkun taћt ir-responsabbiltà tiegћu ma jitmexxiex f' żona ta' moviment ta' ajrudrom minn persuna gћajr membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm dik il-persuna, li tkun bilqiegћda ћdejn is-sistemi tal-kontroll:

(1)

Tkun ġiet aworizzata kif suppost mill-operatur jew minn aġent maћtur u tkun kompetenti biex;

(i)

imexxi ajruplan;

(ii)

tuża t-telefonija bir-radjo; u

(2)

Tkun irċeviet istruzzjoni dwar it-taqsim, ir-rotot, is-sinjali, il-marki, id-dwal, is-sinjali tal-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru kif ukoll l-istruzzjonijiet, il-lingwaġġ u l-proċeduri ta' l-ajrudrom, u tkun kapaċi tikkonforma ruћha ma' l-istandards operattivi meћtieġa gћall-moviment bla periklu ta' l-ajruplan fuq l-ajrudrom.

OPS 1.100

L-Ammissjoni fuq il-gverta tat-titjira ta' l-ajruplan

(a)

Operatur gћandu jiżgura li l-ebda persuna, gћajr membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjir assenjat fuq titjira, ma jidћol, jew jinġarr fil-gverta ta' l-ajruplan, sakemm dik il-persuna tkun:

(1)

Membru ta' l-ekwipaġġ li jћaddem l-ajruplan;

(2)

Rappreżentant ta' l-Awtorità responsabbli miċ-ċertifikazzjoni, il-liċenzjar jew l-ispezzjoni jekk dan ikun meћtieġ għat-twettieq tad-dmirijiet uffiċjali tiegћu/tagћha; jew

(3)

Awtorizzata minn, u tinġarr skond l-istruzzjonijiet li hemm fil-Manwal tat-Tћaddim.

(b)

Il-kmandant gћandu jiżgura li:

(1)

Fl-interessi tas-sigurtà, l-ammissjoni gћal fuq il-gverta ta' l-ajruplan ma tikkawża l-ebda distrazzjoni u/jew tfixkil ma' l-operat tat-titjira; u

(2)

Il-persuni kollha li jinġarru fil-gverta ta' l-ajruplan jkunu familjari mal-proċeduri rilevanti tas-sigurtà.

(ċ)

Id-deċiżjoni finali dwar l-ammissjoni fil-gverta ta' l-ajruplan gћandha tkun ir-responsabbiltà tal-kmandant.

OPS 1.105

Ġarr mhux awtorizzat

Operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma taћbi lilha nfisha jew taћbi tagћbija abbord l-ajruplan.

OPS 1.110

Strumenti elettroniku portabbli

Operatur m'gћandux jippermetti kwalunkwe persuna milli tuża, u dan gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma tuża, abbord ajruplan strument elettroniku portabbli li jista' jaffettwa ћażin l-eżekuzzjoni tas-sistemi u tat-tagћmir ta' l-ajruplan.

OPS 1.115

Alkoћol u droga

Operatur m'gћandux jippermetti lil kwalunkwe persuna li tidћol jew tkun ġewwa, u gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna ma tidћol jew tkun ġewwa, ajruplan meta din tkun taћt l-influwenza ta' alkoћol jew droga tant li s-sigurtà ta' l-ajruplan jew ta' l-okkupanti tistà probabbilment tiġi perikolata.

OPS 1.120

Tpoġġija tas-sigurtà fil-periklu

Operatur gћandu jieћu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżgura li l-ebda persuna taġixxi jew tonqos li taġixxi b'imprudenza jew b'negliġenza

(1)

hekk li tpoġġi fil-periklu ajruplan jew il-persuni ta' ġo fih;

(2)

hekk li tikkawża jew tippermetti ajruplan li jpoġġi fil-periklu kwalunkwe persuna jew proprjetà.

OPS 1.125

Id-Dokumenti li gћandhom jinġarru

(a)

Operatur gћandu jiżgura li d-dokumenti li ġejjin jew kopji tagħhom jinġarru abbord kull titjira:

(1)

Iċ-Ċertifikat tar-Reġistrazzjoni;

(2)

Iċ-Ċertifikat ta' Adegwatezza għat-Titjir;

(3)

L-oriġinal jew kopja taċ-Ċertifikat tal-Ħoss (jekk applikabli), inkluża traduzzjoni bl-Ingliż, fejn waћda tkun ingћatat mill-Awtorità responsabbli li toћroġ iċ-ċertifikat tal-ћoss;

(4)

L-oriġinal jew kopja taċ-Ċertifikat ta' l-Operatur ta' l-Ajru;

(5)

Il-Liċenzja tar-Radjo ta' l-Inġenju ta' l-ajru; u

(6)

L-oriġinal jew kopja taċ-Ċertifikat(i) ta' l-Assigurazzjoni ta' tar-Responsabbiltà tat-terza persuna.

(b)

Kull membru ta' l-ewkipaġġ tat-titjira gћandu, fuq kull titjira, iġorr liċenzja valida ta' membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira bil-grad(i) xieraq/xierqa gћall-gћan tat-titjira.

OPS 1.130

Il-Manwali li gћandhom jinġarru

Operatur gћandu jiżgura li:

(1)

Il-partijiet kurrenti tal-Manwal tat-Tћaddim li huma rilevanti gћad-dmirijiet ta' l-ekwipaġġ jinġarru fuq kull titjira;

(2)

Dawk il-partijiet tal-Manwal tat-Tћaddim li huma meћtieġa gћat-twettiq ta' titjira jkunu aċċessibbli faċilment mill-ekwipaġġ abbord l-ajruplan; u

(3)

Il-Manwal tat-Titijir ta' l-Ajruplan kurrenti jinġarr fl-ajruplan, sakemm l-Awtorità tkun aċċettat li l-Manwal ta' l-Operazzjonijiet preskritt fl-OPS 1.1045, Appendiċi 1, Parti B ikun fih l-informazzjoni rilevanti gћal dak l-ajruplan.

OPS 1.135

Informazzjoni addizzjonali u formoli li gћandhom jinġarru

(a)

Operatur gћandu jiżgura li, barra d-dokumenti u l-manwali preskritti fl-OPS 1.125 u l-OPS 1.130, l-informazzjoni u l-formoli li ġejjin, li jkunu rilevanti gћat-tip u l-qasam ta' l-operat, jinġarru fuq kull titjira:

(1)

Il-Pjan Operattiv tat-Titjira li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni meћtieġa fl-OPS 1.1060;

(2)

Il-Ġurnal Tekniku ta' l-Ajruplan li jkun fih mill-inqas l-informazjoni meћtieġa fil-Parti M, Paragrafu M.A. 306;

(3)

Id-dettalji tal-pjan tat-titjira ATS li jiġu ffajljati;

(4)

Id-dokumenti għall-għoti ta' l-istruzzjonijiet ta' l-NOTAM/AIS li jkunu xierqa;

(5)

L-informazzjoni meteoroloġika li tkun xierqa;

(6)

Id-dokumenti dwar il-massa u l-bilanċ kif speċifikat fis-Sub-parti J;

(7)

Notifikazzjoni dwar kategoriji speċjali ta' passiġġiera bћalma huma persunal tas-sigurtà, jekk ma jitqiesux bћala parti mill-ekwipaġġ, persuni b'diżabilità, passiġġiera inammissibbli, persuni deportati u persuni li jkunu taћt kustodja;

(8)

Notifikazzjoni dwar tagћbijiet speċjali inklużi oġġetti perikolużi. Din tinkludi wkoll l-informazzjoni bil-miktub lill-kmandant kif preskritt fl-OPS 1.1215 (d);

(9)

Il-mapep u l-mapep nawtiċi u d-dokumenti assoċjati kif preskritt fl-OPS 1.290 (b)(7);

(10)

Kwalunkwe dokumenti oћra li jistgћu jkunu meћtieġa mill-Istati kkonċernati ma' din it-titjira, bћalma huma l-manifest tat-tagћbija, il-manifest tal-passiġġiera eċċ; u

(11)

Il-formoli meћtieġa biex ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tar-rapportar ta' l-Awtorità u ta' l-operatur.

(b)

L-Awtorità tista' tippermetti li l-informazzjoni msemmija fis-sub-paragrafu (a) hawn fuq, jew partijiet minn din, tiġi ppreżentata f'forma gћajr milli fuq karta stampata. Gћal dan il-gћan, gћandu jkun żgurat standard aċċettabbli ta' aċċessibilità, użabilità u kredibilità.

OPS 1.140

Informazzjoni li tinżamm fuq l-art

(a)

Operatur gћandu jiżgura li:

Mill-inqas gћall-perjodu ta' kull titjira jew sensiela ta' titjiriet;

(i)

L-informazzjoni rilevanti gћat-titjira u xierqa gћat-tip ta' operazzjoni tinżamm fuq l-art; u

(ii)

L-informazzjoni tinżamm sakemm din tkun ġiet duplikata fil-post li fih din tkun se tinћażen skond l-OPS 1.1065; jew, jekk dan ma jkunx prattiku,

(iii)

L-istess informazzjoni tinġarr fuq l-ajruplan f'kontenitur li jkun jiflaћ gћan-nar.

(b)

L-informazzjoni msemmija fis-sub-paragrafu (a) hawn fuq tinkludi:

(1)

Kopja tal-pjan operattiv tat-titjira fejn ikun xieraq;

(2)

Kopji tal-parti(jiet) rilevanti tal-ġurnal tekniku ta' l-ajruplan;

(3)

Id-dokumenti NOTAM li jkunu speċifiċi gћar-rotta jekk dawn ikunu ġew editjati speċifikament mill-operatur;

(4)

Id-dokumenti dwar il-massa u l-bilanċ jekk ikunu meћtieġa (irreferi gћall-OPS 1.625); u

(5)

Notifikazzjoni dwar tagћbijiet speċjali.

OPS 1.145

Is-setgћa ta' spezzjoni

Operatur gћandu jiżgura li kwalunkwe persuna li tkun awtorizzata mill-Awtorità gћandha titћalla fi kwalunkwe ћin biex titla' abbord u ttir fi kwalunkwe ajruplan li jitћaddem skond l-AOC li jkun inћareġ minn dik l-Awtorità. Din gћandha wkoll titћalla tidћol u tibqa' fil-gverta ta' l-ajruplan sakemm il-kmandant ma jirrifjutax l-aċċess gћall-gverta ta' l-ajruplan jekk, fl-opinjoni tiegћu/tagћha, is-sigurtà ta' l-ajruplan titpoġġa f'periklu b'dan il-mod.

OPS 1.150

Il-Produzzjoni ta' dokumenti u ta' reġistri

(a)

Operatur gћandu:

(1)

Jagћti lil kwalunkwe persuna awtorizzata mill-Awtorità l-aċċess għal kull dokument u r-reġistru li jkollhom x'jaqsmu mat-tћaddim jew manutenzjoni tat-titjiriet; u

(2)

Jipproduċi dawn id-dokumenti u r-reġistri kollha, meta jkun mitlub li jagћmel hekk mill-Awtorità, f'perjodu raġonevoli ta' żmien.

(b)

Il-kmandant gћandu, fi żmien raġonevoli minn meta jkun intalab li jagћmel hekk minn persuna awtorizzata mill-Awtorità, jipproduċi lil dik il-persuna d-dokumenti meћtieġa li jinġarru abbord.

OPS 1.155

Żamma ta' dokumenti

Operatur gћandu jiżgura li:

(1)

Kwalunkwe dokumenti oriġinali, jew kopji ta' dawn, li dan ikun obbligat iżomm, jinżammu gћall-perjodu ta' żamma meћtieġ anke jekk dan ma jibqax jaġixxi bћala l-operatur ta' l-ajruplan; u

(2)

Fejn membru ta' l-ekwipaġġ, li dwaru l-operatur ikun żamm reġistri fir-rigward tad-dmirijiet tat-titjir u dwar il-perjodi ta' xogћol u ta' mistrieћ, isir membru ta' l-ekwipaġġ gћal operatur ieћor, dak ir-reġistru gћandu jkun disponibbli gћall-operatur ġdid.

OPS 1.160

Preservazzjoni, produzzjoni u użu ta' reġistrazzjonijiet permezz tat-tagħmir li jirreġistra t-titjira

(a)

Preservazzjoni tar-reġistrazzjonijiet

(1)

Wara aċċident, l-operatur ta' ajruplan li fuqu jinġarr it-tagћmir li jirreġistra t-titjira gћandu, safejn ikun possibbli, jippreserva d-data oriġinali rilevanti gћal dak l-aċċident u skond kif tkun ġiet miżmuma minn dan it-tagћmir gћall-perjodu ta' 60 ġurnata, sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieћor mill-awtorità li qed tinvestiga.

(2)

Sakemm ma jkunx ingћata permess minn qabel mill-Awtorità, wara inċident li jkun suġġett għal rapportar obbligatorju, l-operatur ta' ajruplan li fuqu jkun hemm it-tagћmir li jirreġistra t-titjira gћandu, sa' fejn ikun possibbli, iżomm id-data oriġinali li tkun ġiet irreġistrata u li tkun tikkonċerna dak l-inċident, kif miżmuma minn dan it-tagћmir gћal 60 ġurnata, sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieћor mill-awtorità li tagћmel l-investigazzjoni.

(3)

Barra minn hekk, meta l-Awtorità tiddeċiedi hekk, l-operatur ta' ajruplan li fuqu jkun hemm tagћmir li jirreġistra t-titjira gћandu jżomm d-data oriġinali li tkun ġiet irreġistrata gћall-perjodu ta' 60 ġurnata sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieћor mill-awtorità li tagћmel l-investigazzjoni.

(4)

Meta t-tagћmir li jirreġistra t-titjira jkun meћtieġ li jinġarr abbord ajruplan, l-operatur ta' dak l-ajruplan gћandu:

(i)

Jaћżen ir-reġistrazzjonijiet gћall-perjodu ta' ћin ta' operat kif meћtieġ mill-OPS 1.715, 1.720 u 1.725 ћlief li, gћall-gћan ta' testijiet u żamma, ta' reġistraturi tad-data tat-titjira, sa siegћa mill-eqdem materjal li jkun ġie rreġistrat waqt il-ћin tal-provi, ikunu jistgћu jitћassru; u

(ii)

Iżomm dokument li jippreżenta l-informazzjoni meћtieġa biex id-data maћżuna tinkiseb u tinbidel f'unitajiet ta' inġinerija.

(b)

Produzzjoni ta' reġistrazzjonijiet

L-operatur ta' ajruplan li fuqu jinġarr tagћmir li jirreġistra t-titjira għandu, fi żmien raġonevoli wara li jkun intalab biex jagħmel hekk mill-Awtorità, jipproduċi kwalunkwe reġistrazzjoni li tkun saret minn tagħmir li jirreġistra t-titjira li tkun disponibbli jew li ġiet ippreżervata.

(ċ)

Użu ta' reġistrazzjonijiet

(1)

Ir-reġistrazzjonijiet tat-tagћmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota ma jistgћux jintużaw gћal gћanijiet gћajr gћal stћarriġ ta' aċċident jew inċident li jkun suġġett gћal rapportar obbligatorju ћlief fil-każ li jkun hemm il-kunsens tal-membri kollha ta' l-ekwipaġġ ikkonċernati.

(2)

Ir-reġistrazzjonijiet tat-tagћmir li jirreġistra d-data tat-titjira ma jistgћux jintużaw gћal gћanijiet gћajr gћal stћarriġ ta' aċċident jew inċident li jkun suġġett gћal rapportar obbligatorju, ћlief meta dawn ir-reġistrazzjonijiet ikunu:

(i)

Użati mill-operatur biss minћabba l-adegwatezza għat-titjir jew il-manutenzjoni; jew

(ii)

De-identifikati; jew

(iii)

Ikunu mikxufa taћt proċeduri mingħajr periklu.

OPS 1.165

Il-Kiri

(a)

Terminoloġija

It-termini użati f'dan il-paragrafu gћandhom it-tifsira li ġejja:

(1)

Dry lease — Huwa meta l-ajruplan jitћaddem taћt l-AOC tal-kerrej.

(2)

Wet lease — Huwa meta l-ajruplan jitћaddem taћt l-AOC ta' min jagћti b'kiri.

(b)

Kiri ta' ajruplan bejn operaturi tal-Komunità

(1)

Wet lease-out. Operatur tal-Komunità li jipprovdi ajruplan u ekwipaġġ sћiћ lil operatur ieћor tal-Komunità, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-liċenzjar ta' trasportaturi bl-ajru (1), u li jżomm il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet kollha preskritti fis-Sub-parti- C, jibqa' l-operatur ta' l-ajruplan.

(2)

Il-kirjiet kollha ħlief wet lease-out

(i)

Ħlief kif imsemmi fis-sub-paragrafu (b)(1) hawn fuq, operatur tal-Komunità li juża ajruplan minn, jew li jipprovdi dan lil, operatur ieћor tal-Komunità, gћandu jikseb permess minn qabel għal din l-operazzjoni mill-Awtorità rispettiva tiegћu. Kwalunkwe kondizzjonijiet li jkunu parti minn din l-approvazzjoni gћandhom ikunu inklużi fil-ftehim tal-kera.

(ii)

Dawk l-elementi tal-ftehim tal-kera li jkunu ġew approvati mill-Awtorità, ћlief gћal ftehimiet ta' kera li fihom ikunu involuti kemm l-ajruplan kif ukoll l-ekwipaġġ sћiћ u fejn ma jkun hemm l-ebda ћsieb ta' trasferiment ta' funzjonijiet u responsabbiltajiet, gћandhom jitqiesu kollha, fejn jikkonċerna l-ajruplan mikri, bћala varjazzjonijiet ta' l-AOC li taћtu gћandhom isiru t-titjiriet.

(ċ)

Kiri ta' ajruplan bejn operatur tal-Komunità u kwalunkwe entità oħra gћajr operatur tal-Komunità

(1)

Dry lease-in

(i)

Opertaur tal-Komunità m'għandux jikri ajurplan fuq bażi ta' dry lease-in minn entità għajr operatur ieħor tal-Komunità, sakemm dan ma jkunx ġie approvat mill-Awtorità. Kwalunkwe kondizzjonijiet li jkunu jifformaw parti minn din l-approvazzjoni għandhom ikunu inklużi fil-ftehim tal-kiri.

(ii)

Operatur tal-Komunità għandu jiżgura li, fejn jikkonċerna ajruplan li jkunu nkrew fuq bażi ta' dry lease-in, kwalunkwe differenzi mir-rekwiżiti preskritti fis-sub-partijiet K, L, u/jew OPS 1.005(b), għandhom ikunu notifikati lil u jkunu aċċettati mill-Awtorità.

(2)

Wet lease-in

(i)

Operatur tal-Komunità m'għandux jikri ajruplan fuq bażi ta' wet lease-in minn entità oħra għajr operatur ieħor tal-Komunità mingħajr l-approvazzjoni ta' l-Awtorità.

(ii)

Operatur tal-Komunità għandu jiżgura li, fejn jikkonċerna l-ajruplan li jkunu nkrew fuq bażi ta' wet lease-in:

(A)

L-istandards ta' sigurtà ta' min jikri, fejn jikkonċerna l-manutenzjoni u t-tħaddim, ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti permezz tar-Regolament preżenti;

(B)

Min jikri ikun operatur li jkollu AOC maħruġ minn Stat li jkun firmatarju għall-Konvenzjoni ta' Chicago:

(Ċ)

L-ajruplan ikollu Ċertifikat standard ta' adegwatezza għat-titjir maħruġ skond l-Anness 8 ta' l-ICAO. Ċertifikati tal-Kwalità tat-Tajran standard maħruġa skond il-Parti 21 minn Stat Membru għajr l-Istat responsabbli mill-ħruġ ta' l-AOC, għandhom ikunu aċċettati mingħajr ma jkun hemm għalfejn jintwera iżjed; u

(D)

Kwalunkwe rekwiżit li jkun sar applikabbli mill-Awtorità tal-kerrej ikun imħares.

(3)

Dry lease-out

Operatur tal-Komunità jista' jikri ajruplan fuq bażi ta' dry lease-out għas-skop tal-ġarr kummerċjali bl-ajru lil kwalunkwe operatur ta' Stat li jkun firmatarju għall-Konvenzjoni ta' Chicago sakemm jintlaħqu l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(A)

L-Awtorità tal-Komunità tkun eżentat lill-operatur mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' l-OPS Parti 1 u, wara li l-awtorità regolatorja barranija tkun aċċettat bil-miktub ir-responsabbiltà għas-sorveljanza tal-manutenzjoni u t-tħaddim ta' l-ajruplan(i),neħħiet l-ajruplan mill-AOC tagħha; u

(B)

L-ajruplan jinżamm skond il-programm ta' manutenzjoni approvat.

(4)

Wet lease-out

Operatur tal-Komunità li jipprovdi ajruplan u ekwipaġġ sħiħ lil entità oħra, skond ir-Regolament (KEE) Nru 2407/92, u li jżomm il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet kollha preskritti fis-sub parti C, għandu jibqa' l-operatur ta' l-ajruplan.

Appendiċi 1 għall-OPS 1.005(a)

Operazzjonijiet ta' ajruplani ta' klassi ta' eżekuzzjoni B.

(a)

Terminologija

(1)

Operazzjonijiet minn A sa A — It-tluq u l-inżul isiru fl-istess post.

(2)

Operazzjonijiet minn A sa B — It-tluq u l-inżul isiru f'postijiet differenti.

(3)

Il-Lejl — Is-sigħat ta' bejn it-tmiem ta' l-għabex ċivili ta' filgħaxija u l-bidu ta' l-għabex ċivili ta' filgħodu jew tali perjodu ieħor bejn inżul ix-xemx u t-tluq tagħha, skond kif jiġi preskritt mill-awtorità xierqa.

(b)

Operazzjonijiet, li għalihom japplika dan l-Appendiċi, jistgħu jsiru skond l-mitigazzjonijiet li ġejjin.

(1)

OPS 1.035 Sistema ta' Kwalità: Fil-każ ta' operatur żgħir ħafna, il-post ta' Maniġer tal-Kwalità jista' jinżamm minn okkupant maħtur jekk jintużaw awdituri barranin. Dan jgħodd ukoll fejn il-maniġer responsabbli ikun qiegħed jokkupa post wieħed jew diversi postijiet nominati.

(2)

Riżervat

(3)

OPS 1.075 Metodi għall-ġarr ta' persuni: Mhux meħtieġ għaloperazzjonijiet tat-tip VFR li jitwettqu minn ajruplan b'magna waħda.

(4)

OPS 1.100 Ammissjoni għal fuq il-gverta ta' l-ajruplan:

(i)

Operatur għandu jistabbilixxi -regoli għall-ġarr ta' passiġġiera f'siġġu pilota.

(ii)

Il-kmandant għandu jiżgura li;

(A)

Il-ġarr ta' passiġġiers f'siġġu pilota ma jikkawżax distrazzjoni u/jew jfixkel l-operat tat-titjira; u

(B)

Il-passiġġier li jkun qed jokkupa siġġu pilota ikun sar familjari mar-restrizzjonijiet u l-proċeduri ta' sigurtà rilevanti.

(5)

OPS 1.105 Ġarr mhux awtorizzat: Mhux meħtieġ għal operazzjonijiet tat-tip VFR li jsiru minn ajruplan b'magna waħda.

(6)

OPS 1.135 Informazzjoni addizzjonali u formoli li gћandhom jinġarru:

(i)

Gћal operazzjonijiet VFR minn A sa A li jsiru minn ajruplan b'magna waћda matul il-jum, ma hemmx għalfejn jinġarru d-dokumenti li ġejjin:

(A)

Il-Pjan Operattiv tat-Titjira;

(B)

Il-Ġurnal Tekniku ta' l-Ajruplan;

(Ċ)

Id-dokumenti għall-għoti ta' l-istruzzjonijiet ta' l-NOTAM/AIS;

(D)

Informazzjoni Meteoroloġika;

(E)

Notifikazzjoni dwar kategoriji speċjali ta' passiġġiera ... eċċ.; u

(F)

Notifikazzjoni dwar tagћbijiet speċjali inklużi oġġetti perikolużi... eċċ.

(ii)

Gћal l-operazzjonijiet VFR minn A sa B li jsiru minn ajruplan b'magna waћda matul il-jum, m'hemmx gћalfejn tinġarr in-notifika dwar kategoriji speċjali ta' passiġġiera kif spjegat fl-OPS 1.135 (a)(7).

(iii)

Gћal operazzjonijiet VFR minn A sa B li jsiru matul il-jum, il-Pjan Operattiv tat-Titjira jista' jkun f'forma semplifikata u gћandu jilћaq il-ћtiġiet tat-tip ta' operazzjoni.

(7)

OPS 1.215 L-Użu ta' Servizzi tat-Traffiku ta' l-Ajru: Gћal operazzjonijiet VFR li jsiru minn ajruplan b'magna waћda matul il-jum, gћandu jinżamm kuntatt mhux obbligatorju ma' l-ATS safejn ikun xieraq gћan-natura ta' l-operat. Servizzi ta' tiftix u salvataġġ gћandhom ikunu żgurati skond l-OPS 1.300.

(8)

OPS 1.225 Il-Valuri Minimi ta' l-Operat ta' Ajrudrom: Gћal operazzjonijiet VFR, il-valuri minimi ta' l-operat VFR standard normalment gћandhom ikopru dan ir-rekwiżit. Fejn ikun meћtieġ, l-operatur gћandu jispeċifika rekwiżiti addizzjonali waqt li jqis fatturi bћalma huma l-erja li tintlaћaq gћax-xandir bir-radju, it-terren, in-natura tas-siti gћat-tlugћ u l-inżul, il-kondizzjonijiet tat-titjira u l-kapaċità ta' l-ATS.

(9)

OPS 1.235 Proċeduri gћat-tnaqqis tas-storbju: Mhux applikabbli gћal operazzjonijiet VFR ta' ajruplan b'magna waћda.

(10)

OPS 1.240 Rotot u Żoni ta' l-Operat:

Is-sub-paragarfu (a)(1) ma japplikax gћal operazzjonijiet VFR minn A sa A ta' ajruplan b'magna waћda li jsiru matul il-jum.

(11)

OPS 1.250 l-istabiliment ta' l-altitudni minima tat-titjira:

Gћal operazzjonijiet VFR li jsiru matul il-jum, dan ir-rekwiżit huwa applikabbli kif ġej. Operatur gћandu jiżgura li l-operazzjonijiet isiru biss tul dawk ir-rotot jew f'dawk iż-żoni li gћalihom ikun jista' jinżamm clearance ta' terren li jkun mingћajr periklu u gћandu jqis fatturi bћalma huma t-temperatura, it-terren, kondizzjonijiet meteoroloġiċi mhux favorevoli (eż. taqlib tempestuż ta' l-ajru u kurrenti ta' l-arja li jinżlu 'l isfel, korrezzjonijiet gћat-temperatura u l-varjazzjonijiet tal-pressjoni minn valuri standard).

(12)

OPS 1.255 Il-Politika tal-karburant:

(i)

Gћal Titjiriet minn A sa A — Operatur gћandu jispeċifika l-kontenut minimu tal-karburant li bih gћandha tintemm it-titjira. Dan il-kontenut minimu ta' karburant, ir-riżerva finali, m'gћandux ikun inqas mill-ammont meћtieġ biex l-ajruplan itir gћall-perjodu ta' 45 minuta.

(ii)

Gћal titjiriet minn A sa B — Operatur gћandu jiżgura li l-kalkolazzjoni ta' qabel it-titjira tal-karburant li jistà jintuża u li jkun meћtieġ gћat- titjira tkun tinkludi;

(A)

Karburant użat gћas-sewqan ta' l-ajruplan — Il-Karburant li jintuża qabel it-tlugћ, jekk dan ikun wieћed sostanzjali; u

(B)

Karburant użat għat-titjira (Il-karburant meћtieġ biex tintlaħaq id-destinazzjoni); u

(Ċ)

Karburant ta' riżerva —

(1)

Karburant ta' kontinġenza —

Karburant li ma jkunx inqas minn 5 % tal-karburant għall-użu fit-titjira jew, fil-każ ta' ppjanar mill-ġdid matul titjira, 5 % tal-karburant għall-użu fit-titjira gћall-bqija tat-titjira; u

(2)

Karburant tar-riżerva finali —

Il-karburant meħtieġ biex l-ajruplan itir gћall-perjodu addizzjonali ta' 45 minuta (gћall-magni bil-pistuni) jew 30 minuta (magni bit-turbina); u

(D)

Karburant alternattiv —

Il-karburant meћtieġ biex l-ajruplan jilћaq alternattiv ta' destinazzjoni permezz ta' d-destinazzjoni, jekk alternattiv ta' destinazzjoni ikun meћtieġ.

(E)

Karburant żejjed —

Il-karbuant li l-kmandant ikun jeћtieġ barra dak li jkun meћtieġ skond is-sub-paragrafi (A) — (D) hawn fuq.

(13)

OPS 1.265 Ġarr ta' passiġġiera inammissibbli, persuni deportati jew persuni li jkunu taћt kustodja: Gћal operazzjonijiet VFR ta' ajruplan b'magna waћda u fejn ma jkunx intiż li fih jinġarru passiġġiera inammissibbli, persuni deporatati jew persuni li jkunu taћt kustodja, operatur ma jkunx meћtieġ li jistabbilixxi proċeduri gћall-ġarr ta' dawn il-passiġġiera.

(14)

OPS 1.280 Il-Postijiet tal-passiġġiera: Mhux applikabbli gћal operazzjonijiet VFR ta' ajruplan b'magna waћda.

(15)

OPS 1.285 Għoti ta' Informazzjoni lill-passiġġieri: Id-dimostrazzjoni u l-għoti ta' informazzjoni gћandhom jingћataw kif xieraq skond it-tip ta' operazzjonijiet. F'operazzjonijiet li jeħtieġu pilota wieћed, ma jistgħux jingћataw xogћolijiet lill-pilota li jistgħu jfixkluh/ifixkluha mit-twettiq tad-dmirijiet ta' titjir tiegћu/tagћha.

(16)

OPS 1.290 Tћejjija għat-Titjira:

(i)

Il-Pjan Operattiv tat-Titjira gћal operazzjonijiet minn A sa A — Mhux Meћtieġ.

(ii)

Operazzjonijiet minn A sa B taћt VFR li jsiru bi nhar — Operatur gћandu jiżgura li forma simplifikata ta' pjan operattiv tat-titjira li jkun rilevanti gћat-tip ta' operazzjoni gћandha titlesta gћal kull titjira.

(17)

OPS 1.295 L-Gћażla ta' l-ajrudrom:

Mhux applikabbli gћal operazzjonijiet VFR. L-istruzzjonijiet meћtieġa gћall-użu ta' l-ajrudromi u siti għat-tlugћ u għall-inżul gћandhom jinћarġu b'riferenza gћall-OPS 1.220.

(18)

OPS 1.310 Il-Membri ta' l-ekwipaġġ fil-postijiet tagћhom:

Gћal operazzjonijiet VFR, istruzzjonijiet fuq din il-kwistjoni huma meћtieġa biss fejn jitwettqu operazzjonijiet b'żewġ piloti.

(19)

OPS 1.375 Amministrazzjoni tal-karburant matul it-titjira:

L-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.375 mhux meћtieġ li jkun applikat gћal operazzjonijiet VFR li jitwettqu minn ajruplan ta' magna waћda bi nhar.

(20)

OPS 1.405 Il-Bidu u l-kontinwazzjoni ta' l-avviċinament:

Mhux applikabbli gћal operazzjonijiet VFR.

(21)

OPS 1.410 Proċeduri ta' l-operat — il-limitu ta' l-gћoli tal-qsim:

Mhux applikabbli gћal operazzjonijiet VFR.

(22)

OPS 1.430 sa 1.460, inklużi l-appendiċi:

Mhux applikabbli gћal operazzjonijiet VFR.

(23)

OPS 1.530 It-Tlugћ:

(i)

Is-sub-paragrafu (a) japplika biż-żjieda li ġejja. L-Awtorità tista', skond il-każ, taċċetta data dwar l-eżekuzzjoni oћra li tkun saret mill-operatur u tkun ibbażata fuq id-dimostrazzjoni u/jew l-esperjenza dokumentata. Is-sub-paragrafi (b) u (ċ) japplikaw biż-żjieda li ġejja. Fejn ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu ma jkunux jistgћu jintlaћqu minћabba limitazzjonijiet fiżiċi li jikkonċernaw l-estensjoni tar-'runway' u fejn ikun hemm interess pubbliku ċar u ћtieġa gћall-operazzjoni, l-Awtorità tista' taċċetta, skond il-każ, data dwar l-eżekuzzjoni oћra, li ma toћloqx kunflitt mal-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan fejn jikkonċerna proċeduri speċjali liema proċeduri jkunu ġew stabbiliti mill-operatur u li jkunu ġew ibbażata fuq id-dimostrazzjoni u/jew l-esperjenza dokumentata.

(ii)

Operatur li jkun jixtieq iwettaq operazzjonijiet skond is-sub-paragrafu (i) gћandu jkollu l-approvazzjoni minn qabel ta' l-Awtorità li toћroġ l-AOC. Din l-approvazzjoni gћandha:

(A)

Tispeċifika t-tip ta' l-ajruplan;

(B)

Tispeċifika t-tip ta' operazzjoni;

(Ċ)

Tispeċifika l-ajrudrom(i) u r-runways ikkonċernati;

(D)

Tillimita t-tlugћ li jsir taћt VMC;

(E)

Tispeċifika l-kwalifiki ta' l-ekwipaġġ, u

(F)

Tkun limitata gћal ajruplan fejn l-ewwel ċertifikat tat-tip ikun inћareġ gћall-ewwel darba qabel l-1 ta' Jannar 2005.

(iii)

L-operazzjoni trid tkun ġiet aċċettata mill-Istat li fih ikun jinstab l-ajrudrom.

(24)

OPS 1.535 Clearance ta' Ostaklu għat-Tlugћ — Ajruplan b'numru ta' magni:

(i)

Is-sub-paragrafi (a)(3), (a)(4), (a)(5), (b)(2), (ċ)(1), (ċ)(2) u l-Appendiċi ma japplikawx gћal operazzjonijiet VFR li jsiru bi nhar.

(ii)

Gћal operazzjonijiet IFR jew VFR li jsiru bi nhar, is-sub-paragrafi (b) u (ċ) japplikaw bil-varjazzjonijiet li ġejjin.

(A)

Il-gwida tal-kors viżwali titqies bћala waћda disponibbli meta l-viżibilità tat-titjira tkun 1 500 m jew iktar

(B)

Il-wisa' massima tal-kuritur tkun ta' 300 m meta l-viżibilità tat-titjira tkun 1500 m jew iktar.

(25)

OPS 1.545 Inżul — Destinazzjoni u Ajrudromi Alternattivi:

(i)

Il-paragrafu japplika biż-żjieda li ġejja. Fejn ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu ma jkunux jistgћu jintlaћqu minћabba limitazzjonijiet fiżiċi li jikkonċernaw l-estensjoni tar-runway u fejn ikun hemm interess pubbliku ċar u ћtieġa operattiva gћall-operazzjoni, l-Awtorità tista' taċċetta, skond il-każ, data dwar l-eżekuzzjoni oћra, li ma toћloqx kunflitt mal-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan fejn jikkonċerna proċeduri speċjali, liema proċeduri jkunu ġew stabbiliti mill-operatur u jkunu ġew ibbażati fuq id-dimostrazzjoni u/jew l-esperjenza dokumentata.

(ii)

Operatur li jkun jixtieq iwettaq operazzjonijiet skond is-sub-paragrafu (I) gћandu jkollu l-approvazzjoni minn qabel ta' l-awtorità li toћroġ l-AOC. Din l-approvazzjoni gћandha:

(A)

Tispeċifika t-tip ta' l-ajruplan;

(B)

Tispeċifika t-tip ta' operazzjoni;

(Ċ)

Tispeċifika l-ajrudrom(i) u r-runways ikkonċernati;

(D)

Tillimita l-avviċinament finali u l-inżul li jsir taћt VMC;

(E)

Tispeċifika l-kwalifiki ta' l-ekwipaġġ, u

(F)

Tkun limitata gћal ajruplan fejn iċ-ċertifikat tat-tip ikun inћareġ gћall-ewwel darba qabel l-1 ta' Jannar 2005.

(iii)

L-operazzjoni gћandha tkun aċċettata mill-Istat li fih ikun jinstab l-ajrudrom.

(26)

OPS 1.550 Inżul-Runways niexfa:

(i)

Il-paragrafu japplika biż-żjieda li ġejja. Fejn ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu ma jkunux jistgћu jintlaћqu minћabba limitazzjonijiet fiżiċi li jikkonċernaw l-estensjoni tar-runway u fejn ikun hemm interess pubbliku ċar u jkun hemm ћtieġa operattiva gћall-operazzjoni, l-Awtorità tista' taċċetta, skond il-każ, datadwar l-eżekuzzjoni oħra, li ma toћloqx kunflitt mal-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan, fejn jikkonċerna proċeduri speċjali, liema proċeduri jkunu ġew stabbiliti mill-operatur u jkunu ġew ibbażati fuq id-dimostrazzjoni u/jew l-esperjenza dokumentata.

(ii)

Operatur li jkun jixtieq iwettaq operazzjonijiet skond is-sub-paragrafu (i) gћandu jkollu l-approvazzjoni minn qabel ta' l-Awtorità li toћroġ l-AOC. Din l-approvazzjoni gћandha:

(A)

Tispeċifika t-tip ta' l-ajruplan;

(B)

Tispeċifika t-tip ta' l-operazzjoni;

(Ċ)

Tispeċifika l-ajrudrom(i) u r-runways ikkonċernati;

(D)

Tillimita l-avviċinament finali u l-inżul li jsir taћt VMC;

(E)

Tispeċifika l-kwalifiki ta' l-ekwipaġġ; u

(F)

Tkun limitata gћal ajruplan fejn l-ewwel ċertifikat tat-tip ikun inћareġ qabel l-1 ta' Jannar 2005.

(iii)

L-operazzjoni gћandha tiġi aċċettata mill-Istat li fih ikun jinstab l-ajrudrom.

(27)

Riżervata

(28)

OPS 1.650 Operazzjonijiet VFR li jsiru bi nhar:

Il-paragrafu 1.650 japplika biż-żjieda li ġejja. Ajruplan b'magna waћda, li għalihom ikun inħareġ gћall-ewwel darba ċertifikat ta' adegwatezza għat-titjir individwali qabel it-22 ta' Mejju 1995, jistgћu jiġu eżentati mir-rekwiżiti tas-sub-paragrafi (f), (g), (h) u (i) mill-Awtorità jekk t-twettieq jkun jeћtieġ modifikazzjoni.

(29)

Il-Parti M, paragrafu M.A.704, l-Espożizzjoni Kontinwa tal-Ġestjoni ta' l-Adegwatezza għat-Titjir:

L-Espożizzjoni Kontinwa tal-Ġestjoni ta' l-Adegwatezza għat-Titjir tistà tiġi adattata għall-operazzjoni li trid titwettaq

(30)

Il-Parti M, paragrafu M. A. 306, Il-Ġurnal Tekniku ta' l-Ajruplan:

L-Awtorità tista' tapprova forma mqassra tas-Sistema tal-Ġurnal Tekniku, li tkun rilevanti gћat-tip ta' operazzjoni li trid titwettaq.

(31)

OPS 1.940 Il-Kompożizzjoni ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira:

Is-sub-paragrafi (a)(2), (a)(4), u (b) mhumiex applikabbli gћal operazzjonijiet VFR li jsiru bi nhar, ћlief li l-paragrafu (a)(4) gћandu jkun applikat b'mod sћiћ fejn ikunu meћtieġa 2 piloti skond l-OPS 1.

(32)

OPS 1.945 Taћriġ ta' konverżjoni u ta' verifika:

(i)

Is-sub-paragrafu (a)(7) — Titjir fuq linja taћt sorveljanza (LIFUS) tista' titwettaq fuq kwalunkwe ajruplan fil-limiti tal-klassi applikabbli. L-ammont ta' LIFUS meћtieġ jiddependi mill-komplessità ta' l-operazzjonijiet li jridu jitwettqu.

(ii)

Is-sub-paragrafu (a)(8) mhux meћtieġ.

(33)

OPS 1.955 Il-Ħatra bћala kmandant:

Is-sub-paragrafu (b) japplika kif ġej. L-Awtorità tista' taċċetta kors ta' kmand f'format imqassar li jkun rilevanti gћat-tip ta' operazzjoni li trid issir.

(34)

OPS 1.960 Il-Kmandanti li jkollhom Liċenzja ta' Pilota Kummerċjali

Is-sub-paragrafu (a)(1)(i) mhuwiex applikabbli gћal operazjonijiet VFR li jsiru bi nhar.

(35)

OPS 1.965 Taћriġ u verifikar rikurrenti:

(i)

Is-sub-paragrafu (a)(1) gћandu jkun applikat kif ġej gћal operazzjonijiet VFR li jsiru bi nhar. It-taћriġ u l-verifiki kollha gћandhom ikunu rilevanti gћat-tip ta' operazzjoni u għall-klassi ta' l-ajruplan li fuqu l-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jopera waqt li jitqies kwalunkwe tagћmir speċjalizzat li jintuża.

(ii)

Is-sub-paragrafu (a)(3(ii) gћandu japplika kif ġej. Taћriġ fl-ajruplan jista' jsir minn Eżaminatur li jikklassifika l-Klassi (CRE), minn Eżaminatur tat-Titjira (FE) jew minn Eżaminatur li jikklassifika t-Tip (TRE).

(iii)

Is-sub-paragrafu (a)(4)(i) japplika kif ġej. Il-verifika tal-profiċjenza ta' l-operatur tista' ssir minn Eżaminatur li jikklassifika t-Tip (TRE), minn Eżaminatur li jikklassifika l-Klassi (CRE) jew minn kmandant kwalifikat kif xieraq li jinћatar mill-operatur u li jkun aċċettat mill-Awtorità, li jkun imћarreġ f'kunċetti ta' CRM u fl-evalwazzjoni ta' ћiliet ta' CRM.

(iv)

Is-sub-paragrafu (b)(2) gћandu japplika kif ġej gћal operazzjonijiet VFR li jsiru bi nhar. F'dawk il-każijiet fejn l-operazzjonijiet isiru matul staġuni li ma jkunux itwal minn 8 xhur konsekuttivi, il-verifika tal-profiċjenza ta' operatur wieћed tkun biżżejjed. Din il-verifika tal-profiċjenza gћandha ssir qabel ma jibdew l-operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru.

(36)

OPS 1.968 Il-kwalifika tal-pilota gћal kull wieћed mis-siġġijiet tal-pilota:

L-Appendiċi 1 ma japplikax gћal operazzjonijiet VFR li jsiru minn ajruplan b'magna waћda bi nhar.

(37)

OPS 1.975 Ir-Rotta u l-Kompetenza ta' l-Ajrudrom:

(i)

Gћal operazzjonijiet VFR li jsiru bi nhar, is-sub-paragrafi (b), (ċ) u (d) ma japplikawx, ћlief li l-operatur gћandu jiżgura li fil-każijiet fejn ikun meћtieġ permess speċjali mill-Istat fejn jinstab l-ajrudrom, ir-rekwiżiti assoċjati gћandhom ikunu osservati.

(ii)

Gћal operazzjonijiet IFR jew VFR li jsiru bil-lejl, bћala alternattiva gћas-sub-paragrafi (b) — (d), ir-rotta u l-kompetenza ta' l-ajrudrom jistgћu jiġu validati mill-ġdid kif ġej:

(A)

Ħlief gћal operazzjonijiet diretti lejn l-iktar ajrudromi diffiċli, billi jintemmu mill-inqas 10 setturi fiż-żona ta' l-operat matul it-12-il xahar ta' qabel flimkien ma' kwalunkwe tagħlim ta' informazzjoni meħtieġ.

(B)

Operazzjonijiet lejn l-iktar ajrudromi diffiċli jistgћu jsiru biss jekk

(1)

Il-kmandant ikun ġie kwalifikat fl-ajrudrom matul is-36 xahar ta' qabel bi żjara bћala membru operattiv ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jew inkella bћala osservatur;

(2)

L-avviċinament isir fi VMC mill-altitudni minima tas-settur li tkun applikabbli; u

(3)

jkun sar tagħlim ta' informazzjoni qabel it-titjira.

(38)

OPS 1.980 Iktar minn tip jew varjant wieћed:

(i)

Ma japplikax jekk operazzjonijiet ikunu limitati gћalklassijiet ta' ajruplan b'magna bil-pistuni li huma misjuqa minn pilota wieћed u li joperaw taћt VFR bi nhar.

(ii)

Gћal operazzjonijiet IFR u VFR li jsiru bil-lejl, ir-rekwiżiti fl-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.980, is-sub-paragrafu (d)(2)(i) gћal 500 siegћa fil-pożizzjoni ta' l-ekwipaġġ rilevanti qabel ma jkunu eżerċitati l-privileġġi ta' l-iffirmar ta' żewġ liċenzji, gћandu jitnaqqas gћal 100 siegћa jew setturi jekk waћda mill-firem tkun relatata ma' klassi. Titjira ta' verifika gћandha titlesta qabel ma l-pilota jkun mogħti d-dritt li jikseb dmirijiet bћala Kmandant.

(39)

OPS 1.981 It-Tћaddim ta' ħelikoptri u ajruplan:

Is-sub-paragrafu (a)(1) ma japplikax jekk l-operazzjonijiet ikunu limitati gћall-klassijiet ta' ajruplan li jaћdmu b'magna bil-pistuni u jinstaqu minn pilota wieћed.

(40)

Riżervat

(41)

OPS 1.1060 Il-Pjan Operattiv tat-Titjira:

Mhux meћtieġ gћal operazzjonijiet VFR minn A sa A li jsiru bi nhar. Gћal operazzjonijiet VFR li jsiru minn A sa B bi nhar, ir-rekwiżit applikabli iżda l-pjan tat-titjira jista' jkun f'forma simplifikata li tkun rilevanti gћat-tip ta' operazzjonijiet li jsiru. (ara OPS 1.135).

(42)

OPS 1.1070 L-Issoktar ta' l-Espożizzjoni dwar il-Ġestjoni ta' l-Adegwatezza għat-Titjir

L-Issoktar ta' l-Espożizzjoni dwar il-Ġestjoni ta' l-Adegwatezza għat-Titjir jista' jiġi adattat skond l-operazzjoni li tkun sejra ssir.

(43)

OPS 1.1071 Il-Ġurnal Tekniku ta' l-Ajruplan:

Japplika kif muri fil-Parti M, paragrafu M. A. 306.

(44)

Riżevat

(45)

Riżervat

(46)

OPS 1.1240 Programmi ta' taћriġ:

Il-programmi ta' taћriġ gћandhom ikunu adattati skond it-tip ta' operazzjonijiet li jitwettqu. Programm ta' taћriġ fejn persuna titgћallem waћedha jista' jiġi aċċettat gћal operazzjonijiet VFR.

(47)

OPS 1.1250 Il-Lista ta' verifika gћall-proċedura ta' tiftix ta' ajruplan:

Ma japplikax gћaloperazzjonijiet VFR li jsiru bi nhar.

Appendiċi 1 gћall-OPS 1.125

Id-Dokumenti li gћandhom jinġarru

Ara OPS 1.125

Fil-każ li d-dokumenti speċifikati fl-OPS 1.125 jintilfu jew jinsterqu, l-operazzjoni titћalla tkompli sakemm it-titjira tilћaq il-bażi jew post fejn ikun jista' jingћata dokument ta' sostituzzjoni.

SUB-PARTI Ċ

ĊERTIFIKAZZJONI U SORVELJANZA TA' L-OPERATUR

OPS 1.175

Regoli Ġenerali gћaċ-Ċertifikazzjoni ta' l-Operatur ta' l-Ajru

Nota 1: L-Appendiċi 1 gћal dan il-paragrafu jispeċifika l-kontenut u l-kondizzjonijiet ta' l-AOC.

Nota 2: L-Appendiċi 2 gћal dan il-paragrafu jispeċifika r-rekwiżiti tal-Ġestjoni u l-organizzazzjoni.

(a)

Operatur m'gћandux iћaddem ajruplan gћall-ġarr kummerċjali bl-ajru ћlief taћt, u skond it-termini u l-kondizzjonijiet ta' Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru (AOC).

(b)

Applikant gћal AOC, jew gћal varjazzjoni ta' AOC, gћandu jippermetti lill-Awtorità biex teżamina l-aspetti kollha tas-sigurtà ta' l-operazzjoni proposta.

(ċ)

Applikant gћal AOC gћandu:

(1)

Ma jkollux AOC maћruġ minn Awtorità oћra sakemm ma jkunx approvat speċifikament mill-Awtoritajiet ikkonċernati;

(2)

Ikollu l-post ewlieni tan-negozju tiegћu, jekk dan għandu,u l-uffiċċju reġistrat tiegћu fl-Istat li jkun responsabbli li joћroġ l-AOC;

(3)

Jissodisfa lill-Awtorità li hu kapaċi jwettaq operazzjonijiet bla periklu.

(d)

Jekk operatur ikollu ajruplan reġistrati fi Stati Membri differenti, gћandhom isiru arranġamenti xierqa biex tkun żgurata s-sorveljanza tas-sigurtà li tkun xierqa.

(e)

Operatur gћandu jagћti lill-Awtorità l-aċċess gћall-organizzazzjoni u għall-ajruplan tiegћu u gћandu jiżgura li, fejn jikkonċerna l-manutenzjoni, jingћata aċċess wkoll gћal kwalunkwe organizzazzjoni ta' manutenzjoni Parti–145 assoċjata, biex tkun stabbilita l-konformità ssoktata ma' l-OPS 1.

(f)

AOC jista' jvarja, ikun sospiż jew revokat jekk l-Awtorità ma tkunx aktar sodisfatta li l-operatur ikun jista' jżomm livell gћoli ta' operazzjonijiet bla periklu.

(g)

L-operatur gћandu jissodisfa lill-Awtorità li;

(1)

L-organizzazzjoni u l-ġestjoni tiegћu jkunu xierqa u ta' livell għoli biżżejjed biex ilaħqu ma' l-iskala u l-ambitu ta' l-operazzjoni; u

(2)

Il-proċeduri gћas-sorveljanza ta' l-operazzjonijiet ikunu ġew definiti.

(h)

L-operatur gћandu jkun ћatar maniġer responsabbli li jkun aċċettat mill-Awtorità u li jkollu biżżejjed għarfien korporattiv biex b'hekk ikun jistà jiżgura li l-operazzjonijiet u l-attivitajiet ta' manutenzjoni kollha jkunu jistgћu jiġu ffinanzjati u mwettqa skond l-istandard meћtieġ mill-Awtorità.

(i)

L-operatur gћandu jkun ћatar persuni, li jkunu aċċettati mill-Awtorità, li jkunu responsabbli mill-ġestjoni u s-sorveljanza ta' l-oqsma li ġejjin,

(1)

L-operazzjonijiet tat-titjir;

(2)

Is-sistema ta' manutenzjoni;

(3)

It-taћriġ ta' l-ekwipaġġ; u

(4)

L-operazzjonijiet ta' fuq l-art.

(j)

Persuna tista' tokkupa iktar minn kariga waћda jekk dan ikun aċċettabbli gћall-Awtorità iżda, gћall-operaturi li jimpjegaw 21 jew aktar ћaddiem ‘full-time’, numru minimu ta' żewġ persuni huma meћtieġa biex ikopru l-erba' oqsma ta' responsabbiltà.

(k)

Gћall-operaturi li jimpjegaw 20 jew inqas ћaddiem ‘full-time’, wieћed jew aktar mill-karigi maћtura jistgћu jimtlew mill-maniġer responsabbli jekk dan ikun aċċettabbli gћall-Awtorità.

(l)

L-operatur gћandu jiżgura li kull titjira ssir skond id-dispożizzjonijiet tal-Manwal ta' Tћaddim.

(m)

L-operatur gћandu jagћmel l-arranġamenti xierqa gћall-faċilitajiet ta' l-immaniġġjar fuq l-art biex ikun żgurat l-immaniġġjar bla periklu tat-titjiriet tiegћu.

(n)

L-operatur gћandu jiżgura li l-ajruplan tiegћu jkunu mgћammra u li l-ekwipaġġ tiegћu jkun kwalifikat, skond kif meћtieġ gћall-qasam u għat-tip ta' operazzjoni.

(o)

L-operatur gћandu jkun konformi mar-rekwiżiti ta' manutenzjoni, skond il-Parti M, gћall-ajruplan kollha li jitћaddmu taћt it-termini ta' l-AOC tiegћu.

(p)

L-operatur gћandu jipprovdi l-Awtorità b'kopja tal-Manwal ta' Tћaddim, kif speċifikat fis-Sub-parti P u bl-emendi u bir-reviżjonijiet kollha li jsiru gћal dan.

(q)

Fil-bażi operattiva ewlenija, l-operatur gћandu jżomm faċilitajiet operattivi ta' appoġġ, liema faċilitajiet jkunu xierqa skond il-qasam u t-tip ta' operazzjoni.

OPS 1.180

Il-Ħruġ, il-varjazzjoni u t-tkomplija tal-validità ta' l-AOC

(a)

Operatur m'gћandux jinћariġlu AOC, jew varjazzjoni ta' AOC, u li dak l-AOC ma jibqax aktar validu sakemm:

(1)

L-Ajruplan li jitћaddmu jkollhom Ċertifikat standard ta' Adegwatezza għat-Titjir li jkun inћareġ skond ir-Regolament (KEE) Nru 1702/2003 tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għall-għoti ta' ċertifikat li jingħata biex jassigura l-adegwatezza għat-titjir u għall-għoti ta' ċertifikat ambjentali ta' inġenju ta' l-ajru u prodotti relatati, partijiet u għoddod, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (2) minn Stat Membru. Ċertifikati standard ta' adegwatezza għat-titjir li jkunu nћarġu minn Stat Membru li mhuwiex l-Istat responsabbli gћall-ћruġ ta' l-AOC, gћandhom ikunu aċċettati mingћajr ma jintwera iżjed meta dawn intħarġu skond il-Parti 21;

(2)

Is-sistema ta' manutenzjoni gћandha tkun ġiet approvata mill-Awtorità skond il-Parti M,is-Sub-Parti G; u

(3)

Ikun issodisfa lill-Awtorità li jkollu l-ћila li:

(i)

Jistabbilixxi u jżomm organizzazzjoni xierqa;

(ii)

Jistabbilixxi u jżomm sistema ta' kwalità skond l-OPS 1.035;

(iii)

Ikun konformi mal-programmi ta' taћriġ meћtieġa;

(iv)

Ikun konformi ma' rekwiżiti ta' manutenzjoni, li jkunu konsistenti man-natura u l-limitu ta' l-operazzjonijiet speċifikati, inklużi l-punti rilevanti preskritti fl-OPS 1.175 (g) sa (o); u

(v)

Ikun konformi ma' l-OPS 1.175.

(b)

Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-OPS 1.185 (f), l-operatur gћandu jinnotifika lill-Awtorità kemm jista' jkun malajr dwar kwalunkwe bidliet li jsiru fir-rigward ta' l-informazzjoni li tkun ingħatat skond l-OPS 1.185(a) hawn taћt.

(c)

Jekk l-Awtorità ma tkunx sodisfatta li r-rekwiżiti tas-sub-paragrafu (a) hawn fuq ikunu ntlaћqu, l-Awtorità tista' titlob li ssir titjira waћda jew aktar ta' dimostrazzjoni li gћandhom jitћaddmu daqslikieku dawn kienu titjiriet ta' trasport kummerċjali bl-ajru.

OPS 1.185

Ir-rekwiżiti amministrattivi

(a)

L-operatur gћandu jiżgura li t-tagћrif li ġej ikun inkluż fl-applikazzjoni inizjali gћal AOC u, fejn ikun applikabbli, gћal kwalunkwe varjazzjoni jew tiġdid li tkun saret applikazzjoni għaliha:

(1)

L-isem uffiċjali u l-isem tan-negozju, l-indirizz u l-indirizz postali ta' l-applikant;

(2)

Deskrizzjoni ta' l-operazzjoni proposta;

(3)

Deskrizzjoni ta' l-organizzazzjoni ta' ġestjoni;

(4)

L-isem tal-maniġer responsabbli;

(5)

L-ismijiet ta' dawk li għandhom ta' l-ogћla karigi, inklużi dawk responsabbli gћat-tћaddim tat-titjiriet, is-sistema tal-manutenzjoni, it-taћriġ ta' l-ekwipaġġ u l-operazzjonijiet ta' fuq l-art flimkien mal-kwalifiki u l-esperjenzi tagћhom; u

(6)

Il-Manwal tat-Tћaddim.

(b)

Fejn jikkonċerna biss is-sistema ta' manutenzjoni ta' l-operatur, l-informazzjoni li ġejja gћandha tkun inkluża fl-applikazzjoni inizjali gћal AOC u, fejn ikun applikabbli, gћal kwalunkwe varjazzjoni jew tiġdid li tkun saret applikazzjoni għaliha, u gћal kull tip ta' ajruplan li gћandu jitћaddem:

(1)

L-issoktar ta' l-espożizzjoni tal-ġestjoni ta' l-adegwatezza għat-titjir ta' l-operatur;

(2)

Il-programm(i) ta' manutenzjoni ta' l-ajruplan ta' l-operatur;

(3)

Il-Ġurnal tekniku ta' l-ajruplan;

(4)

Fejn hu xieraq, l-ispeċifikazzjoni(jiet) teknika(tekniċi) tal-kuntratt(i) ta' manutenzjoni bejn l-operatur u kwalunkwe organizzazzjoni ta' manutenzjoni Parti–145 li tkun approvata;

(5)

In-numru ta' ajruplan.

(c)

L-applikazzjoni gћall-ћruġ inizjali ta' AOC gћandha tintbagћat mill-inqas 90 jum qabel id-data ta' l-operazzjoni ppjanata, ћlief li l-Manwal tat-Tћaddim jistà jintbagћat aktar tard iżda mhux inqas minn 60 jum qabel id-data ta' l-operazzjoni ppjanata.

(d)

L-applikazzjoni gћall-varjazzjoni ta' AOC gћandha tintbagћat mill-inqas 30 jum, jew skond kif ikun miftiehem, qabel id-data ta' l-operazzjoni ppjanata.

(e)

L-applikazzjoni gћat-tiġdid ta' AOC gћandha tintbagћat mill-inqas 30 jum, jew skond kif jiġi miftiehem, qabel it-tmiem tal-perjodu eżistenti ta' validità.

(f)

Ħlief f'każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali, l-Awtorità gћandha tingћata avviż ta' mill-inqas 10 ijiem minn qabel fejn ikun hemm proposta għal tibdil ta' persuna maћtura għal kariga.

Appendiċi 1 gћall-OPS 1.175

Il-Kontenut u l-kondizzjonijiet taċ-Ċertifikat ta' l-Operatur ta' l-Ajru

AOC gћandu jispeċifika:

(a)

L-isem u l-post (il-post ewlieni tan-negozju) ta' l-operatur;

(b)

Id-data tal-ћruġ u l-perjodu tal-validità;

(c)

Deskrizzjoni tat-tip ta' l-operazzjonijiet awtorizzati;

(d)

It-tip(i) ta' ajruplan(i) awtorizzati gћall-użu;

(e)

Il-marki tar-reġistrazzjoni ta' l-ajruplan(i) awtorizzat(i), ћlief li l-operaturi jkunu jistgћu jiksbu approvazzjoni gћal sistema biex biha jgћarrfu lill-Awtorità dwar il-marki tar-reġistrazzjoni gћall-ajruplan li jkunu qed jitћaddmu taћt l-AOC tagћha;

(f)

L-oqsma awtorizzati ta' l-operazzjoni;

(g)

Limitazzjonijiet speċifiċi; u

(h)

Awtorizzazzjonijiet/approvazzjonijiet speċifiċi bħalma huma:

CAT II/CAT III (inklużi l-valuri minimi approvati)

(MNPS) Speċifikazzjonijiet Minimi ta' l-Eżekuzzjoni tan-Navigazzjoni

(ETOPS) Ajruplan b'żewġ magni li joperaw fuq Medda Estiża

(RNAV) Navigazzjoni taż-żona

(RVSM) Separazzjoni Vertikali Imnaqqsa Minima

Trasport ta' Oġġetti Perikolużi.

Awtorizzazzjoni biex l-ekwipaġġ tal-kabina jingћata taћriġ tas-sigurtà inizjali u, jekk ikun applikabbli, biex tinћareġ id-dikjarazzjoni msemmija fis-Sub-parti O, gћal dawk l-operaturi li jipprovdu dan it-taћriġ direttament jew indirettament.

Appendiċi 2 gћall-OPS 1.175

Il-ġestjoni u l-organizzazzjoni ta' possessur ta' AOC

(a)

Ġenerali

Operatur gћandu jkollu struttura ta' ġestjoni soda u effettiva biex jiżgura t-twettiq bla periklu ta' operazzjonijiet bl-ajru. Il-persuni maћtura f'karigi gћandu jkollhom kompetenza maniġerjali flimkien ma' kwalifiki tekniċi/operattivi xierqa fl-avjazzjoni.

(b)

Il-Persuni maћtura f'karigi

(1)

Għandha tinsab fil-Manwal tat-tħaddim id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet u tar-responsabbiltajiet tal-persuni maћtura f'karigi, inklużi l-ismijiet tagћhom, u l-Awtorità gћandha tingћata avviż bil-miktub dwar kwalunkwe bidliet maћsuba jew li jkunu twettqu fir-rigward ta' ћatriet jew ta' funzjonijiet.

(2)

L-operatur gћandu jagћmel arranġamenti biex jiżgura l-kontinwità tas-sorveljanza fin-nuqqas ta' persuni maћtura f'ċerti karigi.

(3)

Persuna li tinћatar f'kariga mill-possessur ta' AOC m'gћandux jinћatar f'kariga mill-possessur ta' kwalunkwe AOC ieћor, sakemm dan ikun aċċettabbli gћall-Awtoritajiet ikkonċernati.

(4)

Il-persuni li jinћatru f'kariga gћandhom jingħataw kuntratt biex jaћdmu sigћat biżżejjed biex iwettqu l-funzjonijiet ta' ġestjoni assoċjati ma' l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni ta' l-operazzjoni.

(c)

L-Adegwatezza u s-sorveljanza tal-persunal

(1)

Membri ta' l-ekwipaġġ. L-operatur gћandu jћaddem numru biżżejjed ta' ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina gћall-operazzjoni ppjanata, liema ekwipaġġ ikun imћarreġ u verifikat skond is-Sub-parti N u s-Sub-parti O kif xieraq.

(2)

Persunal ta' fuq l-art

(i)

In-numru ta' persunal li jaћdmu fuq l-art jiddependi min-natura u l-iskala ta' l-operazzjonijiet. Id-dipartimenti ta' l-operazzjonijiet u ta' l-immaniġġjar fuq l-art, b'mod partikolari, gћandhom ikollhom persunal mћarreġ li għandu gћarfien sћiћ dwar id-dmirijiet tagћhom fl-organizzazzjoni.

(ii)

Operatur li jagħti ċerti servizzi f'appatt lil organizzazzjonijiet oћrajn, jibqà responsabbli miż-żamma ta' standards xierqa. F'dawn iċ-ċirkostanzi, persuna maћtura f'kariga gћandu jkollha d-dmir li tiżgura li kwalunkwe kuntrattur li jkun impjegat jilħaq l-istandards meћtieġa.

(3)

Sorveljanza

(i)

In-numru ta' kontrolluri li gћandhom jinћatru jiddependi mill-istruttura ta' l-operatur u n-numru ta' persunal impjegat.

(ii)

Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ta' dawn il-kontrolluri gћandhom ikunu definiti, u gћandhom isiru l-arranġamenti meћtieġa, fejn jikkonċerna kwalunkwe rabtiert ta' titjiriet, biex dawn ikunu jistgћu jwettqu r-responsabbiltajiet tagћhom ta' sorveljanza.

(iii)

Is-sorveljanza tal-membri ta' l-ekwipaġġ u tal-persunal ta' fuq l-art gћandha ssir minn persuni li jkollhom l-esperjenza u kwalitajiet personali biżżejjed biex tkun żgurata l-kisba ta' l-istandards speċifikati fil-manwal tat-tћaddim.

(d)

Faċilitajiet ta' l-akkommodazzjoni

(1)

L-operatur gћandu jiżgura li l-ispazju ta' ћidma disponibbli f'kull bażi ta' operat ikun biżżejjed gћall-persunal kkonċernat mas-sigurtà ta' l-operazzjonijiet bl-ajru. Gћandhom jitqiesu l-ћtiġiet tal-persunal ta' fuq l-art, ta' dawk ikkonċerati mill-kontroll operattiv, mill-ћażna u l-wiri ta' reġistri essenzjali, u mill-ippjanar tat-titjira mill-ekwipaġġi.

(2)

Is-servizzi ta' l-uffiċċju gћandhom ikunu kapaċi, mingћajr dewmien, li jqassmu struzzjonijiet operattivi u tagћrif ieћor lil dawk kollha kkonċernati.

(e)

Dokumenti

L-operatur gћandu jagћmel arranġamenti gћall-produzzjoni ta' manwali, emendi u dokumenti oћra.

SUB-PARTI D

PROĊEDURI OPERATTIVI

OPS 1.195

Kontroll Operattiv

Operatur gћandu:

(a)

Jistabilixxi u jżomm metodu biex iwettaq kontroll operattiv approvat mill-Awtorità; u

(b)

Jeżerċita kontroll operattiv fuq kwalunkwe titjira li titћaddem taћt it-termini ta' l-AOC tiegћu.

OPS 1.200

Il-Manwal tat-tћaddim

Operatur gћandu jipprovdi Manwal tat-Tћaddim skond is-Sub-parti P gћall-użu u l-gwida tal-persunal ta' l-operazzjonijiet.

OPS 1.205

Il-Kompetenza tal-persunal ta' l-operazzjonijiet

Operatur gћandu jiżgura li l-persunal kollu assenjati gћal, jew li jkun involut direttament, fl-operazzjonijiet ta' fuq l-art u ta' l-ajru jkunu mћarrġa kif xieraq, ikunu wrew il-ћiliet tagћhom fid-dmirijiet partikolari tagћhom u jkunu konxji mir-responsabbiltajiet tagћhom u mir-relazzjoni ta' dawn id-dmirijiet ma' l-operazzjoni kollha.

OPS 1.210

Id-Determinazzjoni tal-proċeduri

(a)

Gћal kull tip ta' ajruplan, operatur gћandu jistabblixxi proċeduri u struzzjonijiet li fihom ikun hemm id-dmirijiet tal-persunal ta' fuq l-art u tal-membri ta' l-ekwipaġġ gћat-tipi kollha ta' operazzjonijiet li jsiru fuq l-art u waqt it-titjira.

(b)

Operatur gћandu jistabbilixxi sistema ta' lista ta' verifika li gћandha tintuża mill-membri ta' l-ekwipaġġ fil-fażijiet kollha ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplan taћt kondizzjonijiet normali, anormali u ta' emerġenza kif applikabbli, biex ikun żgurat li l-proċeduri operattivi fil-Manwal tat-Tћaddim ikunu segwiti.

(ċ)

Operatur m'gћandux jobbliga membru ta' l-ekwipaġġ biex iwettaq kwalunkwe attività matul fażijiet kritiċi tat-titjira gћajr dawk meћtieġa gћat-tћaddim bla periklu ta' l-ajruplan.

OPS 1.215

L-Użu ta' Servizzi tat-Traffiku ta' l-Ajru

Operatur gћandu jiżgura li s-Servizzi tat-Traffiku ta' l-Ajru jintużaw gћat-titjiriet kollha kull meta dawn ikunu disponibbli

OPS 1.216

Struzzjonijiet Operattivi ta' fuq it-Titjira

Operatur gћandu jiżgura li l-istruzzjonijiet operattivi ta' fuq it-titjira tiegħu, li jinvolvu bidla fil-pjan tat-traffiku ta' l-ajru tat-titjira, gћandhom, fejn ikun prattiku, ikunu kkoordinati ma' l-Unità tas-Servizz tat-Traffiku ta' l-Ajru xierqa qabel it-trasmissjoni lejn ajruplan.

OPS 1.220

Awtorizzazzjoni ta' Ajrudromi mill-Operatur

Operatur gћandu jawtorizza biss l-użu ta' ajrudrommi li jkunu adattati gћat-tip(i) ta' ajruplan(i) u operazzjoni(jiet) ikkonċernati.

OPS 1.225

Valuri Operattivi Minimi ta' Ajrudrom

(a)

Operatur gћandu jispeċifika l-valuri operattivi minimi ta' ajrudrom, stabbiliti skond l-OPS 1.430 gћal kull tluq, destinazzjoni jew ajrudrom alternattiv li jkun ġie awtorizzat biex jintuża skond l-OPS 1.220.

(b)

Kwalunkwe inkrement impost mill-Awtorità gћandu jiżdied mal-valuri minimi speċifikati skond is-sub-paragrafu (a) hawn fuq.

(c)

Il-valuri minimi gћal tip speċifiku ta' avviċinament u proċedura ta' nżul jitqiesu applikabbli jekk:

(1)

It-tagћmir ta' fuq l-art muri fuq il-karta rispettiva meћtieġa gћall-proċedura maћsuba ikun operattiv;

(2)

Is-sistemi ta' l-ajruplan meћtieġa gћat-tip ta' avviċinament ikunu operattivi;

(3)

Il-kriterji meћtieġa ta' eżekuzzjoni ta' ajruplan ikunu ntlaћqu; u

(4)

L-ekwipaġġ ikun kwalifikat kif suppost.

OPS 1.230

Proċeduri ta' tluq u ta' avviċinament ta' l-istrument

(a)

Operatur gћandu jiżgura li l-proċeduri ta' tluq u ta' avviċinament ta' l-istrument, stabbiliti mill-Istat li fih ikun jinstab l-ajrudrom, jintużaw.

(b)

Minkejja s-sub-paragrafu (a) hawn fuq, kmandant jista' jaċċetta kklerjar ta' ATC biex dan ikun jista' jiddevja minn rotta ta' tluq jew wasla ppubblikata, sakemm jitћarsu l-kriterji ta' l-ikklerjar ta' l-ostakli u jkunu tqiesu b'mod sћiћ il-kondizzjonijiet tat-tћaddim. L-avviċinament finali gћandu jittajjar viżwalment jew skond il-proċedura stabbilita ta' l-avviċinament ta' l-istrument.

(ċ)

Proċeduri differenti gћal dawk meћtieġa biex jintużaw skond is-sub-paragrafu (a) hawn fuq jistgћu jkunu implimentati biss minn operatur sakemm dawn ikunu ġew approvati mill-Istat li fih jinstab l-ajrudrom, jekk meћtieġ, u sakemm dawn ikunu aċċettati mill-Awtorità.

OPS 1.235

Il-Proċeduri tat-Tnaqqis tal-Ħoss

(a)

Operatur gћandu jistabilixxi proċeduri operattivi biex jitnaqqas il-ћoss matul l-operazzjonijiet ta' titjir ta' l-istrument skond l-ICAO PANS OPS il-Volum 1 (Dok 8168–OPS/611).

(b)

Il-proċeduri tat-tlugћ li jikkonċernaw it-tnaqqis tal-ћoss li jkunu ġew speċifikati minn operatur gћal kwalunkwe ajruplan gћandhom ikunu l-istess gћall-ajrudromi kollha.

OPS 1.240

Ir-Rotot u ż-żoni ta' l-operazzjoni

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-operazzjonijiet isiru biss tul dawk ir-rotot jew f'dawk iż-żoni, li għalihom:

(1)

Iikun hemm ipprovduti faċilitajiet u servizzi ta' fuq l-art, inklużi servizzi meteoroloġiċi, li jjkunu xierqa għall-operazzjoni ppjanata;

(2)

L-eżekuzzjoni ta' l-ajruplan intiż li jintuża tkun xierqa biex tilħaq ir-rekwiżiti minimi ta' l-altitudni ta' titjira;

(3)

It-tagħmir ta' l-ajruplan intiż li jintuża jkun jilħaq ir-rekwiżiti minimi għall-operazzjoni ppjanata;

(4)

Il-mapep u l-karti xierqa jkunu disponibbli (irreferi għal OPS 1.135 (a)(9));

(5)

Jekk jintużaw ajruplan b'żewġ magni, ajrudromi xierqa jkunu disponibbli fil-limitazzjonijiet tal-ħin/distanza ta' l-OPS 1.245;

(6)

Jekk jintużaw ajruplan b'magna waħda, ikun hemm uċuh li jkunu jippermettu li jsir inżul sfurzat mingħajr l-ebda periklu.

(b)

Operatur għandu jiżgura li l-operazzjonijiet isiru skond kwalunkwe restrizzjonijiet fuq ir-rotot jew iż-żoni ta' l-operazzjoni, li jiġu imposti mill-Awtorità.

OPS 1.241

Operazzjoni fi spazju ta' l-ajru definit b'Valuri Minimi ta' Separazzjoni Vertikali Mnaqqsa (RVSM)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan f'porzjonijiet ta' spazju ta' l-ajru definiti fejn, ibbażat fuq Ftehim Reġjonali tan-Navigazzjoni bl-ajru, jaapplika minimu ta' separazzjoni vertikali ta' 300 m (1 000 pied) sakemm ma jkunx appprovat li jagħmel hekk mill-Awtorità (Approvazzjoni ta' l-RVSM). (Ara wkoll OPS 1.872).

OPS 1.243

Operazzjoni f'żoni b'rekwiżiti ta' eżekuzzjoni ta' navigazzjoni speċifiċi

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan f'żoni definiti, jew f'porzjon definit ta' spazju ta' l-ajru speċifikat, ibbażat fuq Ftehimiet Reġjonali tan-Navigazzjoni bl-Ajru, fejn l-ispeċifikazzjonijiet minimi ta' l-eżekuzzjoni tan-navigazzjoni jkunu preskritti sakemm dan ma jkunx awtorizzat li jagħmel hekk mill-Awtorità (Approvazzjoni MNPS/RNP/RNAV). (Ara wkoll OPS 1.865 (c)(2) u OPS 1.870).

OPS 1.245

Id-Distanza massima minn ajrudrom xieraq għall-ajruplan b'żewġ magni mingħajr Approvazzjoni ETOPS

(a)

Sakemm ma jkunx speċifikament approvat mill-Awtorità skond l-OPS 1.246 (a) (l-Approvazzjoni ETOPS), operatur m'għandux iħaddem ajruplan ta' żewġ magni fuq rotta li jkollha punt aktar il-bogħod minn ajrudrom xieraq milli fil-każ ta':

(1)

Ajruplan bi Klassi ta' eżekuzzjoni A li għandhom jew:

(i)

Kapaċità massima approvata ta' 20 passiġġier jew aktar bilqiegħda; jew

(ii)

Massa massima ta' tluq ta' 45 360 kilo jew aktar,

fejn id-distanza koperta f'perjodu ta' 60 minuta bil-veloċità regolari b'magna waħda wieqfa, u li din tiġi stabbilita skond is-sub-paragrafu (b) hawn taħt;

(2)

Ajruplan bi Klassi ta' Eżekuzzjoni A b':

(i)

Kapaċità massima approvata ta' 19-il passiġġier jew inqas bilqiegħda; u

(ii)

Massa massima ta' tluq ta' inqas minn 45 360 kilo, fejn id-distanza ssir f'120 minuta jew, jekk bl-approvazzjoni ta' l-Awtorità, sa 180 minuta għall-ajruplan b'magni turbo-ġett, bil-veloċità regolari ta' magna waħda wieqfa, u li din tkun stabbilita skond is-sub-paragrafu (b) taħt;

(3)

Ajruplan bi Klassi ta' Eżekuzzjoni B jew C:

(i)

Id-distanza li ssir f'120 minuta bil-veloċità regolari b'magna waħda wieqfa stabbilita skond is-subsub-paragrafu (b) hawn taħt; jew

(ii)

300 mil nawtiku, liema minn dawn ikun l-inqas.

(b)

Operatur għandu jistabbilixxi veloċità għall-kalkolazzjoni tad-distanza massima lejn ajrudrom xieraq għal kull tip ta' ajruplan b'żewġ magni jew varjant ta' dan li jitħaddem, li mhuwiex aktar minn VMO, ibbażata fuq il-veloċità ta' l-ajru vera li l-ajruplan jista' jżomm meta magna waħda wieqfa taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(1)

L-Atmosfera Standard Internazzjonali (ISA);

(2)

Tajran bi kwota fissa:

(i)

Għall-ajruplan turbo-ġett bi:

(A)

FL 170; jew

(B)

Fil-livell massimu tat-titjir li għalih l-ajruplan jista' jogħla u li jista' jżomm, b'magna waħda wieqfa waqt li juża r-rata grossa ta' tluq speċifikata fl-AFM, liema minn dawn ikun l-inqas.

(ii)

Gћall-ajruplan bl-iskrun bi:

(A)

FL 80; jew

(B)

Fil-livell massimu tat-titjir li gћalih l-ajruplan jista' jogħla u li jista' jżomm, b'magna waћda wieqfa, =waqt li juża r-rata grossa ta' tluq speċifikata fl-AFM, liema minn dawn ikun l-inqas.

(3)

Spinta jew qawwa kontinwa massima fuq il-magna li għada qed taћdem;

(4)

Massa ta' ajruplan li ma tkunx inqas minn dik li tirriżulta minn:

(i)

Tlugћ mal-livell tal-baћar b'massa ta' tlugћ massima; u

(ii)

Il-magni kollha jogħlew sa' l-aqwa altitudni ta' vjaġġar b'veloċità moderata f'distanzi twal; u

(iii)

Il-magni kollha li jivvjaġġaw b'veloċità moderata f'distanza twila f'din l-altitudni, sal-ћin li jkun gћadda minn wara t-tlugћ gћandha tkun ugwali gћal-limitu applikabbli preskritt fis-sub-paragrafu (a) hawn fuq.

(ċ)

Operatur gћandu jiżgura li d-data li ġejja, li hija speċifika gћal kull tip jew varjant, tkun inkluża fil-Manwal tat-Tћaddim:

(1)

Il-veloċità moderata b'magna waћda wieqfa li tkun stabbilita skond is-sub-paragrafu (b) hawn fuq; u

(2)

Id-distanza massima minn ajrudrom xieraq li tkun stabbilita skond is-sub-paragrafi (a) u (b) fuq.

Nota: Il-veloċitajiet u l-altitudni (il-livelli tat-titjira) speċifikati hawn fuq huma maћsuba biex jintużaw biss biex tkun stabbilita d-distanza massima minn ajrudrom xieraq.

OPS 1.246

Operazzjonijiet ta' distanza estiża li jsiru minn ajruplan b'żewġ magni (ETOPS)

(a)

Operatur m'gћandux iwettaq operazzjonijiet li jmorru lil hinn mid-distanza ta' limitu stabbilita skond l-OPS 1.245, sakemm ma jkunx awtorizzat li jagћmel hekk mill-Awtorità (l-approvazzjoni ETOPS).

(b)

Qabel ma jwettaq titjira ETOPS, operatur gћandu jiżgura li fit-triq ikun hemm alternattiva għall-ETOPS xierqa, li jista' jintlaħaq fil-ћin tad-dawran approvat, jew fil-ћin tad-dawran li jkun ibbażat fuq l-istat ta' effiċjenza tal-MEL ta' l-ajruplan li jiġi ġġenerat, liema minn dawn ikun l-iqsar. (Ara wkoll OPS 1.297 (d)).

OPS 1 .250

It-twaqqif ta' l-altitudni minimi tat-titjira

(a)

Operatur gћandu jistabilixxi l-inqas altitudni tat-titjira u l-metodi biex ikunu stabbiliti dawk l-altitudni gћat-taqsimiet kollha tar-rotta li gћandhom jiġu koperti u li jipprovdu l-ikklerjar tat-terren meћtieġ, waqt li jitqiesu r-rekwiżiti tas-Sub-partijiet F sa I.

(b)

Kull metodu biex ikunu stabbiliti l-altitudni minimi tat-titjira gћandu jkun approvat mill-Awtorità.

(c)

Fejn l-altitudini minimi tat-titjira stabbiliti mill-Istati li t-titjira għaddiet fuqhom ikunu ogћla minn dawk stabbiliti mill-operatur, gћandhom japplikaw l-ogћla valuri.

(d)

Operatur gћandu jqis il-fatturi li ġejjin meta jistabbilixxi l-altitudni minimi tat-titjira:

(1)

L-eżattezza li biha tkun tista' tiġi stabbilita l-pożizzjoni ta' l-ajruplan;

(2)

L-ineżattezzi probabbli fl-indikazzjonijiet ta' l-altimetri użati;

(3)

Il-karatteristiċi tat-terren (eż. tibdil f'daqqa fl-elevazzjoni) tul ir-rotot jew fiż-żoni fejn gћandhom iseћћu l-operazzjonijiet;

(4)

Il-probabilità li wieћed jiltaqa' ma' kondizzjonijiet meteoroloġiċi mhux favorevoli (eż. taqlib tempestuż ta' l-ajru u kurrenti ta' l-arja li jinżlu 'l isfel); u

(5)

Ineżattezzi possibbli fil-karti ajronawtiċi.

(e)

Biex jitwettqu r-rekwiżiti preskritti fis-sub-paragrafu (d) hawn fuq gћandhom jitqiesu sew dawn li ġejjin:

(1)

Il-korrezzjonijiet li jitwettqu minħabba l-varjazzjonijiet fit-temperatura u l-pressjoni mill-valuri standard;

(2)

Ir-rekwiżiti ta' l-ATC; u

(3)

Kwalunkwe kontinġenzi li jistgħu jitbassru tul ir-rotta ppjanata.

OPS 1.255

Il-Politika tal-karburant

(a)

Operatur gћandu jistabbilixxi politika tal-karburant gћall-ippjanar tat-titjira u gћall-ippjanar mill-ġdid li jsir waqt it-titjira biex ikun żgurat li kull titjira ġġorr karburant biżżejjed gћall-operazzjoni ppjanata u li jkun hemm riżervi biex ikopru d-devjazzjonijiet mill-operazzjoni ppjanata.

(b)

Operatur gћandu jiżgura li l-ippjanar tat-titjiriet ikun mill-inqas ibbażat fuq (1) u (2) hawn taћt:

(1)

Il-Proċeduri li jkun hemm fil-Manwal tat-Tћaddim u d-data li tkun ġejja minn:

(i)

Data mogћtija mill-manifattur ta' l-ajruplan; jew

(ii)

Data attwali speċifika ta' l-ajruplan li tkun ġejja minn sistema ta' kontroll tal-konsum tal-karburant.

(2)

Il-kondizzjonijiet operattivi mbassra għat-titjira, li għandhom jinkludu:

(i)

Data realistika fuq il-konsum ta' karburant ta' l-ajruplan;

(ii)

il-massi mbassra;

(iii)

Il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija; u

(iv)

Il-proċeduri u r-restrizzjonijiet tas-Servizzi tat-Traffiku ta' l-Ajru.

(c)

Operatur gћandu jiżgura li l-kalkolazzjoni ta' qabel it-titjira li tikkonċerna l-karburant meћtieġ gћat-titjira tkun tinkludi:

(1)

Il-karburant gћas-sewqan fuq l-ajrudrom;

(2)

Il-karburant għall-vjaġġ;

(3)

Il-karburant tar-riżerva li jikkonsisti f':

(i)

Karburant ta' kontinġenza;

(ii)

Karburant alternattiv, jekk tkun meћtieġa destinazzjoni alternata. (Din ma tipprekludix l-gћażla ta' l-ajrudrom tat-tluq bћala d-destinazzjoni alternata);

(iii)

Karburant tar-riżerva finali; u

(iv)

Karburant addizzjonali, jekk ikun meћtieġ għat-tip ta' operazzjoni (eż. ETOPS); u

(4)

Karburant żejjed jekk ikun meћtieġ mill-kmandant.

(d)

Operatur gћandu jiżgura li l-proċeduri ta' ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira biex ikun ikkalkolat il-karburant użabbli meћtieġ meta titjira jkollha tipproċedi tul rotta jew lejn destinazzjoni gћajr dik ippjanata oriġinarjament jinkludu:

(1)

Il-karburant tal-vjaġġ gћall-bqija tat-titjira;

(2)

Il-karburant tar-riżerva li jikkonsisti minn:

(i)

Karburant ta' kontinġenza;

(ii)

Karburant alternattiv, jekk tkun meћtieġa destinazzjoni alternata (Din ma tipprekludix l-gћażla ta' l-ajrudrom tat-tluq bћalad-destinazzjoni alternata);

(iii)

Il-karburant tar-riżerva finali; u

(iv)

Karburant addizzjonali, jekk ikun meћtieġ għat-tip ta' operazzjoni (eż. ETOPS); u

(3)

Karburant żejjed jekk ikun meћtieġ mill-kmandant.

OPS 1.260

Il-Ġarr ta' Persuni b'Mobbilità Mnaqqsa

(a)

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri gћall-ġarr ta' Persuni b'Mobbilità Mnaqqsa (PRMs).

(b)

Operatur gћandu jiżgura li l-persuni b'mobbilità mnaqqsa ma jkunux allokati, u lanqas jokkupaw, siġġijiet fejn il-preżenza tagћhom tista':

(1)

Tfixkel lill-ekwipaġġ mill-qadi ta' dmirijietu;

(2)

Tostakola l-aċċess gћat-tagћmir ta' l-emerġenza; jew

(3)

Tfixkel l-evakwazzjoni ta' emerġenza ta' l-ajruplan.

(ċ)

Il-kmandant gћandu jkun notifikat meta l- persuni b'mobbilità mnaqqsa se jinġarru abbord.

OPS 1.265

Il-Ġarr ta' passiġġiera inammissibbli ta' persuni deportati jew ta' persuni li jkunu taћt kustodja

Operatur gћandu jistabbilixxi l-proċeduri għat-trasport ta' passiġġiera inammissibbli, ta' persuni deportati jew ta' persuni taћt kustodja biex tkun żgurata s-sigurtà ta' l-ajruplan u ta' l-okkupanti tiegћu. Il-kmandant gћandu jkun notifikat meta l-persuni msemmija hawn fuq ikunu se jinġarru abbord.

OPS 1.270

L-Istivar ta' bagalji u merkanzija

(Ara l-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.270)

(a)

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikun żgurat li dawk il-bagalji ta' l-idejn li jistgħu jkunu stivati b'mod xieraq u mingħajr periklu biss jinġarru gћal ġewwa l-kabina tal-passiġġiera.

(b)

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikun żgurat li l-bagalji u l-merkanzija kollha abbord, li jistgћu jikkawżaw ћsara jew dannu, jew joћolqu ostakli fil-kuriduri u fil-ћruġ jekk jiċċaqalqu, ikunu stivati f'postijiet imfassla apposta biex ikun evitat kwalunkwe ċaqliq.

OPS 1.275

Intenzjonalment Vojt

OPS 1.280

Is-Siġġijiet tal-passiġġiera

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikun żgurat li l-passiġġiera jitpoġġew bilqiegћda fuq siġġijiet fejn, fil-każ li tinqala' ћtieġa gћal xi evakwazzjoni ta' emerġenza, dawn ikunu jistgћu jgћinu bl-aћjar mod u mhux ifixklu l-evakwazzjoni mill-ajruplan.

OPS 1.285

L-għoti ta' informazzjoni lill-passiġġieri

Operatur gћandu jiżgura li:

(a)

Ġenerali

(1)

Il-passiġġiera jingћataw informazzjoni verbali dwar kwistjonijiet ta' sigurtà. Partijiet minn jew l-għoti ta' informazzjoni kollha tista' tingћata permezz ta' preżentazzjoni awdjo-viżiva.

(2)

Il-passiġġiera jingћataw karta li tagħti l-informazzjoni dwar is-sigurtà li fuqha jkun hemm struzzjonijiet illustrati li juru l-operazzjoni tat-tagћmir ta' l-emerġenza u l-ћruġ li jistgћu jintużaw mill-passiġġiera.

(b)

Qabel it-tlugћ

(1)

Il-passiġġiera gћandhom ikunu mgћarrfa fuq il-punti li ġejjin jekk ikunu applikabbli:

(i)

Ir-regolamenti dwar it-tipjip;

(ii)

Id-dahar tas-siġġu biex jitpoġġa f'pożizzjoni wieqfa u biex tingћalaq il-mejda;

(iii)

Il-post tal-ћruġ ta' l-emerġenza;

(iv)

Il-post u l-użu tal-marki mixgħula fil-passaġġ li juru d-direzzjoni għall-evalwazzjoni;

(v)

L-istivar tal-bagalji ta' l-idejn;

(vi)

Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' tagћmir elettroniku portabbli; u

(vii)

Il-post u l-kontenut tal-karta ta' l-informazzjoni tas-sigurtà, u,

(2)

Il-passiġġiera gћandhom jirċievu dimostrazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(i)

L-użu taċ-ċintorini tas-sigurtà u/jew taċ-ċineg tas-sigurtà, inkluż kif taqfel u tћoll iċ-ċintorini u/jew iċ-ċineg tas-sigurtà;

(ii)

Il-post u l-użu tat-tagћmir ta' l-ossiġnu jekk ikun meћtieġ (ara OPS 1.770 u OPS 1.775). Il-passiġġiera gћandhom ikunu mgћarrfa biex jitfu kull materjal ta' tipjip meta jkun qed jintuża l-ossiġnu; u

(iii)

Il-post u l-użu ta' ġkieket tas-salvataġġ jekk ikunu meћtieġa (ara OPS 1.825).

(c)

Wara t-tlugћ

(1)

Il-passiġġiera gћandhom ikunu mfakkra dwar dawn li ġejjin jekk ikunu applikabbli:

(i)

Ir-regolamenti dwar it-tipjip; u

(ii)

L-użu taċ-ċintorini tas-sigurtà u/jew taċ-ċineg tas-sigurtà inklużi l-benefiċċji għas-sigurtà li l-passiġġier ikollu meta jkun bilqiegћda u jaqfel iċ-ċintorin, irrispettivament mid-dawl tas-sinjal taċ-ċintorin tas-sigurtà.

(d)

Qabel l-inżul

(1)

Il-passiġġiera gћandhom ikunu mfakkra dwar dawn li ġejjin jekk ikunu jgћoddu:

(i)

Ir-regolamenti tat-tipjip;

(ii)

L-użu taċ-ċintorini tas-sigurtà u/jew iċ-ċineg tas-sigurtà;

(iii)

li d-dahar tas-siġġu jitpoġġa f'pożizzjoni wieqfa u biex tingћalaq il-mejda;

(iv)

L-istivar mill-ġdid tal-bagalji ta' l-idejn; u

(v)

Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta' tagћmir elettroniku portabbli.

(e)

Wara l-inżul

(1)

Il-passiġġiera gћandhom ikunu mfakkra dwar dawn li ġejjin:

(i)

Ir-regolamenti tat-tipjip; u

(ii)

L-użu taċ-ċintorini tas-sigurtà u/jew iċ-ċineg tas-sigurtà.

(f)

F'każ ta' emerġenza waqt titjira, il-passiġġiera jkunu mwissija jirċievu struzzjonijiet dwar l-azzjonijiet ta' emerġenza xieraq f'dawk iċ-ċirkustanzi.

OPS 1.290

It-Tћejjija għat-Titjira

(a)

Operatur gћandu jiżgura li pjan operattiv tat-titjira jkun tlesta gћal kull titjira li tkun maћsuba li ssir.

(b)

Il-kmandant m'gћandux jibda titjira sakemm hu/hi jkunu sodisfatti li:

(1)

L-ajruplan huwa adegwat għat-titjir;

(2)

L-ajruplan ma jitћaddimx b'mod kuntrarju gћad-dispożizzjoni tal-Lista ta' Devjazzjoni mill-Konfigurazzjoni (CDL);

(3)

L-istrumenti u t-tagћmir meћtieġa gћat-titjira li se ssir, skond is-Sub-Partijiet K u L, ikunu disponibbli;

(4)

L-istrumenti u t-tagћmir ikunu f'stat li jistgħu jitħadmu, ћlief kif hemm imfisser fil-MEL;

(5)

Dawk il-partijiet tal-manwal tat-tћaddim li jkunu meћtieġa gћat-twettiq tat-titjira jkunu disponibbli;

(6)

Id-dokumenti, l-informazzjoni addizzjonali u l-formoli li jridu jkunu disponibbli skond l-OPS 1.125 u l-OPS 1.135 ikunu abbord;

(7)

Il-mapep attwali, il-karti u d-dokumenti assoċjati jew id-data ekwivalenti jkunu disponibbli biex ikopru l-operazzjoni maћsuba ta' l-ajruplan, inkluż kwalunkwe bdil fid-direzzjoni li jista' jkun raġonevolment imħassar. Dan gћandu jinkludi kwalunkwe tabelli ta' konverżjoni li jkunu meћtieġa biex jappoġġjaw operazzjonijiet, fejn iridu jintużaw l-gћoli, l-altitudni u l-livelli tat-titjir metriċi;

(8)

Il-faċilitajiet u s-servizzi ta' fuq l-art meћtieġa gћat-titjira ppjanata jkunu disponibbli u xierqa;

(9)

Id-dispożizzjonijiet speċifikati fil-manwal tat-tћaddim fejn jikkonċerna l-kwantità tal-karburant, taż-żejt u ta' l-ossiġnu, l-altitudni minimi bla periklu, il-valuri operattivi minimi ta' l-ajrudrom u d-disponibilità ta' ajrudromi alternati, fejn ikun meћtieġ, jistgħu jkunu konformi mat-titjira ppjanata;

(10)

It-tagћbija tkun imqassma u marbuta sew;

(11)

Il-massa ta' l-ajruplan, fil-bidu tal-ġirja tat-tlugћ, tkun tali li t-titjira tkun tista' titwettaq skond is-Sub-partijiet F sa I jekk ikun applikabbli; u

(12)

Kwalunkwe limitazzjoni operattiva flimkien ma' dawk koperti mis-sub-paragrafi (9) u (11) hawn fuq jkunu jistgћu jintlaћqu.

OPS 1.295

L-Gћażla ta' l-ajrudromi

(a)

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri gћall-gћażla tad-destinazzjoni u/jew ajrudromi alternati skond l-OPS 1.220 meta tkun qed tiġi ppjanata titjira.

(b)

Operatur gћandu jagћżel u jispeċifika fil-pjan operattiv tat-titjira tlugћ alternat jekk ma jkunx possibbli li dan jirritorna lejn l-ajrudrom tat-tluq minћabba raġunijiet meteoroloġiċi jew ta' eżekuzzjoni. It-tlugћ alternat gћandu jsir fi:

(1)

Gћall-ajruplan b'żewġ magni, jew:

(i)

F'ћin ta' titjira ta' siegћa b'veloċità moderata u b'magna waћda wieqfa skond l-AFM, f'kondizzjonijiet standard ta' arja kalma li jkunu ġew ibbażati fuq il-massa attwali tat-tlugћ; jew

(ii)

Il-ћin tad-devjazzjoni ta' l-ETOPS approvat ta' l-operatur, suġġett gћal kwalunkwe restrizzjoni tal-MEL, sa massimu ta' sagћtejn, b'veloċità moderata u b'magna waћda wieqfa skond l-AFM, f'kondizzjonijiet standard ta' arja kalma bbażati fuq il-massa attwali tat-tlugћ gћall-ajruplan u l-ekwipaġġi awtorizzati gћall-ETOPS; jew

(2)

Ħin ta' titjira ta' sagћtejn b'veloċità moderata b'magna waћda wieqfa skond l-AFM, f'kondizzjonijiet standard ta' arja kalma li jkunu ġew ibbażati fuq il-massa attwali tat-tlugћ gћall-ajruplan bi tliet jew erba' magni; u

(3)

Jekk l-AFM ma jkollux veloċità moderata b'magna waћda wieqfa, il-veloċità li gћandha tintuża gћall-kalkolazzjoni gћandha tkun dik li tkun inkisbet meta l-magna(i) l-oћra(oћrajn) ikun(u) ssettjat(i) biex taћdem(jaћdmu) bil-qawwa kontinwa massima.

(c)

Operatur gћandu jagћżel mill-inqas destinazzjoni alternata waћda gћal kull titjira IFR sakemm:

(1)

It-tnejn:

(i)

Id-dewmien tat-titjira ppjanata mit-tlugћ sa l-inżul ma jkunx iżjed minn 6 sigћat; u

(ii)

Żewġ runways separati jkunu disponibbli u jistgħu jintużaw fid-destinazzjoni, waqt li r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa gћall-ajrudrom tad-destinazzjoni, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn, ikunu juru li, gћall-perjodu minn siegћa qabel sa siegћa wara l-ћin mistenni tal-wasla fid-destinazzjoni, li l-limitu gћandu jkun mill-inqas ta' 2 000 pied jew ta' gћoli ta' dawran ta' + 500 pied, liema minn dawn ikun l-ikbar, u li l-viżibilità tkun mill-inqas 5 km;

jew

(2)

Id-destinazzjoni tkun iżolata u ma jkun hemm l-ebda destinazzjoni alternata xierqa.

(d)

Operatur gћandu jagћżel żewġ destinazzjoni ta' alternati meta:

(1)

Ir-rapporti jew it-tbassir tat-temp li jkunu xierqa gћad-destinazzjoni, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn, juru li matul perjodu li jibda siegћa qabel u jintemm siegћa wara l-ћin mistenni tal-wasla, il-kondizzjonijiet tat-temp ikunu iktar baxxi mill-valuri minimi ta' l-ippjanar li jkunu applikabbli; jew

(2)

Ma jkun hemm l-ebda informazzjoni meteoroloġika disponibbli.

(e)

Operatur gћandu jispeċifika kwalunkwe alternattiva(i) meћtieġa fil-pjan operattiv tat-titjira.

OPS 1.297

Il-Valuri minimi gћal titjiriet IFR

(a)

Il-valuri minimi ta' l-ippjanar gћall-alternattivi ta' tlugћ. Operatur m'gћandux jagћżel ajrudrom bћala ajrudrom alternattiv tat-tlugћ sakemm ir-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn ikunu juru li, matul perjodu li jibda siegћa qabel u jintemm siegћa wara l-ћin mistenni tal-wasla fl-ajrudrom, il-kondizzjonijiet tat-temp ikunu fil-valuri minimi jew iktar mill-valuri minimi applikabbli ta' l-inżul li huma speċifikati skond l-OPS 1.225. Il-limitu gћandu jitqies meta l-uniċi avviċinamenti disponibbli jkunu avviċinamenti mingħajr preċiżjoni u/jew ta' dawran. Kwalunkwe limitazzjoni relatata ma' operazzjonijiet b'magna waћda wieqfa gћandhom jitqiesu wkoll.

(b)

Il-Valuri minimi ta' l-ippjanar gћall-ajrudromi tad-destinazzjoni u gћad-destinazzjonijiet ta' alternattiva. Operatur gћandu jagћżel biss l-ajrudrom tad-destinazzjoni u/jew l-ajrudrom(i) alternattiv(i) tad-destinazzjoni meta r-rapporti u t-tbassiriet tat-temp xierqa, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn, ikunu juru li, matul perjodu li jibda siegћa qabel u jintemm siegћa wara l-ћin stmat tal-wasla fl-ajrudrom, il-kondizzjonijiet tat-temp ikunu fil-valuri minimi jew aktar mill-valuri minimi ta' l-ippjanar applikabbli kif ġej:

(1)

Il-valuri minimi ta' l-ippjanar gћall- ajrudrom tad-destinazzjoni ћlief ajrudromi tad-destinazzjoni iżolati:

(i)

RVR/viżibiltà speċifikata skond l-OPS 1.225; u

(ii)

Gћall-avviċinament mingħajr preċiżjoni jew ta' dawran, il-limitu fil- jew iktar mill- MDH; u

(2)

Il-valuri minimi ta' l-ippjanar gћall- ajrudrom(i) alternattivi tad-destinazzjoni u gћall-ajrudromi tad-destinazzjoni iżolati gћandhom ikunu skond it-Tabella 1 hawn taћt:

Tabella 1

Il-Valuri minimi ta' l-Ippjanar — Alternattivi fit-triq u tad-destinazzjoni — Ajrudromi tad-destinazzjoni iżolati

Tip ta' avviċinament

Valuri Minimi ta' l-Ippjanar

Kat II u III

Kat I (Nota 1)

Kat I

Mingħajr preċiżjoni (Noti 1 & 2)

Mingħajr preċiżjoni

Mingħajr preċiżjoni (Noti 1 & 2) u 200 pied/1 000 m

Dawran

Tad-dawran (Noti 2 u 3)

Nota 1:

RVR.

Nota 2:

Il-limitu jrid ikun fi jew iktar mill-MDH.

Note 3:

l-Viżibilità

(c)

Il-valuri minimi ta' l-ippjanar gћall-ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta. Operatur m'gћandux jagћżel ajrudrom bћala ajrudrom alternattiv waqt ir-rotta sakemm ir-rapporti jew it-tbassiriet tat-temp xierqa, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn, ikunu juru li, matul perjodu li jibda siegћa qabel u jintemm siegћa wara l-ћin mistenni tal-wasla fl-ajrudrom, il-kondizzjonijiet tat-temp ikunu fil-valuri minimi jew iktar mill-valuri minimi ta' l-ippjanar skond it-Tabella 1 hawn fuq.

(d)

Il-valuri minimi ta' l-ippjanar gћall-alternattiva ETOPS waqt ir-rotta. Operatur m'gћandux jagћżel ajrudrom bћala ajrudrom ETOPS ta' alternattiva waqt ir-rotta sakemm ir-rapporti jew it-tbassiriet tat-temp xierqa, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn, ikunu juru li, matul perjodu li jibda siegћa qabel u jintemm siegћa wara l-ћin mistennni tal-wasla fl-ajrudrom, il-kondizzjonijiet tat-temp ikunu fil-valuri minimi jew iktar mill-valuri minimi ta' l-ippjanar preskritti fit-Tabella 2 hawn taћt, u skond l-approvazzjoni ETOPS ta' l-operatur.

Tabella 2

Il-Valuri Minimi ta' l-Ippjanar — ETOPS

Tip ta' Avviċinament

Il-Valuri Minimi ta' l-Ippjanar

RVR/viżibilità meћtieġa & l-limitu jekk applikabbli)

Ajrudrom bi

 

Mill-inqas 2 proċeduri separati ta' avviċinament ibbażati fuq 2 appoġġi separati li jservu 2 runways separati.

Mill-inqas 2 proċeduri separati ta' avviċinament ibbażati fuq 2 appoġġi separati li jservu runway waћda

jew,

mill-inqas proċedura waћda ta' avviċinament ibbażata fuq appoġġ wieћed li jservi runway waћda

Avviċinament ta' Preċiżjoni Kat II, III (ILS, MLS)

Avviċinament ta' Preċiżjoni Kat I Valuri Minimi

Valuri Minimi ta' Avviċinament Mingħajr Preċiżjoni

Avviċinament ta' Preċiżjoni Kat I (ILS, MLS)

Valuri Minimi ta' avviċinament Mingħajr Preċiżjoni

Valuri Minimi tad-Dawran jew jekk ma jkunux disponibbli, il-valuri minimi ta' avviċinament mingħajr preċiżjoni u 200 pied/1 000 m

Avviċinament Mingħajr Preċiżjoni

L-inqas mill-valuri ta' avviċinament mingħajrpreċiżjoni u 200 pied/1 000 m jew il-valuri minimi tad-dawran

L-ogћla mill-valuri minimi tad-dawran jew il-valuri minimi ta' avviċinament mingħajr preċiżjoni u 200 pied/1 000 m

Avviċinament ta' dawran

Il-valuri minimi tad-dawran

OPS 1.300

Il-Preżentazzjoni ta' Pjan ATS ta' Titjira

Operatur gћandu jiżgura li titjira ma tibdiex sakemm ma jkunx ġie preżentat pjan ATS tat-titjira, jew ma tkunx ġiet depożitata informazzjoni xierqa biex tippermetti li s-servizzi ta' twissija jiġu attivati jekk ikun meћtieġ.

OPS 1.305

Riforniment tal-karburant /l-iżvojtar tal-karburant waqt l-imbarkazzjoni tal-passiġġiera, meta dawn ikunu abbord jew meta ikunu qed iћallu l-ajruplan

(Ara l-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.305)

Operatur gћandu jiżgura li ma jsir l-ebda riforniment jew żvojtar tal-karburant ta' l-ebda ajruplan b'karburant Avgas jew tat-tip wide-cut (eż. Jet-B jew ekwivalenti) jew meta jista' jkun hemm taћlita ta' dawn it-tipi ta' karburant, meta l-passiġġiera jkunu qed jimbarkaw, ikunu abbord jew ikunu qed jinżlu mill-ajruplan. Fil-każijiet l-oћra kollha, gћandhom jittieћdu l-prekawzjonijiet kollha meћtieġa u l-ajruplan gћandu jkun mgћammar b'persunal kwalifikat li jkunu lesti jagћtu bidu u jidderieġu evakwazzjoni ta' l- ajruplan bl-iktar mezzi prattiċi u effettivi li jkunu disponibbli.

OPS 1.307

Riforniment tal-karburant /l-iżvojtar tal-karburant b'karburant tat-tip wide-cut

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri għar-riforniment tal-karburant /l-iżvojtar tal-karburant b'karburant tat-tip wide-cut (eż. Jet B jew ekwivalenti) jekk dan ikun meћtieġ.

OPS1.308

L-Imbottar Lura u l-Irmonk

(a)

L-operatur gћandu jiżgura li l-proċeduri kollha ta' imbottar lura u ta' irmonk ikunu konformi ma' standards u proċeduri xierqa ta' l-avjazzjoni.

(b)

L-operatur gћandu jiżgura li t-tqegћid fil-post ta' l-ajruplan qabel jew wara s-sewqan ma jsirx b'irmonk mingћajr żbarra ta' l-irmunkar sakemm:

(1)

l-ajruplan ikun imћares permezz tad-disinn tiegћu stess milli ssirlu l-ebda ћsara lis-sistema ta' l-istering tar-rota ta' quddiem minћabba operazzjoni ta' rmonk mingћajr żbarra ta' l-irmunkar, jew

(2)

tkun provduta sistema/proċedura ta' twissija gћall-ekwipaġġ tat-titjira li din il-ћsara setgћet ġrat jew fil-fatt tkun seћћet, jew

(3)

il-vettura li tirmonka mingћajr żbarra tkun iddisinjata biex tkun evitata l-ћsara lit-tip ta' ajruplan.

OPS 1.310

Il-Membri ta' l-Ekwipaġġ fil-postijiet tagћhom

(a)

Il-Membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira

(1)

Matul it-tlugћ u l-inżul kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkun meћtieġ fil-gverta ta' l-ajruplan gћandu jkun fil-post tiegћu/tagћha.

(2)

Matul il-fażijiet l-oћra kollha tat-titjira kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkollu d-dmir jibqa' fuq il-gverta ta' l-ajruplan gћandu jibqa' fil-post tiegћu/tagћha sakemm in-nuqqas tiegћu/tagћha ikun neċessarju gћat-twettiq tad-dmirijiet tiegћu/tagћha b'rabta ma' l-operazzjoni, jew gћar-raġunijiet fiżjoloġiċi sakemm mill-inqas pilota wieħed kwalifikat kif xieraq jibqa' fil-post tal-kontroll ta' l-ajruplan il-ћin kollu.

(3)

Matul il-fażijiet kollha tat-titjira, kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkun meћteġ ikun fuq il-gverta ta' l-ajruplan gћandu jibqa' attent. Jekk ikun hemm nuqqas ta' attenzjoni, gћandhom jintużaw l-kontromiżuri kollha xierqa. Jekk ikun hemm xi gћeja kbira mhux mistennija tista' tintuża, jekk l-ammont ta' xogћol ikun jippermetti, proċedura ta' serћan kontrollat li tkun organizzata mill-kmandant. Is-serћan kontrollat li jsir b'dan il-mod qatt ma jista' qatt jitqies li jkun jifforma parti minn perjodu ta' mistrieћ biex ikunu kkalkolati l-limitazzjonijiet tal-ћin tat-titjira. Lanqas m'gћandu jintuża biex jiġġustifika kwalunkwe perjodu ta' servizz.

(b)

Il-Membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina. Fuq il-gverti kollha ta' l-ajruplan li jintużaw mill-passiġġiera, il-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li jkunu meћtieġa gћandhom ikunu bilqiegћda fil-postijiet assenjati lilhom waqt il-fażijiet kritiċi tat-titjira.

OPS 1.315

Mezzi ta' assistenza gћall-evakwazzjoni ta' emerġenza

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikun żgurat li qabel is-sewqan, it-tlugћ u l-inżul, u meta jkun mingħajr periklu u prattiku li dan issir, ikun attivat mezz ta' assistenza gћall-evakwazzjoni ta' emerġenza li jkun jaћdem b'mod awtomatiku.

OPS 1.320

Is-siġġijiet, iċ-ċintorini u ċ-ċineg tas-sigurtà

(a)

Il-Membri ta' l-ekwipaġġ

(1)

Matul it-tlugћ u l-inżul, u kull meta jkun meћtieġ mill-kmandant fl-interessi tas-sigurtà, kull membru ta' l-ekwipaġġ gћandu jkun marbut sew b'kwalunkwe u ċinga tas-sigurtà li jkunu mogћtija.

(2)

Matul il-fażijiet l-oћra tat-titjira kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkun fuq fil-gverta ta' l-ajruplan gћandu jibqa' jżomm iċ-ċintorin tas-sigurtà tiegћu/tagћha maqful waqt li dan/din ikun/tkun fil-post tiegћu/tagћha.

(b)

Il-passiġġiera

(1)

Qabel it-tlugћ u l-inżul, u matul is-sewqan, u kull meta jitqies bћala xieraq fl-interess tas-sigurtà, il-kmandant gћandu jiżgura li kull passiġġier abbord ikun bilqiegћda fuq is-siġġu biċ-ċintorin jew ċinga tas-sigurtà tiegћu/tagћha, kulfejn ikun hemm, maqfulin sew.

(2)

Operatur gћandu jagћmel dispożizzjoni, waqt li l-kmandant gћandu jiżgura, li l-okkupazzjoni multipla ta' siġġijiet fl-ajruplan tkun awtorizzata biss fuq siġġijiet speċifikati u ma ssirx gћajr minn adult wieћed u tarbija waћda u li dawn ikunu marbutin sew permezz ta' ċintorin żejjed jew tagћmir ta' rbit ieћor.

OPS 1.325

Preparazzjoni tal-kabina tal-passiġġiera u tal-passaġġ(i)

(a)

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li qabel is-sewqan, it-tlugћ u l-inżul, il-ћruġ u l-passaġġi ta' l-evakwazzjoni kollha jkunu mingħajr ostakli.

(b)

Il-kmandant gћandu jiżgura li qabel it-tlugћ u l-inżul, u kull meta jitqies bћala neċessarju fl-interess tas-sigurtà, it-tagћmir u l-bagalji kollha jkunu marbuta sew.

OPS 1.330

Aċċessibilità gћat-tagћmir ta' l-emerġenza

Il-kmandant gћandu jiżgura li t-tagћmir ta' l-emerġenza rilevanti jibqa' faċilment aċċessibbli għall-użu immedjat.

OPS 1.335

It-Tipjip abbord

(a)

Il-kmandant gћandu jiżgura li l-ebda persuna abbord ma titћalla tpejjep:

(1)

Kull meta dan ikun meћtieġ fl-interess tas-sigurtà;

(2)

Waqt li l-ajruplan ikun fuq l-art sakemm ma jkunx awtorizzat speċifikament skond il-proċeduri definiti fil-Manwal tat-Tћaddim;

(3)

Barra ż-żoni awtorizzati gћat-tipjip, fil-kuridur(i) u fit-twalett(i);

(4)

Fil-kompartimenti tal-merkanzija u/jew f'żoni oћra fejn tinġarr merkanzija li ma hijiex maћżuna f'kontenituri li jifilћu gћan-nar u lanqas ma huma mgћottija b'kanvas li jiflaћ gћan-nar; u

(5)

F'dawk il-partijiet tal-kabina fejn ikun qed jingћata l-ossiġnu.

OPS 1.340

Il-Kondizzjonijiet Meteoroloġiċi

(a)

Fuq titjira IFR il-kmandant m'gћandux:

(1)

Jagћti bidu gћat-tlugћ; lanqas

(2)

Jipproċedi lil hinn mill-punt li minnu pjan rivedut tat-titjira ikun applikat f'każ ta' ippjanar mill-ġdid waqt it-titjira, sakemm ikun hemm disponibbli informazzjoni li turi li l-kondizzjonijiet mistennija tat-temp fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u/jew fl-ajrudrom(i) alternattiva(i) preskritti fl-OPS 1.295 ikunu fil-valuri minimi jew iktar mill-valuri minimi ta' l-ippjanar, preskritti fl-OPS 1.297.

(b)

Fuq titjira IFR il-kmandant m'gћandux ikompli lill-hinn:

(1)

Mill-punt tad-deċiżjoni meta tintuża proċedura ta' punt ta' deċiżjoni; jew

(2)

Mill-punt stabbilit minn qabel meta tintuża l-proċedura tal-punt stabbilita minn qabel, sakemm ikun hemm disponibbli informazzjoni li tkun turi li l-kondizzjonijiet mistennja tat-temp fl-ajruport tad-destinazzjoni u/jew fl-ajrudrom(i) alternattiva(i) preskritti fl-OPS 1.295 ikunu fil-valuri minimi jew iktar mill-valuri minimi operattivi applikabbli ta' l-ajrudrom li huma preskritti fl-OPS 1.225.

(c)

Fuq titjira IFR, kmandant m'gћandux ikompli lejn l-ajrudrom tad-destinazzjoni ppjanat sakemm l-iktar informazzjoni riċenti disponibbli tkun turi li, fil-ћin mistenni tal-wasla, il-kondizzjonijiet tat-temp fid-destinazzjoni, jew mill-inqas f'ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni wieћed, ikunu fil-valuri minimi jew iktar mill-valuri minimi operattivi ta' l-ajrudrom li jgћoddu gћall-ippjanar.

(d)

Fuq titjira VFR kmandant m'gћandux jagћti bidu gћat-tlugћ sakemm ir-rapporti meteoroloġiċi kurrenti jew kombinazzjoni ta' rapporti u tbassiriet kurrenti juru li l-kondizzjonijiet meteoroloġiċi tul ir-rotta jew dik il-parti tar-rotta li gћandha tittajjar taћt VFR ikunu, fil-ћin xieraq, tali li l-konformità tagћhom ma' dawn ir-regoli tkun possibbli.

OPS 1.345

Silġ u kontaminanti oћra — proċeduri ta' fuq l-art

(a)

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri li gћandhom ikunu segwiti meta fuq l-ajruplan(i) ikunu meћtieġa proċeduri ta' fuq l-art gћat-tneћћija tas-silġ jew ta' kontra s-silġ, kif ukoll fejn ikunu meħtieġa spezzjonijiet relatati.

(b)

Kmandant m'gћandux jagћti bidu gћat-tlugћ sakemm l-uċuh ta' barra jkunu ћielsa minn kwalunkwe depożitu li jista' jaffettwa ћażin l-eżekuzzjoni u/jew kapaċità ta' kontroll ta' l-ajruplan ћlief kif ikun awtorizzat fil-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan.

OPS 1.346

Sil ġ u kontaminanti oћra — proċeduri tat-titjira

(a)

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri gћal titjiriet f'kondizzjonijiet fejn ikun hemm mistenni s-silġ jew fejn ikun diġa hemm is-silġ.

(b)

Kmandant m'gћandux jagћti bidu gћal titjira jew itajjar l-ajruplan intenzjonalment f'kondizzjonijiet fejn ikun hemm mistenni s-silġ jew fejn diġa hemm is-silġ sakemm l-ajruplan ikun ċertifikat u mgћammar biex ilaħħaq ma' dawn il-kondizzjonijiet.

OPS 1.350

Il-Provvista tal-karburant u taż-żejt

Kmandant m'gћandux jagћti bidu gћal titjira sakemm hu/hi ikun/tkun sodisfatt(a) li l-ajruplan ikollu mill-inqas l-ammont ippjanat ta' karburant u żejt biex tkun tista' ssir t-titjira mingћajr periklu, filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet operattivi mistennija.

OPS 1.355

Il-Kondizzjonijiet tat-Tlugћ

Qabel ma jingћata bidu gћat-tlugћ, il-kmandant gћandu jissodisfa lilu nnifsu/lilha nfisha li, skond l-informazzjoni disponibbli lilu/lilha, it-temp fl-ajruport u l-kondizzjoni tar-runway maћsuba li se tintuża, tluqm'għandu jkun hemm l-ebda periklu fit-tluq u fit-tluq.

OPS 1.360

L-Applikazzjoni tal-valuri minimi tat-tlugћ

Qabel ma jingħata bidu gћat-tlugћ, il-kmandant gћandu jissodisfa lilu nnifsu/lilha nfisha li r-RVR jew il-viżibilità fid-direzzjoni tat-tlugћ ta' l-ajruplan tkun l-istess jew aћjar mill-minimu applikabbli.

OPS 1.365

L-Altitudni minima tat-titjira

Il-kmandant jew il-pilota li lilu jkun ġie fdat it-twettiq tat-titjira m'gћandux itir taћt l-altitudni minima speċifikata ћlief meta jkun meћtieġ gћat-tlugћ jew l-inżul.

OPS 1.370

Simulazzjoni ta' sitwazzjonijiet anormali waqt titjira

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex jiżgura li sitwazzjonijiet anormali jew ta' emerġenza li jkunu jeћtieġu l-applikazzjoni ta' parti jew tal-proċeduri kollha anormali u ta' emerġenza u s-simulazzjoni ta' l-IMC b'mezzi artifiċjali, ma jiġux simulati matul titjiriet ta' trasport kummerċjali bl-ajru.

OPS 1.375

Ġestjoni tal-karburant waqt it-titjira

(Ara l-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.375)

(a)

Operatur gћandu jistabbilixxi proċedura biex jiżgura li jsiru verifiki tal-karburant u li tkun applikata ġestjoni tal-karburant waqt it-titjira.

(b)

Il-kmandant gћandu jiżgura li l-ammont ta' karburant li jista' jintuża u li jibqa' għat-titjira ma jkunx inqas mill-karburant meћtieġ biex il-pilota jipproċedi lejn ajrudrom fejn ikun jista' jsir inżul mingћajr periklu, waqt li jibqa' il-karburant tar-riżerva finali.

(c)

Il-kmandant gћandu jiddikjara emerġenza meta l-ammont kalkolat ta' karburant li jista' jintuża matul l-inżul u inqas mill-karburant tar-riżerva finali.

OPS 1.380

Intenzjonalment vojt

OPS 1.385

L-użu ta' ossiġnu supplimentari

Kmandant gћandu jiżgura li l-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira impjegati biex iwettqu d-dmirijiet essenzjali gћat-tћaddim bla periklu ta' ajruplan waqt it-titjira jużaw ossiġnu supplimentari b'mod kontinwu kull meta l-altitudni tal-kabina tkun iżjed minn 10 000 pied gћal perjodu ta' iktar minn 30 minuta u kull meta l-altitudni tal-kabina tkun iżjed minn 13 000 pied.

OPS 1.390

Radjazzjoni kożmika

(a)

Operatur gћandu jqis l-esponiment gћar-radjazjoni kożmika matul it-titjira tal-membri kollha ta' l-ekwipaġġ waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom (inkluż il-pożizzjonament) u gћandu jieћu l-miżuri li ġejjin gћal dawk il-membri ta' l-ekwipaġġ li jistgћu jkunu suġġetti gћall-esponiment ta' iktar minn 1 mSv kull sena;

(1)

Jivvaluta l-esponiment tagћhom;

(2)

Iqies il-valutazzjoni ta' l-esponiment meta jorganizza l-iskedi tax-xogћol bil-ћsieb li nnaqqas d-dożi għall-membri ta' l-ekwipaġġ b'esponiment gћoli;

(3)

Jinforma lill-membri ta' l-ekwipaġġ ikkonċernati dwar ir-riskji għas-saћћa li x-xogћol tagћhom ikun jinvolvi;

(4)

Jiżgura li l-iskedi tax-xogћol gћall-membri ta' l-ekwipaġġ nisa, ladarba dawn ikunu nnotifikaw lill-operatur li huma tqal, iżommu d-doża ekwivalenti gћall-fetu kemm jista' jkun baxxa u fi kwalunkwe każ jiżgura li d-doża ma tkunx iktar minn 1 mSv gћall-bqija tat-tqala;

(5)

Jiżgura li jinżammu reġistri individwali gћal dawk il-membri ta' l-ekwipaġġ li jkunu f'riskju gћal esponiment gћoli. Dawn l-esponimenti gћandhom ikunu notifikati lill-individwu fuq bażi annwali, kif ukoll meta titћalla l-attività ta' tali membru ma' l-operatur.

(b)

(1)

Operatur m'gћandux iћaddem ajruplan 'il fuq minn 15 000m (49 000 pied) sakemm it-tagћmir speċifikat fl-OPS 1.680 ikun effiċjenti, jew il-proċedura preskritta fl-OPS 1.680 tkun imwettqa.

(2)

Il-kmandant jew il-pilota li lilu tkun ġiet fdata t-titjira gћandu jibda l-inżul hekk kif ikun prattiku meta l-valuri ta' limitu tar-rata tad-doża tar-radjazzjoni kożmika tkun iżjed minn dik stipulata fil-Manwal tat-Tћaddim.

OPS 1.395

Osservazzjoni ta' qrubija lejn l-art

Meta qrubija eċċessiva lejn l-art tiġi osservata minn kwalunkwe membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jew minn sistema ta' twissija ta' qrubija lejn l-art, il-kmandant jew il-pilota li lilu jkun ġie fdata t-twettiq tat-titjira gћandu jiżgura li jingћata bidu minnufih gћal azzjoni korrettiva biex ikunu stabbiliti kondizzjonijiet ta' titjira mingћajr periklu

OPS 1.398

L-Użu ta' Sistema ta' Anti-kolliżjoni fl-Ajru (ACAS)

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri sabiex jiżgura li:

(a)

Meta s-sistema ta' l-ACAS tkun installata u tista' titħaddem, din gћandha tintuża fit-titjira b'mod li tippermetti l-emissjoni ta' Avvis ta' Riżoluzzjoni (RA), sakemm tali emissjoni ma tkunx xierqa gћall-kondizzjonijiet li jkun hemm f'dak il-ћin.

(b)

Meta s-sistema ta' l-ACAS tidentifika qrubija eċċessiva lejn inġenju ta' l-ajru oħra (RA), il-kmandant jew il-pilota li lilu tkun ġiet fdata t-titjira gћandu jiżgura li jingћata bidu minnufih gћall-azzjoni korrettiva biex tkun stabbilita separazzjoni mingћajr periklu sakemm l-intruż ma jkunx ġiet identifikat viżwalment u tkun ġiet stabbilita li ma tkunx ta' theddida.

OPS 1.400

Il-Kondizzjonijiet ta' avviċinament u ta' inżul

Qabel ma tinbeda l-proċedura ta' avviċinament għall-inżul, il-kmandant gћandu jissodisfa lilu nnifsu/ lilha nfsiha li, skond l-informazzjoni disponibbli lilu/lilha, it-temp fl-ajrudrom u l-kondizzjoni tar-runway li tkun maћsuba li tintuża ma joħolqux periklu fl-avviċinament, fl-inżul jew fl-avviċinament mhux milћuq, waqt li titqies l-informazzjoni ta' l-eżekuzzjoni li jkun hemm fil-Manwal tat-Tћaddim.

OPS 1.405

Il-bidu u l-kontinwazzjoni ta' l-avviċinament

(a)

Il-kmandant jew il-pilota li lilu tkun ġiet fdata t-titjira jista' jagћti bidu gћall-avviċinament ta' strument minkejja r-RVR/viżibilità rapportata, iżda dan l-avviċinament m'gћandux jitkompla lil hinn mid-dwal ta' barra, jew mil-pożizzjoni ekwivalenti, jekk l-RVR/viżibilità rapportata tkun inqas mill-valuri minimi applikabbli.

(b)

Fejn l-RVR ma tkunx disponibbli, il-valur tal-RVR tista' tinkiseb billi tiġi maqluba l-viżibilità rapportata skond l-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.430, is-sub-paragrafu (h).

(ċ)

Jekk, wara li jkun gћadda d-dwal ta' barra jew il-pożizzjoni ekwivalenti skond (a) hawn fuq, l-RVR/viżibilità rapportata tkun inqas mill-valuri minimi applikabbli, l-avviċinament jista' jissokta sad-DA/H jew il-MDA/H.

(d)

Fejn ma jkun hemm l-ebda dwal ta' barra jew l-ebda pożizzjoni ekwivalenti, il-kmandant jew il-pilota li lilu tkun ġiet fdata t-titjira gћandu jieћu d-deċiżjoni biex ikompli jew jabbanduna l-avviċinament qabel jinżel taћt 1 000 pied 'l fuq mill-ajrudrom matul it-taqsima ta' l-avviċinament finali. Jekk l-MDA/H ikun fil-livell jew iktar minn 1 000 pied 'il fuq mill-ajrudrom, l-operatur gћandu jistabbilixxi gћoli, gћal kull proċedura ta' avviċinament, li taћtu l-avviċinament m'gћandux jissokta jekk l-RVR/viżibilità tkun inqas mill-valuri minimi applikabbli.

(e)

L-avviċinament jista' jitkompla taћt id-DA/H jew il-MDA/H u l-inżul jista' jintemm sakemm ir-riferenza viżwali meћtieġa tkun stabbilita skond id-DA/H jew l-MDA/H u tinżamm.

(f)

L-RVR fiż-żona ta' kuntatt ma' l-art hija dejjem waћda li torbot. Jekk rapportati u rilevanti, l-RVR tal-punt tan-nofs u tal-waqfien ukolljorbtu. Il-valur minimu ta' l-RVR gћall-punt tan-nofs huwa ta' 125 m jew l-RVR meћtieġa gћaż-żona ta' kuntatt ma' l-art jekk dan ikun inqas, u 75 m gћal punt ta' waqfien. Gћall-ajruplan mgћammra b'sistema ta' gwida jew sistema ta' kontroll roll-out, il-valur minimu ta' l-RVR gћall-punt tan-nofs huwa ta' 75 m.

Nota:‘Rilevanti’, f'dan il-kuntest, tfisser li l-parti tar-runway użata matul il-fażi ta' veloċità gћolja ta' l-inżul bi tnaqqis fil-veloċità gћal madwar 60 knot.

OPS 1.410

Proċeduri operattivi — Il-limitu ta' l-gћoli tal-qsim

Operatur gћandu jistabbilixxi l-proċeduri operattivi mfassla biex ikun żgurat li ajruplan li jkun qed jintuża biex jitwettqu avviċinamenti ta' preċiżjoni jaqsmu l-limitu permezz ta' marġni bla periklu, bl-ajruplan fil-konfigurazzjoni u l-attitudni ta' l-inżul.

OPS 1.415

Il-Ġurnal tal-Vjaġġ

Il-kmandant gћandu jiżgura li l-Ġurnal tal-Vjaġġ ikun komplut.

OPS 1.420

Ir-Rapportar ta' okkorrenzi

(a)

Terminoloġija

(1)

Inċident. Okkorrenza, li mhux aċċident, li jkun assoċjat mat-tћaddim ta' inġenju ta' l-ajruli jaffettwa jew jista' jaffettwa s-sigurtà ta' l-operat.

(2)

Inċident serju. Inċident li jinvolvi ċirkostanzi li juru li kważi seћћ aċċident.

(3)

Aċċident. Okkorrenza assoċjata mat-tћaddim ta' inġenju ta' l-ajru li sseћћ bejn il-ћin li kwalunkwe persuna titla' abbord l-inġenju ta' l-ajru biex ittir sal-ћin li l-persuni kollha jkunu niżlu minn fuqu, u li fiha:

(i)

persuna tweġġa' b'mod fatali jew serjament minћabba:

(A)

li din tkun fl-inġenju ta' l-ajru;

(B)

ikollha kuntatt dirett ma' kwalunkwe parti ta' l-inġenju ta' l-ajru, inklużi partijiet li jkunu nqatgћu minn ma' l-inġenju ta' l-ajru; jew

(Ċ)

espożizzjoni diretta gћall-blast tal-ġett;hlief meta l-feriti jkunu seћћew minћabba kawżi naturali, ikunu saru mill-persuna fuqha nfisha jew minn persuni oћra, jew meta l-feriti jseћћu fuq persuni li jkunu staћbew barra ż-żoni li normalment ikunu aċċessibbli gћall-passiġġiera u l-ekwipaġġ; jew

(ii)

l-inġenju ta' l-ajru ikollha ћsara jew difett jew nuqqas strutturali li jaffettwaw ћażin is-saћћa strutturali, il-karatteristiċi ta' l-eżekuzzjoni jew tat-titjira tal-inġenju ta' l-ajru, u li normalment tkun teћtieġ tiswija kbira jew il-bidla tal-komponent affettwat; ћlief gћal nuqqas jew ћsara fil-magna, meta l-ћsara tkun limitata gћall-magna, l-gћata jew l-aċċessorji tagћha; jew gћall-ћsara limitata gћall-iskrejjen, it-trufijiet tal-ġwienaћ, l-antenni, it-tajers, il-brejkijiet, l-istrutturi lixxi, daqqiet żgћar jew toqob fil-parti ta' barra ta' l-inġenju ta' l-ajru; jew

(iii)

l-inġenju ta' l-ajru jintilef jew ikun kompletament inaċċessibbli.

(b)

Rapportar ta' inċident. Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikunu rapportati l-inċidenti waqt li jqis ir-responsabbiltajiet spjegati hawn taћt u ċ-ċirkostanzi spjegati fis-sub-paragrafu (d) hawn taћt.

(1)

OPS 1.085(b) jispeċifika r-responsabbiltajiet tal-membri ta' l-ekwipaġġ biex jirrapportaw dawk l-inċidenti li jpoġġu fil-periklu, jew jistgћu jpoġġu fil-periklu, is-sigurtà tal-ħidma.

(2)

Il-kmandant jew l-operatur ta' ajruplan gћandu jibgħat rapport lill-Awtorità dwar kwalunkwe inċident li jpoġġi fil-periklu jew li jista' jpoġġi fil-periklu s-sigurtà tal-ħidma.

(3)

Ir-rapporti gћandhom jintbagћtu fi żmien 72 siegћa mill-waqt meta l-inċident ikun ġie identifikat, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li ma jippermettux dan.

(4)

Il-kmandant gћandu jiżgura li d-difetti tekniċi kollha li huma magћrufin jew suspettati kif ukoll id-defiċjenzi kollha tal-limtazzjonijiet tekniċi li jseћћu waqt li hu/hi jkun/tkun responsabbli gћat-titjira jiġu reġistrati fil-ġurnal tekniku ta' l-inġenju ta' l-ajru. Jekk id-defiċjenza jew id-difetti tal-limitazzjonijiet tekniċi jpoġġu fil-periklu jew jistgћu jpoġġu fil-periklu s-sigurtà tal-ћidma, il-kmandant gћandu wkoll jagћti bidu gћas-sottomissjoni ta' rapport lill-Awtorità skond il-paragrafu (b)(2) hawn fuq.

(5)

Fil-każ ta' inċidenti rapportati skond is-sub-paragrafu (b)(1), (b)(2) u (b)(3) hawn fuq, li jkunu ġejjin minn, jew relatati ma', kwalunkwe nuqqas, nuqqas ta' funzjonament jew diffett fl-ajruplan, fit-tagћmir tiegћu jew fi kwalunkwe oġġett ta' tagћmir ta' assistenza fuq l-art jew li jikkawża jew jista' jikkawża effetti ћżiena fuq l-adegwatezza kontinwata għat-titjir ta' l-ajruplan, l-operatur gћandu jgћarraf lill-organizzazzjoni responsabbli mid-disinn jew lill-fornitur jew, jekk ikun applikabbli, lill-organizzazzjoni responsabbli mill-adegwatezza kontinwata għat-titjir, fl-istess waqt li r-rapport ikun intbagħat lill-Awtorità.

(ċ)

Rapportar ta' Aċċident u ta' Inċident Serju

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri biex ikunu rapportati aċċidenti u inċidenti serji waqt li jqis ir-responsabbiltajiet spjegati hawn taћt u ċ-ċirkostanzi spjegati fis-sub-paragrafu (d) hawn taћt.

(1)

Il-kmandant gћandu jinnotifika l-operatur dwar kwalunkwe aċċident jew inċident serju li jseћћ waqt li hu/hi jkun/tkun responsabbli gћat-titjira. F'każ li l-kmandant ma jkunx jista' jipprovdi din in-notifikazzjoni, dan ix-xogћol ikollu jsir minn kwalunkwe membru ieћor ta' l-ekwipaġġ, jekk dawn ikunu kapaċi jagћmluh, waqt li titqies is-suċċessjoni tal-kmand speċifikata mill-operatur.

(2)

Operatur gћandu jiżgura li l-Awtorità fl-Istat ta' l-operatur, l-iktar Awtorità viċin li tkun xierqa (jekk mhux l-Awtorità fl-Istat ta' l-operatur), u kwalunkwe organizzazzjoni oћra meћtieġa mill-Istat ta' l-operatur biex tkun mgћarrfa, jiġu notifikati bl-iktar mezzi mgћaġġla disponibbli dwar kwalunkwe aċċident jew inċident serju u — fil-każ ta' aċċidenti biss — mill-inqas qabel ma l-ajruplan jiġi mċaqqlaq, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li ma jippermettux dan.

(3)

Il-kmandant jew l-operatur ta' l-ajruplan gћandu jibgħat rapport lill-Awtorità fl-Istat ta' l-operatur fi żmien 72 siegћa mill-waqt meta jkun seћћ l-aċċident jew l-inċident serju.

(d)

Rapporti speċifiċi.

L-okkorrenzi li gћalihom iridu jintużaw metodi ta' notifikazzjoni u rapportar speċifiċi huma spjegati hawn taћt;

(1)

Inċident tat-traffiku ta' l-ajru. Kmandant gћandu javża mingћajr dewmien lit-taqsima tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru kkonċernata dwar l-inċident u gћandu jinfurmaha dwar l-intenzjoni tiegћu/tagћha li jibgħat rapport ta' l-inċident tat-traffiku ta' l-ajru wara li t-titjira tkun intemmet kull meta inġenju ta' l-ajru tkun tpoġġiet f'periklu matul it-titjira minћabba:

(i)

Ċans ta' ħabta ma' kwalunkwe oġġett li jtir ieħor;

(ii)

Proċeduri tat-traffiku ta' l-ajru difettużi jew nuqqas ta' konformità mal-proċeduri applikabbli mis-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru jew mill-ekwipaġġ tat-titjira;

(iii)

Nuqqas min-naћa tal-faċilitajiet tas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru.

Barra minn hekk, il-kmandant gћandu jinnotifika lill-Awtorità dwar l-inċident.

(2)

Avviż ta' Riżoluzzjoni kawżat mis-Sistema ta' Anti-kolliżjoni fl-Ajru. Il-kmandant gћandu jinnotifika lit-taqsima tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru kkonċernata u jibgħat rapport ta' l-ACAS lill-Awtorità kull meta l-inġenju ta' l-ajru fit-titjira tiġi manuvrata b'reazzjoni gћal Avviż ta' Riżoluzzjoni ta' l-ACAS.

(3)

Perikli u ћbit kawżati mill-gћasafar

(i)

Kmandant gћandu jgћarraf minnufih lit-taqsima tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru lokali kull meta jiġi osservat periklu potenzjali kawżat mill-gћasafar.

(ii)

Jekk hu/hi ikun/tkun konxju(a) li jkun seћћ ћbit kawżat mill-gћasafar, kmandant gћandu jibgħat, wara l-inżul, rapport bil-miktub lill-Awtorità dwar il-ћbit kawżat mill-gћasafar; liema rapport għandu jsir kull meta fil-inġenju ta' l-ajru li gћalih dan/din ikun/tkun responsabbli jkun sofra minn ћbit kawżat mill-gћasafar li jwassal gћall-ћsara sostanzjali fil-inġenju ta' l-ajru jew fit-telf jew in-nuqqas ta' funzjonament ta' kwalunkwe servizz essenzjali. Jekk il-fatt tal-kawżat mill-gћasafar jiġi magħruf meta l-kmandant ma jkunx disponibbli, l-operatur gћandu jkun responsabbli biex jibgħat ir-rapport.

(4)

Emerġenzi waqt it-titjira b'Oġġetti Perikolużi abbord. Jekk waqt it-titjira jinqala' każ ta' emerġenza u s-sitwazzjoni tkun tippermetti, il-kmandant gћandu jinforma lit-taqsima tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru kkonċernata dwar kwalunkwe Oġġetti Perikolużi abbord. Wara li l-inġenju ta' l-ajru tkun niżlet, il-kmandant gћandu, jekk l-okkorrenza tkun ġiet assoċjata ma' u kienet relatata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi, jimxi skond ir-rekwiżiti ta' rapportar speċifikati fl-OPS 1.1225.

(5)

Interferenza illeġittima. Wara li jkun seћћ att ta' interferenza illeġittima abbord inġenju ta' l-ajru, il-kmandant jew, fin-nuqqas tiegћu/tagћha, l-operatur gћandu jibgħat rapport, kemm jista' jkun malajr, lill-Awtorità lokali u lill-Awtorità fl-Istat ta' l-operatur. (Ara wkoll OPS 1.1245)

(6)

It-Tilqigћ ma' Kondizzjonijiet Potenzjalment Perikolużi. Il-kmandant gћandu jinnotifika lit-taqsima tas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru xierqa kemm jista' jkun malajr kull meta matul titjira jkun hemm kondizzjoni potenzjalment perikoluża bћalma huma rregolarità f'faċilità ta' fuq l-art jew tan-navigazzjoni, fenomenu meteoroloġiku jew inkella sћaba ta' rmied volkaniku.

OPS 1.425

Riżervat

Appendiċi 1 gћall-OPS 1.270

L-Istivar ta' bagalji u ta' merkanzija

Il-proċeduri stabbiliti minn operatur biex ikun żgurat li l-bagalji ta' l-idejn u l-merkanzija jkunu stivati b'mod xieraq u biex ma joħolqux periklu gћandhom iqisu dan li ġej:

(1)

Kull oġġett li jinġarr f'kabina gћandu jiġi stivat biss f'post li jkun kapaċi jżommu;

(2)

Il-limitazzjonijiet tal-massa imwaћћla fuq jew fejn il-postijiet ta' l-istivar m'gћandhomx jinqabżu;

(3)

Postijiet ta' stivar taћt is-siġġijiet m'gћandhomx jintużaw sakemm is-siġġu jkun mgћammar bi żbarra ta' trażżin u l-bagalja tkun ta' tali qies li din tkun tista' tinżamm b'mod xieraq permezz ta' dan it-tagћmir;

(4)

L-oġġetti m'gћandhomx ikunu stivati fit-twaletti jew kontra l-paratiji li ma jkunux jistgћu jżommu l-oġġetti kontra ċaqliq 'il quddiem, lejn il-ġenb jew 'il fuq u sakemm il-paratiji jkollhom fuqhom avviż imwaћћal li jkun jispeċifika l-ikbar massa li tista' titpoġġa hemmhekk;

(5)

Bagalji u merkanzija li jitpoġġew f'kaxxirizz m'gћandhomx ikunu ta' tali qies li dawn jevitaw li l-bibien bil-lukkett ikunu jistgћu jingћalqu b'tali mod li ma joħolqux periklu;

(6)

Il-bagalji u l-merkanzija m'gћandhomx jitpoġġew fejn dawn ikunu ta' ostaklu gћall-aċċess għat-tagћmir ta' l-emerġenza; u

(7)

Gћandhom isiru verifiki qabel it-tlugћ, qabel l-inżul, u kull meta jinxtegћlu s-sinjali taċ-ċintorini tas-sigurtà jew inkella meta tinћareġ ordni biex ikun żgurat li l-bagalji jkunu stivati fejn ma jkunux ta' tfixkil f'każ ta' evakwazzjoni mill-inġenju ta' l-ajru jew fejn jistgћu jikkawżaw xi korriment jekk dawn jaqgћu (jew b'moviment ieћor) u skond kif ikun xieraq gћall-fażi tat-titjira.

Appendiċi 1 gћall-OPS 1.305

Il-mili/it-tneћћija tal-karburant meta l-passiġġiera jkunu qed jimbarkaw, abbord jew se jћallu l-ajruplan

Operatur gћandu jistabbilixxi proċeduri operattivi gћall-mili/t-tneћћija ta' karburant meta l-passiġġiera jkunu qed jimbarkaw, abbord jew qed jinżlu minn fuq l-ajruplan biex ikun żgurat li jittieћdu l-prekawzjonijiet li ġejjin:

(1)

Persuna kwalifikata waћda gћandha tibqa' fil-post speċifikat matul l-operazzjoni tal-mili tal-karburant bil-passiġġiera abbord. Din il-persuna kwalifikata gћandha tkun kapaċi li timmaniġġja l-proċeduri ta' emerġenza fejn jikkonċerna ћarsien min-nar u tifi tan-nar, l-immaniġġjar tal-komunikazzjonijiet u li tagћti bidu u tidderieġi evakwazzjoni;

(2)

Gћandha tkun stabbilita komunikazzjoni bejn żewġ naћat li gћandha tibqa' disponibbli permezz tas-sistema ta' inter-komunikazzjoni ta' l-ajruplan jew permezz ta' mezzi xierqa oћra bejn l-ekwipaġġ ta' fuq l-art li jkun qed jikkontrolla l-mili tal-karburant u l-persunal kwalifikat abbord l-ajruplan;

(3)

L-ekwipaġġ, il-persunal u l-passiġġiera gћandhom ikunu mwissija meta jkun se jseћћ il-mili/it-tneћћija tal-karburant;

(4)

Is-sinjali ’Orbot iċ-Ċintorini tas-Sigurtà’ gћandhom ikunu mitfija;

(5)

Is-sinjali ’TIPJIP MHUX PERMESS’ gћandhom ikunu mixgћula, flimkien mad-dwal ta' ġewwa biex ikunu jistgћu jiġu identifikati l-ћruġ ta' l-emerġenza;

(6)

Il-passiġġiera gћandhom ikunu mwissija biex iћollu ċ-ċintorini tas-sigurtà tagћhom u biex ma jpejpux;

(7)

Abbord irid ikun hemm numru biżżejjed ta' persunal kwalifikat li jkun lest gћal evakwazzjoni ta' emerġenza immedjata;

(8)

Jekk il-preżenza ta' fwar tal-karburant tiġi identifikata ġewwa l-ajruplan, jew jekk isseħħ kwalunkwe periklu ieћor matul l-mili/it-tneћћija tal-karburant, il-mili tal-karburant gћandu jitwaqqaf minnufih;

(9)

Iż-żona ta' fuq l-art taћt il-ћruġ maћsuba gћall-evakwazzjoni ta' emerġenza u ż-żoni ta' skjerament permezz ta' żurżieqa m'gћandu jkollhom l-ebda ostakli; u

(10)

Issir dispożizzjoni gћal evakwazzjoni bla periklu u rapida.

Appendiċi 1 gћall-OPS 1.375

Il-ġestjoni tal-karburant waqt it-titjira

(a)

Il-verifiki tal-karburant waqt it-titjira

(1)

Il-kmandant gћandu jiżgura li l-verifiki tal-karburant isiru waqt it-titjira f'intervalli regolari. Il-karburant li jibqa' gћandu jiġi rreġistrat u evalwat biex:

(i)

Jitqabbel il-konsum attwali mal-konsum ippjanat;

(ii)

Ikun verifikat li l-karburant li jibqa' ikun biżżejjed biex it-titjira titkompla; u

(iii)

Ikun stabbilit il-karburant mistenni li se jibqa' meta l-ajruplan jasal fid-destinazzjoni.

(2)

Id-data rilevanti tal-karburant gћandha tiġi rreġistrata.

(b)

Il-ġestjoni tal-karburant waqt it-titjira.

(1)

Jekk, bћala riżultat ta' verifika tal-karburant waqt it-titjira, il-karburant ikkalkolat li jibqa' mal-wasla fid-destinazzjoni ikun inqas mill-karburant alternattiv meћtieġ inkluż il-karburant tar-riżerva finali, il-kmandant gћandu jqis il-kondizzjonijiet tat-traffiku u dawk operattivi li jkun hemm fl-ajrudrom tad-destinazzjoni, tul ir-rotta tad-devjazzjoni lejn ajrudrom alternattiv u fl-ajrudrom alternattiv tad-destinazzjoni, biex ikun jista' jiddeċiedi jekk ikomplix lejn l-ajrudrom tad-destinazzjoni jew jekk jiddevjax, ћalli jniżżel l-ajruplan b'mhux inqas mill-karburant tar-riżerva finali.

(2)

Fuq titjira lejn ajrudrom iżolat:

Gћandu jiġi determinat l-aћћar punt possibbli ta' devjazzjoni lejn kwalunkwe ajrudrom alternattiv tul ir-rotta. Qabel ma jintlaћaq dan il-punt, il-kmandant gћandu jevalwa l-karburant mistenni li jibqa' waqt li l-ajruplan ikun fl-arja fuq l-ajrudrom, il-kondizzjonijiet tat-temp, u l-kondizzjonijiet tat-traffiku u dawk operattivi li jkun hemm fl-ajrudrom iżolat u fi kwalunkwe ajrudromi tul ir-rotta qabel ma jiddeċiedi jekk ikomplix lejn l-ajrudrom iżolat jew jekk jiddevjax lejn ajrudrom ieћor tul ir-rotta.

SUB-PARTI E

L-OPERAZZJONIJIET KOLLHA TAT-TEMP

OPS 1.430

Il-Valuri Operattivi Minimi ta' l-Ajrudrom — Ġenerali

(Ara l-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.430)

(a)

Operatur gћandu jistabbilixxi, gћal kull ajrudrom ippjanat li jintuża, valuri operattivi minimi ta' l-ajrudrom li ma jkunux aktar baxxi mill-valuri mogћtija fl-Appendiċi 1. Il-metodu ta' kif ikunu determinati dawn il-valuri minimi gћandu jkun aċċettat mill-Awtorità. Dawn il-valuri minimi m'gћandhomx ikunu aktar baxxi minn dawk li jistgћu jiġu stabbiliti gћal dawk l-ajrudromi mill-Istat li fihom l-ajrudrom ikun jinstab, ћlief meta dawn jiġu approvati speċifikament minn dak l-Istat.

Nota: Il-paragrafu hawn fuq ma jipprojbixxix il-kalkolu waqt it-titjira tal-valuri minimi lejn ajrudrom alternattiv mhux ippjanat, jekk din issir skond metodu aċċettat.

(b)

Meta jkunu stabbiliti l-valuri operattivi minimi ta' l-ajrudrom li jkunu se japplikaw gћal kwalunkwe operazzjoni partikolari, operatur gћandu jqis b'mod sћiћ:

(1)

Il-karatteristiċi tat-tip, ta' l-eżekuzzjoni u ta' l-immaniġġjar ta' l-ajruplan;

(2)

Il-kompożizzjoni ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, il-kompetenza u l-esperjenza tagћhom;

(3)

Id-dimensjonijiet u l-karatteristiċi tar-runways li jistgћu jintgћażlu biex jintużaw;

(4)

Is-suffiċjenza u l-eżekuzzjoni ta' l-għajnuna viżwali u mhux viżwali fuq l-art li tkun disponibbli

(5)

It-tagћmir disponibbli fuq l-ajruplan gћan-navigazzjoni u/jew il-kontroll tal-passaġġ tat-titjira, kif xieraq, matul it-tlugћ, l-avviċinament, fil-passaġġ mixgћul, l-inżul, ir-roll-out u l-avviċinament mhux milћuq;

(6)

L-ostakli fl-avviċinament, l-avviċinament mhux milћuq u ż-żoni tat-tlugћ meћtieġa gћat-twettiq ta' proċeduri ta' kontinġenza u l-ikklerjar li jkunu meћtieġa;

(7)

L-altitudni/l-gћoli ta' l-ikklerjar ta' kull ostaklu gћall-proċeduri ta' l-avviċinament ta' l-istrument; u

(8)

Il-mezzi biex ikunu stabbiliti u rapportati l-kondizzjonijiet meteoroloġiċi.

(ċ)

Il-kategoriji ta' l-ajruplan msemmija f'din is-Sub-parti gћandhom ikunu ġejjin skond il-metodu mogћti fl-Appendiċi 2 gћall-OPS 1.430 (ċ).

OPS 1.435

It-Terminoloġija

It-termini użati f'din is-sub-parti gћandhom it-tifsira li ġejja:

(1)

Dawran. Il-fażi viżwali ta' l-avviċinament ta' strument biex l-inġenju ta' l-ajru f'pożizzjoni għall-inżul fuq runway li ma jkunx jinstab f'post xieraq sabiex jippermetti avviċinament f'linja dritta.

(2)

Il-Proċeduri ta' Viżibilità Baxxa (LVP). Il-proċeduri applikati f'ajrudrom biex ikunu żgurati operazzjonijiet bla periklu matul avviċinamenti tal-Kategorija II u III u matul Tlugћ f'Viżibilità Baxxa.

(3)

Tlugћ f'Viżibilità Baxxa (LVTO). Tlugћ fejn il-Medda Viżwali tar-runway (RVR) tkun inqas minn 400 m.

(4)

Is-Sistema tal-kontroll tat-titjira. Sistema li tinkludi sistema ta' nżul awtomatiku u/jew sistema ibrida ta' nżul.

(5)

Sistema ta' kontroll ta' titjira li tkun passiva f'każ ta' nuqqas ta' funzjonament (Fail-Passive). Sistema ta' konroll ta' titjira tkun passiva f'każ ta' nuqqas ta' funzjonament jekk, f'każ li din ma taћdimx, ma jkun hemm l-ebda kondizzjoni out-of-trim sostanzjali jew devjazzjoni fil-passaġġ tat-titjira jew fl-attitudni, iżda l-inżul ma jseћћx awtomatikament. Gћal sistema awtomatika ta' kontroll ta' titjira li tkun passiva f'nuqqas ta' funzjonament, il-pilota gћandu jassumi l-kontroll ta' l-ajruplan hekk kif iseћћ in-nuqqas ta' funzjonament.

(6)

Sistema ta' kontroll ta' titjira operattiva f'każ ta'nuqqas ta' funzjonament (Fail-Operational). Sistema ta' kontroll ta' titjira tkun fail-operational jekk, f'każ ta' nuqqas ta' funzjonament taћt l-gћoli tat-twissija, l-avviċinament, il-mogћdija fil-passaġġi mixgћula u l-inżul, jkunu jistgћu jintemmu awtomatikament. F'każ ta' nuqqas ta' funzjonament, is-sistema ta' nżul awtomatiku taћdem bћala sistema passiva f'każ ta' nuqqas ta' funzjonament.

(7)

Sistema ibrida ta' nżul fail-operational Sistema li tikkonsisti minn sistema primarja ta' nżul awtomatiku li tkun passiva f'każ ta' nuqqas ta' funzjonament u minn sistema sekondarja ta' gwida indipendenti biex il-pilota jkun jista' jtemm inżul manwalment wara nuqqas fis-sistema primarja.

Nota: Sistema sekondarja tipika ta' gwida indipendenti tikkonsisti minn strumenti fil-livell ta' l-gћajnejn li jkunu kkontrollati biex jipprovdu gwida li normalment tieћu l-forma ta' informazzjoni ta' kmand iżda li b'mod alternattiv tista' tkun informazzjoni ta' sitwazzjoni (jew devjazzjoni).

(8)

Avviċinament viżwali. Avviċinament meta parti mill-proċedura jew il-proċedura kollha ta' avviċinament ta' l-istrument ma tkunx mitmuma u l-avviċinament isir b'riferenza viżwali lejn għat-terren.

OPS 1.440

Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa — Regoli operattivi ġenerali

(Ara l-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.440)

(a)

Operatur m'gћandux iwettaq operazzjonijiet tal-Kategorija II jew III sakemm:

(1)

Kull ajruplan ikkonċernat ikun ċertifikat gћall-operazzjonijiet b'gћoli ta' deċiżjoni taћt il-200 pied, jew bla ebda gћoli ta' deċiżjoni, u jkun mgћammar skond il-CS-AWO fuq l-operazzjonijiet kollha tat-temp jew skond kriterji ekwivalenti li jkunu aċċettati mill-Awtorità;

(2)

Tkun stabbilita sistema xierqa biex ikun reġistrat is-suċċess u l-falliment ta' l-avviċinament u/jew l-inżul awtomatikusabiex tkun monitorjata s-sigurtà ġenerali ta' l-operazzjoni;

(3)

L-operazzjonijiet ikunu approvati mill-Awtorità;

(4)

L-ekwipaġġ tat-titjira ikun jikkonsisti mill-inqas minn żewġ piloti; u

(5)

L-Gћoli ta' Deċiżjoni ikun ġie stabbilit permezz ta' altimetru bir-radjo.

(b)

Operatur m'gћandux iwettaq tlugћ f'viżibilità baxxa f'inqas minn RVR ta' 150 m (ajruplan tal-Kategorija A, B u C) jew RVR ta' 200 m (ajruplan tal-Kategorija D) sakemm ma jkunx approvat mill-Awtorità.

OPS 1.445

Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa — Konsiderazzjonijiet ta' l-ajrudrom

(a)

Operatur m'gћandux juża ajrudrom gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija II jew III sakemm l-ajrudrom ikun approvat gћal dawn l-operazzjonijiet mill-Istat li fih ikun jinstab dan l-ajrudrom.

(b)

Operatur gћandu jivverifika li l-Proċeduri ta' Viżibilità Baxxa (LVP) ikunu ġew stabbiliti, u li dawn jiġu infurzati f'dawk l-ajrudromi fejn ikunu se jsiru operazzjonijiet f'viżibilità baxxa.

OPS 1.450

Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa — Taћriġ u Kwalifiki

(Ara l-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.450)

Operatur gћandu jiżgura li, qabel ma jwettaq Tlugћ f'Viżiblità Baxxa, l-operazzjonijiet tal-Kategorija II u III:

(1)

Kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira:

(i)

Ikun temma r-rekwiżiti ta' taћriġ u ta' verifika preskritti fl-Appendiċi 1, inkluż it-taћriġ fuq simulatur tat-titjira, biex ikun jista' jaћdem skond il-valuri ta' limitu ta' l-RVR u l-Gћoli ta' Deċiżjoni li jkunu xierqa gћall-approvazzjoni tal-Kategorija II/III ta' l-operatur; u

(ii)

Ikun kwalifikat skond l-Appendiċi 1;

(2)

It-taћriġ u l-verifika jsiru skond sillabu dettaljat approvat mill-Awtorità u li jkun inkluż fil-Manwal tat-Tћaddim. Dan it-taћriġ ikun addizzjonali gћal dak preskritt fis-sub-parti N; u

(3)

Il-kwalifika ta' l-ekwipaġġ tat-titjira tkun speċifika gћall-operazzjoni u t-tip ta' ajruplan.

OPS 1.455

Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa — Proċeduri operattivi

(Ara l-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.455)

(a)

Operatur gћandu jistabblixxi proċeduri u struzzjonijiet li gћandhom jintużaw gћat-Tlugћ f'Viżibilità Baxxa u gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija II u III. Dawn il-proċeduri gћandhom ikunu inklużi fil-Manwal tat-Tћaddim u jinkludu fihom id-dmirijiet tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira matul is-sewqan, it-tlugћ, l-avviċinament, il-mogћdija mill-passaġġi mixgћula ta' l-ajrudrom, l-inżul, ir-roll-out u l-avviċinament mhux milћuq, skond kif xieraq.

(b)

Il-kmandant gћandu jissodisfa lilu nnifsu/lilha nfisha li:

(1)

L-istat tal-faċilitajiet viżwali u mhux viżwali jkunu biżżejjed qabel ma jingħata bidu għat-Tlugћ f'Viżibilità Baxxa jew l-avviċinament tal-Kategorija II jew III;

(2)

LVPs xierqa jkunu fis-seћћ skond l-informazzjoni li s-Servizzi tat-Traffiku ta' l-Ajru jkunu rċevew, qabel ma jingħata bidu għat-Tlugћ f'Viżibilità Baxxa jew l-avviċinament tal-Kategorija II jew III; u

(3)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jkunu kwalifikati kif xieraq qabel ma jingћata bidu gћat-Tlugћ f'Viżibilità Baxxa f'RVR ta' inqas minn 150 m (ajruplan tal-Kategorija A, B u C) jew 200 m (ajruplan tal-Kategorija D) jew gћall-avviċinament tal-Kategorija II jew III.

OPS 1.460

Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa — It-tagћmir minimu

(a)

Fil-Manwal tat-Tћaddim l-operatur gћandu jinkludi t-tagћmir minimu li jrid ikun jiffunzjona fil-bidu tat-Tlugћ f'Viżibilità Baxxa jew ta' l-avviċinament tal-Kategorija II jew III skond l-AFM jew dokument ieћor approvat.

(b)

Il-kmandant gћandu jissodisfa lilu nnifsu/lilha nfisha li l-istat ta' l-ajruplan u tas-sistemi rilevanti ta' l-ajru ikunu xierqa sabiex l-operazzjoni speċifika ssir.

OPS 1.465

Il-Valuri operattivi minimi VFR

(Ara l-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.465)

L-operatur gћandu jiżgura li:

(1)

It-titjiriet VFR gћandhom isiru skond ir-Regoli tat-Titjir Viżwali u skond it-Tabella fl-Appendiċi 1 gћall-OPS 1.465.

(2)

Titjiriet speċjali VFR ma jistgћux jibdew meta l-viżibilità tkun inqas minn 3 km u m'gћandhomx issiru mod ieћor meta l-viżibilità tkun inqas minn 1,5 km.

Appendiċi 1 gћall-OPS 1.430

Il-Valuri Operattivi Minimi ta' Ajrudrom

(a)

Il-Valuri Minimi tat-Tlugћ

(1)

Ġenerali

(i)

Il-valuri minimi tat-tlugћ stabbiliti mill-operatur gћandhom ikunu mfissra bћala viżibilità jew limiti ta' RVR, waqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha gћal kull ajrudrom ippjanat li gћandu jintuża kif ukoll l-karatteristiċi ta' l-ajruplan. Fejn ikun hemm ћtieġa speċifika li wieћed jara u jevita ostakli waqt it-tluqtluq u/jew matul inżul ta' emerġenza, gћandhom ikunu speċifikati kondizzjonijiet addizzjonali (eż. l-ogћla limiti ffissati).

(ii)

Il-kmandant m'gћandux jibda proċedura ta' tlugћ sakemm il-kondizzjonijiet tat-temp fl-ajrudrom tat-tluqtluq ikunu ugwali jew aћjar mill-valuri minimi applikabbli gћall-inżul f'dak l-ajrudrom, sakemm ikun hemm disponibbli ajrudrom alternattiv tat-tlugћ li jkun xieraq.

(iii)

Meta l-viżibilità meteoroloġika rapportata tkun iktar baxxa minn dik meћtieġa gћat-tlugћ u l-RVR ma tkunx rapportata, it-tlugћ ikun jista' jibda biss jekk il-kmandant ikun jista' jistabilixxi li l-RVR/viżibilità tul ir-runway tat-tlugћ tkun ugwali jew aћjar mill-minimu meћtieġ.

(iv)

Meta l-ebda viżibilità meteoroloġika rapportata jew RVR tkun disponibbli, it-tlugћ ikun jista' jibda biss jekk il-kmandant ikun jista' jistabilixxi li l-RVR/viżibilità tul ir-runway tat-tlugћ tkun ugwali jew aћjar mill-minimu meћtieġ.

(2)

Riferenza viżwali. Gћandhom jintgћażlu l-valuri minimi tat-tlugћ biex tkun żgurata gwida biżżejjed biex l-ajruplan ikun jista' jiġi kontrollat f'każ kemm ta' tlugћ li ma jitkompliex minћabba ċirkostanzi kuntrarji u ta' tlugћ issoktat wara li s-sistema tal-qawwa kritika tkun naqset milli taћdem.

(3)

RVR/Viżibilità meћtieġa

(i)

Gћall-ajruplan b'iktar minn magna waћda, li l-eżekuzzjoni tagћhom tkun tali li, fil-każ li s-sistema tal-qawwa kritika tonqos milli taћdem fi kwalunkwe punt matul it-tlugћ, l-ajruplan jew jieqaf jew ikompli bit-tlugћ sa gћoli ta' 1500 pied 'il fuq mill-ajrudrom waqt li jneћћi l-ostakli permezz tal-marġini meћtieġa, il-valuri minimi tat-tlugћ stabbiliti mill-operatur gћandhom ikunu mfissra bћala valuri ta' RVR/Viżibilità li ma jkunux inqas baxxi minn dawk li mogħtija fit-Tabella 1 hawn taћt, ћlief kif indikat fil-paragrafu (4) hawn taћt:

Tabella 1

RVR/Viżibilità gћat-tlugћ

RVR/Viżibilità gћat-Tlugћ

Faċilitajiet

RVR/Viżibilità

(Nota 3)

Xejn (Bi nhar biss)

500 m

Id-dawl tat-tarf tar-runway u/jew il-marki tal-linja taċ-ċentru

250/300 m

(Noti 1 & 2)

Id-dawl tat-tarf tar-runway u tal-linja taċ-ċentru

200/250 m

(Nota 1)

Id-dawl tat-tarf tar-runway u tal-linja taċ-ċentru u informazzjoni multipla dwar l- RVR

150/200 m

(Noti 1 & 4)

Nota 1:

Il-valuri ogћla japplikaw gћall-ajruplan tal-Kategorija D.

Nota 2:

Gћall-operazzjonijiet ta' bil-lejl, ikunu meћtieġa mill-inqas id-dwal tat-tarf u tat-tmiem tar-runway.

Nota 3:

Il-valur ta' l-RVR/Viżibilità rapportata li jkun rappreżentattiv tal-parti inizjali tal-ġirja tat-tlugћ jista' jinbidel b'evalwazzjoni tal-pilota.

Nota 4:

Il-valur tar-RVR meћtieġ gћandu jinkiseb gћall-punti kollha rilevanti tar-rapportar ta' l-RVR, ћlief gћall-eċċezzjoni mogћtija fin-Nota 3 hawn fuq.

(ii)

Gћall-ajruplan b'iktar minn magna waћda li l-eżekuzzjoni tagћhom tkun tali li dawn ma jkunux jistgћu jikkonfomaw mal-kondizzjonijiet ta' l-eżekuzzjoni li hemm fis-sub-paragrafu (a)(3)(i) hawn fuq, f'każ li s-sistema tal-qawwa kritika tonqos milli taћdem, jista' jkun hemm il-ћtieġa li l-ajruplan jerġa' jinżel mill-ġdid minnufih u li l-pilota jara u jevita l-ostakli li jkun hemm fiż-żona tat-tlugћ. Dawn l-ajruplan jistgћu jitћaddmu sal-valuri minimi tat-tlugћ li ġejjin, sakemm dawn ikunu konformi mal-kriterji tat-tneћћija ta' l-ostakli applikabbli, u waqt li wieћed jassumi n-nuqqas ta' funzjonament tal-magna fl-gћoli speċifikat. Il-valuri minimi tat-tlugћ stabbiliti mill-operatur gћandhom ikunu bbażati fuq l-gћoli li minnu jkun jista' jiġi fformat il-passaġġ tat-tlugћ nett tat-titjira b'magna waћda wieqfa. Il-valuri minimi ta' l-RVR użati ma jistgћux ikunu iktar baxxi minn dawk li jidhru fit-Tabella 1 hawn fuq jew fit-Tabella 2 hawn taћt.

Tabella 2

L-gћoli preżunt 'il fuq mir-runway meta magna tieqaf taћdem versu l-RVR/Viżibilità

RVR/Viżibilità tat-Tlugћ — il-passaġġ tat-titjira

L-Gћoli preżunt 'il fuq mir-runway tat-tlugћ meta magna tieqaf taћdem

RVR/Viżibilità

(Nota 2)

< 50 pied

200 m

51 — 100 pied

300 m

101 — 150 pied

400 m

151 — 200 pied

500 m

201 — 300 pied

1 000 m

> 300 pied

1 500 m

(Nota 1)

Nota 1:

1 500 m huwa applikabbli wkoll jekk ma jkun jista' jiġi fformat l-ebda passaġġ pożittiv tat-titjira tat-tlugћ.

Note 2:

Il-valur rapportat ta' l-RVR/Viżibilità li jkun rappreżentattiv tal-parti inizjali tal-ġirja tat-tlugћ jista' jinbidel b'evalwazzjoni tal-pilota.

(iii)

Meta l-RVR rapportata, jew il-viżibilità meteoroloġika ma tkunx disponibbli, il-kmandant m'gћandux jagћti bidu gћall-proċedura tat-tlugћ sakemm hu/hi ikun jista' jistabilixxi li l-kondizzjonijiet attwali ikunu jilћqu l-valuri minimi tat-tlugћ li jkunu jgћoddu.

(4)

Eċċezzjonijiet gћall-paragrafu (a)(3)(i) hawn fuq:

(i)

Waqt li jkun suġġett gћall-approvazzjoni ta' l-Awtorità, u sakemm ir-rekwiżiti fil-paragrafi (A) sa (E) hawn taћt ikunu ntlaћqu, l-operatur jista' jnaqqas il-valuri minimi tat-tlugћ sa RVR ta' 125 m (ajruplan tal-Kategorija A, B u C) jew sa RVR ta' 150 m (ajruplan tal-Kategorija D) meta:

(A)

Ikun hemm fis-seћћ Proċeduri ta' Viżibilità Baxxa;

(B)

Ikunu qed jitћaddmu dwal ta' intensità gћolja fil-linja taċ-ċentru tar-runway, li jkunu spazjati f'distanza ta' 15 m jew inqas, u dwal ta' intensità gћolja fit-tarf tar-runway li jkunu spazjati f'distanza ta' 60 m jew inqas;

(Ċ)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jkunu temmew b'suċċess taћriġ f' Simulatur tat-Titjira;

(D)

Fil-bidu tal-ġirja tat-tlugћ ikun hemm disponibbli segment viżwali ta' 90 m mill-kabina tal-pilota; u

(E)

Il-valur tar-RVR meћtieġ ikun intlaћaq gћall-punti rilevanti kollha tar-rapportar ta' l-RVR.

(ii)

Suġġett gћall-approvazzjoni ta' l-Awtorità, l-operatur ta' ajruplan li juża sistema ta' gwida laterali approvata gћat-tlugћ jista' jnaqqas il-valuri minimi tat-tlugћ gћal RVR ta' inqas minn 125 m (ajruplan tal-Kategorija A, B u C) jew 150 m (ajruplan tal-Kategorija D), iżda mhux inqas minn 75 m, sakemm ikun hemm disponibbli l-ћarsien u l-faċilitajiet tar-runway li jkunu ekwivalenti gћall-operazzjonijiet ta' l-inżul tal-Kategorija III.

(b)

Avviċinament mhux ta' preċiżjoni

(1)

Il-valuri minimi tas-sistema

(i)

L-operatur gћandu jiżgura li l-valuri minimi tas-sistema gћall-proċeduri ta' avviċinament mhux ta' preċiżjoni, li jiġu bbażati fuq l-użu ta' l-ILS mingћajr glidepath (LLZ biss), VOR, NDB, SRA u VDF, ma jkunux aktar baxxi mill-valuri tal-MDH li jidhru fit-Tabella 3 hawn taћt.

Tabella 3

Il-valuri minimi tas-sistema gћall-għajnuna ta' avviċinament mhux ta' preċiżjoni

Il-valuri minimi tas-sistema — Faċilità

Il-Valur minimu ta' l-MDH

ILS (bla glide path — LLZ)

250 pied

SRA (jintemm f'

Formula

NM)

250 pied

SRA (jintemm f'1 NM)

300 pied

SRA (jintemm f'2 NM)

350 pied

VOR

300 pied

VOR/DME

250 pied

NDB

300 pied

VDF (QDM & QGH)

300 pied

(2)

L-Gћoli Minimu ta' l-Inżul. L-operatur gћandu jiżgura li l-gћoli minimu ta' l-inżul gћal avviċinament mhux ta' preċiżjoni ma jkunx iktar baxx minn:

(i)

L-OCH/OCL gћall-kategorija ta' l-ajruplan; jew

(ii)

Il-minimu tas-sistema.

(3)

Ir-Riferenza Viżwali. Il-pilota ma jistax ikompli l-avviċinament taћt il-valuri tal-MDA/MDH sakemm mill-inqas waћda mir-riferenzi viżwali li ġejjin gћar-runway maћsub tkun viżibli b'mod distintiv u tkun tista' tiġi identifikata mill-pilota:

(i)

Elementi tas-sistema tad-dawl ta' l-avviċinament;

(ii)

Il-livell minimu;

(iii)

Il-marki tal-livell minimu;

(iv)

Id-dwal tal-livell minimu;

(v)

Id-dwal ta' l-identifikazzjoni tal-livell minimu;

(vi)

L-indikatur ta' l-inklinazzjoni viżwali;

(vii)

Iż-żona ta' l-illandjar jew il-marki taż-żona ta' l-illandjar;

(viii)

Id-dwal taż-żona ta' l-illandjar;

(ix)

Id-dwal tat-tarf tar-runway; jew

(x)

Ir-riferenzi viżwali l-oћra aċċettati mill-Awtorità.

(4)

L-RVR meћtieġa. Il-livelli minimi l-iktar baxxi li gћandhom jintużaw mill-operatur gћall-avviċinament mhux ta' preċiżjoni huma:

Tabella 4a

RVR gћall-avviċinament mhux ta' preċiżjoni — faċilitajiet sћaћ

Il-valuri minimi gћal avviċinament mhux ta' preċiżjoni — Faċilitajet sћaћ (Noti (1), (5), (6) u (7)

MDH

RVR/Kategorija ta' ajruplan

A

B

C

D

250 — 299 pied

800 m

800 m

800 m

1 200 m

300 — 449 pied

900 m

1 000 m

1 000 m

1 400 m

450 — 649 pied

1 000 m

1 200 m

1 200 m

1 600 m

650 pied u iktar

1 200 m

1 400 m

1 400 m

1 800 m

Tabella 4b

RVR gћall-avviċinament mhux ta' preċiżjoni — faċilitajiet intermedji

Il-Valuri minimi gћal avviċinament mhux ta' preċiżjoni Faċilitajiet intermedji (Noti (2), (5), (6) u (7)

MDH

RVR/Kategorija ta' ajruplan

A

B

C

D

250 — 299 pied

1 000 m

1 100 m

1 200 m

1 400 m

300 — 449 pied

1 200 m

1 300 m

1 400 m

1 600 m

450 — 649 pied

1 400 m

1 500 m

1 600 m

1 800 m

650 pied u iktar

1 500 m

1 500 m

1 800 m

2 000 m

Tabella 4c

RVR gћall-avviċinament mhux ta' preċiżjoni — faċilitajiet bażiċi

Il-valuri minimi ta' avviċinament mhux ta' preċiżjoni — Faċilitajiet bażiċi (Noti (3), (5), (6) u (7)

MDH

RVR/Kategorija ta' ajruplan

A

B

C

D

250 — 299 pied

1 200 m

1 300 m

1 400 m

1 600 m

300 — 449 pied

1 300 m

1 400 m

1 600 m

1 800 m

450 — 649 pied

1 500 m

1 500 m

1 800 m

2 000 m

650 pied u iktar

1 500 m

1 500 m

2 000 m

2 000 m

Tabella 4d

RVR gћall-avviċinament mhux ta' preċiżjoni — Mingћajr faċilitajiet ta' dawl gћall-avviċinament

Il-valuri minimi ta' avviċinament mhux ta' preċiżjoni — Bla faċilitajet ta' dawl gћall-avviċinament (Noti (4), (5), (6) u (7)

MDH

RVR/Kategorija ta' Ajruplan

A

B

C

D

250 — 299 pied

1 000 m

1 500 m

1 600 m

1 800 m

300 — 449 pied

1 500 m

1 500 m

1 800 m

2 000 m

450 — 649 pied

1 500 m

1 500 m

2 000 m

2 000 m

650 pied u iktar

1 500 m

1 500 m

2 000 m

2 000 m

Nota 1:

Il-faċilitajiet sћaћ jinkludu l-marki ta' fuq ir-runway, 720 m jew iktar ta' dwal ta' avviċinament HI/MI, id-dwal tat-tarf tar-runway, id-dwal tal-livell massimu u d-dwal tat-tmiem tar-runway. Id-dwal iridu jkunu mixgћula.

Nota 2:

Il-faċilitajiet intermedji jinkludu l-marki ta' fuq ir-runway, 420–719 m ta' dwal ta' avviċinament HI/MI, id-dwal tat-tarf tar-runway, id-dwal tal-livell massimu u d-dwal tat-tmiem tar-runway. Id-dwal iridu jkunu mixgћula.

Nota 3:

Il-faċilitajiet bażiċi jinkludu l-marki ta' fuq ir-runway, <420 m ta' dawl ta' avviċinament HI/MI, kwalunkwe tul ta' dwal ta' avviċinament LI, id-dwal tat-tarf tar-runway, id-dwal tal-livell massimu u d-dwal tat-tmiem tar-runway. Id-dwal iridu jkunu mixgћula.

Nota 4:

L-ebda faċilitajiet ta' dawl ta' avviċinament jinkludu l-marki ta' fuq ir-runway, id-dwal tat-tarf tar-runway, id-dwal tal-livell massimu, id-dwal tat-tmiem tar-runway jew l-ebda dawl.

Nota 5:

It-tabelli jkunu applikabbli biss gћall-avviċinamenti konvenzjonali b'inklinazzjoni ta' nżul nominali ta' mhux iktar minn 4°. Inklinazzjonijiet ta' nżul ikbar ġeneralment ikunu jeћieġu li l-gwida viżwali ta' l-inklinazzjoni ta' l-inżul bil-magna wieqfa (eż. PAPI) tkun viżibbli wkoll fl-Gћoli Minimu ta' l-Inżul.

Nota 6:

Il-figuri t'hawn fuq jew ikunu RVR rapportata jew viżibilità meteoroloġika konvertita f'RVR bћal fis-sub-paragrafu (h) hawn taћt.

Note 7:

Il-MDH imsemmi fit-Tabella 4a, 4b, 4c u 4d jirreferi gћall-kalkolazzjoni inizjali ta' l-MDH. Meta tkun qed tintgћażel l-RVR assoċjata, ma jkunx hemm ћtieġa biex il-figuri jkunu mdawra sa l-eqreb gћaxar piedi, li jista' jsir gћal raġunijiet operattivi, eż. gћall-konverżjoni gћall-MDA.

(5)

Operazzjonijiet ta' bil-lejl. Gћall-operazzjonijiet ta' bil-lejl mill-inqas id-dwal tat-tarf tar-runway, tal-limitu massimu u tat-tmiem tar-runway iridu jkunu mixgћula.

(ċ)

Avviċinament ta' preċiżjoni — Operazzjonijiet tal-Kategorija I

(1)

Ġenerali. Operazzjoni tal-Kategorija I hija avviċinament ta' strument ta' preċiżjoni u nżul bl-użu ta' ILS, MLS jew PAR b'gћoli ta' deċiżjoni mhux iktar baxx minn 200 pied u b'medda viżwali ta' runway ta' mhux inqas minn 550 m.

(2)

L-Gћoli ta' Deċiżjoni. L-operatur gћandu jiżgura li l-gћoli ta' deċiżjoni li gћandu jintuża gћall-avviċinament ta' preċiżjoni tal-Kategorija I ma jkunx aktar baxx minn:

(i)

L-gћoli ta' deċiżjoni minimu speċifikat fil-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan (AFM) jekk ikun iddikjarat;

(ii)

L-gћoli minimu li gћalih l-għajnuna ta' l-avviċinament ta' preċiżjoni tista' tintuża mingћajr ir-riferenza viżwali meћtieġa;

(iii)

L-OCH/OCL gћall-kategorija ta' l-ajruplan; jew

(iv)

200 pied.

(3)

Riferenza viżwali. Il-pilota ma jistax ikompli avviċinament taћt l-gћoli ta' deċiżjoni tal-Kategorija I, stabbilit skond is-sub-paragrafu (c)(2) hawn fuq, sakemm mill-inqas waћda mir-riferenzi viżwali li ġejjin gћar-runway maћsub tkun viżibbli b'mod distintiv u tkun tista' tiġi identifikata mill-pilota:

(i)

Elementi tas-sistema tad-dawl ta' l-avviċinament;

(ii)

Il-limitu;

(iii)

Il-marki tal-limitu;

(iv)

Id-dwal tal-limitu;

(v)

Id-dwal ta' l-identifikazzjoni tal-limitu;

(vi)

L-indikatur ta' l-inklinazzjoni viżwali ta' l-inżul ta' l-ajruplan bil-magna wieqfa;

(vii)

Iż-żona ta' l-illandjar jew il-marki taż-żona ta' l-illandjar;

(viii)

Id-dwal taż-żona ta' l-illandjar; jew

(ix)

Id-dwal tat-tarf tar-runway.

(4)

L-RVR meћtieġa. L-iktar valuri baxxi li gћandhom jintużaw mill-operatur gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija I huma:

Tabella 5

RVR gћal avviċinament tal-Kategorija I vs. il-faċilitajiet u d-DH

Il-Valuri minimi tal-Kategorija I

Gћoli ta' deċiżjoni (Nota 7)

Faċilitajiet/RVR (Nota 5)

Sћaћ

(Noti 1 & 6)

Interm

(Noti 2 & 6)

Bażiċi

(Noti 3 & 6)

Xejn

(Noti 4 & 6)

200 pied

550 m

700 m

800 m

1 000 m

201– 250 pied

600 m

700 m

800 m

1 000 m

251–300 pied

650 m

800 m

900 m

1 200 m

301 pied u iktar

800 m

900 m

1 000 m

1 200 m

Nota 1:

Il-faċilitajiet sћaћ jinkludu l-marki ta' fuq ir-runway 720 m jew iktar ta' dwal ta' l-avviċinament HI/MI, id-dwal tat-tarf tar- runway, id-dwal tal-limitu u d-dwal tat-tmiem tar- runway. Id-dwal iridu jkunu mixgћula.

Nota 2:

Il-faċilitajiet intermedji jinkludu l-marki ta' fuq ir- runway, 420–719 m ta' dwal ta' l-avviċinament HI/MI, id-dwal tat-tarf tar- runway, id-dwal tal-limitu u d-dwal tat-tmiem tar-runway. Id-dwal iridu jkunu mixgћula.

Nota 3:

Il-faċilitajiet bażiċi jinkludu l-marki ta; fuq ir-runway, <420 m ta' dawl ta' l-avviċinament HI/MI, kwalunkwe tul ta' dwal ta' l-avviċinament LI, id-dwal tat-tarf tar- runway, id-dwal tal-limitu u d-dwal tat-tmiem tar-runway. Id-dwal iridu jkunu mixgћulin.

Nota 4:

L-ebda faċilitajiet ta' dawl ta' l-avviċinament jinkludu l-marki ta' fuq ir- runway, id-dwal tat-tarf tar- runway, id-dwal tal-limitu, id-dwal tat-tmiem tar-runway jew l-ebda dawl.

Nota 5:

Il-figuri t'hawn fuq ikunu jew l-RVR rapportata jew il-viżibilità meteoroloġika konvertita f'RVR skond il-paragrafu (h).

Nota 6:

It-Tabella tgћodd gћall-avviċinamenti konvenzjonali b'angolu ta' inklinazzjoni ta' nżul sa u inkluż 4o (gradi).

Nota 7:

Id-DH imsemmija fit-Tabella 5 tirreferi gћall-kalkolazzjoni inizjali tad-DH. Meta tintgћażel l-RVR assoċjata, ma jkunx hemm il-ћtieġa li jkun kunsidrat li l-figuri jkunu mdawwra sa l-eqreb gћaxar piedi, li jista' jsir gћar-raġunijiet operattivi, (eż. gћall-konverżjoni gћall-DA).

(5)

Operazzjonijiet b'pilota wieћed. Gћall-operazzjonijiet li jsiru minn pilota wieћed, l-operatur gћandu jikkalkula l-RVR minima gћall-avviċinamenti kollha skond l-OPS 1.430 u dan l-Appendiċi. RVR ta' inqas minn 800 m mhix awtorizzata ћlief meta jintuża awtopilota xieraq flimkien ma' ILS jew MLS, li f'dak il-każ ikunu jgћoddu l-valuri minimi normali. L-Gћoli ta' Deċiżjoni applikat m'gћandux ikun inqas minn 1,25 × l-gћoli ta' l-użu minimu gћall-awtopilota.

(6)

Operazzjonijiet ta' bil-lejl. Gћall-operazzjonijiet ta' bil-lejl mill-inqas id-dwal tat-tarf tar-runway, tal-livell minimu u tat-tmiem tar-runway iridu jkunu mixgћula.

(d)

Avviċnament ta' preċiżjoni — Operazzjonijiet tal-Kategorija II

(1)

Ġenerali. Operazzjoni tal-Kategorija II tkun avviċinament ta' strument ta' preċiżjoni u nżul bl-użu ta' ILS jew MLS b':

(i)

Gћoli ta' deċiżjoni taћt il-200 pied iżda mhux aktar baxx minn 100 pied; u

(ii)

Medda viżwali ta' runway ta' mhux inqas minn 300 m.

(2)

L-Gћoli ta' Deċiżjoni. L-operatur gћandu jiżgura li l-gћoli ta' deċiżjoni gћaloperazzjoni tal-Kategorija II ma jkunx inqas minn:

(i)

L-gћoli ta' deċiżjoni minimu speċifikat fl-AFM, jekk ikun dikjarat;

(ii)

L-gћoli minimu li gћalih l-għajnuna ta' l-avviċinament ta' preċiżjoni tista' tintuża mingћajr ir-riferenza viżwali meћtieġa;

(iii)

L-OCH/OCL gћall-kategorija ta' l-ajruplan;

(iv)

L-gћoli ta' deċiżjoni li gћalih l-ekwipaġġ tat-titjira ikun awtorizzat li jopera; jew

(v)

100 pied.

(3)

Ir-Riferenza viżwali. Il-pilota ma jistax ikompli avviċinament taћt l-gћoli ta' deċiżjoni tal-Kategorija II stabbilit skond is-sub-paragrafu (d)(2) hawn fuq, sakemm ir-riferenza viżwali li jkollha segment ta' mill-inqas 3 dwal konsekuttivi li jkunu jew il-linja taċ-ċentru tad-dwal ta' l-avviċinament, jew id-dwal taż-żona ta' l-illandjar, jew id-dwal tal-linja taċ-ċentru tar-runway, jew id-dwal tat-tarf tar-runway, jew taħlita ta' dawn tkun inkisbet u tkun tista' tinżamm. Din ir-riferenza viżwali gћandha tinkludi element laterali tal-ġeometrija ta' l-art, dan iffisser traversa tad-dwal ta' l-avviċinament jew id-dwal tal-limitu ta' l-inżul jew traversa tad-dwal taż-żona ta' l-illandjar.

(4)

L-RVR meћtieġa. L-iktar valuri minimi baxxi li gћandhom jintużaw mill-operatur gћal operazzjonijiet tal-Kategorija II huma:

Tabella 6

RVR gћall-avviċinament tal-Kategorija II vs DH

Il-Valuri minimi tal-Kategorija II

Gћoli ta' deċiżjoni

Awto-akkoppjat sa taћt id-DH (ara n-Nota 1)

RVR/Ajruplan tal-Kategorija A, B u C

RVR/Ajruplan tal-Kategorija D

100 pied — 120 pied

300 m

300 m

(Nota 2)/350 m

121 pied — 140 pied

400 m

400 m

141 pied u iktar

450 m

450 m

Nota 1:

Ir-riferenza ’awto-akkoppjata sa taћt id-DH’ f'din it-tabella tfisser l-użu ssoktat tas-sistema ta' kontroll awtomatiku tat-titjira sa gћoli li ma jkunx iktar minn 80 % tad-DH applikabbli. Gћalhekk, ir-rekwiżiti ta' adegwatezza għat-titjir jistgћu, permezz ta' l-gћoli minimu ta' l-ingaġġ gћas-sistema ta' kontroll awtomatiku tat-titjira, jaffettwaw id-DH li gћandu jkun applikat.

Nota 2:

300 m jistgћu jintużaw gћal ajruplan tal-Kategorija D li jwettaq inżul awtomatiku.

(e)

Avviċinament ta' preċiżjoni — Operazzjoniet tal-Kategorija III

(1)

Ġenerali. L-operazzjonijiet tal-Kategorija III jinqasmu kif ġej:

(i)

Operazzjonijiet tal-Kategorija III A. Avviċinament ta' strument ta' preċiżjoni u nżul bl-użu ta' ILS jew MLS b':

(A)

Gћoli ta' deċiżjoni ta' inqas minn 100 pied; u

(B)

Medda viżwali tar-runway ta' mhux inqas minn 200 m.

(ii)

Operazzjonijiet tal-Kategorija III B. Avviċinament ta' strument ta' preċiżjoni u nżul bl-użu ta' ILS jew MLS b':

(A)

Gћoli ta' deċiżjoni ta' inqas minn 50 pied, jew bla ebda gћoli ta' deċiżjoni; u

(B)

Medda viżwali tar-runway ta' inqas minn 200 m iżda mhux inqas minn 75 m.

Nota: Fejn l-gћoli ta' deċiżjoni (DH) u l-medda viżwali tar-runway (RVR) ma jaqgћux fl-istess kategorija, l-RVR gћandha tiddetermina f'liema kategorija gћandha tkun kkunsidrata l-operazzjoni.

(2)

L-Gћoli ta' deċiżjoni. Gћall-operazzjonijiet li fihom jintuża gћoli ta' deċiżjoni, l-operatur gћandu jiżgura li l-gћoli ta' deċiżjoni ma jkunx inqas minn:

(i)

L-gћoli ta' deċiżjoni minimu speċifikat fl-AFM, jekk ikun iddikjarat;

(ii)

L-gћoli minimu li gћalih l-għajnuna ta' l-avviċinament ta' preċiżjoni tista' tintuża mingћajr ir-riferenza viżwali meћtieġa; jew

(iii)

L-gћoli ta' deċiżjoni li gћalih l-ekwipaġġ tat-titjira ikun awtorizzat li jopera.

(3)

Operazzjonijiet bla Gћoli ta' Deċiżjoni. Operazzjonijiet bla gћoli ta' deċiżjoni jistgћu jsiru biss jekk:

(i)

L-operazzjoni bla gћoli ta' deċiżjoni tkun awtorizzata fl-AFM;

(ii)

L-għajnuna ta' l-avviċinament u l-faċilitajiet ta' l-ajrudrom jistgћu jappoġġjaw operazzjonijiet bla gћoli ta' deċiżjoni; u

(iii)

L-operatur ikollu approvazzjoni gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija III bla gћoli ta' deċiżjoni.

Nota: Fil-każ ta' runway tal-KAT III wieћed jista' jassumi li l-operazzjonijiet bla gћoli ta' deċiżjoni jkunu jistgћu jiġu appoġġjati sakemm ikunu speċifikament ristretti kif ippubblikati fl-AIP jew fin-NOTAM.

(4)

Ir-Riferenza Viżwali

(i)

Gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija IIIA, u gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija IIIB b'sistemi ta' kontroll ta' titjir passivi f'każ ta' nuqqas ta' funzjonament (fail-passive), il-pilota =ma jistax jissokta l-avviċinament taћt l-gћoli ta' deċiżjoni stabbilit skond is-sub-paragrafu (e)(2) hawn fuq, sakemm riferenza viżwali li jkollha segment ta' mill-inqas 3 dwal konsekuttivi, li jkunu jew il-linja taċ-ċentru tad-dwal ta' l-avviċinament, jew id-dwal taż-żona ta' l-illandjar, jew id-dwal tal-linja taċ-ċentru tar-runway, jew id-dwal tat-tarf tar-runway, jew inkella taħlita ta' dawn, tkun inkisbet u tista' tinżamm.

(ii)

Gћall-operazzjonjiet tal-Kategorija IIIB b'sistemi ta' kontroll ta' titjir operattivi f'każ ta' nuqqas ta' funzjonament (fail-operational) li jużaw gћoli ta' deċiżjoni, il-pilota ma jistax jissokta avviċinament taћt l-Gћoli ta' Deċiżjoni, li jiġi stabbilit skond is-sub-paragrafu (e)(2) hawn fuq, sakemm riferenza viżwali li jkollha mill-inqas dawl wieћed tal-linja taċ-ċentru, tkun inkisbet u tista' tinżamm.

(iii)

Gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija III bla gћoli ta' deċiżjoni m'hemm l-ebda rekwiżit gћall-kuntatt viżwali mar-runway qabel l-illandjar.

(5)

L-RVR meћtieġa. L-iktar valuri minimi baxxi li gћandhom jintużaw mill-operatur gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija III huma:

Tabella 7

RVR gћall-avviċinament tal-Kat III vs. DH u sistema ta' kontroll/gwida roll-out

Valuri minimi tal-Kategorija III

Kategorija ta' avviċinament

Gћoli ta' deċiżjoni (piedi) (Nota 2)

Sistema ta' kontroll/gwida roll-out

RVR (m)

III A

Inqas minn 100 pied

Mhux meћtieġa

200 m

III B

Inqas minn 100 pied

Fail-passive

150 m

(Nota 1)

III B

Inqas minn 50 pied

Fail-passive

125 m

III B

Inqas minn 50 pied jew bla Gћoli ta' Deċiżjoni

Fail-operational

75 m

Nota 1:

Gћall-ajruplan ċertifikati skond is-CS-AWO fuq l-operazzjonijiet kollha tat-temp 321(b)(3).

Nota 2:

Iż-żejjed tas-sistema tal-kontroll tat-titjira ikun stabbilit taћt is-CS-AWO fuq l-operazzjoniet kollha tat-temppermezz ta' l-gћoli ta' deċiżjoni minimu ċertifikat.

f)

Id-Dawran

(1)

L-iktar valuri minimi baxxi li gћandhom jintużaw mill-operatur gћad-dawran huma:

Tabella 8

Viżibilità u l-MDH gћad-dawran vs. il-kategorija ta' l-ajruplan

 

Kategorija ta' l-Ajruplan

A

B

C

D

MDH

400 pied

500 pied

600 pied

700 pied

Il-Viżibilità meteoroloġika minima

1 500 m

1 600 m

2 400 m

3 600 m

(2)

Fit-tifsira ta' dan il-paragrafu, dawran f'rotta preskritti hija proċedura aċċettata.

(g)

Avviċinament Viżwali. L-operatur m'gћandux juża RVR ta' inqas minn 800 m gћall-avviċinament viżwali.

(h)

Il-konverżjoni tal-Viżibilità Meteoroloġika Rapportata gћall-RVR

(1)

L-operatur gћandu jiżgura li l-viżibilità meteoroloġika gћall-konverżjoni ta' RVR ma tintużax biex ikunu kklakolati l-valuri minimi tat-tlugћ, il-valuri minimi tal-Kategorija II jew III jew meta RVR rapportata tkun disponibbli.

Nota: Jekk jiġi rapurtat li l-RVR tkun il-fuq mill-valur massimu evalwat mill-operatur ta' l-ajrudrom, eż. ‘RVR iktar minn 1 500 metru’, din ma titqiesx bћala RVR rapportata f'dan il-kuntest u gћalhekk tista' tintuża t-Tabella ta' Konverżjoni.

(2)

Meta jikkonverti l-viżibilità meteoroloġika gћall-RVR fiċ-ċirkostanzi l-oћra kollha gћajr dawk imsemmija fis-sub-paragrafu (h)(1) hawn fuq, l-operatur gћandu jiżgura li tintuża t-Tabella li ġejja:

Tabella 9

Konverżjoni tal-viżibilità gћall-RVR

Elementi ta' dawl fl-operazzjoni

RVR = Viżibilità Met. Rapportata x

Jum

Lejl

Id-dawl ta' l-avviċinament u tar-runway HI

1,5

2,0

Kwalunkwe tip ta' sistema tad-dawl gћajr dik imsemmi hawn fuq

1,0

1,5

L-ebda dawl

1,0

Mhux applikabbli

Appendiċi 2 gћall-OPS 1.430 (ċ)

Il-Kategoriji ta' l-Ajruplan — l-operazzjonijiet kollha tat-temp

(a)

Il-Klassifikazzjoni ta' l-ajruplan

Il-kriterji meqjusa gћall-klassifikazzjoni ta' l-ajruplan skond il-kategoriji huwa l-veloċità ta' l-ajru indikata fil-limitu (VAT) li tkun ugwali gћall-veloċità ta' meta l-magna tieqaf taћdem (VSO) immultiplikata b'1,3 jew il-VS1G immultiplikata b'1,23 fil-konfigurazzjoni ta' l-illandjar bl-ogћla massa awtorizzata ta' l-illandjar. Jekk kemm il-VSO u l-VS1G ikunu disponibbli, gћandha tintuża l-ogћla VAT li tirriżulta. Il-kategoriji ta' l-ajruplan li jikkorrispondu gћall-valuri tal-VAT qed jidhru fit-Tabella t'hawn taћt:

Kategorija ta' l-ajruplan

VAT

A

Inqas minn 91 kt

B

Minn 91 sa 120 kt

C

Minn 121 sa 140 kt

D

Minn 141 sa 165 kt

E

Minn 166 sa 210 kt

Il-konfigurazzjoni ta' l-illandjar li gћandha titqies gћandha tkun definita mill-operatur jew mill-manifattur ta' l-ajruplan.

(b)

Bidla permanenti fil-kategorija (l-ogћla massa ta' l-illandjar)

(1)

L-opertaur gћandu jimponi massa ta' l-illandjar permanenti u aktar baxxa, u juża din il-massa biex tiġi stabbilita l-VAT jekk tkun approvata mill-Awtorità.

(2)

Il-kategorija definita gћal ajruplan partikolari gћandha tkun valur permanenti u gћalhekk indipendenti mill-kondizzjonijiet li jinbidlu ta' l-operazzjonijiet ta' kuljum.

Appendiċi 1 gћall-OPS 1.440

Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa — ir-Regoli Operattivi Ġenerali

(a)

Ġenerali. Il-proċeduri li ġejjin japplikaw gћall-introduzzjoni u l-approvazzjoni ta' l-operazzjonijiet f'viżibilità baxxa.

(b)

Dimostrazzjoni Operattiva. L-gћan tad-dimostrazzjoni operattiva huwa li jkunu stabbiliti jew validati l-użu u l-effettività tas-sistemi applikabbli ta' gwida tat-titjira ta' l-inġenju ta' l-ajru, tat-taћriġ, tal-proċeduri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, tal-programm ta' manutenzjoni, u tal-manwali applikabbli gћall-programm tal-Kategorija II/III li jiġi approvat.

(1)

Mill-inqas 30 avviċinament u nżul gћandhom ikunu twettqu f'operazzjonijiet bl-użu tas-sistemi tal-Kategorija II/III li jkunu ġew installati f'kull tip ta' inġenju ta' l-ajru jekk id-DH mitluba tkun 50 pied jew aktar. Jekk id-DH tkun inqas minn 50 pied, ikun meћtieġ li jintlaħqu mill-inqas 100 avviċinament u nżul sakemm ma jkunx approvat mod ieћor mill-Awtorità.

(2)

Jekk l-operatur ikollu varjanti differenti ta' l-istess tip ta' inġenju ta' l-ajru li tuża l-istess sistemi bażiċi ta' kontroll tat-titjira u ta' display, jew sistemi bażiċi differenti ta' kontroll tat-titjira u ta' display fl-istess tip ta' inġenju ta' l-ajru, l-operatur gћandu juri li d-diversi varjanti gћandhom eżekuzzjoni sodisfaċenti, iżda l-operatur ma jkollux gћalfejn iwettaq dimostrazzjoni operattiva sħiħa gћal kull varjant. L-Awtorità tista' taċċetta wkoll tnaqqis fin-numru ta' avviċinamenti u nżul li jiġi bbażat fuq kreditu mogћti gћall-esperjenza miksuba minn operatur ieћor b'AOC maћruġ skond l-OPS 1 li juża l-istess tip ta' ajruplan jew varjant u proċeduri.

(3)

Jekk in-numru ta' avviċinamenti mingћajr suċċess ikunu iżjed minn 5 % tat-total (eż. inżul mhux sodisfaċenti, qtugћ fis-sistema), il-programm ta' evalwazzjoni gћandu jiġi estiż fi stadji ta' mill-inqas 10 avviċinamenti u nżul sakemm ir-rata tan-nuqqas ġenerali ma tkunx iżjed minn 5 %.

(c)

Il-Ġbir ta' Data Gћal Dimostrazzjonijiet Operattivi. Kull applikant gћandu jiżviluppa metodu ta' ġbir ta' data (eż. formola li gћandha tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira) biex tiġi reġistrata l-eżekuzzjoni ta' l-avviċinament u ta' l-inżul. Id-data li tirriżulta u s-sommarju tad-data tad-dimostrazzjoni gћandha tkun disponibbli gћall-Awtorità gћall-evalwazzjoni.

(d)

Analiżi tad-Data. Avviċinament u/jew inżul awomatiku mhux sodisfaċenti gћandhom ikunu ddokumentati u analizzati.

(e)

Monitoraġġ Kontinwu

(1)

Wara li tkun inkisbet l-awtorizzazzjoni inizjali, l-operazzjonijiet gћandhom ikunu monitorati kontinwament mill-operatur biex jidentifika kwalunkwe xejriet mhux mixtieqa qabel ma dawn isiru perikolużi. Ir-rapporti ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jistgћu jintużaw biex jinkiseb dan.

(2)

L-informazzjoni li ġejja gћandha tinżamm gћal perjodu ta' 12-il xahar:

(i)

In-numru totali ta' avviċinamenti, skond it-tip ta' ajruplan, fejn it-tagћmir ta' l-ajru tal-Kategorija II jew III ikun intuża biex isiru avviċinamenti sodisfaċenti, attwali jew ta' prattika, gћall-valuri minimi applikabbli tal-Kategorija II jew III; u

(ii)

Ir-rapporti dwar avviċinamenti u/jew inżul awtomatiku mhux sodisfaċenti, skond l-ajrudrom u r-reġistrazzjoni ta' l-ajruplan, fil-kategoriji li ġejjin:

(A)

Ħsarat fit-tagћmir ta' l-ajru;

(B)

Diffikultajiet fil-faċilità ta' fuq l-art;

(Ċ)

Avviċinamenti mhux milћuqa minћabba struzzjonijiet ta' l-ATC; jew

(D)

Raġunijiet oћra.

(3)

L-operatur gћandu jistabbilixxi proċedura biex jossorvelja l-eżekuzzjoni tas-sistema ta' l-inżul awtomatiku ta' kull ajruplan.

(f)

Perjodi transizzjonali

(1)

Operaturi mingћajr esperjenza minn qabel fil-Kategorija II jew III

(i)

Operatur li ma jkollux esperjenza operattiva minn qabel fil-Kategorija II jew III jista' jiġi approvat gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija II jew IIIA fil-każ, fejn ikun kiseb esperjenza minima ta' 6 xhur f'operazzjonijiet tal-Kategorija I fuq dak it-tip ta' ajruplan.

(ii)

Meta jkun temm is-6 xhur ta' operazzjonijiet tal-Kategorija II jew IIIA fuq dak it-tip ta' ajruplan, l-operatur jista' jiġi approvat gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija IIIB. Meta tingћata din l-approvazzjoni, l-Awtorità tista' timponi valuri minimi ogћla minn dawk l-akar baxxi li jkunu japplikaw gћal perjodu addizzjonali. Iż-żjieda fil-valuri minimi normalment tirreferi biss gћal RVR u/jew gћal restrizzjoni kontra l-operazzjonijiet bla gћoli ta' deċiżjoni u gћandhom jintgћażlu b'tali mod li dawn ma jkunu jeћtieġu l-ebda bidla fil-proċeduri operattivi.

(2)

Operaturi b'esperjenza minn qabel fil-Kategorija II jew III. Operatur li jkollu esperjenza minn qabel fil-Kategorija II jew III jista' jikseb awtorizzazzjoni gћal perjodu ta' transizzjoni mnaqqas billi jibgћat applikazzjoni lill-Awtorità.

(g)

Il-manutenzjoni tat-tagћmir tal-Kategorija II, tal-Kategorija III u ta' l-LVTO. L-istruzzjonijiet tal-manutenzjoni gћas-sistemi ta' gwida abbord gћandhom ikunu stabbiliti mill-operatur, flimkien mal-manifattur, u gћandhom ikunu inklużi fil-programm ta' manutenzjoni ta' l-ajruplan ta' l-operatur li huwa preskritt fl-OPS 1.910, liema programm gћandu jkun approvat mill-Awtorità.

(h)

Ajrudromi u Runways eliġibbli

(1)

Kull kombinazzjoni tat-tip ta' ajruplan/tagћmir abbord/taħlita runway gћandhom ikunu verifikati billi jintemm b'suċċess mill-inqas avviċinament u nżul wieћed fil-Kategorija II jew f'kondizzjonijiet aћjar, qabel ma jingћata bidu gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija III.

(2)

Gћal runways li jkollhom terren ta' qabel il-limitu rregolari ikollhom jew defiċjenzi oħra previsti jew magћrufa, kull kombinazzjoni tat-tip ta' ajruplan/tagћmir abbord/ runway irid jiġi verifikat b'operazzjonijiet fil-Kategorija I jew f'kondizzjonijiet aћjar, qabel ma jingћata bidu gћall-operazzjonijiet tal-Kategorija II jew III.

(3)

Jekk operatur ikollu varjanti differenti ta' l-istess tip ta' inġenju ta' l-ajru li juża l-istess sistemi bażiċi ta' kontroll ta' display u tat-turija, jew sistemi bażiċi differenti ta' kontroll tat-titjira u ta' display fuq l-istess tip ta' inġenju ta' l-ajru, l-operatur gћandu juri li d-diversi varjanti jkollhom eżekuzzjoni sodisfaċenti, iżda l-operatur ma jkollux gћalfejn iwettaq dimostrazzjoni operattiva sћiћa gћal kull varjant/taħlita ta' runway.

(4)

L-operaturi li jużaw l-istess tip ta' ajruplan/varjant u taħlita ta' tagћmir abbord u proċeduri jistgћu jiksbu kreditu mill-esperjenza u mir-reġistri ta' xulxin billi jkunu konformi ma' dan il-paragrafu.

Appendiċi 1 gћall-OPS 1.450

Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa — Taћriġ u Kwalifiki

(a)

Ġenerali: L-operatur gћandu jiżgura li l-programmi ta' taћriġ tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira gћal Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa jinkludu korsijiet strutturati fuq l-art, Similatur tat-Titjira u/jew taћriġ fl-ajru. L-operatur jista' jqassar il-kontenut tal-kors kif preskritt bis-sub-paragrafi (2) u (3) hawn taћt, sakemm il-kontenut tal-kors imqassar ikun aċċettabbli gћall-awtorità.

(1)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira bla ebda esperjenza fil-Kategorija II jew fil-Kategorija III gћandhom itemmu l-programm sћiћ tat-taћriġ preskritt fis-sub-paragrafi (b),(c) u (d) hawn taћt.

(2)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkollhom esperjenza fil-Kategorija II jew fil-Kategorija III ma' operatur ieћor jistgћu jsegwu kors ta' taћriġ fuq l-art li jkun imqassar.

(3)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira b'esperjenza fil-Kategorija II jew fil-Kategorija III ma' l-operatur jistgћu jsegwu kors ta' fuq l-art, simulatur tat-titjira u/jew kors ta' taћriġ fl-ajru mqassra. Il-kors imqassar gћandu jinkudi mill-inqas ir-rekwiżiti tas-sub-paragrafi (d)(1), (d)(2)(i) jew (d)(2)(ii) kif xieraq u (d)(3)(i).

(b)

Taћriġ fuq l-art. L-operatur gћandu jiżgura li l-kors inizjali tat-taћriġ fuq l-art gћall-Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa jkun ikopri mill-inqas:

(1)

Il-karatteristiċi u l-limitazzjonijiet ta' l-ILS u/jew ta' l-MLS;

(2)

Il-karatteristiċi ta' l-għajnuniet viżwali;

(3)

Il-karatteristiċi taċ-ċpar;

(4)

Il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet operattivi tas-sistema partikolari ta' l-ajru;

(5)

L-effetti ta' preċipitazzjoni, tat-tkattir tas-silġ, tal-veloċità tar-riћ ta' livell baxx u tat-turbulenza;

(6)

L-effett ta' ħsarat ta' funzjonament speċifiċi fl-ajruplan;

(7)

L-użu u l-limitazzjonijiet tas-sistemi ta' l-evalwazzjoni RVR;

(8)

Il-prinċipji tar-rekwiżiti tat-tneћћija ta' ostakli;

(9)

L-gћarfien u l-azzjoni li tkun trid tittieћed fil-każ ta' nuqqas ta' tagћmir ta' fuq l-art;

(10)

Il-proċeduri u l-prekawzjonijiet li gћandhom ikunu segwiti b'rabta mal-moviment tal-wiċċ matul operazzjonijiet meta l-RVR tkun 400 m jew inqas u kwalunkwe proċeduri addizzjonali meћtieġa gћat-tlugћ f'kondizzjonijiet ta' inqas minn 150 m (200 m gћall-ajruplan tal-Kategorija D);

(11)

Is-sinifikat ta' l-għoli ta' deċiżjoni bbażat fuq altimetri bir-radjo u l-effett tal-profil tat-terren fiż-żona ta' l-avviċinament fuq qari meħud b'altimetru bir-radjo u fuq sistemi ta' avviċinament/inżul awtomatiku;

(12)

L-importanza u s-sinifikat ta' l-Għoli ta' Allarm, jekk applikabbli, u l-azzjoni fil-każ ta' nuqqas li jista' jseħħ 'il fuq u taħt l-Għoli ta' Allarm;

(13)

Ir-rekwiżiti ta' kwalifika għall-piloti biex jiksbu u jżommu l-approvazzjoni biex iwettqu Tluq f'Viżibilità Baxxa u operazzjonijiet tal-Kategorija II jew III; u

(14)

L-importanza tal-pożizzjoni bilqiegħda u ta' l-għajnejn korretta.

(ċ)

It-Taħriġ b'Simulatur tat-Titjira u/jew it-taħriġ fl-ajru

(1)

L-operatur għandu jiżgura li t-taħriġ bis-Simulatur tat-Titjira u/jew it-taħriġ fl-ajru għall-operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa jkun jinkludi:

(i)

Kontrolli dwar it-tħaddim tajjeb tat-tagħmir, kemm fuq l-art u anke waqt it-tijira;

(ii)

L-effett fuq il-valuri minimi kkawżat bil-bidliet fl-istat ta' l-installazzjonijiet fuq l-art;

(iii)

Il-monitoraġġ tas-sistemi awtomatiċi tal-kontroll tat-titjira u ta' l-annunzjaturi ta' l-istat ta' l-inżul awtomatiku b'enfasi fuq l-azzjoni li trid tittieħed fil-każ li dawn is-sistemi jonqsu milli jaħdmu;

(iv)

L-azzjonijiet li jridu jittieħdu fil-każ li jkun hemm nuqqas ta' funzjonament fil-magni, fis-sistemi ta' l-elettriku, fis-sistemi ta' l-idrawlika jew tal-kontroll tat-titjira;

(v)

L-effett ta' l-ineffiċjenzi magħrufa u l-użu tal-listi tat-tagħmir minimu;

(vi)

Il-limitazzjonijiet operattivi li jkunu ġejjin miċ-ċertifikazzjoni ta' adegwatezza għat-titjir;

(vii)

Il-gwida fuq l-informazzjoni viżwali meħtieġa fl-għoli ta' deċiżjoni flimkien ma' l-informazzjoni fuq id-devjazzjoni massima awtorizzata mill-glidepath jew il-lokalizzatur; u

(viii)

L-importanza u s-sinifikat ta' l-Għoli ta' Allarm, jekk ikun applikabbli, u l-azzjoni li trid tittieħed fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas 'il fuq u taħt l-Għoli ta' Allarm.

(2)

L-operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ikun imħarreġ biex iwettaq id-dmirijiet tiegħu/tagħha kif ukoll li jkun ingħata struzzjonijiet fuq il-koordinazzjoni meħtieġa ma' membri oħra ta' l-ekwipapġġ. Għandu jsir użu sħiħ mis-simulaturi tat-titjira.

(3)

It-taħriġ għandu jinqasam f'fażijiet li jkopru l-operazzjoni normali bla ebda nuqqas ta' funzjonament fl-ajruplan jew fit-tagħmir, iżda fejn ikunu inklużi l-kondizzjonijiet kollha tat-temp li wieħed jista' jiltaqa' magħhom kif ukoll ix-xenarji dettaljati tan-nuqqas ta' funzjonament fl-ajruplan jew fit-tagħmir tiegħu li jista' jaffettwa l-operazzjonijiet tal-Kategorija II jew III. Jekk is-sistema ta' l-ajruplan tinvolvi l-użu ta' sistemi ibridi jew ta' sistemi oħrajn speċjali (bħalma huma displays li jkun fil-livell ta' l-għajnejn jew tagħmir b'viżjoni mkabbra) għalhekk il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jkollhom jipprattikaw l-użu ta' dawn is-sistemi f'kondizzjonijiet normali u mhux normali matul il-fażi ta' taħriġ li tinvolvi s-Simulatur tat-Titjira.

(4)

Il-proċeduri ta' l-inabbilità xierqa għat-Tluq f'Viżibilità Baxxa u għall-operazzjonijiet tal-Kategorija II u III għandhom ikunu prattikati.

(5)

Għall-ajruplan bla Simulatur tat-Titjira l-operaturi għandhom jiżguraw li l-fażi tat-taħriġ ta' l-ajru li tkun speċifika għax-xenarji viżwali ta' l-operazzjonijiet tal-Kategorija II isir f'Simulatur tat-Titjira approvat speċifikament. Dan it-taħriġ għandu jinkludi mill-inqas 4 avviċinamenti. It-taħriġ u l-proċeduri li jkunu speċifiċi għat-tip għandhom jiġu prattikati fl-ajruplan.

(6)

It-taħriġ inizjali tal-Kategorija II u III għandu jinkludi mill-inqas l-eżerċizzji li ġejjin:

(i)

Avviċinament bl-użu tal-gwida tat-titjira, ta' l-awtopiloti u tas-sistemi ta' kontroll xierqa installati fl-ajruplan, sa l-għoli ta' deċiżjoni xieraq u biex jinkludi transizzjoni għat-titjira viżwali u l-inżul;

(ii)

Avviċinament bil-magni kollha jaħdmu fejn jintużaw is-sistemi tal-gwida tat-titjira, l-awtopiloti u s-sistemi tal-kontroll xierqa installati fl-ajruplan sa l-għoli ta' deċiżjoni xieraq segwit minn avviċinament mhux milħuq; kollha mingħajr riferenza viżwali ta' barra;

(iii)

Fejn ikun xieraq, l-avviċinamenti li jużaw is-sistemi tat-titjira awtomatika biex jipprovdu flares, inżul u roll-out awtomatiku; u

(iv)

It-tħaddim normali tas-sistema applikabbli bi u mingħajr ma tinkiseb informazzjoni viżwali fl-għoli ta' deċiżjoni.

(7)

Il-fażijiet ta' wara tat-taħriġ għandhom jinkludu mill-inqas:

(i)

Avviċinamenti bi ħsarat fil-magna f'diversi stadji fuq l-avviċinament;

(ii)

Avviċinamenti bi ħsarat kritiċi fit-tagħmir (eż. fis-sistemi ta' l-elettriku, fis-sistemi tat-titjira awtomatika, fis-sistemi ILS/MLS ta' fuq l-art u/jew ta' l-ajru u l-iskrins li juru l-istat);

(iii)

Avviċinamenti fejn ħsarat fit-tagħmir tat-titjira awtomatika f'livell baxx ikunu jeħtieġu;

(A)

Riverżjoni għat-titjira manwali biex ikunu kkontrollati s-sinjali, l-inżul u r-roll out jew l-avviċinament mhux milħuq; jew

(B)

Riverżjoni għat-titjira manwali jew għal mod awtomatiku żgradat biex ikunu kkontrollati avviċinamenti mhux milħuqa minn, taħt jew fl-għoli ta' deċiżjoni inklużi dawk li jistgħu jwasslu għal 'illandjar fuq ir-runway;

(iv)

Ħsarat fis-sistemi li jwasslu f'lokalizzatur eċċessiv u/jew devjazzjoni mill-inklinazzjoni ta' l-inżul, kemm 'il fuq u taħt l-għoli ta' deċiżjoni, fil-kondizzjonijiet viżwali minimi awtorizzati għall-operazzjoni. Barra minn hekk, il-kontinwazzjoni għall-inżul manwali għandha tkun prattikata jekk display fil-livell ta' l-għajnejn jkun jifforma mod żgradat tas-sistema awtomatika jew jekk display fil-livell ta' l-għajnejn jkun jifforma l-uniku mod ta' sinjal; u

(v)

Ħsarat u proċeduri speċifiċi għat-tip jew varjant ta' ajruplan.

(8)

Il-programm ta' taħriġ għandu jipprovdi prattika fl-immaniġġjar ta' ħsarat li jeħtieġu riverżjoni għall- valuri minimi ogħla.

(9)

Il-programm ta' taħriġ għandu jinkludi l-immaniġġjar ta' l-ajruplan meta, matul avviċinament fail passive tal-Kategorija III, il-ħsara twassal biex l-awtopilota jitlef il-kuntatt taħt jew fl-għoli ta' deċiżjoni meta l-aħħar RVR rapportata tkun 300 m jew inqas.

(10)

Meta t-tluq isir f'RVRs ta' 400 m jew inqas, għandu jkun stabbilit taħriġ biex ikopri ħsarat fis-sistemi u fil-magni li jwasslu għat-tluq li jitkompla jew ikun rifjutattluq.

(d)

Ir-rekwiżiti għat-Taħriġ tal-Konverżjoni biex isir Tluq f'Viżibilità Baxxa u Operazzjonijiet tal-Kategoriji II u III. L-operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-ikun temm għamel it-taħriġ li ġej fil-Proċeduri f'Viżibilità Baxxa jekk ikun se jsir tibdil għal tip jew varjant ġdid ta' ajruplan li fih ikunu se jsir Tluq f'Viżibilità Baxxa u Operazzjonijiet tal-Kategoriji II u III. Ir-rekwiżiti ta' esperjenza tal-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira biex iwettaq kors imqassar huma preskritti fis-sub-paragrafi (a)(2) u (a)(3), hawn fuq:

(1)

Taħriġ ta' fuq l-art. Ir-rekwiżiti xierqa preskritti fis-sub-paragrafu (b) hawn fuq, waqt li jitqiesu t-taħriġ u l-esperjenza f'Kategorija II u tal-Kategorija III tal-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira.

(2)

Taħriġ tas-Simulatur tat-Titjira u/taħriġ ta' l-ajru.

(i)

Minimu ta' 8 avviċinamenti u/jew inżul f'Simulatur tat-Titijra.

(ii)

Fejn ma jkunx hemm disponibbli simulatur tat-Titijira biex jirrappreżenta dak l-ajruplan speċifiku, ikunu meħtieġa mill-inqas 3 avviċinamenti inkluża mill-inqas dawra waħda fuq l-ajruplan.

(iii)

Taħriġ addizzjonali xieraq jekk ikun meħtieġ kwalunkwe tagħmir speċjali, bħalma huma displays fil-livell ta' l-għajnejn jew tagħmir b'viżjoni mkabbra.

(3)

Il-Kwalifiki ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira. ir-rekwiżiti tal-kwalifiki ta' l-ekwiapġġ tat-titjira huma speċifiċi għall-operatur u t-tip ta' ajruplan li jitħaddem.

(i)

L-operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ikun temm kontroll qabel ma jwettaq operazzjonijiet tal-Kategorija II jew III.

(ii)

Il-kontroll preskritt fis-sub-paragrafu (i) hawn fuq jista' jinbidel bit-tkomplija b'suċċess tat-taħriġ tas-simulatur u/jew ta' l-ajru preskritt fis-sub-paragrafu (d)(2) hawn fuq.

(4)

It-Tajran f'linja taħt Sorveljanza. L-operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ikun għamel it-titjir f'linja li ġej taħt sorveljanza:

(i)

Għall-Kategorija II meta jkun meħtieġ inżul manwali, mill-inqas 3 inżul minn meta jiskonnettja l-awtopilota;

(ii)

Għall-Kategorija III, mill-inqas 3 inżul awtomatiċi ħlief li nżul awtomatiku wieħed ikun meħtieġ meta t-taħriġ meħtieġ fis-sub-paragrafu (d)(2) hawn fuq ikun twettaq f'Simulatur tat-Titjira li jintuża għall- konverżjoni tal-ħin tat-titjira żero.

(e)

It-tip u l-esperjenza tal-kmand. Qabel ma jinbdew operazzjonijiet tal-Kategorija II/III, ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin ikunu applikabbli għall-kmandanti, jew il-piloti li lilhom ikun ġie fdat it-twettiq tat-titjira u li jkunu għadhom ġodda għat-tip ta' ajruplan:

(1)

50 siegħa jew 20 settur fuq it-tip, inkluż it-titjir f'linja taħt sorveljanza; u

(2)

100 m għandhom jiżdiedu għall-valuri minimi applikabbli ta' l-RVR tal-Kategorija II jew tal-Kategorija III sakemm ikunu kwalifikati minn qabel għall-operazzjonijiet tal-Kategorija II jew III ma' operatur, u sakemm total ta' 100 siegħa jew 40 settur, inkluż it-titjir f'linja taħt sorveljanza, ikun inkiseb fuq it-tip.

(3)

L-Awtorità tista' tawtorizza tnaqqis fir-rekwiżiti ta' l-esperjenza tal-kmand msemmija hawn fuq għal dawk il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkollhom esperjenza ta' kmand tal-Kategorija II jew tal-Kategorija III.

(f)

Tluq f'Viżibilità Baxxa b'RVR ta' inqas minn 150/200 m

(1)

L-operatur għandu jiżgura li qabel l-awtorizzazzjoni biex jingħata bidu għat-tluq f'RVRs ta' inqas minn 150 m (taħt il-200 m għall-ajruplan tal-Kategorija D) ikun sar it-taħriġ li ġej:

(i)

Tluq normali f'kondizzjonijiet ta' RVR minima awtorizzata;

(ii)

Tluq f'kondizzjonijiet ta' RVR awtorizzata minima bi ħsara fil-magna bejn V1 u V2, jew hekk kif ikunu jippermettu l-konsiderazzjonijiet tas-sigurtà; u

(iii)

Tluq f'kondizzjonijiet ta' RVR minima awtorizzata bi ħsara fil-magna qabel V1 li twassal għal tluq rifjutat.

(2)

L-operatur għandu jiżgura li t-taħriġ meħtieġ skond is-sub-paragrafu (1) hawn fuq ikun sar f'Simulatur tat-Titjira. Dan it-taħriġ għandu jinkludi l-użu ta' kwalunkwe proċeduri u tagħmir speċjali. Fejn l-ebda Simulatur tat-Titjira ma jkun disponibbli biex jirrappreżenta dak l-ajruplan speċifiku, l-Awtorità tista' tapprova dan it-taħriġ f'ajruplan mingħajr il-ħtieġa għall-kondizzjonijiet ta' l-RVR minima. (Ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.965.)

(3)

L-operatur għandu jiżgura li membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ikun temm kontroll qabel ma jwettaq tluq f'viżibilità baxxa f'RVRs ta' inqas minn 150 m (ta' inqas minn 200 m għall-ajruplan tal-Kategorija D) jekk ikun applikabbli. Il-kontroll jkun jista' jinbidel bi tkomplija b'suċċess ta' taħriġ f'simulatur u/jew tat-taħriġ ta' l-ajru li huma preskritti fis-sub-paragrafu (f)(1) dwar il-konverżjoni għal tip ta' ajruplan.

(g)

It-Taħriġ u l-Kontroll Perjodiku — Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa

(1)

L-operatur għandu jiżgura li, flimkien mat-taħriġ rikurrenti normali u l-kontrolli tal-profiċjenza ta' l-operatur, l-għarfien u l-kapaċità tal-pilota biex iwettaq il-ħidmiet assoċjati mal-kategorija partikolari ta' operazzjoni, li għalihom hu/hi ikun/tkun awtorizzat/a ikunu kontrollati. In-numru meħtieġ ta' avviċinamenti fil-perjodu ta' validità tal-kontroll tal-profiċjenza ta' l-operaturi (kif spjegat fl-OPS 1.965 (b)) għandu jkun minimu ta' tlieta, li wieħed minnhom ikun jista' jiġi sostitwit b'avviċinament u nżul fl-ajruplan bl'użu ta' proċeduri approvati tal-Kategorija II u III. Avviċinament wieħed mhux milħuq għandu jittajjar matul it-twettiq tal-kontroll tal-profiċjenza ta' l-operaturi. Jekk l-operatur ikun awtorizzat biex iwettaq tluq b'RVR ta' inqas minn 150/200 m, mill-inqas LVTO wieħed għall- valuri minimi applikabbli għandu jittajjar matul it-twettiq tal-kontroll tal-profiċjenza ta' l-operaturi.

(2)

Għall-operazzjonijiet tal-Kategorija III l-operatur għandu juża Simulatur tat-Titjira.

(3)

L-operatur għandu jiżgura li, għall-operazzjonijiet tal-Kategroija III fuq ajruplan b'sistema ta' kontroll tat-titjira fail passive, avviċinament mhux milħuq għandu jintemm mill-inqas darba f'perjodu ta' tliet kontrolli konsekuttivi li jikkonċernaw il-profiċjenza ta' l-operatur bħala riżultat tal-ħsara fl-awtopilota taħt jew fl-għoli ta' deċiżjoni meta l-aħħar RVR rapportat kienet ta' 300 m jew inqas.

(4)

L-Awtorità tista' tawtorizza taħriġ u kontroll perjodiku għall-operazzjonijiet tal-Kategorija II u LVTO f'tip ta' ajruplan fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda Simulatur tat-Titjira biex jirrappreżenta dak l-ajruplan speċifiku jew alternattiva aċċettabli.

Nota: Id-data reċenti għal-LTVO u għall-Kategorija II/III ibbażata fuq avviċinamenti awtomatiċi u/jew inżul awtomatiku għandha tinżamm mit-taħriġ u l-kontroll perjodiku kif preskritt f'dan il-paragrafu.

Appendiċi 1 għall-OPS 1.455

Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa — Proċeduri operattivi

(a)

Ġenerali. L-Operazzjonijiet f'Viżibilità Baxxa jinkludu:

(1)

Tluq manwali (bi jew mingħajr sistema ta' gwida elettronika);

(2)

Avviċinament awto-akkoppjat taħt id-DH, bi flares, inżul u roll-out manwali;

(3)

Avviċinament awto-akkoppjat segwit minn flare awtomatiku, inżul awtomatiku u roll-out manwali; u

(4)

Avviċinament awto-akkoppjat segwit minn flare awtomatiku, inżul awtomatiku u roll-out awtomatiku, meta l-RVR applikabbli tkun inqas minn 400 m.

Nota 1: Tista' tintuża sistema ibrida bi kwalunkwe wieħed minn dawn il-modi ta' operazzjonijiet.

Nota 2: Forom oħra ta' sistemi ta' gwida jew displays jistgħu jiġu ċertifikati u approvati.

(b)

Il-Proċeduri u l-Istruzzjonijiet tat-Tħaddim

(1)

In-natura preċiża u l-kamp ta' applikazzjoni tal-proċeduri u l-istruzzjonijiet mogħtija jiddependu fuq it-tagħmir li jintuża fl-ajru u l-proċeduri tal-gverta ta' l-ajruplan li jkunu segwiti. L-operatur għandu jispjega b'mod ċar id-dmirijiet tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira matul it-tluq, l-avviċinament, il-flare, ir-roll-out u l-avviċinament mhux milħuq li hemm fil-Manwal tat-Tħaddim. Għandu jkun hemm enfasi speċjali fuq ir-responsabbiltajiet ta' l-ekwipaġġ tat-titjira matul it-transizzjoni minn kondizzjonijiet mhux viżwali għall- kondizzjonijiet viżwali, kif ukoll fuq il-proċeduri li għandhom jintużaw f'viżibilità li tkun qed teħżien jew meta tiġri xi ħsara. Għandu jkun hemm attenzjoni speċjali għad-distribuzzjoni tad-dmirijiet fil-gverta ta' l-ajruplan biex ikun żgurat li l-ammont ta' xogħol tal-pilota li jieħu d-deċiżjoni biex jillandja jew iwettaq avviċinament mhux milħuq jgħinuh/jgħinha biex jista' jiddedika lilu nnifsu/lilha nfisha fuq is-sorveljanza u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjoni.

(2)

L-operatur għandu jispeċifika l-proċeduri u l-istruzzjonijiet dettaljati ta' l-operat li hemm fil-Manwal tat-Tħaddim. L-istruzzjonijiet għandhom ikunu kompatibbli mal-limitazzjonijiet u l-proċeduri mandatorji li jkun hemm fil-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan u jkopru b'mod partikolari l-punti li ġejjin:

(i)

Il-kontrolli għall-funzjonament sodisfaċenti tat-tagħmir ta' l-ajruplan, kemm qabel it-tluq u anke waqt t-tijira;

(ii)

L-effett fuq il-valuri minimi kkawżat mill-bidliet fl-istat ta' l-installazzjonijiet ta' fuq l-art u tat-tagħmir ta' l-ajru;

(iii)

Il-proċeduri għat-tluq, l-avviċinament, il-flare, l-inżul, ir-roll-out u l-avviċinament mhux milħuq;

(iv)

Il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti fil-każ li jinqalgħu ħsarat, twissijiet u sitwazzjonijiet oħra mhux normali;

(v)

Ir-riferenza viżwali minima li tkun meħtieġa;

(vi)

L-importanza tat-tpoġġija bilqiegħda u tal-pożizzjoni ta' l-għajnejn korretti;

(vii)

L-azzjoni li tista' tkun meħtieġa minħabba tiħżin tar-riferenza viżwali;

(viii)

L-allokazzjoni tad-dmirijiet ta' l-ekwipaġġ biex dawn iwettqu l-proċeduri skond is-sub-paragrafi (i) sa (iv) u (vi) hawn fuq, biex il-kmandant ikun jista' jiddedika lilu nnifsu/lilha nfisha l-aktar għas-sorveljanza u t-teħid ta' deċiżjonijiet

(ix)

Ir-rekwiżit għas-sejħiet kollha ta' l-għoli taħt il-200 pied li għandhom ikunu bbażati fuq l-altimetru bir-radjo u għall-pilota wieħed biex dan ikompli jissorvelja l-istrumenti ta' l-ajruplan sakemm ikun seħħ l-inżul;

(x)

Ir-rekwiżit għaż-Żona Sensittiva tal-Lokalizzatur li għandha tkun imħarsa;

(xi)

L-użu ta' l-informazzjoni dwar il-veloċità tar-riħ, il-qawwa tar-riħ, it-turbulenza, il-kontaminazzjoni tar-runway u l-użu ta' evalwazzjonijiet multipli ta' l-RVR;

(xii)

Il-proċeduri li għandhom jintużaw għall-avviċinamenti u nżul ta' prattika fuq runways li fihom ma jkunx hemm fis-seħħ il-proċeduri sħaħ ta' l-ajrudrom tal-Kategorija II jew tal-Kategorija III;

(xiii)

Il-limitazzjonijiet operattivi li jkunu ġejjin miċ-ċertifikazzjoni ta' adegwatezza għat-titjir; u

(xiv)

L-informazzjoni fuq id-devjazzjoni massima awtorizzata mill-glide path ta' l-ILS u/jew il-lokalizzatur.

Appendiċi 1 għall-OPS 1.465

Il-Viżibiltajiet Minimi għall-Operazzjonijiet VFR

Appendiċi 1 għall-OPS 1.465

Il-Viżibiltajiet Minimi għall-Operazzjonijiet VFR

Klassi ta' spazju ta' l-ajru

 

A B C D E [Nota 1]

F G

 

Iktar minn 900 m (3 000 pied) 'il fuq mill-wiċċ tal-baħar jew iktar minn 300 m (1 000 pied) 'il fuq mill-art, liema minn dawn ikun l-ogħla

Fi jew inqas minn 900 m (3 000 pied) 'il fuq mill-wiċċ tal-baħar jew 300 m (1 000 pied) 'il fuq mill-art, liema minn dawn ikun l-ogħla

Distanza mis-sħab

 

1 500 m orizzontalment 300m (1 000 pied) vertikalment

Bla sħab u bil-wiċċ ikun jidher

Il-viżibilità tat-titjira

8 km fi jew iktar minn 3 050 m (10 000 pied) 'il fuq mill-wiċċ tal-baħar (Nota 2) 5 km taħt 3 050 m (10 000 pied) 'il fuq mill-wiċċ tal-baħar

5 km (Nota 3)

Nota 1:

Il-valuri minimi tal-VMC għall-ispazju ta' l-ajru tal-Klassi A huma inklużi għall-gwida iżda ma jimplikawx l-aċċettazzjoni tat-Titijiriet VFR fl-ispazju ta' l-ajru tal-Klassi A

Nota 2:

Meta l-għoli ta' l-altitudni ta' transizzjoni ikun iktar baxx minn 3 050 m (10 000 pied) 'il fuq mill-wiċċ tal-baħar, FL 100 għandu jintuża minflok 10 000 pied.

Nota 3:

L-ajruplan tal-Kat A u B jistgħu jitħaddmu f'viżibilitajiet ta' titjir sa 3 000 m, sakemm l-awtorità ATS xierqa tippermetti l-użu ta' viżibilità ta' titjira ta' inqas minn 5 km, u ċ-ċirkostanzi jkunu tali, li l-probabilità ta' tilqigħ ma' traffiku ieħor ikun baxx, u l-IAS ikun 140 kt jew inqas.

SUB-PARTI F

EŻEKUZZJONI ĠENERALI

OPS 1.470

Applikabilità

(a)

L-operatur għandu jiżgura li ajruplan b'iktar minn magna waħda li jkunu jkollhom magni turbo propeller b'konfigurazzjoni approvata ta' iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda jew b'massa massima tat-tluq ta' iżjed minn 5 700 kilo, kif ukoll l-ajruplan kollha b'iktar minn magna waħda tat-tip turbo-ġett, ikunu mħaddma skond is-Sub-parti G (Klassi ta' Eżekuzzjoni A).

(b)

L-operatur għandu jiżgura li l-ajruplan li jinstaqu bl-iskrun li jkollhom konfigurazzjoni massima approvata ta' 9 passiġġiera bilqiegħda jew inqas, u b'massa massima tat-tluq ta' 5 700 kilo jew inqas, ikunu mħaddma skond is-sub-parti H (Klassi ta' Eżekuzzjoni B).

(ċ)

L-operatur għandu jiżgura li l-ajruplan li jitħaddmu b'magni li jirreċiprokaw, li jkollhom konfigurazzjoni approvata massima ta' iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda jew massa massima tat-tluq ta' iżjed minn 5 700 kilo, jitħaddmu skond is-sub-parti I (Klassi ta' Eżekuzzjoni C).

(d)

Fejn il-konformità sħiħa mar-rekwiżiti tas-sub-parti xierqa ma tkunx tista' tintwera minħabba karatteristiċi tad-disinn speċifiku (eż ajruplan supersoniċi jew idroplani), l-operatur għandu japplika standards ta' eżekuzzjoni approvati biex jiżgura livell ta' sikurezza li jkun ekwivalenti għal dak tas-sub-parti xierqa.

OPS 1.475N

Ġenerali

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-massa ta' l-ajruplan:

(1)

Fil-bidu tat-tluq; jew, fil-każ ta' ippjanar mill-ġdid matul it-titjira

(2)

Fil-punt li minnu jkun japplika l-pjan rivedut tat-titjira operattiva,ma tkunx ikbar mill-massa li fiha r-rekwiżiti tas-sub-parti xierqa jistgħu jitwettqu sabiex titjira tistà ssir, waqt li jkun hemm konċessjoni għat- tnaqqis mistenni fil-massa hekk kif tkun qed tipproċedi t-titjira, u għar-rimi ta' karburant skond kif ikun hemm ipprovdut fil-rekwiżit partikolari.

(b)

L-operatur għandu jiżgura li d-data ta' eżekuzzjoni approvata li jkun hemm fil-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan tintuża biex tkun stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti tas-sub-parti xierqa, imsaħħa kif meħieġ b'data oħra aċċettabbli għall-Awtorità kif preskritt fis-Sub-Parti rilevanti. Meta jiġu applikati l-fatturi preskritti fis-sub-parti xierqa, għandhom jitqiesu l-fatturi operattivi li jkunu diġà ġew inkorporati fid-data ta' l-eżekuzzjoni tal-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan biex tkun evitata l-applikazzjoni doppja tal-fatturi.

(ċ)

Meta tintwera l-konformità mar-rekwiżiti tas-sub-parti xierqa, għandha tingħata attenzjoni lill-konfigurazzjoni ta' l-ajruplan, lill-kondizzjonijiet ambjentali u lit-tħaddim tas-sistemi li jkollhom effett kuntrarju fuq l-eżekuzzjoni.

(d)

Għall-għanijiet ta' l-eżekuzzjoni, runway niedi, għajr runway tal-ħaxix, jista' jitiqies bħala wieħed xott.

(e)

L-operatur għandu jqis l-eżattezza ta' l-iċċartjar meta tkun qed tiġi evalwata l-konformità mar-rekwiżiti tat-tluq tas-sub-parti applikabbli.

OPS 1.480

Terminoloġija

(a)

It-termini li ġejjin li jintużaw fis-sub-partijiet F, G, H, I u J, għandhom it-tifsira li ġejja:

(1)

Id-Distanza-aċċelerazzjoni waqfien disponibbli (ASDA). It-tul tal-ġirja tat-tluq disponibbli u t-tul tal-mogħdija tal-waqfien, jekk din il-mogħdija tal-waqfien tkun dikjarata bħala disponibbli mill-Awtorità xierqa u tkun tista' ġġorr il-massa ta' ajruplanl-ajruplan fil-kondizzjonijiet operattivi li jkun hemm fis-seħħ.

(2)

Runway kontaminat. Runway ikun meqjus bħala wieħed kontaminat meta aktar minn 25 % tal-parti tal-wiċċ tar-runway (kemm jekk f'żoni iżolati jew le) fil-limiti tat-tul u l-wisa' meħtieġa li jintużaw ikun kopert minn dawn li ġejjin:

(i)

Ilma tal-wiċċ ta' aktar minn 3 mm (0,125 in) fond, jew b'silġ li jinħall maħmuġ fl-art, jew silġ maħlul, ekwivalenti għal aktar minn 3 mm (0,125 in) ta' ilma;

(ii)

Silġ li jkun ġie kkompressat f'massa solida li tirreżisti aktar kompressjoni u li żżomm flimkien jew tinkiser f'biċċiet jekk dan jinġabar (silġ kumpatt); jew

(iii)

Silġ, inkluż silġ imxarrab.

(3)

Runway niedja. Runway jitqies bħala niedja meta l-wiċċ ma jkunx xott, iżda meta l-indewwa fuqha ma tagħtihiex dehra tleqq.

(4)

Runway xott. Runway xott ikun wieħed li la jkun imxarrab u lanqas kontanimat, u jinkudi dawk ir-runways miksija biċ-ċangaturi li jkunu ġew ippreparati apposta b'kanali jew pavimenti porużi u li jinżammu biex jippermettu azzjoni ta' waqfien ’xott b'mod effettiv’ anke meta jkun hemm in-nida.

(5)

Id-Distanza ta' l-Illandjar Disponibbli (LDA). It-tul tar-runway iddikjarata li tkun disponibbli mill-Awtorità xierqa u adatt għall-ġirja fuq l-art ta' ajruplan li qed jillandja.

(6)

Il-Konfigurazzjoni massima approvata ta' passiġġiera bilqiegħda. Il-kapaċità massima ta' passiġġiera bilqiegħda ta' ajruplan partikolari, barra s-siġġijiet tal-pilota jew is-siġġijiet tal-gverta ta' l-ajruplan u s-siġġijiet ta' l-ekwipaġġ tal-kabina skond kif applikabbli, użata mill-operatur, approvata mill-Awtorità u speċifikata fil-Manwal tat-Tħaddim.

(7)

Id-Distanza tat-Tluq Disponibbli (TODA). It-tul tal-ġirja tat-tluq disponibbli u t-tul tal-clearway disponibbli.

(8)

Il-Massa tat-Tluq. Il-massa tat-tluq ta' l-ajruplan għandha tittieħed li tkun il-massa tiegħu, inkluż kollox u kulmin jinġarr fil-bidu tal-ġirja tat-tluq.

(9)

Il-Ġirja tat-Tluq disponibbli (TORA). It-tul iddikjarata li tkun disponibbli mill-Awtorità xierqa u adatta għall-ġirja fuq l-art ta' ajruplan li jkun qed jagħmel it-tluq.

(10)

Runway imxaraba. Runway jitqies imxaraba meta l-wiċċ tagħha ikun mgħottija bl-ilma, jew l-ekwivalenti, inqas minn dak speċifikat fis-sub-paragrafu (a)(2) hawn fuq jew fejn ikun hemm nida biżżejjed fuq il-wiċċ tar-runway li jwassal biex din tkun tidher li tirrifletti, iżda mingħajr żoni kbar fejn ikun hemm ilma wieqaf.

(b)

It-termini ’distanza aċċelerazzjoni-waqfien’, ’id-distanza tat-tluq’, ’il-ġirja tat-tluq’, ’il-passaġġ tat-titjira tat-tluq nett’, ’il-passaġġ tat-titjira nett b'magna waħda wieqfa fir-rotta’ u ’il-passaġġ tat-titjira nett b'żewġ magni wieqfa fir-rotta’, skond kif ikunu relatati għall-ajruplan għandhom it-tifsiriet tagħhom definiti fir-rekwiżiti ta' adegwatezza għat-titjir li taħthom l-ajruplan ġie ċċertifikat, jew kif speċifikat mill-Awtorità jekk din issib li dik id-definizzjoni ma tkunx xierqa biex titntwera l-konformità mal-limitazzjonijiet operattivi ta' l-eżekuzzjoni

SUB-PARTI G

KLASSI TA' EZEKUZZJONI A

OPS 1.485

Ġenerali

(a)

L-operatur għandu jiżgura li, biex jistabilixxi l-konformità mar-rekwiżitita' din is-SUB-PARTI, id-data ta' l-eżekuzzjoni approvata fil-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan għandha tkun imsaħħa kif meħtieġ b'data oħra li tkun aċċettabbli għall-Awtorità, jekk id-data ta' l-eżekuzzjoni approvata fil-Manwal tat-Tirjira ta' l-Ajruplan ma tkunx biżżejjed fejn jikkonċerna punti bħal:

(1)

Li jitqiesu kondizzjonijiet operattivi kuntrarji li jkunu mistennija b'mod raġonevoli bħalma huma t-tluq u l-inżul fuq runways kontaminati; u

(2)

Li titqies ħsara ta' magna fil-fażijiet kollha tat-titjira.

(b)

L-operatur għandu jiżgura li, għall-każ ta' runway imxarrab u kontaminat, għandha tintuża d-data ta; l-eżekuzzjoni li tkun stabbilita skond ir-rekwiżiti applikabbli fuq iċ-ċertifikazzjoni ta' ajruplan kbar jew dik ekwivalenti li tkun aċċettabbli għall-Awtorità.

OPS 1.490

It-Tluq

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-massa ta' tluq ma tkunx iktar mill-massa massima ta' tluq speċifikata fil-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan għall-altitudni tal-pressjoni u għat-tempertaura ta' l-atmosfera fl-ajrudrom li fih ikun se jsir it-tluq.

(b)

L-operatur għandu jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin meta jistabilixxi l-massimu awtorizzat tal-massa tat-tluq:

(1)

Id-distanza ta' aċċelerazzjoni/waqfien m'għandhiex tkun iktar mid-distanza ta' aċċelerazzjoni/waqfien disponibbli;

(2)

Id-distanza tat-tluq m'għandhiex tkun iżjed mid-distanza tat-tluq disponibbli, b'distanza tal-clearway ma tkunx iżjed min-nofs tal-ġirja tat-tluq disponibbli;

(3)

Il-ġirja tat-tluq m'għandhiex tkun iżjed mill-ġirja tat-tluq disponibbli;

(4)

Il-konformità ma' dan il-paragrafu għandha tintwera bl-użu ta' valur wieħed ta' V1 għat-tluq rifjutat u ssoktat; u

(5)

Fuq runway imxaraba jew kontaminata, il-massa tat-tluq m'għandhiex tkun iżjed minn dik awtorizzata għat-tluq fuq runway xotta taħt l-istess kondizzjonijiet.

(ċ)

Meta tintwera l-konformità mas-sub-paragrafu (b) hawn fuq, l-operatur għandu jqis dawn li ġejjin:

(1)

L-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;

(2)

It-temperatura ta';-atmosfera fl-ajrudrom;

(3)

Il-kondizzjoni tal-wiċċ tar-runway u t-tip tal-wiċċ tar-runway;

(4)

Iż-żerżieqa tar-runway fid-direzzjoni tat-tluq;

(5)

Mhux iktar minn 50 % tal-komponent rapportat tar-riħ fil-pruwa jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent rapportat tar-riħ minn wara; u

(6)

It-telf, jekk ikun hemm, tat-tul tar-runway minħabba l-allinjament ta' l-ajruplan qabel it-tluq.

OPS 1.495

L-Ikklerjar tluqta' ostakli għat-tluq

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-passaġġ tat-titjira tat-tluq nett ma jkollu l-ebda ostakli f'distanza vertikali ta' mill-inqas 35 pied jew f'distanza orizzontali ta' mill-inqas 90 m u 0,125 × D, fejn D tkun id-distanza orizzontali li l-ajruplan ikun ivvjaġġa mit-tmiem tad-distanza tat-tluq disponibbli jew it-tmiem tad-distanza tat-tluq jekk ikun hemm skedata dawra qabel it-tmiem tad-distanza tat-tluq disponibbli. Għall-ajruplan b'tul tal-ġwienaħ ta' inqas minn 60 m, jista' jintuża kklerjar ta' ostaklu orizzontali ta' nofs it-tul tal-ġwienaħ ta' l-ajruplan u 60 m, u 0,125 × D.

(b)

Meta tintwera l-konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq, l-operatur għandu jqis dawn li ġejjin:

(1)

Il-massa ta' l-ajruplan fil-bidu tal-ġirja tat-tluq;

(2)

L-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;

(3)

It-temperatura ta' l-atmosfera fl-ajrudrom; u

(4)

Mhux iktar minn 50 % tal-komponent rapportat tar-riħ fil-pruwa jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent rapportat tar-riħ minn wara.

(ċ)

Meta tintwera l-konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq:

(1)

Il-bidliet fit-trajettorja m'għandhomx ikunu awtorizzati sal-punt li fih il-passaġġ tat-titjira tat-tluq nett ikun kiseb għoli li jkun ugwali għal nofs it-tul tal-ġwienaħ iżda mhux inqas minn 50 pied 'il fuq mill-elevazzjoni tat-tmiem tal-ġirja tat-tluq disponibbli. Minn hemm 'il quddiem, sa għoli ta' 400 pied, wieħed għandu jassumi li l-ajruplan ikun miel b'mhux iktar minn 15°. Il-fuq minn 400 pied, l-angoli tat-timjila ta' l-għoli li jkunu ta' iktar minn 15°, iżda mhux iktar minn 25° jistgħu jiġu skedati;

(2)

Kwalunkwe parti mill-passaġġ tat-titjira tat-tluq nett li fih l-ajruplan ikun miel b'aktar minn 15° għandu jneħħi l-ostakli kollha fil-limiti tad-distanzi orizzontali speċifikati fis-sub-paragrafi (a), (d) u (e) ta' dan il-paragrafu b'distanza vertikali ta' mill-inqas 50 pied; u

(3)

L-operatur għandu juża proċeduri speċjali, suġġett għall-approvazzjoni ta' l-Awtorità, biex japplika angoli ta' timjila miżjuda ta' mhux aktar minn 20° bejn 200 u 400 pied, jew mhux iktar minn 30° 'il fuq minn 400 pied (Ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.495 (c) (3)).

(4)

Għandha tingħata konċessjoni adegwata għall-effett ta' l-angolu tat-timjila fuq veloċitajiet operattivi u fuq il-passaġġ tat-titjira, inklużi ż-żiedet tad-distanza li jkunu ġejjin minn veloċitajiet operattivi miżjuda.

(d)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet fejn il-passaġġ tat-titjira maħsub ma jkunx jeħieġ bidliet fit-trajettorja ta' iktar minn 15°, l-operatur m'għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ikbar minn:

(1)

300 m, jekk il-pilota jkun kapaċi jżomm l-eżattezza navigazzjonali meħtieġa fiż-żona ta' responsabbiltà għall-ostakli; jew

(2)

600 m, għat-titjiriet taħt il-kondizzjonijiet l-oħra kollha.

(e)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet fejn l-passaġġ tat-titjira maħsub ma jkunx jeħtieġ bidliet fit-trajettorja ta' aktar minn 15°, l-operatur ma għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali li tkun ikbar minn:

(1)

600 m, jekk il-pilota jkun kapaċi jżomm l-eżattezza navigazzjonali meħtieġa fiż-żona ta' responsabbiltà għall-ostaklu; jew

(2)

900 m għat-titjiriet taħt il-kondizzjoniet l-oħra kollha.

(f)

L-opeatur għandu jistabilixxi proċeduri ta' kontinġenza biex jilħaq ir-rekwiżiti ta' l-OPS 1.495 u biex jipprovdi rotta bla periklu, waqt li jkunu evitati l-ostakli biex b'hekk l-ajruplan ikun jista' jew ikun konformi mar-rekwiżiti tul ir-rottta ta' l-OPS 1.500, jew jinżel jew fl-ajrudrom tat-tluq jew f'ajrudrom alternattiv tat-tluq.

OPS 1.500

Fir-rotta — Magna waħda wieqfa

(a)

L-operatur għandu jiżgura li d-data tal-passaġġ tat-titjira nett fir-rotta b'magna waħda wieqfa murija fil-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan, li tkun xierqa għall-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, tkun konformi jew mas-sub-paragrafu (b) jew (ċ) fil-punti kollha tul ir-rotta. Il-passaġġ tat-titjira nett għandu jkollu xaqliba pożittiva f'1 500 pied 'il fuq mill-ajrudrom fejn l-inżul ikun preżunt li jsir wara li tinqala' ħsara fil-magna. F'kondizzjonijiet meteoroloġiċi li jkunu jeħtieġu t-tħaddim ta' sistemi ta' ħarsien mis-silġ, l-effett ta' l-użu tagħhom fuq il-passaġġ tat-titjira nett għandu jitqies.

(b)

Ix-xaqliba tal-passaġġ tat-titjira nett għandha tkun pożittiva f'mill-inqas 1 000 pied 'il fuq mill-art u l-ostakli kollha tul ir-rotta f'9,3 km (5 nm) fuq kull naħa tat-trajettorja maħsuba.

(ċ)

Il-passaġġ tat-titjira nett għandu jippremetti li l-ajruplan ikompli bit-titjira mill-altitudni f'veloċità moderata lejn ajrudrom fejn inżul ikun jista' jsir skond l-OPS 1.515 jew 1.520 skond kif xieraq, fejn il-passaġġ tat-titjira nett jikklerja vertikalment, b'mill-inqas 2 000 pied, bit-terren u l-ostakli kollha tul ir-rotta f'9.3 km (5 nm) fuq kull naħa tat-trajettorja maħsuba jkunu skond is-subparagrafi (1) sa (4) hawn taħt:

(1)

Il-magna titqies li ma taħdimx fil-punt l-aktar kritiku tul ir-rotta;

(2)

Jitqiesu l-effetti ta' l-irjieħ fuq il-passaġġ tat-titjira;

(3)

Ir-rimi ta' karburant ikun awtorizzat sakemm ikun konsistenti biex l-ajruplan jilħaq l-ajrudrom bir-riżerva ta' karburant li tkun meħtieġa, jekk tintuża proċedura bla periklu; u

(4)

L-ajrudrom fejn l-ajruplan ikun maħsub li se jinżel wara ħsara fil-magna għandu jilħaq il-kriterji li ġejjin:

(i)

Ir-rekwiżiti ta' eżekuzzjoni fil-massa ta l-inżul mistennija jkunu ntlaħqu; u

(ii)

Ir-rapporti jew it-tbassir tat-temp, jew kwalunkwe taħlita ta' dawn, u r-rapporti dwar il-kondizzjoni taż-żona juru li nżul bla periklu jkun jista' jsir fil-ħin stmat ta' l-inżul.

(d)

Meta tintwera konformità ma' l-OPS 1.500, l-operatur għandu jżid il-marġini ta' wisa' tas-subparagrafi (b) u (ċ) hawn fuq għal 18,5 km (10 nm) jekk l-eżattezza navigazzjonali ma tkunx laħqet il-95 % tal-livell ta' trażżin.

OPS 1.505

Fir-rotta — Ajruplan bi Tliet Magni jew Aktar, b'Żewġ Magni Wieqfa

(a)

L-operatur għandu jiżgura li fl-ebda punt tul it-trajettorja maħsuba l-ajruplan li jkollu tliet magni jew aktar ma jkun aktar minn 90 minuta, b'veloċità moderata ta' medda twila bil-magni kollha jaħdmu f'temperatura standard u f'arja kalma, 'il bogħod mill-ajrudrom li fih ir-rekwiżiti ta' l-eżekuzzjoni applikabbli fil-massa ta' l-inżul mistennija jkunu ntlaħqu, sakemm dan ikun konformi mas-sub-paragrafi (b) sa (f) hawn taħt.

(b)

Id-data tal-passaġġ tat-titjira nett fir-rotta b'żewġ magni mitfija għandha tippermetti li l-ajruplan ikun jista' jkompli bit-titjira, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija, mill-punt fejn iż-żewġ magni jkunu preżunti li jieqfu fl-istess ħin, lejn ajrudrom li fih ikun possibbli li dan jinżel u jieqaf kompletament meta juża l-proċedura preskritta għal inżul b'żewġ magni mitfija. Il-passaġġ tat-titjira nett għandu jikklerja vertikament, b'mill-inqas 2 000 pied, bit-terren u l-ostakli kollha tul ir-rotta f'9,3 km (5 nm) fuq kull naħa tat-trajettorja maħsuba. F'altitudni u f'kondizzjonijiet meteoroloġiċi li jkunu jeħtieġu biex jitħaddmu s-sistemi ta' ħarsien mis-silġ, l-effett ta' l-użu tagħhom fuq id-data tal-passaġġ tat-titjira nett għandu jitqies sew. Jekk l-eżattezza navigazzjonali ma tkunx laħqet il-95 % tal-livell ta' trażżin, l-operatur għandu jżid il-marġini ta' wisa' mogħti hawn fuq sa 18,5 km (10 nm).

(ċ)

Iż-żewġ magni għandhom ikunu preżunti li jieqfu fl-iktar punt kritiku ta' dik il-parti tar-rotta fejn l-ajruplan ikun iktar minn 90 minuta, b'veloċità moderata ta' medda twila bil-magni kollha jaħdmu f'temperatura standard u f'arja kalma, 'il bogħod minn ajrudrom li fih ikunu ntlaħqu r-rekwiżiti ta' eżekuzzjoni applikabbli fil-massa ta' l-inżul mistennija.

(d)

Il-passaġġ tat-titjira nett għandu jkollu xaqliba pożittiva f'1 500 pied 'il fuq mill-ajrudrom fejn l-inżul ikun preżunt li sar wara ħsara fiż-żewġ magni.

(e)

Ir-rimi ta' karburant huwa awtorizzat sakemm ikun konsistenti biex l-ajruplan jilħaq l-ajrudrom bir-riżerva ta' karburant meħtieġa, jekk tintuża proċedura bla periklu.

(f)

Il-massa mistennija ta' l-ajruplan fil-punt fejn iż-żewġ magni jkunu preżunti li jieqfu m'għandhiex tkun inqas minn dik li tinkludi karburant biżżejjed biex l-ajruplan ikompli sejjer lejn ajrudrom fejn ikun preżunt li jsir l-inżul, u biex dan jasal hemm mill-inqas 1 500 pied direttament fuq iż-żona ta' l-inżul u minn hemm 'il quddiem biex itir b'rata fissa għal 15-il minuta.

OPS 1.510

L-Inżul — L-Ajrudromi tad-Destinazzjoni u dawk Alternattivi

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-massa ta' l-inżul ta' l-ajruplan stabbilita skond l-OPS 1.475 (a) ma tkunx iżjed mill-massa massima ta' l-inżul speċifikata għall-altitudni u t-temperatura ta' l-atmosfera mistennija għall-ħin stmat ta' l-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u dak alternattiv.

(b)

Għall-avviċinament ta' strument b'xaqliba ta' avviċinament mhux milħuq li tkun ikbar minn 2,5 %, l-operatur għandu jivverifika li l-massa ta' l-inżul mistennija ta' l-ajruplan tkun tippermetti avviċinament mhux milħuq b'xaqliba tat-tluq li tkun ugwali jew ikbar mix-xaqliba ta' l-avviċinament mhux milħuq applikabbli fil-konfigurazzjoni u l-veloċità ta' avviċinament mhux milħuq b'magna waħda wieqfa (ara r-rekwiżiti applikabbli fuq iċ-ċertifikazzjoni ta' ajruplan kbar). L-użu ta' metodu alternattiv għandu jiġi approvat mill-Awtorità.

(ċ)

Għall-avviċinamenti ta' strument b'għoli ta' deċiżjoni taħt il-200 pied l-operatur għandu jivverifika li l-massa ta' l-inżul mistennija ta' l-ajruplan tkun tippermetti xaqliba tat-tluq ta' avviċinament mhux milħuq, bil-magna kritika wieqfa u bil-veloċità u l-konfigurazzjoni jintużaw għal go-around ta' mill-inqas 2,5 %, jew ix-xaqliba ppubblikata, liema minn dawk tkun l-akbar (ara CS AWO 243). L-użu ta' metodu alternattiv għandu jkun approvat mill-Awtorità.

OPS 1.515

L-Inżul — Runways xotti

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-massa ta' l-inżul ta' l-aruplan stabbilita skond l-OPS 1.475 (a) għall-ħin stmat ta' l-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunwe ajrudrom alternattiv tkun tippermetti nżul b'waqfien sħiħ minn 50 pied 'il fuq mil-limitu minimu:

(1)

Għall-ajruplan li jaħdmu b'magni turbo-ġett, f'60 % tad-distanza ta' l-inżul disponibbli; jew

(2)

Għall-ajruplan turbo-propeller, f'70 % tad-distanza ta' l-inżul disponibbli;

(3)

Għall-proċeduri ta' Avviċinament Wieqaf, l-Awtorità tista' tapprova l-użu tad-data tad-distanza ta' l-inżul imqassma f'fatturi skond is-sub-paragrafi (a)(1) u (a)(2) huwa fuq kif xieraq, u bbażata fuq screen height ta' inqas minn 50 pied, iżda mhux inqas minn 35 pied. (Ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.515(a)(3).);

(4)

Meta tintwera l-konformità mas-sub-paragrafi (a)(1) u (a)(2) hawn fuq, l-Awtorità tista' taċċetta b'mod eċċezzjonali, meta tkun sodisfatta li jkun hemm ħtieġa (ara l-Appendiċi 1), l-użu ta' Operazzjonijiet ta' Nżul Qasir, skond l-Appendiċi 1 u 2 flimkien ma' kwalunkwe kondizzjonijiet supplimentari oħra li l-Awtorità tqis bħala meħtieġa biex tiżgura livell aċċettabbli ta' sigurtà fil-każ partikolari.

(b)

Meta tintwera l-konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq, l-operatur għandu jqis dawn li ġejjin:

(1)

L-altitudni fl-ajrudrom;

(2)

Mhux iktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ fil-pruwa jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ minn wara; u

(3)

L-inklinazzjoni tar-runway fid-direzzjoni ta' l-inżul jekk ikbar minn ±2 %.

(ċ)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq, wieħed għandu jassumi li:

(1)

L-ajruplan se jillandja fuq l-iktar runway favorevoli, f'arja kalma; u

(2)

L-ajruplan se jillandja fuq l-iktar runway li x'aktarx ikun assenjat, meta wieħed iqis il-veloċità u d-direzzjoni probabbli tar-riħ u l-karatteristiċi ta' l-immaniġġjar ta' fuq l-art ta' l-ajruplan, u meta wieħed iqis kondizzjonijiet oħrajn bħalma huma l-assistenza ta' l-inżul u t-terren.

(d)

Jekk operatur ma jkunx jista' jikkonforma mas-sub-paragrafu (c)(1) hawn fuq għal ajrudrom tad-destinazzjoni li jkollu runway waħda, fejn l-inżul ikun jiddependi fuq komponent ta' riħ speċifikat, ajruplan jista' jintbagħat jekk ikunu ntgħażlu 2 ajrudromi alternattivi li jippermettu konformità sħiħa mas-sub-paragrafi (a), (b) u (c). Qabel ma jinbeda avviċinament biex jillandja fl-ajrudrom tad-destinazzjoni, il-kmandant għandu jissodisfa lilu nnifsu/lilha nfisha li l-inżul jista' jsir f'konformità sħiħa ma' l-OPS 1.510 u s-sub-paragrafi (a) u (b) hawn fuq.

(e)

Jekk operatur ma jkunx jista' jkun konformi mas-sub-paragrafu (c)(2) hawn fuq għall-ajrudrom tad-destinazzjoni, l-ajruplan ikun jista' jintbagħat jekk ikun intgħażel ajrudrom alternattiv li jkun jippermetti konformità sħiħa mas-sub-paragrafi (a), (b) u (c).

OPS 1.520

L-Inżul — Runways Imxarrba u Kontaminati

(a)

L-operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta' dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista' tkun imxarrba, id-distanza ta' l-inżul disponibbli għandha tkun mill-inqas 115 % tad-distanza ta' l-inżul meħtieġa, li tiġi stabbilita skond l-OPS 1.515.

(b)

L-operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta' dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista' tkun kontaminata, id-distanza ta' l-inżul disponibbli għandha tkun mill-inqas id-distanza ta' l-inżul li tkun stabbilita skond is-sub-paragrafu (a) hawn fuq, jew mill-inqas 115 % tad-distanza ta' l-inżul stabbilita skond id-data approvata tad-distanza ta' l-inżul kontaminat jew dik ekwivalenti li tkun aċċettata mill-Awtorità, liema minn dawn tkun l-akbar.

(ċ)

Distanza ta' nżul fuq runway imxarrba li tkun iqsar minn dik meħtieġa fis-sub-paragrafu (a) hawn fuq, iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-OPS 1.515 (a), tista' tintuża jekk il-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan ikun jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika dwar id-distanzi ta' l-inżul fuq runways imxarrba.

(d)

Distanza ta' nżul fuq runway kontaminata imħejjija b'mod speċjali li tkun iqsar minn dik meħtieġa fis-sub-paragrafu (b) hawn fuq, iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-OPS 1.515 (a), tkun tista' tintuża jekk il-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan ikun jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika dwar id-distanzi ta' l-inżul fuq runways kontaminati.

(e)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafi (b), (c) u (d) hawn fuq, il-kriterji ta' l-OPS 1.515 għandhom ikunu applikati skond dawn ħlief li l-OPS 1.515 (a)(1) u (2) m'għandux ikun applikat għas-sub-paragrafu (b) hawn fuq.

Appendiċi 1 għall-OPS 1.495 (c)(3)

L-Approvazzjoni ta' angoli ta' timjil laterali miżjuda

(a)

Biex jintużaw angoli ta' timjil laterali miżjuda li jkunu jeħtieġu approvazzjoni speċjali, il-kriterji li ġejjin għandhom jintlaħqu:

(1)

Il-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan għandu jkun fih data approvata għaż-żjieda meħtieġa fil-veloċità u d-data operattivi biex ikun jista' jiġi fformat il-passaġġ tat-titjira meta jitqiesu l-angoli ta' timjil laterali miżjuda u l-veloċitajiet.

(2)

Il-gwida viżwali għandha tkun disponibbli għall-eżattezza tan-navigazzjoni.

(3)

Il-valuri minimi tat-temp u l-limitazzjonijiet tar-riħ għandhom ikunu speċifikati għal kull runway u approvati mill-Awtorità.

(4)

It-taħriġ skond l-OPS 1.975.

Appendiċi 1 għall-OPS 1.515 (a)(3)

Il-Proċeduri ta' Avviċinament Wieqaf

(a)

L-Awtorità tista' tapprova l-applikazzjoni ta' proċeduri ta' Avviċinament Wieqaf billi jintużaw angoli ta' inklinazzjoni ta' l-inżul ta' 4,5° jew iktar u bi screen heights ta' inqas minn 50 pied iżda mhux inqas minn 35 pied, sakemm jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

(1)

Il-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan għandu jiddikjara l-angolu massimu ta l-inklinazzjoni ta' l-inżul approvat, kwalunkwe limitiazzjonijiet oħra, proċeduri normali, mhux normali jew ta' emerġenza għall-avviċinament wieqaf kif ukoll emendi fid-data tat-tul tal-medda meta jintużaw kriterji ta' avviċinament wieqaf;

(2)

Sistema adatta ta' riferenza ta' glidepath li tinkludi mill-inqas sistema ta' indikazzjoni ta' glidepath viżwali għandha tkun disponibbli f'kull ajrudrom li fih għandhom isiru proċeduri ta' avviċinament wieqaf; u

(3)

Il-valuri minimi tat-temp għandhom ikunu speċifikati u approvati għal kull runway li se tintuża b'avviċinament wieqaf. Għandha tingħata attenzjoni għal dawn li ġejjin:

(i)

Is-sitwazzjoni ta' l-ostaklu;

(ii)

It-tip ta' riferenza tal-glidepath u tal-gwida tar-runway bħalma huma l-assistenza viżwali, MLS, 3D–NAV, ILS, LLZ, VOR, NDB;

(iii)

Ir-riferenza viżwali minima li tkun meħtieġa fid-DH u l-MDA;

(iv)

It-tagħmir disponibbli li jintuża fl-ajru;

(v)

Il-kwalifiki tal-pilota u familjarizzazzjoni speċjali ma' l-ajrudrom;

(vi)

Il-limitazzjonijiet u l-proċeduri tal-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan; u

(vii)

Il-kriterji ta' avviċinament mhux milħuq.

Appendiċi 1 għall-OPS 1.515 (a)(4)

Operazzjonijiet ta' Nżul fil-Qosor

(a)

Għall-għan ta' l-OPS 1. 515 (a)(4), id-distanza użata għall-kalkolazzjoni tal-massa ta' l-inżul awtorizzata tista' tikkonsisti mit-tul użabbli taż-żona bla periklu dikjarata u d-distanza ta' l-inżul dikjarat disponibbli. L-Awtorità tista' tapprova dawn l-operazzjonijiet skond il-kriterji li ġejjin:

(1)

Id-dimostrazzjoni tal-ħtieġa għall-Operazzjonijiet ta' Nżul fil-Qosor. Għandu jkun hemm interess pubbliku ċar u ħtieġa operattiva għall-operazzjoni, jew minħabba l-bgħid ta' l-ajruport jew minħabba l-limitazzjonijiet fiżiċi li jikkonċernaw l-estensjoni tar-runway.

(2)

Il-Kriterji ta' l-Ajruplan u dawk Operattivi.

(i)

L-Operazzjonijiet ta' Nżul fil-Qosor għandhom jiġu approvati biss għall-ajruplan fejn id-distanza vertikali bejn il-passaġġ ta' għajnejn il-pilota u l-passaġġ ta' l-iktar parti baxxa tar-roti, bl-ajruplan stabbilit fuq il-glide path normali, ma tkunx ta' iżjed minn 3 metri.

(ii)

Meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-valuri operattivi minimi ta' l-ajrudrom, il-viżibilità/RVR m'għandhiex tkun inqas minn 1.5 km. Minbarra, il-limitazzjonijiet tar-riħ għandhom ikunu speċifikati fil-Manwal tat-Tħaddim.

(iii)

L-esperjenza minima tal-pilota, ir-rekwiżiti tat-taħriġ u l-familjarizzazzjoni speċjali ma ajrudrom għandhom ikunu speċifikati għal dawn l-operazzjonijiet fil-Manwal tat-Tħaddim.

(3)

Wieħed għandu jassumi li l-għoli tal-qsim fil-bidu tat-tul użabbli taż-żona bla periklu dikjarata jkun ta' 50 pied.

(4)

Kriterji addizzjonali. L-Awtorità tista' timponi dawn il-kondizzjonijiet addizzjonali skond kif ikun meħtieġ għall-operazzjoni bla periklu, waqt li jitqiesu l-karatteristiċi tat-tip ta' l-ajruplan, il-karatteristiċi orografiċi fiż-żona ta' l-avviċinament, l-assistenza disponibbli ta' l-avviċinament u konsiderazzjonijiet dwar l-avviċinament mhux milħuq/inżul imfixkel. Dawn il-kondizzjonijiet addizzjonali jistgħu jkunu, per eżempju, ir-rekwiżit għas-sistema ta' l-indikatur ta' l-inklinazzjoni tat-tip VASI/PAPI.

Appendiċi 2 għall-OPS 1.515 (a)(4)

Il-Kriterji tal-Mitjar għall-Operazzjonijiet ta' Nżul fil-Qosor

(a)

L-użu ta' żona mingħajr periklu għandu jkun approvat mill-awtorità ta' l-ajruport.

(b)

It-tul użabbli taż-żona bla periklu dikjarata taħt id-dispożizzjonijiet ta' 1.515 (a)(4), u dan l-Appendiċi, m'għandux ikun ta' iktar minn 90 metru.

(ċ)

Il-wisa' taż-żona bla periklu dikjarata m'għandhiex tkun inqas mid-doppju tal-wisa' tar-runway jew id-doppju tat-tul tal-ġwienaħ, liema minn dawn tkun l-akbar, iċċentrata fuq il-linja taċ-ċentru tar-runway estiż.

(d)

Iż-żona bla periklu dikjarata m'għandha jkollha l-ebda ostakli jew depressjonijiet li jistgħu jpoġġu fil-periklu ajruplan li jkun qed jillandja qabel tibda r-runway u l-ebda oġġett mobbli m'għandu jkun awtorizzat fuq iż-żona bla periklu dikjarata waqt li r-runway ikun qed tintuża għall-operazzjonijiet ta' nżul fil-qosor.

(e)

L-inklinazzjoni taż-żona bla periklu dikjarata m'għandhiex tkun iżjed minn 5 % 'il fuq u lanqas 2 % 'l isfel fid-direzzjoni ta' l-inżul.

(f)

Għall-għan ta' din l-operazzjoni, ir-rekwiżit tas-saħħa tad-direzzjoni ta' l-OPS 1.480 (a)(5) m'hemmx għalfejn ikun applikat għaż-żona ddikjarata bla periklu.

SUB-PARTI H

KLASSI TA' EŻEKUZZJONI B

OPS 1.525

Ġenerali

(a)

L-operatur m'għandux iħaddem ajruplan b'magna waħda:

(1)

Bil-lejl; jew

(2)

F'Kondizzjonijiet Meteoroloġiċi ta' l-Istrument ħlief taħt Regoli Speċjali tat-Titjira Viżwali.

Nota: Il-limitazzjonijiet fuq it-tħaddim ta' ajruplan b'magna waħda huma koperti bl-OPS 1.240 (a)(6).

(b)

L-operatur għandu jittratta ajruplan b'żewġ magni li ma jilħqux ir-rekwiżiti tat-tluq ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.525 (b) bħala ajruplan b'magna waħda.

OPS 1.530

It-Tluq

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-massa tat-tluq ma tkunx iżjed mill-massa massima tat-tluq speċifikata fil-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan għall-altitudni tal-pressjoni u t-temperatura ta' l-ambjent ta' l-ajrudrom li fihom għandu jsir it-tluq.

(b)

L-operatur għandu jiżgura li d-distanza tat-tluq mhux fatturata, kif speċifikat fil-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan ma tkunx iżjed:

(1)

Meta tiġi moltiplikata b'fattur ta' 1,25, il-ġirja tat-tluq li tkun disponibbli; jew

(2)

Meta l-mogħdija tal-waqfien u/jew ta' l-ikklerjar tkun disponibbli, dawn li ġejjin:

(i)

Il-ġirja tat-tluq li tkun disponibbli;

(ii)

Meta moltiplikata b'fattur ta' 1,15, id-distanza tat-tluq li tkun disponbbili; u

(iii)

Meta moltiplikata b'fattur ta' 1,3, id-distanza aċċelerazzjoni-waqfien li tkun disponibbli.

(ċ)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (b) hawn fuq, l-operatur għandu jqis dawn li ġejjin:

(1)

Il-massa ta' l-ajruplan fil-bidu tal-ġirja tat-tluq;

(2)

L-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;

(3)

It-temperatura ta' l-ambjent fl-ajrudrom;

(4)

Il-kondizzjoni tal-wiċċ ta' tar-runway u t-tip ta' wiċċ tar-runway;

(5)

L-inklinazzjoni tar-runway fid-direzzjoni tat-tluq u

(6)

Mhux iktar minn 50 % tal-komponent rapportat tar-riħ minn quddiem jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent rapportat tar-riħ li jonfoħ minn wara.

OPS 1.535

L-Ikklerjar mill-Ostakli tat-Tluq — Ajruplan b'Iktar minn Magna Waħda

(a)

L-operatur għandu jiżgura li l-passaġġ tat-titjira matul it-tluq ta' ajruplan b'żewġ magni jew aktar, stabbilit skond dan is-sub-paragrafu, ikun ikklerja l-ostakli kollha b'marġinu vertikali ta' mill-inqas 50 pied, jew b'distanza orizzontali ta' mill-inqas 90 m u 0,125 × D, fejn D tkun id-distanza orizzontali li l-ajruplan ikun għamel mit-tmiem tad-distanza tat-tluq disponibbli jew mit-tmiem tad-distanza tat-tluq jekk tkun skedata dawra qabel it-tmiem tad-distanza tat-tluq disponibbli, ħlief kif hemm stabbilit fis-sub-paragrafi (b) u (c) hawn taħt. Għall-ajruplan b'tul ta' ġwienaħ ta' inqas minn 60 m, jistà jintuża kklerjar ta' ostaklu orizzontali ta' nofs it-tul tal-ġwienaħ ta' l-ajruplan u 60 m, u 0,125 × D. Meta tintwera konformità ma' dan is-sub-paragrafu wieħed għandu jassumi li:

(1)

Il-passaġġ tat-titjira matul t-tluq jibda f'għoli ta' 50 pied 'il fuq mill-wiċċ fit-tmiem tad-distanza tat-tluq meħtieġa bl-OPS 1.530 (b) u jintemm f'għoli ta' 1 500 pied 'il fuq mill-wiċċ;

(2)

L-ajruplan ma jitmejjilx lateralment qabel ma dan jilħaq għoli ta' 50 pied 'il fuq mill-wiċċ, u li minn hemm 'il quddiem l-angolu tat-timjil laterali ma jkunx ta' aktar minn 15°;

(3)

Il-ħsara fil-magna kritika sseħħ fil-punt fuq il-passaġġ tat-titjira tluq matul it-tluq bil-magni kollha, fejn ir-riferenza viżwali biex ikunu evitati l-ostakli tkun mistennija li tintilef;

(4)

Ix-xaqliba tal-passaġġ tat-titjira matul it-tluq minn 50 pied sa l-għoli preżunt tal-ħsara tal-magna tkun ugwali għax-xaqliba medja bil-magni kollha matul it-tluq u t-transizzjoni lejn il-konfigurazzjoni tul ir-rotta, immoltiplikata b'fattur ta' 0,77; u

(5)

Ix-xaqliba tal-passaġġ tat-titjira matul it-tluq mill-għoli milħuq skond is-sub-paragrafu (4) hawn fuq sat-tmiem tal-passaġġ tat-titjira matul it-tluq, tkun ugwali għax-xaqliba matul it-tluq tul ir-rotta b'magna waħda wieqfa murija fil-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan.

(b)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet fejn il-passaġġ tat-titjira maħsub ma jkunx jeħtieġ bidliet fil-mogħdija ta' iktar minn 15°, l-operatur m'hemmx għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ikbar minn:

(1)

300 m, jekk it-titjira ssir taħt kondizzjonijiet li jippemettu navigazzjoni tal-gwida tal-kors viżwali jew, jekk l-assistenza navigazzjonali tkun disponibbli, li jgħinu lill-pilota biex iżżomm il-passaġġ tat-titjira maħsub bl-istess eżattezza (ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.535 (b)(1) u (c)(1)); jew

(2)

600 m, għat-titjiriet taħt il-kondizzjonijiet l-oħra kollha.

(ċ)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet fejn il-passaġġ tat-titjira maħsub ikun jeħtieġ bidliet fil-mogħdija ta' iktar minn 15°, l-operatur ma jkollux għalfejn jikkonsidra dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ikbar minn:

(1)

600 m għat-titjiriet taħt kondizzjonijiet li jippermettu n-navigazzjoni tal-gwida tal-kors viżwali (ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.535 (b)(1) u (c)(1));

(2)

900 m għat-titjiriet taħt il-kondizzjonijiet l-oħra kollha.

(d)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafi (a), (b) u (c) hawn fuq, l-operatur għandu jqis dan li ġej:

(1)

Il-massa ta' l-ajruplan fil-bidu tal-ġirja tat-tluq;

(2)

L-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;

(3)

It-temperatura ta' l-ambjent fl-ajrudrom; u

(4)

Mhux iktar minn 50 % tal-komponent rapportat tar-riħ minn quddiem jew mhux iktar minn 150 % tal-komponent rapportat tar-riħ li jonfoħ minn wara.

OPS 1.540

En-Route — Ajruplan b'aktar minn magna waħda

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-ajruplan, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, u fil-każ li jiżviluppa ħsara f'waħda mill-magna, bil-magni l-oħra jaħdmu fil-limiti tal-kondizzjonijiet speċifikati tal-qawwa kontinwa massima, ikun kapaċi li jkompli t-titjira fi jew 'il fuq mill-altitudni minimi rilevanti ta' titjir bla periklu li huma ddikjarati fil-Manwal tat-Tħaddim sa punt ta' 1 000 pied 'il fuq mill-ajrudrom li fih ikunu jistgħu jintlaħqu r-rekwiżiti ta' eżekuzzjoni.

(b)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq:

(1)

L-ajruplan m'għandux ikun preżunt li jkun qed itir f'altitudni li tkun iktar minn dik li fiha r-rata ta' tluq tkun ugwali għal 300 pied kull minuta, bil-magni kollha jaħdmu fil-limiti tal-kondizzjonijiet speċifikati tal-qawwa kontinwa massima; u

(2)

Ix-xaqliba preżunta tul ir-rotta b'magna waħda wieqfa għandha tkun ix-xaqliba grossa ta' l-inżul jew tat-tluq, skond kif xieraq, li tiżdied rispettivament b'xaqliba ta' 0,5 %, jew tonqos b'xaqliba ta' 0,5 %.

OPS 1.542

En-Route — Ajruplan b'magna waħda

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-ajruplan, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, u fil-każ li jiżviluppa ħsara fil-magna, ikun kapaċi jilħaq post li fih ikun jista' jsir inżul ta' emerġenza bla periklu. Għall-ajruplan ta' fuq l-art, ikun meħtieġ post fuq l-art, sakemm ma jkunx approvat mod ieħor mill-Awtorità.

(b)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq:

(1)

L-ajruplan m'għandux ikun preżunt li qed itir, meta l-magna tiegħu tkun qed taħdem fil-limiti tal-kondizzjonijiet speċifikati tal-qawwa kontinwa massima, f'altitudni li tkun iżjed minn dik li fiha r-rata tat-tluq tkun ugwali għal 300 pied fil-minuta;

(2)

Ix-xaqliba preżunta tul ir-rotta għandha tkun ix-xaqliba grossa ta' l-inżul miżjuda b'xaqliba ta' 0,5 %.

OPS 1.545

L-Inżul — L-Ajrudromi tad-Destinazzjoni u l-Ajrudromi Alternattivi

L-operatur għandu jiżgura li l-massa ta' l-inżul ta' l-ajruplan, stabbilita skond l-OPS 1.475 (a), ma tkunx iżjed mill-massa massima ta' l-inżul speċifikata għall-altitudni u t-temperatura ta' l-ambjent mistennija għall-ħin stmat ta' l-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u f'dak alternattiv.

OPS 1.550

L-Inżul — Runway Xotta

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-massa ta' l-inżul ta' l-ajruplan, stabbilita skond l-OPS 1.475 (a) għall-ħin stmat ta' l-inżul, tkun tippermetti nżul ta' waqfien sħiħ minn 50 pied 'il fuq mil-livell massimu fil-limiti ta' 70 % tad-distanza ta' l-inżul disponibbli fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv.

(1)

L-Awtorità tista' tapprova l-użu ta' data tad-distanza ta' l-inżul li tinqasam f'fatturi skond dan il-paragrafu u tkun ibbażata fuq screen height ta' inqas minn 50 pied, iżda mhux inqas minn 35 pied (ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.550 (a));

(2)

L-Awtorità tista' tapprova Operazzjonijiet ta' Nżul fil-Qosor, skond il-kriterji li hemm fl-Appendiċi 2 għall-OPS 1.550 (a).

(b)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq, l-operatur għandu jqis dan li ġej:

(1)

L-altitudni ta' l-ajrudrom;

(2)

Mhux iktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn quddiem jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ li jonfoħ minn wara.

(3)

Il-kondizzjoni tal-wiċċ tar-runway u t-tip ta' wiċċ tar-runway; u

(4)

L-inklinazzjoni tar-runway fid-direzzjoni ta' l-inżul;

(ċ)

Biex ajruplan jittajjar skond is-sub-paragrafu (a) hawn fuq, wieħed għandu jassumi li:

(1)

L-ajruplan għandu jillandja fuq l-iktar runway favorevoli, f'arja kalma; u

(2)

L-ajruplan għandu jinżel fuq l-iktar runway li x'aktarx ikun assenjat meta wieħed iqis il-veloċità u d-direzzjoni probabbli tar-riħ u l-karatteristiċi ta' l-immaniġġjar ta' l-ajruplan fuq l-art, u meta wieħed iqis kondizzjonijiet oħrajn bħalma huma l-assistenza ta' l-inżul u t-terren.

(d)

Jekk l-operatur ma jkunx jista' jikkonforma mas-sub-paragrafu (c)(2) hawn fuq għall-ajrudrom tad-destinazzjoni, l-ajruplan jista' jittajjar jekk jintgħażel ajrudrom alternattiv li jippermetti l-konformità sħiħa mas-sub-paragrafu (a), (b) u (c) hawn fuq.

OPS 1.555

L-Inżul — Runways Imxarrba u Kontaminati

(a)

Operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti u t-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta' dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista' tkun mxarrba, id-distanza ta' l-inżul disponibbli għandha tkun ugwali għal jew iżjed mid-distanza ta' l-inżul meħtieġa, liema distanza tkun stabbilita skond l-OPS 1.550, multiplikata b'fattur ta' 1,15.

(b)

L-operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta' dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla jista' jkun kontaminat, id-distanza ta' l-inżul, li tkun stabbilita billi tintuża d-data li tkun aċċettabbli għall-Awtorità għal dawn il-kondizzjonijiet, m'għandhiex tkun iżjed mid-distanza ta' l-inżul disponibbli.

(c)

Distanza ta' nżul fuq runway imxarrba li tkun iqsar minn dik meħtieġa fis-sub-paragrafu (a) hawn fuq, iżda mhux inqas minn dik meħtieġa mill-OPS 1.550 (a), tista' tintuża jekk il-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan ikun jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika dwar id-distanzi ta' l-inżul fuq runways imxarrba.

Appendiċi 1 għall-OPS 1.525 (b)

Ġenerali — It-Tluq ta' l-Inżul u tat-Tluq

(Ir-rekwiżiti ta' dan l-Appendiċi huma bbażati fuq il-JAR–23.63 (c)(1) u l-JAR–23.63 (c)(2), effettivi mill-11 ta' Marzu 1994)

(a)

It-Tluq tat-Tluq

(1)

Il-Magni Kollha Jaħdmu

(i)

Ix-xaqliba wieqfa tat-tluq ta' wara t-tluq għandha tkun mill-inqas 4 % bi:

(A)

Qawwa tat-tluq fuq kull magna;

(B)

It-tagħmir ta' l-illandjar estiż ħlief li jekk it-tagħmir ta' l-illandjar ikun jista' jitraġġa' lura f'mhux iktar minn 7 sekondi, wieħed jista' jassumi li dan ikun traġġa' lura;

(Ċ)

Il-flaps tal-ġwienaħ fil-pożizzjoni(jiet) tat-tluq; u

(D)

Veloċità tat-tluq li ma tkunx inqas mill-ikbar ta' 1,1 VMC u 1,2 VS1.

(2)

Magna Waħda Wieqfa

(i)

Ix-xaqliba wieqfa tat-tluq f'altitudni ta' 400 pied 'il fuq mill-wiċċ tat-tluq għandu jkun pożittiv biżżejjed bi:

(A)

Il-magna kritika wieqfa u l-iskrun tagħha fil-pożizzjoni minima tad-dawran;

(B)

Il-magna l-oħra fil-qawwa tat-tluq;

(Ċ)

It-tagħmir ta' l-illandjar imraġġa' lura;

(D)

Il-flaps tal-ġwienaħ fil-pożizzjoni(jiet) tat-tluq; u

(E)

Veloċità tat-tluq li tkun ugwali għal dik miksuba f'50 pied.

(ii)

Ix-xaqliba wieqfa tat-tluq m'għandhiex tkun inqas minn 0,75 % ta' altitudni ta' 1500 pied 'il fuq mill-wiċċ tat-tluq bil-

(A)

Magna kritika wieqfa u l-iskrun tagħha fil-pożizzjoni minima tad-dawran;

(B)

Magna l-oħra f'mhux iktar mill-qawwa kontinwa massima;

(Ċ)

Tagħmir ta' l-illandjar imraġġa' lura;

(D)

Flaps tal-ġwienaħ imraġġa' lura; u

(E)

Veloċità tat-tluq ta' mhux inqas minn 1,2 VS1.

(b)

It-Tluq ta' l-Inżul

(1)

Il-Magni Kollha Jaħdmu

(i)

Ix-xaqliba wieqfa tat-tluq għandha tkun mill-inqas 2,5 % bi:

(A)

Mhux iktar mill-qawwa jew il-propulsjoni li tkun disponibbli 8 sekondi wara l-bidu tal-moviment tal-kontrolli tal-qawwa mill-pożizzjoni wieqfa minima tat-titjira;

(B)

It-tagħmir ta' l-illandjar estiż;

(Ċ)

Il-flaps tal-ġwienaħ fil-pożizzjoni ta' l-illandjar; u

(D)

Veloċità tat-tluq ugwali għal VREF.

(2)

Magna Waħda Wieqfa

(i)

Ix-xaqliba wieqfa tat-tluq m'għandhiex tkun inqas minn 0,75 % f'altitudni ta' 1500 pied 'il fuq mill-wiċċ ta' l-inżul bil-

(A)

Magna kritika wieqfa u l-iskrun tagħha fil-pożizzjoni minima tad-dawran;

(B)

Magna l-oħra f'mhux iktar mill-qawwa kontinwa massima;

(Ċ)

Tagħmir ta' l-inżul imraġġa' lura;

(D)

Flaps tal-ġwienaħ imraġġa' lura; u

(E)

Veloċità tat-tluq ta' mhux inqas minn 1,2 VS1.

Appendiċi 1 għall-OPS 1.535 (b)(1)u (c)(1)

Il-Passaġġ tat-Titjira matul it-Tluq — In-Navigazzjoni tal-Gwida tal-Kors Viżwali

Biex jippermetti n-navigazzjoni tal-kors viżwali, operatur għandu jiżgura li l-kondizzjonijiet tat-temp li jkun hemm waqt l-operazzjoni, inklużi l-għoli tas-sħab u l-viżibilità, ikunu tali li l-punti ta' riferenza ta' l-ostaklu u/jew ta' l-art ikunu jistgħu jidhru u jiġu identifikati. Il-Manwal tat-Tħaddim għandu jispeċifika, għall-ajrudrom(i) ikkonċernat(i), il-kondizzjonijiet minimi tat-temp li jgħinu lill-ekwipaġġ tat-titjira biex jistabilixxi u jżomm il-passaġġ tat-titjira b'mod korrett fejn jikkonċerna l-punti ta' riferenza ta' fuq l-art, biex ikun hemm ikklerjar bla periklu fejn jikkonċerna l-ostakli u t-terren kif ġej:

(a)

Il-proċedura għandha tkun definita sew fejn jikkonċerna l-punti ta' riferenza ta' fuq l-art biex il-mogħdija li minnha se tgħaddi t-titjira tkun tista' tiġi analizzata għar-rekwiżiti ta' l-ikklerjar ta' ostakli;

(b)

Il-proċedura għandha tkun fil-limiti tal-ħiliet ta' l-ajruplan, fejn jikkonċerna l-veloċità 'l quddiem, l-angolu tat-timjil laterali u l-effetti tar-riħ;

(ċ)

Għall-użu ta' l-ekwipaġġ, għandha tingħata deskrizzjoni bil-mitkub u/jew illustrata dwar il-proċedura; u

(d)

Il-kondizzjonijiet ambjentali li jillimitaw għandhom ikunu speċifikati (eż. ir-riħ, is-sħab, il-viżibilità, il-jum/il-lejl, id-dawl ta' l-ambjent, id-dwal ta' ostaklu).

Appendiċi 1 għall-OPS 1.550 (a)

Il-Proċeduri ta' Avviċinament Wieqaf

(a)

L-Awtorità tista' tapprova l-applikazzjoni tal-proċeduri ta' Avviċinament Wieqaf bl-użu ta' angoli ta' glide slope ta' 4.5° jew iktar, u bi screen heights ta' inqas minn 50 pied iżda mhux inqas minn 35 pied, sakemm jintlaħqu l-kriterji li ġejjin:

(1)

Il-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan għandu jiddikjara l-angolu massimu tal-glide slope approvat, kwalunkwe limitazzjonijiet oħra, proċeduri normali, mhux normali jew ta' emerġenza għall-avviċinament wieqaf, kif ukoll emendi fid-data tat-tul tal-medda meta jintużaw il-kriterji ta' l-avviċinament wieqaf;

(2)

Sistema adattata ta' riferenza tal-glide path, li tkun tinkludi mill-inqas sistema li tindika l-glidepath viżwali, għandha tkun disponibbli f'kull ajrudrom li fih għandhom isiru l-proċeduri ta' l-avviċinament wieqaf; u

(3)

Il-valuri minimi tat-temp għandhom ikunu speċifikati u approvati għal kull runway b'avviċinament wieqaf. Għandha tingħata attenzjoni għal dawn li ġejjin:

(i)

Is-sitwazzjoni ta' l-ostaklu;

(ii)

It-tip ta' riferenza tal-glide path u tal-gwida tar-runway bħalma huma l-assistenza viżwali, MLS, 3D–NAV, ILS, LLZ, VOR, NDB;

(iii)

Ir-riferenza viżwali minima li għandha tkun meħtieġa fid-DH u l-MDA;

(iv)

It-tagħmir disponibbli li jintuża fl-ajruplan;

(v)

Il-kwalifiki tal-pilota u familjarizzazzjoni speċjali ma' l-ajrudrom;

(vi)

Il-limitazzjonijiet u l-proċeduri tal-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan; u

(vii)

Il-kriterji ta' l-avviċinament mhux milħuq.

Appendiċi 2 għall-OPS 1. 550 (a)

Operazzjonijiet ta' Inżul fil-Qosor

(a)

Għall-għan ta' l-OPS 1.550 (a)(2), id-distanza użata għall-kalkolazzjoni tal-massa ta' l-inżul awtorizzata tista' tikkonsisti mit-tul użabbli taż-żona ddikjarata bla periklu u d-distanza ta' l-inżul iddikjarata li tkun disponibbli. L-Awtorità tista' tapprova dawn l-operazzjonijiet skond il-kriterji li ġejjin:

(1)

L-użu taż-żona ddikjarata bla periklu għandha tkun approvata mill-Awtorità ta' l-ajrudrom;

(2)

Iż-żona ddikjarata bla periklu m'għandu jkollha l-ebda ostaklu jew depressjonijiet li jistgħu jpoġġu fil-periklu lill-ajruplan li jkun qed jillandja qabel tibda r-runway, u l-ebda oġġett mobbli m'għandu jkun awtorizzat fuq iż-żona ddikjarata bla periklu waqt li r-runway ikun qed jintuża għall-operazzjonijiet ta' nżul fil-qosor;

(3)

L-inklinazzjoni taż-żona ddikjarata bla periklu m'għandhiex tkun iżjed minn 5 % ta' inklinazzjoni 'l fuq u lanqas 2 % ta' inklinazzjoni 'l isfel fid-direzzjoni ta' l-inżul;

(4)

It-tul użabbli taż-żona ddikjarata bla periklu taħt id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Appendiċi m'għandux ikun itwal minn 90 metru;

(5)

Il-wisa' taż-żona ddikjarata bla periklu m'għandhiex tkun inqas mid-doppju tal-wisa'tar-runway, li din tkun iċċentrata fuq il-linja taċ-ċentru tar-runway estiż;

(6)

Qed ikun preżunt li l-għoli tal-qsim fil-bidu tat-tul użabbli taż-żona ddikjarata bla periklu m'għandux ikun inqas minn 50 pied.

(7)

Għall-għan ta' din l-operazzjoni, ir-rekwiżit tas-saħħa tad-direzzjoni ta' l-OPS 1.480 (a)(5) m'hemmx għalfejn ikun applikat għaż-żona ddikjarata bla periklu.

(8)

Il-valuri minimi tat-temp għandhom ikunu speċifikati u approvati għal kull runway li se jintuża u m'għandhomx ikunu inqas mill-ikbar valuri minimi tal-VFR jew ta' l-avviċinament ta' nuqqas ta' preċiżjoni;

(9)

Ir-rekwiżiti tal-pilota għandhom ikunu speċifikati (ara OPS 1.975 (a));

(10)

L-Awtorità tista' timponi kondizzjonijiet addizzjonali bħal dawn fejn ikunu meħtieġa għat-tħaddim bla periklu, waqt li jitqiesu l-karatteristiċi tat-tip ta' l-ajruplan, l-assistenza ta' l-avviċinament u l-konsiderazzjonijiet ta' l-avviċinament mhux milħuq/inżul imfixkel.

SUB-PARTI I

KLASSI TA' EŻEKUZZJONI C

OPS 1.560

Ġenerali

Operatur għandu jiżgura li, biex tkun stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ta' din is-Sub-parti, id-Data ta' l-eżekuzzjoni approvata fil-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan għandha tkun supplimentata, skond kif meħtieġ, b'data oħra li tkun aċċettabbli għall-Awtorità jekk d-data ta ' l-eżekuzzjoni approvata fil-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan ma tkunx biżżejjed.

OPS 1.565

It-Tluq

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-massa tat-tluq ma tkunx iżjed mill-massa massima tat-tluq speċifikata fil-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan għall-altitudni tal-pressjoni u għat-temperatura ta' l-ambjent fl-ajrudrom li fih ikun se jsir it-tluq.

(b)

Operatur għandu jiżgura li, għall-ajruplan li fil-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan tagħhom ikun hemm id-data dwar it-tul tal-medda tat-tluq, li iżda ma jkunux jinkludu r-responsabbiltà tal-ħsara tal-magna, id-distanza mill-bidu tal-ġirja tat-tluq meħtieġa mill-ajruplan biex jilħaq għoli ta' 50 pied 'il fuq mill-wiċċ bil-magni kollha jaħdmu fil-limiti tal-kondizzjonijiet tal-qawwa massima tat-tluq speċifikata, meta moltiplikata b'fattur ta' wieħed minn dawn:

(1)

1,33 għall-ajruplan li jkollhom żewġ magni; jew

(2)

1,25 għall-ajruplan li jkollhom tliet magni; jew

(3)

1,18 għall-ajruplan li jkollhom erba' magni,

ma tkunx iżjed mill-ġirja tat-tluq disponibbli fl-ajrudrom li fih ikun se jsir it-tluq.

(ċ)

Operatur għandu jiżgura li, għall-ajruplan li jkollhom id-data tat-tul tal-medda tat-tluq fil-Manwali tat-Titjir tagħhom li tqis ukoll il-ħsara fil-magna, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jintlaħqu skond l-ispeċifikazzjonijiet li hemm fil-Manwal tat-Titjira ta' l-Ajruplan:

(1)

Id-distanza aċċelerazzjoni-waqfien m'għandhiex tkun iktar mid-distanza disponibbli;

(2)

Id-distanza tat-tluq m'għandhiex tkun iktar mid-distanza tat-tluq disponibbli, bid-distanza tal-clearway ma tkunx iżjed minn nofs il-ġirja tat-tluq disponibbli;

(3)

Il-ġirja tat-tluq m'għandhiex tkun iktar mill-ġirja tat-tluq disponibbli;

(4)

Il-konformità ma' dan il-paragrafu għandha tintwera bl-użu ta' valur wieħed ta' V1 għat-tluq rifjutat u dak issoktat; u

(5)

Fuq runway imxarrba jew ikkontaminata il-massa tat-tluq m'għandhiex tkun aktar minn dik awtorizzata għat-tluq fuq runway xotta taħt l-istess kondizzjonijiet.

(d)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafi (b) u (c) hawn fuq, l-operatur għandu jqis dawn li ġejjin:

(1)

L-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;

(2)

It-temperatura ta' l-ambjent fl-ajrudrom;

(3)

Il-kondizzjoni tal-wiċċ tar-runway u t-tip ta' wiċċ tar-runway;

(4)

L-inklinazzjoni tar-runway fid-direzzjoni tat-tluq;

(5)

Mhux iktar minn 50 % tal-komponent rapportat tar-riħ minn quddiem jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent rapportat tar-riħ li jonfoħ minn wara; u

(6)

It-telf, jekk ikun hemm, tat-tul tar-runway minħabba l-allinjament ta' l-ajruplan qabel it-tluq.

OPS 1.570

L-Ikklerjar ta' Ostakli waqt it-Tluq

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-passaġġ tat-titjira matul it-tluq b'magna waħda wieqfa jkun ikklerja l-ostakli kollha b'distanza vertikali ta' mill-inqas 50 pied u 0,01 × D, jew b'distanza orizzontali ta' mill-inqas 90 m u 0,125 × D, fejn D tkun id-distanza orizzontali li l-ajruplan ikun għamel mit-tmiem tad-distanza tat-tluq disponibbli. Għall-ajruplan b'tul ta' ġwienaħ ta' inqas minn 60 m jista' jintuża kklerjar ta' ostaklu orizzontali ta' nofs it-tul tal-ġwienaħ ta' l-ajruplan u 60 m, u 0.125 × D.

(b)

Il-passaġġ tat-titjira matul it-tluq għandu jibda f'għoli ta' 50 pied 'il fuq mill-wiċċ fit-tmiem tad-distanza tat-tluq meħtieġa mill-OPS 1.565 (b) jew (c) skond kif jgħodd, u jintemm f'għoli ta' 1 500 pied 'il fuq mill-wiċċ.

(ċ)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a), operatur għandu jqis dawn li ġejjin:

(1)

Il-massa ta' l-ajruplan fil-bidu tal-ġirja tat-tluq;

(2)

L-altitudni tal-pressjoni fl-ajrudrom;

(3)

It-temperatura ta' l-ambjent fl-ajrudrom; u

(4)

Mhux iktar minn 50 % tal-komponent rapportat tar-riħ minn quddiem jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent rapportat tar-riħ li jonfoħ minn wara.

(d)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq, il-bidliet fil-mogħdija m'għandhomx ikunu awtorizzati sa dak il-punt tal-passaġġ tat-titjira matul it-tluq fejn ikun inkiseb għoli ta' 50 pied 'il fuq mill-wiċċ. Minn hemm 'il quddiem, sa għoli ta' 400 pied, wieħed għandu jassumi li l-ajruplan ikun miel lateralment b'mhux iktar minn 15°. 'Il fuq minn 400 pied, jisgħu jiġu skedati angoli tat-timjil laterali li jkunu iktar minn 15° iżda mhux iżjed minn 25°. Għandu jkun hemm konċessjoni xierqa għall-effett ta' l-angolu tat-timjil laterali fuq il-veloċitajiet operattivi u l-passaġġ tat-titjira, li jinkludu inkrementi ta' distanza li jkunu ġejjin minn veloċitajiet operattivi miżjuda.

(e)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet li ma jkunux jeħtieġu bidliet fil-mogħdija ta' iktar minn 15°, operatur ma jkollux għalfejn jikkonsidra dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ta' iktar minn:

(1)

300 m, jekk il-pilota jkun jista' jżomm l-eżattezza navigazzjonali meħtieġa fiż-żona tar-responsabbiltà ta' l-ostaklu; jew

(2)

600 m, għat-titjiriet taħt il-kondizzjonijiet l-oħra kollha.

(f)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq għal dawk il-każijiet li ma jkunux jeħtieġu bidliet fil-mogħdija ta' iktar minn 15°, operatur m'għandux għalfejn iqis dawk l-ostakli li jkollhom distanza laterali ta' iktar minn:

(1)

600 m, jekk il-pilota jkun kapaċi jżomm l-eżattezza navigazzjonali meħtieġa fiż-żona tar-responsabbiltà ta' l-ostaklu; jew

(2)

900 m għat-titjiriet taħt il-kondizzjonijiet l-oħra kollha.

(g)

Operatur għandu jistabbilixxi proċeduri ta' kontinġenza biex jilħaq ir-rekwiżiti ta' l-OPS 1.570 u biex jipprovdi rotta bla periklu, jevita l-ostakli, u biex l-ajruplan ikun jista' jikkonforma mar-rekwiżiti en-route ta' l-OPS 1.580, jew jillandja jew fl-ajrudrom tat-tluqtluq jew f'ajrudrom tat-tluq alternattiv.

OPS 1.575

En-Route — Il-Magni Kollha Jaħdmu

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-ajruplan għandu, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, fi kwalunkwe punt fuq ir-rotta tiegħu jew fi kwalunkwe devjazzjoni ppjanata minn din, jkun kapaċi jżomm rata ta' tluq ta' mill-inqas 300 pied fil-minuta bil-magni kollha jaħdmu fil-limiti tal-kondizzjonijiet tal-qawwa kontinwa massima speċifikati fi:

(1)

L-altitudni minimi għat-titjira bla periklu f'kull stadju tar-rotta li se ssir jew ta' kwalunkwe devjazzjoni ppjanata minn din li tkun speċifikata, jew ikkalkolata mill-informazzjoni li jkun hemm fil-Manwal tat-Tħaddim fejn jikkonċerna l-ajruplan; u

(2)

L-altitudni minimi meħtieġa għall-konformità mal-kondizzjonijiet preskritti fl-OPS 1.580 u 1.585, kif xieraq.

OPS 1.580

En-Route — Magna Waħda Wieqfa

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-ajruplan għandu, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija għat-titjira, fil-każ li jiżviluppa ħsara f'waħda mill-magna fi kwalunkwe punt tul ir-rotta tiegħu jew fi kwalunkwe devjazzjoni ppjanata minn din u bil-magna jew il-magni l-oħra jaħdmu fil-limiti tal-kondizzjonijiet tal-qawwa kontinwa massima speċifikati, jkun kapaċi li jkompli t-titjira mill-altitudni tal-veloċità moderata għall-ajrudrom fejn l-inżul ikun jista' jsir skond l-OPS 1.595 jew OPS 1.600 skond kif xieraq, bl-ikklejar ta' ostakli f'9,3 km (5 nm) fuq kull naħa tal-mogħdija maħsuba u b'intervall vertikali ta' mill-inqas:

(1)

1 000 pied meta r-rata tat-tluq tkun żero jew iżjed; jew

(2)

2 000 pied meta r-rata tat-tluq tkun inqas minn żero.

(b)

Il-passaġġ tat-titjira għandu jkollu inklinazzjoni pożittiva f'altitudni ta' 450 m (1 500 pied) 'il fuq mill-ajrudrom fejn l-inżul huwa maħsub li se jsir wara li waħda mill-magni jiġrilha ħsara.

(ċ)

Għall-għanijiet ta' dan is-sub-paragrafu, ir-rata disponibbli tat-tluq ta' l-ajruplan għandha tittieħed li tkun 150 pied fil-minuta inqas mir-rata grossa tat-tluq speċifikata.

(d)

Meta tintwera konformità ma' dan il-paragrafu, l-operatur għandu jżid il-marġini tal-wisa' tas-sub-pargrafu (a) fuq għal 18,5 km (10 nm) jekk l-eżattezza navigazzjonali ma tkunx tilħaq il-livell ta' 95 % ta' trażżin.

(e)

Ir-rimi ta' karburant huwa awtorizzat sakemm ikun konsistenti biex l-ajruplan jilħaq l-ajrudrom bir-riżervi tal-karburant meħtieġa, jekk tintuża proċedura bla periklu.

OPS 1.585

En-Route — Ajruplan bi Tliet Magni jew Iżjed, b'Żewġ Magni Wieqfa

(a)

Operatur għandu jiżgura li, fl-ebda punt tul il-mogħdija ppjanata, ajruplan bi tliet magni jew aktar m'għandu jkun iktar minn 90 minuta, b'veloċità moderata ta' medda twila bil-magni kollha jaħdmu f'temperatura standard u f'arja kalma, 'il bogħod mill-ajrudrom li fih ir-rekwiżiti ta' eżekuzzjoni applikabbli fil-massa ta' l-inżul mistennija għandhom jintlaħqu, sakemm dan ikun konformi mas-sub-paragrafi (b) sa (e) hawn taħt.

(b)

Il-passaġġ tat-titjira b'żewġ magni wieqfa muri għandu jippermetti li l-ajruplan ikompli bit-titjira, fil-kondizzjonijiet meteoroloġiċi mistennija, waqt li jikklerja l-ostakli kollha f'medda ta' 9,3 km (5 nm) fuq kull naħa tal-mogħdija ppjanata b'intervall vertikali ta' mill-inqas 2 000 pied, lejn ajrudrom li fih ikunu ntlaħqu r-rekwiżiti ta' l-eżekuzzjoni mistennija li jsiru applikabbli fil-massa ta' l-inżul.

(ċ)

Wieħed għandu jassumi li ż-żewġ magni jieqfu milli jaħdmu fl-iktar punt kritiku ta' dik il-parti tar-rotta fejn l-ajruplan ikun iktar minn 90 minuta, b'veloċità moderata ta' medda twila bil-magni kollha jaħdmu f'temperatura standard u f'arja kalma, 'il bogħod mill-ajrudrom li fih ir-rekwiżiti ta' l-eżekuzzjoni mistennija li jsiru applikabbli fil-massa ta' l-inżul jkunu ntlaħqu.

(d)

Il-massa mistennija ta' l-ajruplan fil-punt fejn iż-żewġ magni huma preżunti li jieqfu m'għandhiex tkun inqas minn dik li tinkludi karburant biżżejjed biex dan jipproċedi lejn l-ajrudrom fejn l-inżul ikun mistenni li se jsir, u biex jasal hemm f'altitudni ta' mill-inqas 450 m (1500 pied) direttament fuq iż-żona ta' l-inżul u minn hemm 'il quddiem biex itir livell għal 15-il minuta.

(e)

Għall-għan ta' dan is-sub-paragrafu, ir-rata tat-tluq disponibbli ta' l-ajruplan għandha tittieħed li tkun 150 pied kull minuta inqas minn dik speċifikata.

(f)

Meta tintwera konformità ma' dan il-paragrafu, operatur għandu jżid il-marġini tal-wisa' tas-sub-paragrafu (a) hawn fuq għal 18,5 km (10 nm) jekk l-eżattezza navigazzjonali ma tkunx tilħaq il-livell ta' trażżin ta' 95 %.

(g)

Ir-rimi ta' karburant huwa awtorizzat sakemm ikun konsistenti biex l-ajruplan jilħaq l-ajrudrom bir-riżervi ta' karburant meħtieġa, jekk tkun se tintuża proċedura bla periklu.

OPS 1.590

L-Inżul — L-Ajrudromi tad-Destinazzjoni u l-Ajrudromi Alternattivi

Operatur għandu jiżgura li l-massa ta' l-inżul ta' l-ajruplan stabbilita skond l-OPS 1.475 (a) ma tkunx iżjed mill-massa massima ta' l-inżul speċifikata fil-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan għall-altitudni u, jekk tkun inkluża fil-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan, it-temperatura ta' l-ambjent mistennija fil-ħin stmat ta' l-inżul fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fl-ajrudrom alternattiv.

OPS 1.595

L-Inżul — Runways xotti

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-massa ta' l-inżul ta' l-ajruplan, stabbilita skond l-OPS 1.475 (a) għall-ħin stmat ta' l-inżul, tkun tippermetti nżul ta' waqfien sħiħ minn 50 pied 'il fuq mil-livell massimu fil-limiti ta' 70 % tad-distanza ta' l-inżul disponibbli fl-ajrudrom tad-destinazzjoni u fi kwalunkwe ajrudrom alternattiv.

(b)

Meta tintwera konformità mas-sub-paragrafu (a) hawn fuq, operatur għandu jqis dan li ġej:

(1)

L-altitudni fl-ajrudrom;

(2)

Mhux iktar minn 50 % tal-komponent tar-riħ minn quddiem jew mhux inqas minn 150 % tal-komponent tar-riħ li jonfoħ minn wara;

(3)

It-tip ta' wiċċ tar-runway; u

(4)

L-inklinazzjoni tar-runway fid-direzzjoni ta' l-inżul.

(ċ)

Biex ajruplan jittajjar skond is-sub-paragrafu (a) hawn fuq, wieħed għandu jassumi li:

(1)

L-ajruplan ikun se jillandja fuq l-iktar runway favorevoli f'arja kalma; u

(2)

L-ajruplan ikun se jillandja fuq l-iktar runway li x'aktarx ikun assenjat meta wieħed iqis il-veloċità u d-direzzjoni tar-riħ probabbli kif ukoll il-karatteristiċi ta' l-immaniġġjar ta' l-ajruplan fuq l-art, u meta wieħed iqis kondizzjonijiet oħra bħalma huma l-assistenza ta' l-inżul u t-terren.

(d)

Jekk operatur ma jkunx jista' jkun konformi mas-sub-paragrafu (c)(2) hawn fuq għall-ajrudrom tad-destinazzjoni, l-ajruplan ikun jista' jinħatar jekk jintgħażel ajrudrom alternattiv li jkun jippermetti l-konformità sħiħa mas-sub-paragrafi (a), (b) u (c).

OPS 1.600

L-Inżul — Runways Imxarrba u Kontaminati

(a)

Operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta' dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla tista' tkun imxarrba, id-distanza ta' l-inżul disponibbli tkun ugwali għal jew iżjed mid-distanza ta' l-inżul meħtieġa, stabbilita skond l-OPS 1.595, immoltiplikata b'fattur ta' 1,15.

(b)

Operatur għandu jiżgura li meta r-rapporti jew it-tbassir tat-temp xierqa, jew taħlita ta' dawn, ikunu juru li r-runway fil-ħin stmat tal-wasla jista' jkun kontaminat, id-distanza ta' l-inżul, stabbilita bl-użu ta' data li tkun aċċettata mill-Awtorità għal dawn il-kondizzjonijiet, ma tkunx iżjed mid-distanza ta' l-inżul disponibbli.

SUB-PARTI J

MASSA U BILANĊ

OPS 1.605

Ġenerali

(Ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.605)

(a)

Operatur għandu jiżgura li matul kull fażi tat-tħaddim, it-tagħbija, il-massa u ċ-ċentru tal-gravità ta' l-ajruplan ikunu konformi mal-limitazzjonijiet speċifikati fil-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan approvat, jew fil-Manwal tat-Tħaddim jekk dan ikun aktar ristrettiv.

(b)

Operatur għandu jistabbilixxi l-massa u ċ-ċentru tal-gravità ta' kwalunkwe ajruplan billi dan jintiżen qabel id-dħul inizjali fis-servizz u minn hemm 'il quddiem f'intervalli ta' 4 snin jekk jintużaw il-mases individwali ta' l-ajruplan u 9 snin jekk jintużaw il-mases tal-flotta. L-effetti akkumulati tal-modifikazzjonijiet u t-tiswijiet fuq il-massa u l-bilanċ għandhom jitqiesu sew u jkunu dokumentati kif xieraq. Minbarra hekk, l-ajruplan għandhom jintiżnu mill-ġdid jekk l-effett tal-modifikazzjonijiet fuq il-massa u l-bilanċ ma jkunx magħruf eżatt.

(ċ)

Operatur għandu jistabbilixxi l-massa tal-punti kollha tat-tħaddim u tal-membri ta' l-ekwipaġġ inklużi fil-massa solida ta' l-operat ta' l-ajruplan billi jintiżen jew billi jintużaw masses standard. L-influwenza tal-pożizzjoni tagħhom fuq iċ-ċentru tal-gravità ta' l-ajruplan għandha tiġi stabbilita.

(d)

Ooperatur għandu jistabbilixxi l-massa tat-tagħbija tat-traffiku, inkluża kwalunkwe saborra, jew billi jintiżen jew billi tkun stabbilita l-massa tat-tagħbija tat-traffiku skond il-mases standard għall-passiġġera u l-bagalji kif speċifikat fl-OPS 1.620.

(e)

Operatur għandu jistabilixxi l-massa tat-tagħbija tal-karburant billi tintuża d-densità attwali jew, jekk ma tkunx magħrufa, id-densità kkalkolata skond metodu speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim.

OPS 1.607

Terminoloġija

(a)

Il-Massa Solida tat-Tħaddim. Il-massa totali ta' l-ajruplan li jkun lest għal tip speċifiku ta' operazzjoni barra l-karburant użabbli u t-tagħbija tat-traffiku. Din il-massa tinkludi oġġetti bħalma huma:

(1)

L-ekwipaġġ u l-bagalji ta' l-ekwipaġġ;

(2)

Tagħmir għall-forniment ta' ikel jew li jistà jitneħħa għas-servizz tal-passiġġiera; u

(3)

Ilma għax-xorb u kimiċi li jintużaw fit-twaletti.

(b)

Il-Massa Massima Zero tal-Karburant. Il-massa massima awtorizzata ta' ajruplan bla ebda karburant użabbli. Il-massa tal-karburant li jkun hemm f'tankijiet partikolari għandha tkun inkluża fil-massa żero tal-karburant meta din tissemma espliċitament fil-limitazzjonijiet tal-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan.

(ċ)

Il-Massa Strutturali Massima ta' l-Inżul. Il-massa totali massima ta' l-ajruplan awtorizzata għall-inżul taħt ċirkostanzi normali.

(d)

Il-Massa Massima Strutturali tat-Tluq. Il-massa totali massima ta' l-ajruplan awtorizzata fil-bidu tal-ġirja tat-tluq.

(e)

Il-klassifikazzjoni tal-passiġġiera.

(1)

Adulti, irġiel u nisa, huma deskritti bħala persuni ta' età ta' 12-il sena u aktar.

(2)

It-tfal huma deskritti bħala persuni li jkunu ta' età ta' sentejn u aktar iżda li huma ta' inqas minn 12-il sena.

(3)

Tfal żgħar huma spjegati bħala persuni li jkunu ta' età ta' inqas minn sentejn.

(f)

It-Tagħbija tat-Traffiku. Il-massa totali tal-passiġġiera, bagalji u merkanzija, inkluża kwalunkwe tagħbija mhux kummerċjali.

OPS 1.610

It-Tagħbija, il-massa u l-bilanċ

Operatur għandu jispeċifika, fil-Manwal tat-Tħaddim, il-prinċipji u l-metodi involuti fit-tagħbija u fis-sistema tal-massa u l-bilanċ li jilħqu r-rekwiżiti ta' l-OPS 1.605. Din is-sistema għandha tkopri t-tipi kollha ta' l-operazzjonijiet ippjanati.

OPS 1.615

Il-valuri tal-massa għall-ekwipaġġ

(a)

Operatur għandu juża l-valuri tal-massa li ġejjin biex jistabilixxi l-massa solida tat-tħaddim:

(1)

Il-mases attwali inklużi kwalunkwe bagalji ta' l-ekwipaġġ; jew

(2)

Mases standard, inklużi bagalji ta' l-idejn, ta' 85 kilo għall-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira u 75 kilo għall-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina; jew

(3)

Mases standard oħrajn aċċettabbli għall-Awtorità.

(b)

Operatur għandu jikkoreġi l-massa solida tat-tħaddim biex iqis kwalunkwe bagalji żejda. Il-pożizzjoni ta' dawn il-bagalji żejda għandha titqies meta jkun qed jiġi stabbilit iċ-ċentru tal-gravità ta' l-ajruplan.

OPS 1.620

Il-valuri tal-massa għall-passiġġiera u l-bagalji

(a)

Operatur għandu jikkalkula l-massa tal-passiġġiera u tal-bagalji verifikati billi juża l-massa mwieżna attwali ta' kull persuna u l-massa mwieżna attwali tal-bagalji jew il-valuri tal-massa standard speċifikati fit-Tabelli 1 sa 3 hawn taħt, ħlief fejn in-numru tas-siġġijiet tal-passiġġiera jkun inqas minn 10. F'dawn il-każijiet, il-massa tal-passiġġiera tista' tiġi stabbilita bl-użu ta' dikjarazzjoni verbali minn, jew f'isem, kull passiġġier u billi jiżdied ma' din valur kostanti determinat minn qabel biex jitqiesu l-bagalji u l-ħwejjeġ (il-proċedura li tispeċifika meta se jintgħażlu l-mases attwali jew standard u l-proċedura li għandha tiġi segwita meta jintużaw id-dikjarazzjonijiet verbali għandhom ikunu inklużi fil-Manwal tat-Tħaddim).

(b)

Jekk jistabbilixxi l-massa attwali bl-użin, operatur għandu jiżgura li l-affarijiet personali tal-passiġġiera u l-bagalji ta' l-idejn ikunu inklużi. Dan l-użin għandu jsir immedjatament qabel l-imbarkazzjoni u f'post qrib.

(ċ)

Jekk jistabbilixxi l-massa tal-passiġġiera billi juża l-valuri tal-massa standard, dan għandu juża l-valuri tal-massa standard murija fit-Tabelli 1 u 2 hawn taħt. Il-mases standard jinkludu l-bagalji ta' l-idejn u l-massa ta' kwalunkwe tfal żgħar ta' età taħt is-sentejn li jinġarru minn adult fuq siġġu wieħed tal-passiġġiera. Għall-għan ta' dan is-sub-paragrafu, tfal żgħar li jokkupaw siġġijiet separati għandhom jitqiesu bħala tfal.

(d)

Il-valuri tal-massa għall-passiġġiera — 20 siġġu jew iktar

(1)

Fejn in-numru totali ta' siġġijiet tal-passiġġiera disponibbli fuq ajruplan ikun ta' 20 jew aktar, il-mases standard ta' l-irġiel u n-nisa li jidhru fit-Tabella 1 ikunu applikabbli. Bħala alternattiva, f'każijiet fejn in-numru totali tas-siġġijiet tal-passiġġiera disponibbli ikun ta' 30 jew aktar, il-valuri tal-massa ’Adulti biss’ li jidhru fit-Tabella 1 għandhom ikunu applikabbli.

(2)

Għall-għan tat-Tabella 1, titjira vaganza charter tfisser titjira tat-tip charter li tkun maħsuba bħala element ta' pakkett ta' vjaġġar fuq btala. Il-valuri tal-massa tat-titjira vaganza charter japplikaw sakemm jintużaw mhux iktar minn 5 % tas-siġġijiet tal-passiġġiera installati fuq l-ajruplan għall-ġarr mhux kummerċjali ta' ċerti kategoriji ta' passiġġiera.

Tabella 1

Siġġijiet tal-passiġġiera:

20 u iktar

30 u iktar Adulti Biss

Irġiel

Nisa

It-tijiriet kollha ħlief dawk chartered

88 kg

70 kg

84 kg

Titjiriet vaganza chartered

83 kg

69 kg

76 kg

Tfal

35 kg

35 kg

35 kg

(e)

Il-valuri tal-massa għall-passiġġiera — 19-il siġġu jew inqas.

(1)

Fejn in-numru totali ta' siġġijiet tal-passiġġiera disponibbli fuq ajruplan ikun ta' 19 jew inqas, għandhom japplikaw il-mases standard li hemm fit-Tabella 2.

(2)

Fuq titjiriet fejn ma jkun hemm l-ebda bagalji ta' l-idejn fil-kabina jew fejn il-bagalji ta' l-idejn jitqiesu separatament, jistgħu jitnaqqsu 6 kilos mill-mases ta' l-irġiel u n-nisa li jidhru hawn fuq. L-oġġetti bħalma huma kappotti, umbrelel, boroż żgħar tan-nisa, materjal tal-qari jew kameras żgħar m'għandhomx jitqiesu bħala bagalji ta' l-idejn għall-għan ta' dan is-sub-paragrafu.

Tabella 2

Siġġijiet tal-passiġġiera

1 — 5

6 — 9

10 — 19

Irġiel

104 kg

96 kg

92 kg

Nisa

86 kg

78 kg

74 kg

Tfal

35 kg

35 kg

35 kg

(f)

Il-valuri tal-massa għall-bagalji

(1)

Fejn in-numru totali ta' siġġijiet tal-passiġġiera disponibbli fuq l-ajruplan ikun ta' 20 jew akar, il-valuri tal-massa standard murija fit-Tabella 3 għandhom jgħoddu għal kull biċċa bagalja kkontrollata. Għall-ajruplan b'19-il siġġu tal-passiġġiera jew inqas, għandha tintuża l-massa attwali tal-bagalja kkontrollati, liema massa tiġi stabbilita bl-użin.

(2)

Għall-għan tat-Tabella 3:

(i)

Titjira domestika tfisser titjira li l-oriġini u d-destinazzjoni tagħha jkunu fil-fruntieri ta' Stat wieħed;

(ii)

Titjriet fir-reġjun ta' l-Ewropa tfisser titjiriet, għajr titjiriet domestiċi, li l-oriġini u d-destinazzjoni tagħhom ikunu f'żona speċifikata fl-Appendiċi 1 għall-OPS 1.620 (f); u

(iii)

Titjira interkontinentali, għajr titjiriet fir-reġjun ta' l-Ewropa, tfisser titjira li l-oriġini u d-destinazzjoni tagħha jkunu f'kontinenti differenti. 20 siġġu jew iktar

Tabella 3

20 siġġu jew iktar

Tip ta' Titjira

Il-massa standard tal-bagalji

Domestika

11 kg

Fir-reġjun ta' l-Ewropa

13 kg

Interkontinentali

15 kg

L-oħrajn kollha

13 kg

(g)

Jekk operatur ikun jixtieq juża valuri ta' massa standard għajr dawk li hemm fit-Tabelli 1 sa 3 hawn fuq, dan għandu javża lill-Awtorità dwar ir-raġunijiet tiegħu u jikseb l-approvazzjoni tagħha minn qabel. Dan għandu wkoll jibgħat għall-approvazzjoni tagħha pjan ta' stħarriġ dettaljat dwar l-użin u japplika l-metodu ta' analiżi statistiku mogħti fl-Appendiċi 1 għall-OPS 1.620 (g). Wara l-verifika u l-approvazzjoni mill-Awtorità dwar ir-riżultati ta' dan l-istħarriġ ta' użin, il-valuri riveduti tal-massa standard ikunu jgħoddu biss għal dak l-operatur. Il-valuri riveduti tal-massa standard ikunu jistgħu jintużaw biss f'ċirkostanzi li jkunu konsistenti ma' dawk li taħthom ikun sar l-istħarriġ. Meta l-mases standard riveduti jkunu iżjed minn dawk li hemm fit-Tabelli 1–3, għandhom jintużaw dawk il-valuri ogħla.

(h)

Fuq kwalunkwe titjira identifikata bħala waħda li qed iġġorr numru sostanzjali ta' passiġġiera li l-mases tagħhom, inklużi l-bagalji ta' l-idejn, ikunu mistennija li jeċċedu l-massa standard tal-passiġġiera, operatur għandu jistabbilixxi l-massa attwali ta' dawk il-passiġġiera billi jiżinhom jew billi jżied inkrement xieraq ta' massa.

(i)

Jekk jintużaw il-valuri tal-massa standard għall-bagalji kkontrollati u jkun mistenni li numru sostanzjali ta' bagalji imbarkati tal-passiġġiera jeċċedi l-massa standard tal-bagalji, operatur għandu jistabbilixxi l-massa attwali ta' dawn il-bagalji billi jiżinhom jew billi jżid inkrement xieraq ta' massa.

(j)

Operatur għandu jiżgura li kmandant ikun imwissi meta jkun intuża metodu mhux standard biex tkun stabbilita l-massa tat-tagħbija u li dan il-metodu huwa ddikjarat fid-dokumenti tal-massa u l-bilanċ.

OPS 1.625

Id-Dokumenti tal-Massa u l-Bilanċ

(Ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.625)

(a)

Operatur għandu jistabbilixxi d-dokumenti tal-massa u l-bilanċ qabel kull titjira, liema dokumenti għandhom jispeċifikaw it-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha. Id-dokumenti tal-massa u l-bilanċ għandhom jgħinu lill-kmandant biex dan jistabbilixxi li t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha tkun tali li l-limiti tal-massa u l-bilanċ ta' l-ajruplan ma jinqabżux. Il-persuna li tħejji d-dokumenti tal-massa u l-bilanċ għandha tissemma fuq id-dokument. Il-persuna li jikkontrolla t-tagħbija għal fuq l-ajruplan għandu jikkonferma billi jiffirma li t-tagħbija u d-distribuzzjoni tagħha huma skond id-dokumenti tal-massa u l-bilanċ. Dan id-dokument għandu jkun aċċettat mill-kmandant, fejn l-aċċettazzjoni tiegħu/tagħha għandha tkun indikata b'kontrofirma jew l-ekwivalenti. (Ara wkoll OPS 1.1055 (a)(12)).

(b)

Operatur għandu jispeċifika l-proċeduri għall-Bidliet ta' l-Aħħar Minuta għat-tagħbija.

(ċ)

Suġġett għall-approvazzjoni ta' l-Awtorità, operatur jista' juża alternattiva għall-proċeduri meħtieġa mill-paragrafi (a) u (b) hawn fuq.

Appendiċi 1 għall-OPS 1.605

Il-Massa u l-Bilanċ — Ġenerali

(Ara OPS 1.605)

(a)

Id-determinazzjoni tal-massa solida tat-tħaddim ta' ajruplan

(1)

L-użin ta' l-ajruplan

(i)

Ajruplan ġodda normalment jintiżnu fil-fabbrika u jkunu eliġibbli li jitpoġġew fis-servizz mingħajr ma jerġgħu jintiżnu mill-ġdid jekk ir-reġistri tal-massa u l-bilanċ ikunu ġew aġġustati għall-alterazzjonijiet jew modifiki li jistgħu jsiru fl-ajruplan. Ajruplan li jiġu ttrasferiti minn operatur bi programm approvat dwar il-kontroll tal-massa lil operatur ieħor bi programm approvat m'hemmx għalfejn jintiżen qabel ma jintuża mill-operatur li qed jirċevih, sakemm ikunu għaddew iktar minn 4 snin minn mindu jkun intiżen l-aħħar.

(ii)

Il-massa individwali u l-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità (CG) ta' kull ajruplan għandhom ikunu stabbilti mill-ġdid perjodikament. L-intervall massimu bejn iż-żewġ proċeduri ta' użin għandu jiġi definit mill-operatur u għandu jilħaq ir-rekwiżiti ta' l-OPS 1.605 (b). Barra minn hekk, il-massa u s-CG ta' kull ajruplan għandhom ikunu stabbiliti jew bl-:

(A)

Użin; jew

(B)

Kalkolazzjoni, jekk l-operatur ikun kapaċi jipprovdi l-ġustifikazzjoni meħtieġa biex juri l-validità tal-metodu tal-kalkolazzjoni magħżula,kull meta l-bidliet kumulattivi fil-massa solida tat-tħaddim tkun iktar minn ± 0,5 % tal-massa massima ta' l-inżul jew kull meta il-bidla kumulattiva fil-pożizzjoni tas-CG tkun iktar minn 0,5 % tal-korda ajrodinamika medja.

(2)

Il-Massa tal-Flotta u l-Pożizzjoni tas-CG

(i)

Għall-flotta jew grupp ta' ajruplan ta' l-istess mudell u konfigurazzjoni, il-massa solida tat-tħaddim medja u l-pożizzjoni tas-CG jistgħu jintużaw bħala l-massa tal-flotta u l-pożizzjoni tas-CG, sakemm il-mases solidi tat-tħaddim u l-pożizzjonijiet tas-CG ta' l-ajruplan individwali jkunu jilħqu t-tolleranzi speċifikati fis-sub-paragrafu (ii) hawn taħt. Minbarra, il-kriterji speċifikati fis-sub-paragrafi (iii), (iv) u (a)(3) hawn taħt huma applikabbli.

(ii)

It-Tolleranzi

(A)

Jekk il-massa solida tat-tħaddim ta' kwalunkwe ajruplan imwieżen, jew il-massa solida tat-tħaddim ikkalkolata ta' kwalunkwe ajruplan ta' flotta, tvarja b'aktar minn ±0,5 % tal-massa strutturali massima ta' l-inżul mill-massa solida tat-tħaddim tal-flotta stabbilita jew jekk il-pożizzjoni tas-CG tvarja b'aktar minn ±0,5 % tal-korda ajrodinamika medja mis-CG tal-flotta, dak l-ajruplan għandu jitħalla barra mill-flotta. Flotot separati jistgħu jiġu stabbiliti, kull waħda b'mases medji tal-flotta differenti.

(B)

F'każijiet fejn il-massa ta' l-ajruplan tkun fil-limiti tat-tolleranza tal-massa solida tat-tħaddim tal-flotta iżda l-pożizzjoni tas-CG tiegħu taqa' barra t-tolleranza tal-flotta awtorizzata, l-ajruplan xorta jista' jitħaddem taħt il-massa solida tat-tħaddim applikabbli iżda b'pożizzjoni tas-CG individwali.

(Ċ)

Jekk ajruplan individwali jkollu, meta mqabbel ma' ajruplan oħra tal-flotta, differenza fiżika li tkun tidher b'mod ċar (eż. fil-konfigurazzjoni tal-kċina jew tas-siġġijiet), liema differenza twassal biex jinqabżu t-tolleranzi tal-flotta, dan l-ajruplan jista' jinżamm fil-flotta, sakemm jkunu applikati l-korrezzjonijiet xierqa fil-massa u/jew il-pożizzjoni tas-CG għal dak l-ajruplan.

(D)

ajruplan li għalihom ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda korda ajrodinamika medja għandu jitħaddem bil-massa u bil-pożizzjoni tas-CG individwali tiegħu jew inkella jiġi soġġett għal studju u approvazzjoni speċjali.

(iii)

L-Użu tal-valuri tal-flotta

(A)

Wara li l-ajruplan jintiżen, jew jekk issir kwalunkwe bidla fit-tagħmir jew fil-konfigurazzjoni ta' l-ajruplan, l-operatur għandu jivverifika li dan l-ajruplan ikun jaqa' fil-limiti tat-tolleranzi speċifikati fis-sub-paragrafu (2)(ii) hawn fuq.

(B)

ajruplan li ma jkunux intiżnu mill-aħħar evalwazzjoni tal-massa tal-flotta jistgħu jinżammu fi flotta li titħaddem bil-valuri tal-flotta, sakemm dawk il-valuri individwali jkunu riveduti b'komputazzjoni u jibqgħu fil-limiti tat-tolleranzi definiti fis-sub-paragrafu (2)(ii) hawn fuq. Jekk dawn il-valuri individwali ma jibqgħux jaqgħu fil-limiti tat-tolleranzi awtorizzati, l-operatur għandu jew jistabilixxi valuri tal-flotta ġodda li jkunu jilħqu l-kondizzjonijiet tas-sub-paragrafi (2)(i) u (2)(ii) hawn fuq, jew iħaddem l-ajruplan li ma jaqgħux f'dawn il-limiti bil-valuri individwali tagħhom.

(Ċ)

Biex ajruplan jiżdied ma' flotta mħaddma bil-valuri tal-flotta, l-operatur għandu jivverifika billi jiżen jew b'komputazzjoni li l-valuri attwali tiegħu jaqgħu fil-limiti tat-tolleranzi speċifikati fis-sub-paragrafu (2)(ii) hawn fuq.

(iv)

Biex ikunu konformi mas-sub-paragrafu (2)(i) hawn fuq, il-valuri tal-flotta għandhom ikunu aġġornati mill-inqas fit-tmiem ta' kull evalwazzjoni tal-massa tal-flotta.

(3)

In-Numru ta' ajruplan li jridu jintiżnu biex jiksbu l-valuri tal-flotta

(i)

Jekk ’n’ ikun in-numru ta' ajruplan fil-flotta li jużaw il-valuri tal-flotta, l-operatur għandu mill-inqas jiżen, fil-perjodu bejn żewġ evalwazzjonijiet tal-massa tal-flotta, ċertu numru ta' ajruplan definiti fit-Tabella hawn taħt:

Numru ta' ajruplan fil-flotta

Numru mininimu ta' użin

2 jew 3

N

4 sa 9

(n + 3)/2

10 jew iktar

(n + 51)/10

(ii)

Meta jintgħażlu l-ajruplan li se jitniżnu, għandhom jintgħażlu dawk l-ajruplani li ma jkunux intiżnu għall-iktar perjodu twil.

(iii)

L-intervall bejn 2 evalwazzjonijiet tal-massa tal-flotta m'għandux jeċċedi iktar minn 48 xahar.

(4)

Il-Proċedura ta' l-użin

(i)

L-użin għandu jsir jew mill-manifattur jew minn organizzazzjoni ta' manutenzjoni approvata.

(ii)

Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet normali li jkunu konsisenti ma' prattika tajba bħalma huma:

(A)

Il-Kontroll tal-kompletezza ta' l-ajruplan u tat-tagħmir;

(B)

Id-determinazzjoni li l-fluwidi jkunu kif suppost;

(Ċ)

Li jkun żgurat li l-ajruplan ikun nadif; u

(D)

Li jkun żgurat li l-użin isir f'bini magħluq.

(iii)

Kwalunkwe tagħmir użat għall-użin għandu jkun ikkalibrat kif suppost, jitpoġġa fuq il-pożizzjoni żero, u jintuża skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Kull miżien għandu jkun ikkalibrat jew mill-manifattur, minn dipartiment ċivili ta' l-użin u l-kejl jew minn organizzazzjoni awtorizzata kif xieraq fi żmien sentejn jew f'perjodu ta' żmien li għandu jiġi definit mill-manifattur tat-tagħmir ta' l-użin, liema minn dawn ikun l-inqas. It-tagħmir għandu jwassal biex il-massa ta' l-ajruplan tkun stabbilita b'mod eżatt.

(b)

Mases standard speċjali għat-tagħbija tat-traffiku. Minbarra l-mases standard għall-passiġġiera u l-bagalji kkontrollati, operatur jista' jibgħat għall-approvazzjoni ta' Awtorità mases standard għall-oġġetti oħra ta' tagħbija.

(ċ)

It-tagħbija ta' l-ajruplan

(1)

Operatur għandu jiżgura li t-tagħbija ta' l-ajruplan tiegħu ssir taħt is-sorveljanza ta' persunal kkwalifikat.

(2)

Operatur għandu jiżgura li t-tagħbija tal-merkanzija tkun konsistenti mad-data użata għall-kalkolazzjoni tal-massa u l-bilanċ ta' l-ajruplan.

(3)

Operatur għandu jkun konformi ma' limiti strutturali addizzjonali bħalma huma l-limitazzjonijiet tas-saħħa ta' l-art, it-tagħbija massima għal kull metru, il-massa massima għal kull kumpartiment tal-merkanzija, u/jew il-limiti massimi tas-siġġijiet.

(d)

Il-Limiti taċ-Ċentru tal-Gravità

(1)

Il-Pakkett Operattiv tas-CG. Sakemm tkun applikata l-allokazzjoni tas-siġġijiet waqt li l-effetti tan-numru tal-passiġġiera għal kull ringiela siġġijiet, tal-merkanzija fil-kumpartimenti individwali tal-merkanzija u tal-karburant fit-tankijiet individwali jkunu trattati eżatt fil-kalkolazzjoni tal-bilanċ, għandhom ikunu applikati marġini operattivi għall-pakkett taċ-ċentru tal-gravità awtorizzat. Biex ikunu stabbiliti l-marġini tas-CG, għandhom jitqiesu d-devjazzjonijiet possibbli mid-distribuzzjoni preżunta tat-tagħbija. Jekk ikun hemm siġġijiet liberi, l-operatur għandu jintroduċi proċeduri biex tkun żgurata azzjoni korrettiva mill-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-kabina jekk isseħħ għażla lonġitudinali estrema ta' siġġijiet. Il-marġini tas-CG u l-proċeduri operattivi assoċjati, inklużi l-preżunzjonijiet fejn jikkonċerna t-tpoġġija bilqiegħda tal-passiġġiera, għandhom ikunu aċċettati mill-Awtorità.

(2)

Iċ-Ċentru tal-gravità abbord it-titjira. Flimkien mas-sub-paragrafu (d)(1) hawn fuq, l-operatur għandu juri li l-proċeduri jkunu jittrattaw b'mod sħiħ l-varjazzjoni estrema fis-CG matul it-titjira li tiġi kkawżata bil-moviment tal-passiġġiera/ekwipaġġ u bil-konsum/trasferiment ta' karburant.

Appendiċi 1 għall-OPS 1.620 (f)

Id-Definizzjoni taż-żona għat-titjiriet fir-reġjun Ewropew

Għall-għanijiet ta' l-OPS 1.620 (f), titjiriet fir-reġjun Ewropew, għajr titjiriet domestiċi, ikunu titjiriet li jsiru fiż-żona mdawra b'linji rombu bejn il-punti li ġejjin:

N7200

E04500

N4000

E04500

N3500

E03700

N3000

E03700

N3000

W00600

N2700

W00900

N2700

W03000

N6700

W03000

N7200

W01000

N7200

E04500

kif muri fil-Figura 1 hawn taħt:

Figura 1

Ir-Reġjun Ewropew

Image

Appendiċi 1 għall-OPS 1.620 (g)

Proċedura biex ikunu stabbiliti l-valuri tal-massa standard riveduti għall-passiġġiera u l-bagalji

(a)

Il-Passiġġiera

(1)

Il-Metodu għat-teħid ta' kampjuni tal-piż. Il-massa medja tal-passiġġiera u l-bagalji ta' l-idejn tagħhom għandha tkun stabbilita bl-użin, billi jittieħdu kampjuni addoċċ. L-għażla ta' kampjuni addoċċ għandha, bin-natura u l-limiti tagħha, tirrappreżenta l-volum tal-passiġġiera, meta wieħed iqis it-tip ta' operazzjoni, il-frekwenza tat-titjiriet fuq rotot differenti, titjiriet 'il ġewwa/'il barra, l-istaġun applikabbli u l-kapaċità tas-siġġijiet ta' l-ajruplan.

(2)

Id-daqs tal-kampjun. Il-pjan ta' l-istħarriġ għandu jkopri l-użin ta' mill-inqas l-ikbar minn:

(i)

Numru ta' passiġġiera kkalkolat minn kampjun ta' direzzjoni, fejn tintuża proċedura ta' statistika normali u bbażat fuq medda ta' kunfidenza relattiva (eżattezza) ta' 1 % għall-adulti kollha u 2 % għall-mases medji ta' irġiel u nisa separati; u

(ii)

Għall-ajruplan:

(A)

B'kapaċità ta' tpoġġija bilqiegħda ta' 40 passiġġier jew aktar, total ta' 2000 passiġġier; jew

(B)

B'kapaċità ta' tpoġġija bilqiegħda ta' inqas minn 40 passiġġier, total ta' 50 x (il-kapaċità tat-tpoġġija bilqiegħda tal-passiġġiera).

(3)

Il-mases tal-passiġġiera. Il-mases tal-passiġġiera għandhom jinkludu l-mases ta' l-affarijiet personali tal-passiġġiera li jinġarru meta dawn jidħlu fl-ajruplan. Meta jittieħdu kampjuni addoċċ tal-mases tal-passiġġiera, it-tfal żgħar għandhom jintiżnu flimkien ma' l-adult li jkun qed jakkumpanjahom (Ara wkoll OPS 1.620 (c) (d) u (e)).

(4)

Il-post ta' l-użin. Il-post fejn jintiżnu l-passiġġiera għandu jintgħażel kemm jista' jkun qrib l-ajruplan, f'post fejn il-bidla fil-massa tal-passiġġiera billi jneħħu jew iżidu aktar oġġetti personali ma tkunx faċli li ssir qabel ma l-passiġġiera jimbarkaw ruħhom fl-ajruplan.

(5)

Il-magna ta' l-użin. Il-magna li għandha tintuża biex tiżen lill-passiġġiera għandu jkollha kapaċità ta' mill-inqas 150 kilo. Il-massa għandha tintwera b'gradazzjoni minima ta' 500 g. Il-magna ta' l-użin għandha tkun eżatta sa 0,5 % jew 200 g, liema minn dawn ikun l-akbar.

(6)

Ir-reġistrazzjoni tal-valuri tal-massa. Għal kull titjira inkluża fl-istħarriġ il-massa tal-passiġġiera, il-kategorija tal-passiġġiera li tikkorrispondi (i.e. irġiel/nisa/tfal) u n-numru tat-titjira għandhom jiġu rreġistrati.

(b)

Il-bagalji kkontrollatiati. Il-proċedura ta' l-istatistika biex ikunu stabbiliti l-valuri riveduti tal-mases standard tal-bagalji bbażati fuq il-mases medji tal-bagalji tal-qies minimu ta' kampjun meħtieġ, hija bażikament l-istess bħal dik li tapplika għall-passiġġiera u kif speċifikat fis-sub-paragrafu (a)(1). Għall-bagalji, il-medda ta' konfidenza relattiva (eżattezza) tammonta għal 1 %. Għandhom jintiżnu minimu ta' 2 000 biċċa ta' bagalji kkontrollati.

(c)

Id-determinazzjoni tal-valuri riveduti tal-massa standard għall-passiġġiera u l-bagalji kkontrollatiati

(1)

Biex ikun żgurat li, minflok jintużaw l-mases attwali stabbiliti bl-użin, l-użu tal-valuri riveduti tal-massa standard għall-passiġġiera u l-bagalji kkontrollati ma jaffettwax ħażin s-sigurtà ta' l-operat, għandha ssir analiżi ta' statistika. Din l-analiżi għandha tiġġenera l-valuri tal-massa medja għall-passiġġiera u l-bagalji kif ukoll data oħra.

(2)

Fuq ajruplan b'20 siġġu tal-passiġġiera jew aktar, dawn il-medji jgħoddu bħala valuri riveduti tal-massa standard ta' l-irġiel u n-nisa.

(3)

Fuq ajruplani iżgħar, l-inkrementi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-massa medja tal-passiġġiera biex jinkisbu l-valuri riveduti tal-massa standard:

Numru ta' siġġijiet tal-passiġġiera

Inkrement ta' massa meħtieġ

1 — 5 ink.

16 kg

6 — 9 ink.

8 kg

10 — 19 ink.

4 kg

Alternattivament, il-valuri riveduti tal-massa standard (medja) ta' l-adulti tista' tiġi applikata fuq ajruplan bi 30 siġġu għall-passiġġiera jew iktar. Il-valuri riveduti tal-massa standard (medja) tal-bagalji jgħoddu għall-ajruplan b'20 siġġu għall-passiġġiera jew iktar.

(4)

Operaturi għandhom l-għażla li jissottomettu pjan ta' stħarriġ dettaljat lill-Awtorità għall-approvazzjoni tagħha wara devjazzjoni mill-valur rivedut tal-massa standard, sakemm dan il-valur devjanti jkun stabbilit bl-użu tal-proċedura spjegata f'dan l-Appendiċi. Dawn id-devjazzjonijiet għandhom ikunu riveduti f'intervalli li ma jkunux ta' iktar minn 5 snin.

(5)

Il-valuri riveduti kollha tal-massa standard ta' l-adulti għandhom ikunu bbażati fuq proporzjon ta' irġiel/nisa ta' 80/20 fejn jikkonċerna t-titjiriet kollha, ħlief titjiriet vaganzi chartered li jkunu 50/50. Jekk operatur ikun jixtieq jikseb approvazzjoni għall-użu ta' proporzjon differenti fuq rotot jew titjiriet speċifiċi, f'dan il-każ id-data għandha tiġi sottomessa lill-Awtorità fejn turi li proporzjon alternattiv ta' irġiel/nisa huwa wieħed konservattiv u jkopri mill-inqas 84 % tal-proporzjonijiet attwali ta' rġiel/nisa fuq kampjun ta' mill-inqas 100 titjira rappreżentattiva.

(6)

Il-valuri medja tal-massa li jinstabu għandhom jiddawru sa l-eqreb deċimali f'kilo. Il-valuri tal-massa tal-bagalji kkontrollati għandhom jiddawru sa l-eqreb figura ta' 0.5 kg kilo, skond kif xieraq.

Appendiċi 1 għall-OPS 1.625

Id-Dokumenti tal-Massa u l-Bilanċ

(a)

Id-Dokumenti tal-Massa u l-bilanċ

(1)

Il-Kontenut

(i)

Id-dokumenti tal-massa u l-bilanċ għandu jkollhom it-tagħrif li ġej:

(A)

Ir-reġistrazzjoni u t-tip ta' l-ajruplan;

(B)

In-numru ta' l-identifikazzjoni u d-data tat-titjira;

(Ċ)

L-identità tal-Kmandant;

(D)

L-identità tal-persuna li jkun ħejja d-dokument;

(E)

Il-massa solida tat-tħaddim u s-CG li tikkorrispondi ta' l-ajruplan;

(F)

Il-massa tal-karburant fit-tluq u l-massa tal-karburant tal-vjaġġ;

(G)

Il-massa tal-konsumibbli għajr il-karburant;

(H)

Il-komponenti tat-tagħbija inklużi l-passiġġiera, il-bagalji, il-merkanzija u s-saborra;

(I)

Il-Massa tat-Tluq, il-Massa ta' l-Inżul u l-Massa Żero tal-Karburant;

(J)

Id-distribuzzjoni tat-tagħbija;

(K)

Il-pożizzjonijiet applikabbli tas-CG ta' l-ajruplan; u

(L)

Il-valuri tal-massa u tas-CG li jillimitaw.

(ii)

Suġġett għall-approvazzjoni ta' l-Awtorità, operatur jista' jħalli barra uħud minn din id-data mid-dokumenti tal-massa u l-bilanċ.

(2)

Bidliet ta' l-Aħħar Minuta. Jekk ikun hemm bidliet ta' l-aħħar minuta wara li jkunu tlestew id-dokumenti tal-massa u l-bilanċ, dwar dan irid ikun mgħarraf il-kmandant u l-bidliet ta' l-aħħar minuta għandhom jiddaħħlu fid-dokumenti tal-massa u l-bilanċ. Il-bidla massima awtorizzata fin-numru ta' passiġġiera jew fit-tagħbija biex tkun aċċettata bħala bidla ta' l-aħħar minuta għandha tkun speċifikata fil-Manwal tat-Tħaddim. Jekk dan in-numru jinqabeż, għandhom jitħejjew dokumenti tal-massa u l-bilanċ ġodda.

(b)

Sistemi kompjuterizzati. Fejn id-dokumenti tal-massa u l-bilanċ jiġu ġġenerati b'sistema kompjuterizzata tal-massa u l-bilanċ, l-operatur gћandu jivverifika l-integrità tad-data prodotta. Dan gћandu jistabbilixxi sistema biex jikkontrolla li l-emendi ta' l-input data jkunu inkorporati kif suppost fis-sistema u li s-sistema tkun qed taћdem tajjeb fuq bażi kontinwa billi jivverifika d-data prodotta f'intervalli ta' mhux iktar minn 6 xhur.

(ċ)

Is-sistemi tal-massa u l-bilanċ abbord. Operatur għandu jiskeb l-approvazzjoni ta' l-Awtorità jekk ikun jixtieq li juża abbord sistema kompjuterizzata tal-massa u l-bilanċ bħala s-sors ewlieni tad-dispaċċ.

(d)

Datalink. Meta d-dokumenti tal-massa u l-bilanċ jintbagħtu lill-ajruplan permezz ta' datalink, kopja tad-dokumenti finali tal-massa u l-bilanċ hekk kif aċċettati mill-kmandant għandhom ikunu disponibbli fuq l-art.

SUB-PARTI K

L-ISTRUMENTI U T-TAGĦMIR

OPS 1.630

Introduzzjoni ġenerali

(a)

Operatur għandu jiżgura li titjira ma tibdiex sakemm l-istrumenti u t-tagħmir meħtieġa taħt din is-sub-parti jkunu:

(1)

Approvati, ħlief kif speċifikat fis-sub-paragrafu (c), u installati skond ir-rekwiżiti li japplikaw għalihom, inklużi l-istandard ta' l-eżekuzzjoni minima u r-rekwiżiti tat-tħaddim u ta' adegwatezza għat-titjir; u

(2)

F'kondizzjoni operabbli għat-tip ta' operazzjoni li tkun qed issir ħlief kif ipprovdut fl-MEL (ara OPS 1.030).

(b)

L-istandards minimi ta' l-istrumenti u t-tagħmir huma dawk preskritti fl-Ordnijiet ta' l-Istandard Tekniku Ewropew (European Technical Standard Orders (ETSO), kif elenkati fl- Ispeċifikazzjonijiet fuq l-Ordnijiet ta' l-Istandard Tekniku Ewropew (CS-TSO) applikabbli, sakemm standards ta' differenti jkunu preskritti fil-kodiċi tat-tħaddim jew ta' l-adegwatezza għat-titjir. L-istrumenti u t-tagħmir li jkunu konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u ta' l-eżekuzzjoni, ħlief l-ETSO fuq id-data ta' l-implimentazzjoni ta' l-OPS, jistgħu jibqgħu fis-servizz, jew ikunu installati, sakemm ikunu preskritti rekwiżiti addizzjonali f'din is-sub-parti. L-istrumenti u t-tagħmir li jkunu diġà ġew approvati m'hemmx għalfejn ikunu komformi ma' ETSO rivedut jew ma' speċifikazzjoni riveduta, ħlief l-ETSO, sakemm ma jkunx preskritt rekwiżit retroattiv.

(ċ)

Il-punti li ġejjin mhumiex meħtieġa li jkollhom l-approvazzjoni tat-tagħmir:

(1)

Il-fjusis imsemmija fl-OPS 1.635;

(2)

It-torċi elettriċi msemmija fl-OPS 1.640 (a)(4);

(3)

L-istrument ta' ħin preċiż imsemmi fl-OPS 1.650 (b) u 1.652 (b);

(4)

Il-holder tal-karti imsemmi fl-OPS 1.652 (n).

(5)

Il-kitt ta' l-ewwel għajnuna msemmi fl-OPS 1.745;

(6)

Il-kitt mediku ta' l-emerġenza msemmi fl-OPS 1.755;

(7)

Il-megafoni msemmija fl-OPS 1.810;

(8)

It-tagħmir tas-salvataġġ u tas-sinjali pirotekniċi msemmija fl-OPS 1.835 (a) u (c); u

(9)

L-ankri u t-tagħmir tal-baħar għall-irmiġġ, l-ankoraġġ jew l-immanuvrar ta' idroplani u ajruplan li jistgħu jinżlu fl-ilma fuq l-ilma msemmija fl-OPS 1.840.

(d)

Jekk it-tagħmir ikun se jintuża minn membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tat-titjira fil-post tiegħu/tagħha matul it-titjira, dan għandu jkun lest biex jaħdem minnufih mill-post tiegħu/tagħha. Meta oġġett wieħed mit-tagħmir ikun meħtieġ biex jitħaddem minn iktar minn membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, dan għandu jiġi installat biex it-tagħmir ikun lest biex jitħaddem minnufih minn kwalunkwe post li fih it-tagħmir ikun meħtieġ biex jitħaddem.

(e)

Dawk l-istrumenti li jintużaw minn kwalunkwe membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jippermettu lill-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira biex jara l-indikazzjonijiet minnufih mill-post tiegħu/tagħha, bl-inqas devjazzjoni prattika mill-pożizzjoni u l-linja ta' viżjoni li hu/hi normalment jassumi/tassumi meta jħares/tħares 'il quddiem tul il-passaġġ tat-titjira. Kull meta fl-ajruplan ikun meħtieġ li jitħaddem strument wieħed minn iktar minn membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, dan għandu jkun installat biex dan ikun viżibbli minn kull post ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkun jgħodd.

OPS 1.635

L-apparat tal-ħarsien taċ-ċirkuwiti

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan li fih jintużaw il-fjusis, sakemm ma jkunx hemm fjusis żejda disponibbli għall-użu, li jkunu ugwali għal mill-inqas 10 % tan-numru tal-fjusis ta' kull tip jew tlieta ta' kull tip, liema minn dawn ikun l-akbar.

OPS 1.640

Id-Dwal tat-tħaddim ta' l-ajruplan

Operatur għandu jħaddem ajruplan sakemm dan ikun mgħammar bi:

(a)

Għat-titjira bi nhar:

(1)

Sistema ta' dawl ta' kontra l-ħabtiet;

(2)

Dwal fornuti mis-sistema ta' l-elettriku ta' l-ajruplan biex jipprovdu dawl xieraq għall-istrumenti kollha u t-tagħmir essenzjali għat-tħaddim bla periklu ta' l-ajruplan;

(3)

Dwal fornuti mis-sistema ta' l-elettriku ta' l-ajruplan biex jipprovdu dwal fil-kompartimenti kollha tal-passiġġiera; u

(4)

Torċa elettrika għal kull membru ta' l-ekwipaġġ li tkun aċċessibbli minnufih għall-membri ta' l-ekwipaġġ meta dawn ikunu bilqiegħda fil-post assenjat lilhom.

(b)

Għat-titjiriet bil-lejl, minbarra tagħmir speċifikat fil-paragrafu (a) hawn fuq:

(1)

Id-dwal tan-navigazzjoni/pożizzjoni; u

(2)

Żewġt idwal għall-inżul jew dawl wieħed li jkollu żewġ filamenti enerġizzati separati; u

(3)

Dwal biex ikun hemm konformità mar-regolamenti internazzjonali biex ikunu evitati ħabtiet fil-baħar jekk l-ajruplan ikun Idroplan jew Ajruplan Anfibju.

OPS 1.645

Il-wajpers tal-windskrin

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan b'massa massima ċertifikata tat-tluq ta' iktar minn 5 700 kilo sakemm ikun mgħammar f'kull post fejn ikun il-pilota b'wajper tal-windskrin jew b'mezzi ekwivalenti biex fix-xita parti tal-windskrin tinżamm nadifa.

OPS 1.650

Operazzjonijiet VFR bi nhar — L-istrumenti tat-titjira u tan-navigazzjoni u t-tagħmir assoċjat

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan bi nhar skond ir-Regoli tat-Titjira Viżwali (VFR) sakemm dan ikun mgħammar bl-istrumenti tat-titjira u tan-navigazzjoni u bit-tagħmir assoċjat u, fejn ikun xieraq, taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fis-sub-paragrafi li ġejjin:

(a)

Boxxla manjetika;

(b)

Strument li juri l-ħin preċiż f'sigħat, minuti, u sekondi;

(ċ)

Altimetru sensittiv tal-pressjoni li jkun ikkalibrat f'piedi b'settings oħra, ikkalibrat f'hectopascals/millibars, li jkun jaġġusta ruħu għal kwalunkwe pressjoni barometrika li x'aktarx tkun issettjata matul it-tijira;

(d)

Indikatur tal-veloċità ta' l-arjaajruplan kkalibrat f'mili tal-baħar;

(e)

Indikatur tal-veloċità vertikali;

(f)

Indikatur tad-dawran u taż-żelqa, jew ko-ordinatur tad-dawran li jkun jinkorpora fih indikatur taż-żelqa;

(g)

Indikatur ta' l-altitudni;

(h)

Indikatur tad-direzzjoni stabilizzat; u

(i)

Mezz li jindika fil-kumpartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira t-temperatura ta' l-arja ta' barra kkalibrat fi gradi Celsius.

(j)

Għat-titjiriet li ma jkunux ta' iktar minn 60 minuta, li jitilgħu u jinżlu fl-istess ajrudrom, u li jibqgħu fil-limiti ta' 50 nm mill-ajrudrom, l-istrumenti preskritti fis-sub-paragrafi (f), (g) u (h) hawn fuq, u s-sub-paragrafi (k)(4), (k)(5) u (k)(6) hawn taħt, jistgħu jinbidlu kollha jew b'indikatur tad-dawran u ż-żelqa, jew b'ko-ordinatur tad-dawran li jkun jinkorpora fih indikatur taż-żelqa, jew inkella kemm indikatur ta' l-attitudni kif ukoll indikatur taż-żelqa.

(k)

Kull meta jkunu meħtieġa żewġ piloti, il-post tat-tieni pilota għandu jkollu strumenti separati kif ġej:

(1)

Altimetru sensittiv tal-pressjoni li jkun ikkalibrat f'piedi u b'setting ieħor li jista' jiġi kkalibrat f'hectopascals/millibars, li jaġġusta ruħu għal kwalunkwe pressjoni barometrika li x'aktarx tkun issettjata matul it-titjira;

(2)

Indikatur tal-veloċità ta' l-ajruplanarja kkalibrat f'mili tal-baħar;

(3)

Indikatur tal-veloċità vertikali;

(4)

Indikatur tad-dawran u ż-żelqa, jew ko-ordinatur tad-dawran li jinkorpora indikatur taż-żelqa;

(5)

Indikatur ta' l-attitudni; u

(6)

Indikatur tad-direzzjoni stabilizzat.

(l)

Kull sistema li turi l-veloċità ta' l-arja għandha tkun mgħammra b'pitot tube imsaħħan jew mezzi ekwivalenti biex ikun evitat kwalunkwe nuqqas ta' funzjonament minħabba jew il-kondensazzjoni jew is-silġ għal:

(1)

ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikata li tkun ta' iktar minn 5 700 kilo jew li jkollhom konfigurazzjoni massima approvata ta' iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda;

(2)

ajruplan li jkunu nħarġu għall-ewwel darba b'ċertifikat individwali ta' adegwatezza għat-titjir fi jew wara l-1 ta' April 1999

(m)

Kull meta jkunu meħtieġa strumenti doppji, ir-rekwiżiti jitlob li jkun hemm displays separati għal kull pilota u seletturi separati jew tagħmir ieħor assoċjat fejn ikun xieraq.

(n)

L-ajruplan kollha għandhom ikunu mgħammra b'mezzi li juru meta l-qawwa ma tkunx qed tiġi fornuta tajjeb lill-istrumenti tat-titjira meħtieġa; u

(o)

L-ajruplan kollha b'limitazzjonijiet ta' kompressibilità li ma jkunux indikati mod ieħor bl-indikaturi tal-veloċità ta' l-arja meħtieġa għandhom ikunu mgħammra b'indikatur tan-numru Mach f'kull post tal-pilota.

(p)

Operatur m'għandux jagħmel operazzjonijiet VFR bi nhar sakemm l-ajruplan ikun mgħammar b'kuffji tal-widna li jkollu mikrofonu li jirbombja jew l-ekwivalenti għal kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkun qed iwettaq dmirijietu fuq il-gverta ta' l-ajruplan.

OPS 1.652

IFR jew operazzjonijiet ta' bil-lejl — L-istrumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u t-tagħmir assoċjat

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan skond ir-Regoli tat-Tirjir ta' l-Istrument (IFR) jew bil-lejl skond ir-Regoli tat-Titjir Viżwali (VFR) sakemm dan ikun mgħammar bl-istrumenti tat-titjir u tan-navigazzjoni u bit-tagħmir assoċjat u, fejn ikun jgħodd, taħt il-kondizzjonijiet iddikjarati fis-sub-paragrafi li ġejjin:

(a)

Boxxla manjetika;

(b)

Strument li juri l-ħin preċiż f'sigħat, minuti u sekondi;

(ċ)

Żewġ altimetri sensittivi tal-pressjoni li jkunu kkalibrati f'piedi b'settings oħra, ikkalibrati f'hectopascals/millibars, li jkun jaġġusta ruħu għal kwalunkwe pressjoni barometrika li x'aktarx tkun issettjata waqt it-titjira; dawn l-altimetri għandu jkollhom counter drum-pointer jew preżentazzjoni ekwivalenti.

(d)

Sistema li turi l-veloċità ta' l-ajruplanarja b'pitot tube msaħħan jew mezzi ekwivalenti biex ikun evitat in-nuqqas ta' funzjonament minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ, inkluża indikazzjoni tat-twissija meta l-pitot heater jiġrilu ħsara. Ir-rekwiżit ta' l-indikazzjoni tat-twissija tal-ħsara fil-pitot heater ma jgħoddx għal dawk l-ajruplan li jkollhom konfigurazzjoni massima approvata ta' 9 passiġġiera bilqiegħda jew inqas jew massa massima tat-tluq ċertifikat ta' 5 700 kilo jew inqas u maħruġ b'Ċertifikat ta' l-Adegwatezza għat-Titjir individwali qabel l-1 ta' April 1998;

(e)

Indikatur tal-veloċità vertikali;

(f)

Indikatur tad-dawran u ż-żelqa;

(g)

Indikatur ta' l-attitudni;

(h)

Indikatur tad-direzzjoni stabilizzat;

(i)

Mezz li jindika fil-kumpartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira t-tempertaura ta' l-arja ta' barra kkalibrata fi gradi Celsius; u

(j)

Żewġ sistemi indipendenti ta' pressjoni statika, ħlief li għall-ajruplan li jkollhom l-iskrejjen b'massa massima ċertifikata ta' 5 700 kilo jew inqas, tkun meħieġa sistema waħda tal-pressjoni statika u sors alternattiv wieħed ta' pressjoni statika.

(k)

Kull meta jkunu meħtieġa żewġ piloti, il-post tat-tieni pilota għandu jkollu strumenti separati kif ġej:

(1)

Altimetru sensittiv tal-pressjoni, ikkalibrat f'piedi b'setting ieħor, ikkalibrat f'hectopascals/millibars, li jkun jaġġusta ruħu għal kwalunkwe pressjoni barometrika li tkun issettjata matul it-titjira, u li jista' jkun wieħed miż-2 altimetri meħtieġa fis-sub-pargrafu (c) hawn fuq. Dawn l-altimetri għandu jkollhom counter drum-pointer jew preżentazzjoni ekwivalenti.

(2)

Sistema li turi l-veloċità ta' l-ajruplanarja b'pitot tube msaħħan jew ezz ekwivalenti biex tkun evitata kwalunkwe ħsara minħabba l-kondensazzjoni jew is-silġ, inkluża indikazzjoni tat-twissija meta l-pilot heater jiġrilu ħsara. Ir-rekwiżit ta' l-indikazzjoni tal-ħsara fil-pilot heater ma jgħoddx għal dawk l-ajruplan b'konfigurazzjoni massima approvata ta' 9 passiġġiera bilqiegħda jew inqas jew b'massa massima tat-tluq awtorizzata ta' 5 700 kilo jew inqas u maħruġ b'Ċertifikat ta' adegwatezza għat-titjir individwali qabel l-1 ta' April 1998;

(3)

Indikatur tal-veloċità vertikali;

(4)

Indikatur tad-dawran u ż-żelqa;

(5)

Indikatur ta' l-attitudni; u

(6)

Indikatur tad-direzzjoni stabilizzat.

(l)

Dawk l-ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iżjed minn 5 700 kilo jew li jkollhom konfigurazzjoni massima approvata ta' iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda għandhom ikunu mgħammra b'indikatur ta' l-attitudni ieħor standby (orizzont artifiċjali), li jkun jista' jintuża mill-post ta' kwalunkwe pilota, u li:

(1)

jkun jaħdem bil-qawwa kontinwament matul it-tħaddim normali u, wara ħsara totali fis-sistema normali li tiġġenera l-qawwa elettrika dan jieħu l-qawwa minn sors li jkun indipendenti mis-sistema normali li tiġġenera l-qawwa elettrika;

(2)

Jipprovdi operazzjoni kredibbli għal mill-inqas 30 minuta wara ħsara totali fis-sistema normali li tiġġenera l-qawwa elettrika, waqt li jitqiesu tagħbijiet oħra li jista' jkun hemm fuq il-provvista tal-qawwa ta' l-emerġenza kif ukoll proċeduri operattivi;

(3)

Li jaħdem b'mod indipendenti minn kwalunkwe sistema oħra li turi l-attitudni;

(4)

Ikun jaħdem awtomatikament wara li tiġri ħsara totali fis-sistema normali li tiġġenera l-elettriku; u

(5)

Ikun imdawwal kif xieraq matul il-fażijiet kollha ta' l-operazzjoni,

Ħlief għall-ajruplan b'massa massima ċertifikata tat-tluq ta' 5 700 kilo jew inqas, irreġistrati diġà fi Stat Membru fl-1 ta' April 1995, u mgħammar b'indikatur ta' l-attitudni standby fil-panel ta' l-istrument tan-naħa tax-xellug.

(m)

F'konformità mas-sub-paragrafu (l) hawn fuq, għandu jkun evidenti b'mod ċar għall-ekwipaġġ tat-titjira meta l-indikatur ta' l-attitudni standby, meħtieġ b'dak is-sub-paragrafu, ikun qed jitħaddem bil-qawwa ta' l-emerġenza. Fejn l-indikatur ta' l-attitudni standby ikollu l-provvista tal-qawwa ddedikata tiegħu stess, għandu jkun hemm indikazzjoni assoċjata, jew fuq l-istrument jew fuq il-panel ta' l-istrument, meta din il-provvista tkun qed tintuża.

(n)

Holder tal-karti f'pożizzjoni li b'hekk dawn ikunu jistgħu jinqraw minnufih mill-ewwel u li jkun jista' jiddawwal għall-operazzjonijiet ta' bil-lejl.

(o)

Jekk is-sistema ta' l-istrument ta' l-attitudni standby tkun ċertifikataata skond CS 25.1303(b)(4) jew l-ekwivalenti, l-indikaturi tad-dawran u ż-żelqa jistgħu jinbidlu b'indikaturi taż-żelqa.

(p)

Kull meta jkunu meħtieġa strumenti doppji, ir-rekwiżit jeħtieġ displays separati għal kull pilota u seletturi separati jew tagħmir assoċjat ieħor fejn ikun xieraq;

(q)

L-ajruplan kollha għandhom ikunu mgħammra b'mezzi biex jindikaw meta l-qawwa ma tkunx qed tiġi fornuta tajjeb lill-istrumenti tat-titjira meħtieġa; u

(r)

L-ajruplan kollha b'limitazzjonijiet ta' kompressibilità li ma jkunux indikati b'mod ieħor bl-indikaturi meħtieġa tal-veloċità ta' l-ajruplanajru, għandhom ikunu mgħammra b'indikatur tan-numru Mach f'kull post tal-pilota.

(s)

Operatur m'għandux iwettaq operazzjonijiet IFR jew operazzjonijiet ta' bil-lejl sakemm l-ajruplan ikun mgħammar b'kuffji tal-widna u b'mikrofonu li jirbombja jew l-ekwivalenti għal kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkun qed jaqdi dmirjietu fil-gverta ta' l-ajruplan kif ukoll b'buttuna ta' trasmissjoni fuq ir-rota tal-kontroll għal kull pilota meħtieġ.

OPS 1.655

Tagħmir addizzjonali għall-operazzjoni b'pilota wieħed taħt IFR jew bil-lejl

Operatur m'għandux jagħmel operazzjonijiet IFR ta' pilota wieħed sakemm l-ajruplan ikun mgħammar b'awtopilota li jkollu mill-inqas il-kontroll ta' l-altitudni u l-mod tad-direzzjoni.

OPS 1.660

Is-Sistema ta' twissija ta' l-altitudni

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan b'turbine propeller b'massa massima ċertifikata ta' tluq ta' iżjed minn 5 700 kilo jew li jkollu konfigurazzjoni massima approvata ta' iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda jew ajruplan turbojet sakemm dawn ikunu mgħammra b'sistema ta' twissija ta' l-altitudni u li tkun kapaċi:

(1)

Twissi lill-ekwipaġġ tat-titjira meta tkun qed tintlaħaq altitudni magħżula minn qabel; u

(2)

Twissi lill-ekwipaġġ tat-titjira b'mill-inqas sinjal li jistema', meta jkun hemm devjazzjoni 'l fuq jew 'l isfel minn altitudni magħżula minn qabel,

ħlief għall-ajruplan b'massa massima ċertifikata ta' tluq ta' 5 700 kilo jew inqas u li jkollhom konfigurazzjoni massima approvata ta' iktar minn 9 passiġġiera u li jkunu nħarġu għall-ewwel darba b'ċertifikat individwali ta' adegwatezza għat-titjir qabel l-1 ta' April 1972 u li kienu ġew irreġistrati diġà fi Stat Membru fl-1 ta' April 1995.

OPS 1.665

Is-Sistema ta' twissija tal-qrubija lejn l-art u s-sistema ta' twissija ta' għarfien dwar it-terren

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan li jitħaddem b'turbina li jkollu massa massima ċertifikata tat-tluq ta' iżjed minn 5 700 kilo jew konfigurazzjoni massima approvata ta' iktar minn 9 passiġġiera sakemm dan ikun mgħammar b'sistema ta' twissija ta' qrubija lejn l-art li tinkludi funzjoni ta' twissija predikattiva dwar il-periklu tat-terren (Terrain Awareness and Warning System — TAWS).

(b)

Is-sistema ta' twissija ta' qrubija lejn l-art għandha tipprovdi awtomatikament, permezz ta' sinjali li jinstemgħu, li jitsgħu jiġu kkumplementati b'sinjali viżwali, twissija f'waqtha u distintiva lill-ekwipaġġ tat-titjira dwar ir-rata ta' l-inżul, il-qrubija lejn l-art, it-telf ta' altitudni wara t-tluq jew id-dawran, il-konfigurazzjoni mhux korretta ta' l-inżul kif ukoll dwar id-devjazzjoni 'l isfel tal-glideslope.

(ċ)

Is-sistema ta' għarfien u twissija dwar it-terren għandha tipprovdi awtomatikament lill-ekwipaġġ tat-titjira, permezz ta' sinjali viżwali u li jinstemgħu u permezz ta' Display ta' Għarfien dwar it-Terren, b'ħin ta' twissija biżżejjed biex tkun evitata titjira kkontrollata fuq dak li jkun qed jiġri fuq it-terren, u pprovduta b'ħila ta' mixi 'l quddiem u b'terren bi spazju ħieles.

OPS 1.668

Sistema ta' Prevenzjoni ta' Ħabtiet fl-Ajru

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan li jitħaddem b'turbina li jkollu massa massima ta' tluq ċertifikata ta' iżjed minn 5 700 kilo jew konfigurazzjoni massima approvata ta' iktar minn 19-il passiġġier bilqiegħda sakemm dan ikun mgħammar b'sistema ta' prevenzjoni ta' ħabtiet fl-ajru b'livell minimu ta' eżekuzzjoni ta' mill-inqas ACAS II.

OPS 1.670

Tagħmir ta' radar tat-temp fuq l-ajruplan

(a)

Operatur m'għandux iħaddem:

(1)

Ajruplan ippressat; jew

(2)

Ajruplan mhux ippressat li jkollu massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 5 700 kilo; jew

(3)

Ajruplan mhux ippressat li jkollu konfigurazzjoni massima approvata ta' iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda, sakemm dan ikun mgħammar b'tagħmir tar-radar tat-temp li jinġarr fuqu kull meta dan l-ajruplan ikun qed jitħaddem bil-lejl jew f'kondizzjonijiet meteoroloġiċi ta' l-istrument f'żoni fejn it-tempesti bir-ragħad jew kondizzjonijiet tat-temp potenzjalment perikolużi oħrajn, meqjusa li jistgħu jiġu identifikati bir-radar tat-temp li jinġarr abbord, ikunu mistennija li jeżistu tul ir-rotta.

(b)

Għall-ajruplan ppressati li jaħdmu bl-iskrun li jkollhom massa massima tat-tluq ċertifikata ta' mhux iktar minn 5 700 kilo b'konfigurazzjoni massima ta' mhux iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda, it-tagħmir tar-radar tat-temp li jinġarr abbord jista' jinbidel b'tagħmir ieħor li jkun kapaċi jidentifika tempesti bir-ragħad u kondizzjonijiet tat-temp potenzjalment perikolużi oħrajn, meqjusa li jistgħu jiġu identifikati bit-tagħmir tar-radar tat-temp li jinġarr abbord, suġġett għall-approvazzjoni ta' l-Awtorità.

OPS 1.675

Tagħmir għall-operazzjonijiet f'kondizzjonijiet ta' silġ

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan f'kondizzjonijiet mistennija jew attwali ta' silġ sakemm dan ikun ċertifikat u mgħammar sabiex jaħdem f'kondizzjonijiet ta' silġ.

(b)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan bil-lejl f'kondizzjonijiet mistennija jew attwali ta' silġ sakemm ikun mgħammar b'mezzi biex idawlu jew jidentifikaw l-formazzjoni ta' silġ. Kwalunkwe dawl li jintuża għandu jkun ta' tip li ma jikkawża l-ebda dija jew riflessjoni li tista' ddgħajjef lill-membri ta' l-ekwipaġġ meta dawn ikunu qed jaqdu dmirijiethom.

OPS 1.680

Tagħmir ta' l-identifikazzjoni tar-radjazzjoni kożmika

Operatur għandu jkun ċert li ajruplan li hu intiż sabiex jitħaddemajruplan'il fuq minn 15 000 m (49 000 pied) ikun mgħammar bi strument li jkejjel u jindika kontinwament ir-rata tad-doża tar-radjazzjoni kożmika totali li wieħed ikun qed jirċievi (i.e. it-total tar-radjazzjoni tal-jonji u n-newtroni ta' oriġini galattika u solari) kif ukoll id-doża kumulattiva fuq kull titjira.

OPS 1.685

Is-Sistema tat-telefonija interna għall-ekwipaġġ tat-titjira

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan li fuqu jkun meħtieġ iktar minn membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tat-titjira sakemm ikun mgħammar b'sistema ta' telefonija interna ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, li tinkludi kuffji tal-widna u mikrofoni, mhux tat-tip li jinżammu fl-idejn, liema tagħmir għandu jintuża mill-membri kollha ta' l-ekwipaġġ tat-titjira.

OPS 1.690

Is-Sistema tat-telefonija interna għall-membri ta' l-ekwipaġġ

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 15 000 kilo jew b'konfigurazzjoni ta' iktar minn 19-il passiġġier bilqiegħda sakemm dan ikun mgħammar b'sistema ta' telefonija interna għall-membri ta' l-ekwipaġġ, ħlief għall-ajruplan li kienu nħarġu għall-ewwel darba b'ċertifikat individwali ta' adegwatezza għat-titjir qabel l-1 ta' April 1965 u li kienu rreġistrati fi Stat Membru fl-1 ta' April 1995.

(b)

Is-sistema tat-telefonija interna għall-membri ta' l-ekwipaġġ meħtieġa minn dan il-paragrafu għandha:

(1)

Titħaddem b'mod indipendenti mis-sistema ta' l-indirizz pubbliku ħlief għas-settijiet ta' l-idejn, kuffji tal-widna, mikrofoni, swiċċijiet seletturi u tagħmir tas-sinjali;

(2)

Tipprovdi mezz ta' komunikazzjoni bejn żewġ naħat tal-kumpartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira u:

(i)

Kull kumpartiment tal-passiġġiera;

(ii)

Kull galley li jkun hemm ħlief fuq il-livell tal-gverta tal-passiġġiera; u

(iii)

Kull kumpartiment ta' l-ekwipaġġ remot li ma jkunx fuq il-gverta tal-passiġġiera u li ma jkunx aċċessibbli faċilment mill-kumpartiment tal-passiġġiera;

(3)

Ikun aċċessibbli minnufih biex jintuża minn kull wieħed mill-postijiet ta' l-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġa li jkun hemm fil-kumpartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira;

(4)

Ikun aċċessibbli minnufih biex jintuża fil-postijiet meħtieġa tal-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li jkunu qrib kull ħruġ ta' emerġenza separati jew f'pari fuq il-livell ta' l-art;

(5)

Ikollha sistema ta' twissija, li tinkludi sinjali li jinstemgħu u viżwali, biex tintuża mill-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira biex twissi lill-ekwipaġġ tal-kabina u biex tintuża mill-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina biex twissi lill-ekwipaġġ tat-titjira;

(6)

Ikollha mezz għar-reċipjent ta' sejħa biex jistabilixxi jekk din tkunx sejħa normali jew sejħa ta' emerġenza; u

(7)

Tipprovdi fuq l-art mezz ta' komunikazzjoni bejn żewġ naħat bejn il-persunal ta' fuq l-art u mill-inqas żewġ membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira.

OPS 1.695

Is-Sistema ta' indirizz pubbliku

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan b'konfigurazzjoni massima awtorizzata ta' iktar minn 19-il passiġġier sakemm tkun installata fuqu sistema ta' indirizz pubbliku.

(b)

Is-sistema ta' indirizz pubbliku meħtieġa b'dan il-paragrafu għandha:

(1)

Titħaddem b'mod indipendenti mis-sistema tat-telefonija interna ħlief għas-settijiet ta' l-idejn, il-kuffji tal-widna, il-mikrofoni, swiċċijiet seletturi u t-tagħmir tas-sinjali;

(2)

Tkun aċċessibbli minnufih għall-użu immedjat minn kull post meħtieġ tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira;

(3)

Għal kull ħruġ ta' emerġenza tal-passiġġiera fuq il-livell ta' l-art li tkun qrib is-siġġu ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, ikollha mikrofonu li jkun aċċessibbli minnufih għall-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li jkun bilqiegħda, ħlief li mikrofonu wieħed jista' jservi iktar minn ħruġ wieħed, sakemm il-qrubija tal-ħruġ tkun tippermetti komunikazzjoni verbali mhux assistita bejn il-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li jkunu bilqiegħda;

(4)

Tkun kapaċi titħaddem f'10 sekondi mill-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina f'kull wieħed minn dawk l-postijiet fil-kumpartiment li minnu l-użu ta'din tkun aċċessibbli; u

(5)

Tkun tinstema' u intelliġibbli mis-siġġijiet kollha tal-passiġġiera, mit-twaletti u mis-siġġijiet ta' l-ekwipaġġ tal-kabina u mill-postijiet tax-xogħol.

OPS 1.700

Tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota–1

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan li jkun ħareġ għall-ewwel darba b'Ċertifikat ta' Adegwatezza għat-Titjir individwali, fi jew wara l-1 ta' April 1998, li:

(1)

Jkun ta' iktar minn magna waħda u li jaħdem b'magni turbina u jkollu konfigurazzjoni massima awtorizzata ta' iktar minn 9 passiġġiera; jew

(2)

Ikollu massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 5 700 kilo,

Sakemm dan ikun mgħammar b'tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota li, b'riferenza għall-iskala tal-ħin, jirreġistra:

(i)

Il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trasmessi minn jew riċevuti fuq il-gverta ta' l-ajruplan bir-radjo;

(ii)

L-ambjent tas-smigħ tal-gverta tat-titjira, inkluż fejn prattiku mingħajr interruzzjoni, is-sinjali ta' l-awdjo li jkunu riċevuti minn kull mikrofonu boom and mask li jkunu qed jintuża;

(iii)

Il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira fuq il-gverta ta' l-ajruplan li jkunu qed jużaw is-sistema tat-telefonija interna ta' l-ajruplan;

(iv)

Il-vuċi jew is-sinjali awdjo li jidentifikaw l-assistenza tan-navigazzjoni jew ta' l-avviċinament introdotti f'kuffji tal-widna jew fuq lawdspiker; u

(v)

Il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira fuq il-gverta ta' l-ajruplan li jużaw is-sistema ta' l-indirizz pubbliku, jekk din tkun installata.

(b)

It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkun kapaċi li jżomm l-informazzjoni reġistrata matul mill-inqas l-aħħar sagħtejn mit-tħaddim tiegħu ħlief li, għal dawk l-ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' 5 700 kilo jew inqas, dan il-perjodu jista' jitnaqqas għal 30 minuta.

(ċ)

It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jixgħel awtomatikament biex jibda jirreġistra qabel ma l-ajruplan jibda miexi bil-qawwa tiegħu stess u għandu jkompli bir-reġistrazzjoni sat-tmiem tat-titjira meta l-ajruplan ma jkunx kapaċi aktar jimxi bil-qawwa tiegħu stess. Minbarra, skond id-disponibilità tal-qawwa elettrika, it-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jibda jirreġistra kemm jista' jkun kmieni matul il-kontrolli li jkunu qed isiru fil-kabina tal-pilota qabel ma tinxtegħel il-magna fil-bidu tat-titjira sal-kontrolli tal-kabina tal-pilota li jsiru immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira.

(d)

It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkollu apparat ta' għajnuna biex dan ir-reġistratur ikun jista' jinstab fl-ilma.

OPS 1.705

Tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota–2

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan b'iktar minn magna turbina waħda li jkun ħareġ għall-ewwel darba b'Ċerifikat ta' l-Adegwatezza għat-Titjir, fi jew wara l-1 ta' Jannar 1990 sa u inkluż il-31 ta' Marzu 1998 li jkollu massa massima tat-tluq ċertifikat ta' 5 700 kilo jew inqas u b'konfigurazzjoni massima approvata ta' iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda, sakemm dan ikun mgħammar b'tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota li jirreġistra:

(1)

Il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trasmessi minn jew riċevuti fuq il-gverta ta' l-ajruplan bir-radju;

(2)

L-ambjent tas-smigħ tal-gverta ta' l-ajruplan, inkluż fejn ikun prattiku, mingħajr interruzzjoni, is-sinjali awdjo riċevuti minn kull mikrofonu boom u mask li jintuża;

(3)

Il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira fuq il-gverta ta' l-ajruplan li jużaw is-sistema tat-telefonija interna ta' l-ajruplan;

(4)

Is-sinjali tal-vuċi jew ta' l-awdjo li jidentifikaw l-assistenza tan-navigazzjoni jew ta' l-avviċinament li jkunu introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq speaker; u

(5)

Il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira fuq il-gverta ta' l-ajruplan li jużaw is-sistema ta' l-indirizz pubbliku, jekk din tkun installata.

(b)

It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkun kapaċi jżomm l-informazzjoni rreġistrata matul mill-inqas l-aħħar 30 minuta tat-tħaddim tiegħu.

(ċ)

It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jibda jirreġistra qabel ma l-ajruplan jibda jiċċaqlaq taħt il-qawwa tiegħu stess u jkompli jagħmel hekk sat-tmiem tat-titjira meta l-ajruplan ma jkunx jista' aktar jimxi taħt il-qawwa tiegħu stess. Minbarra, skond id-disponibilità tal-qawwa elettrika, it-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jibda jaħdem kemm jista' jkun kmieni matul il-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota qabel it-titjira sal-kontrolli li jsiru fil-kabina tal-pilota immedjatament wara li l-magna tintefa fi tmiem it-titjira.

(d)

It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkollu apparat ta' għajnuna biex dan ir-reġistratur ikun jista' jinstab fl-ilma.

OPS 1.710

Tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota–3

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikat ta' iktar minn 5 700 kilo li jkun ħareġ għall-ewwel darba b'ċertifikat ta' adegwatezza għat-titjir individwali, qabel l-1 ta' April 1998 sakemm dan ikun mgħammar b'tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota li jirreġistra:

(1)

Il-komunikazzjonijiet tal-vuċi trasmessi minn jew riċevuti fuq il-gverta ta' l-ajruplan bir-radju;

(2)

L-ambjent tas-smigħ fuq il-gverta ta' l-ajruplan;

(3)

Il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira fuq il-gverta ta' l-ajruplan li jużaw is-sistema tat-telefonija interna ta' l-ajruplan;

(4)

Is-sinjali tal-vuċi jew ta' l-awdjo li jidentifikaw l-assistenza tan-navigazzjoni jew ta' l-avviċinament li jkunu introdotti fil-kuffji tal-widna jew fuq l-ispeaker; u

(5)

Il-komunikazzjonijiet tal-vuċi tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira fuq il-gverta ta' l-ajruplan li jużaw is-sistema ta' l-indirizz pubbliku, jekk din tkun installata.

(b)

It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkun kapaċi jżomm l-informazzjoni rreġistrata matul mill-inqas l-aħħar 30 minuta tat-tħaddim tiegħu.

(ċ)

It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jibda jirreġistra qabel ma l-ajruplan jibda jiċċaqlaq taħt il-qawwa tiegħu stess u jkompli jagħmel hekk sat-tmiem tat-titjira meta l-ajruplan ma jkunx jista' aktar jimxi taħt il-qawwa tiegħu stess.

(d)

It-tagħmir li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota għandu jkollu apparat ta' għajnuna biex ir-reġistratur ikun jista' jinstab fl-ilma.

OPS 1.715

It-Tagħmir li Jirreġistra d-data tat-titjira–1

(Ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.715)

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan li jkun ħareġ għall-ewwel darba b'Ċertifikat ta' l-Adegwatezza għat-Titjir individwali fi jew wara l-1 ta' April 1998 li:

(1)

Ikollu iktar minn magna waħda turbina u jkollu konfigurazzjoni massima approvata ta' iktar minn 9 passiġġiera bilqiegħda; jew

(2)

Ikollu massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 5 700 kilo,

sakemm dan ikun mgħammar b'tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira, liema tagħmir ikun juża metodu diġitali biex jirreġistra u jaħżen id-data kif ukoll metodu biex tinstab minnufih dik id-data mill-mezz tal-ħażna.

(b)

It-tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jkun kapaċi jżomm dik id-data rreġistrata matul mill-inqas l-aħħar 25 siegħa mit-tħaddim tiegħu ħlief li, għal dawk l-ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' 5 700 kilo jew inqas, dan il-perjodu jista' jitnaqqas għal 10 sigħat.

(ċ)

It-tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira għandu, fejn jikkonċerna l-iskala tal-ħin, jirreġisra:

(1)

Il-parametri elenkati fit-Tabelli A1 jew A2 ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.715 skond kif ikun jgħodd;

(2)

Għal dawk l-ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 27 000 kilo, il-parametri addizzjonali elenkati fit-Tabella B ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.715;

(3)

Għall-ajruplan speċifikati f'(a) hawn fuq, dan it-tagħmir għandu jirreġistra kwalunkwe parametri ddedikati li jikkonċernaw id-disinn ġdid jew uniku jew il-karatteristiċi operattivi ta' l-ajruplan skond kif stabbilit mill-Awtorità matul iċ-ċertifikazzjoni tat-tip jew tat-tip supplimentari; u

(4)

Għall-ajruplan mgħammra b'sistema ta' display elettronika, il-parametri elenkati fit-Tabella C ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.715, ħlief li, għall-ajruplan li nħarġu għall-ewwel darba b'Ċertifikat ta' Adegwatezza għat-Titjir individwali qabel l-20 ta' Awissu 2002, dawk il-parametri li għalihom:

(i)

Is-senser ma jkunx disponibbli; jew

(ii)

Is-sistema jew it-tagħmir ta' l-ajruplan li tiġġenera d-data jeħtieġ tiġi modifikata; jew

(iii)

Is-sinjali ma jkunux kumpatibbli mas-sistema tar-reġistrazzjoni;

m'hemmx għalfejn ikunu rreġistrati jekk ikunu aċċettati mill-Awtorità.

(d)

Id-data għandha tinkiseb mis-sorsi ta' l-ajruplan li jippermettu l-korrelazzjoni eżatta ma' l-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira.

(e)

It-tagħmir li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jibda jaħdem awtomatikament biex jirreġistra d-data qabel ma l-ajruplan ikun jista' jimxi taħt il-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf awtomatikament wara li l-ajruplan ma jkunx jista' jimxi aktar taħt il-qawwa tiegħu stess.

(f)

L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jkollu apparat ta' għajnuna biex ir-reġistratur ikun jista' jinstab fl-ilma.

(g)

ajruplan li jkunu ħarġu għall-ewwel darba b'Ċertifikat ta' l-Adegwatezza għat-Titjira individwali fi jew wara l-1 ta' April 1998, iżda mhux iktar tard mill-1 ta' April 2001 m'hemmx għalfejn ikunu meħtieġa jikkonformaw ma' l-OPS 1.715(c) jekk approvati mill-Awtorità, sakemm:

(1)

Il-konformità ma' l-OPS 1.715(c) ma tkunx tista' tinkiseb mingħajr modifikazzjoni estensiva fis-sistemi u fit-tagħmir ta' l-ajruplan għajr is-sistema tar-reġistrazzjoni tad-data tat-titjira; u

(2)

L-ajruplan ikun konformi ma' l-OPS 1.715(c) ħlief li l-parametru 15b fit-Tabella A ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.720 m'hemmx għalfejn jiġi reġistrat.

OPS 1.720

Tagħmir li Jirreġistra d-data tat-titjira–2

(Ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.720)

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan li jkun ħareġ għall-ewwel darba b'ċertifikat ta' l-adegwatezza għat-titjir individwali fi jew wara l-1 ta' Ġunju 1990 sa u inkluż il-31 ta' Marzu 1998 li jkollhom massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 5 700 kilo sakemm dan ikun mgħammar b'apparat li jirreġistra d-data tat-titjira li juża metodu diġitali li jirreġistra u jaħżen id-data kif ukoll metodu biex jikseb dik id-data mill-mezz tal-ħażna.

(b)

L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jkun kapaċi jżomm id-data reġistrata matul mill-inqas l-aħħar 25 siegħa mit-tħaddim tiegħu.

(ċ)

L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu, fejn jikkonċerna l-iskala tal-ħin, jirreġistra:

(1)

Il-parametri mniżżla fit-Tabella A ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.720; u

(2)

Għal dawk l-ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 27 000 kilo, il-parametri addizzjonali elenkati fit-Tabella B ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.720.

(d)

Għal dawk l-ajruplan li jkollhom massa massima tat-tluq ċertifikata ta' 27 000 kilo jew inqas, jekk ikun aċċettabbli għall-Awtorità, il-parametri 14 u 15b tat-Tabella A ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.720 m'hemmx għalfejn ikunu reġistrati, meta jintlaħqu kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Is-senser ma jkunx disponibbli mill-ewwel,

(2)

Ma jkunx hemm kapaċità biżżejjed fis-sistema li tirreġistra d-data tat-titjira,

(3)

Tkun meħtieġa bidla fit-tagħmir li jiġġenera d-data.

(e)

Għal dawk l-ajruplan li jkollhom massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 27 000 kilo, jekk ikun aċċettabbli għall-Awtorità, il-parametri li ġejjin m'hemmx għalfejn ikunu reġistrati: 15b tat-Tabella A ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.720, u 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30 u 31 tat-Tabella B ta' l-Appendiċi 1, jekk jintlaħqu kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Is-senser ma jkunx disponibbli mill-ewwel,

(2)

Ma jkunx hemm kapaċità biżżejjed fis-sistema li tirreġistra d-data tat-titjira,

(3)

Tkun meħtieġa bidla fit-tagħmir li jiġġenera d-data,

(4)

Għad-data navigazzjonali (l-għażla tal-frekwenza NAV, id-distanza DME, il-latitudni, il-lonġitudni, il-veloċità fuq l-art u d-direzzjoni tal-kurrent) is-sinjali ma jkunux disponibbli f'forma diġitali.

(f)

Parametri individwali li jistgħu jiġu bil-kalkolazzjoni mill-parametri rreġistrati l-oħra, m'hemmx għalfejn ikunu reġistrati jekk ikun aċċettabbli għall-Awtorità.

(g)

Id-data għandha tinkiseb mis-sorsi ta' l-ajruplan li jippermettu l-korrelazzjoni eżatta ma' l-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira;

(h)

L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data qabel ma l-ajruplan jibda jiċċaqlaq taħt il-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf wara li l-ajruplan ma jkunx kapaċi iżjed jiċċaqlaq taħt il-qawwa tiegħu stess.

(i)

L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jkollu apparat ta' għajnuna biex ir-reġistratur ikun jista' jinstab fl-ilma.

OPS 1.725

Tagħmir li Jirreġistra d-data tat-titjira–3

(Ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.725)

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan b'magni turbina li jkun ħareġ għall-ewwel darba b'Ċertifikat ta' Adegwatezza għat-Titjir qabel l-1 ta' Ġunju 1990 li jkollu massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 5 700 kilo sakemm dan ikun mgħammar b'apparat li jirreġistra d-data tat-titjira li juża metodu diġitali ta' reġistrazzjoni u ta' ħażna tad-data kif ukoll metodu li permezz tiegħu d-data tkun tista' tinkiseb minnufih mill-mezz tal-ħażna.

(b)

L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jkun kapaċi li jikseb id-data rreġistrata matul mill-inqas l-aħħar 25 siegħa mit-tħaddim tiegħu.

(ċ)

L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu, fejn jikkonċerna iskala tal-ħin, jirreġistra:

(1)

Il-parametri elenkati fit-Tabella A ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.725.

(2)

Għal dawk l-ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 27 000 kilo li l-ewwel tip tagħhom kienu ġew ċertifikati għall-ewwel darba wara t-30 ta' Settembru 1969, il-parametri addizzjonali minn 6 sa 15b tat-Tabella B ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.725 ta' dan il-paragrafu. Il-parametri li ġejjin m'hemmx għalfejn ikunu reġistrati, jekk ikun aċċettabbli għall-Awtorità: 13, 14 u 15b fit-Tabella B ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.725 meta kwalunkwe mill-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ntlaħqu:

(i)

Is-senser ma jkunx disponibbli minnufih,

(ii)

Ma jkunx hemm kapaċità biżżejjed fis-sistema tar-reġistrazzjoni tat-titjira,

(iii)

Tkun meħtieġa bidla fit-tagħmir li jiġġenera d-data; u

(3)

Meta jkun hemm kapaċità biżżejjed fuq is-sistema li tirreġistra t-titjira, is-senser ikun disponibbli minnufih u ma jkunx hemm ħtieġa ta' bidla fit-tagħmir li jiġġenera d-data:

(i)

Għall-ajruplan li ħarġu għall-ewwel darba b'Ċertifikat ta' Adegwatezza għat-Titjir individwali fi jew wara l-1 ta' Jannar 1989, b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 5 700 kilo iżda mhux iktar minn 27 000 kilo, il-parametri 6 sa 15b tat-Tabella B ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.725; u

(ii)

Għall-ajruplan li ħarġu għall-ewwel darba b'Ċertifikat ta' Adegwatezza għat-Titjir individwali fi jew wara l-1 ta' Jannar 1987, b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 27 000 kilo, il-parametri li jibqa' tat-Tabella B ta' l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.725 .

(d)

Il-parametri individwali li jistgħu jiġu bil-kalkolazzjoni minn parametri rreġistrati oħra, m'hemmx għalfejn ikunu rreġistrati jekk ikunu aċċettabbli għall-Awtorità.

(e)

Id-data għandha tinkiseb mis-sorsi tal-inġenju ta' l-ajru li jippermettu l-korrelazzjoni eżatta ma' l-informazzjoni murija lill-ekwipaġġ tat-titjira.

(f)

L-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira għandu jibda jirreġistra d-data qabel ma l-ajruplan ikun kapaċi jimxi taħt il-qawwa tiegħu stess u għandu jieqaf wara li l-ajruplan ma jkunx kapaċi jimxi aktar taħt il-qawwa tiegħu stess.

(g)

L-apparat li jirreġistra d-data għandu jkollu apparat ta' għajnuna biex ir-reġistratur ikun jistà jinstab fl-ilma.

OPS 1.727

Tagħmir li Jirreġistra ta' Taħlita

(a)

Il-konformità mar-rekwiżiti ta' l-apparat li jirreġistra l-Vuċi fil-Kabina tal-Pilota u ta' dak li jirreġistra d-data tat-titjira tista' tinkiseb b':

(1)

Tagħmir li jirreġistra ta' taħlita wieħed jekk l-ajruplan ikollu jiġi mgħammar b'apparat li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota jew b'apparat li jirreġistra d-data tat-titjira biss; jew

(2)

Tagħmir li jirreġistra ta' taħlita wieħed jekk l-ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' 5 700 kilo jew inqas ikollu jiġi mgħammar b'apparat li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota u b'apparat li jirreġistra d-data tat-titjira; jew

(3)

Żewġ apparati li jirreġistraw ta' taħlita jekk l-ajruplan b'massa massima tat-tluq ta' iktar minn 5 700 kg ikollu jiġi mgħammar b'apparat li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota u b'apparat li jirreġistra d-data tat-titjira.

(b)

Apparat li jirreġistra ta' taħlita huwa apparat tat-titjira li jirreġistra:

(1)

il-komunikazzjonijiet kollha tal-vuċi u l-ambjent tas-smigħ meħtieġa bil-paragrafu rilevanti ta' l-apparat li jirreġistra l-vuċi fil-kabina tal-pilota; u

(2)

il-parametri kollha meħtieġa bil-paragrafu rilevanti dwar l-apparat li jirreġistra d-data tat-titjira, bl-istess speċifikazzjonijiet meħtieġa b'dawk il-paragrafi.

OPS 1.730

Is-Siġġijiet, iċ-ċintorini tas-sigurtà tas-siġġijiet, tagħmir ta' rbit u apparat li jżomm it-tfal marbutin

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan sakemm dan ikun mgħammar bi:

(1)

Siġġu jew post għal kull persuna li jkollha bejn sentejn jew aktar;

(2)

Ċintorin tas-sigurtà, bi jew mingħajr strixxa djagonali ta' l-ispalla, jew bi rbit tas-sigurtà biex jintuża f'kull siġġu tal-passiġġiera minn kull passiġġier li jkollu sentejn jew aktar;

(3)

Ċintorin ingassa supplimentari jew apparat ieħor ta' rbit għal kull tifel jew tifla żgħira;

(4)

Ħlief kif hemm imfisser fis-sub-paragrafu (b) hawn taħt, ċintorin tas-sigurtà b'irbit fuq l-ispalla għal kull siġġu ta' l-ekwipaġġ tat-titjira u għal kull siġġu ħdejn is-siġġu tal-pilota li jkun fih apparat li jżomm awtomatikament it-torso ta' l-okkupant f'każ li jkun hemm deċelarazzjoni f'daqqa;

(5)

Ħlief kif hemm imfisser fis-sub-paragrafu (b) hawn taħt, ċintorin tas-sigurtà b'irbit fuq l-ispalla għal kull siġġu ta' l-ekwipaġġ tal-kabina u s-siġġijiet ta' l-osservaturi. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma jipprekludix l-użu ta' siġġijiet tal-passiġġiera mill-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina meta minn dawn ikun hemm iżjed mill-kumplement ta' l-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ; u

(6)

Siġġijiet għall-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li jkunu jinstabu qrib l-ħruġ ta' l-emerġenza meħtieġa u li jkunu fuq il-livell ta' l-art ħlief li, jekk l-evakwazzjoni ta' emerġenza tal-passiġġiera tkun imsaħħa billi l-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina joqogħdu bilqiegħda mkien ieħor, postijiet oħra jkunu aċċettabbli. Dawn is-siġġijiet għandhom iħarsu 'l quddiem u lura fi 15° mill-assi lonġitudinali ta' l-ajruplan.

(b)

Iċ-ċintorini tas-sigurtà kollha bi rbit fuq l-ispalla għandu jkollhom molla waħda biex jinħallu.

(ċ)

Ċintorin tas-sigurtà bi strixxa djagonali fuq l-ispalla għall-ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' mhux iktar minn 5 700 kilo jew ċintorin tas-sigurtà għall-ajruplan b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' mhux iktar minn 2 730 kilo jista' jkun awtorizzat minflok ċintorin tas-sigurtà bi rbit fuq l-ispalla jekk ma jkunx prattiku li jitwaħħal u jintuża dan ta' l-aħħar.

OPS 1.731

Is-Sinjali ‘Orbot iċ-Ċintorin tas-Sigurtà’ u ‘Mhux Permess Tipjip’

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan li fih is-siġġijiet kollha tal-passiġġiera ma jkunux jidhru mill-gverta ta' l-ajruplan, sakemm dan ikun mgħammar b'mezz li juri lill-passiġġiera kollha kif ukoll lill-ekwipaġġ tal-kabina meta għandhom jintrabtu ċ-ċintorini tas-sigurtà u meta t-tipjip ma jkunx permess.

OPS 1.735

Il-Bibien u l-purtieri interni

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan sakemm ikun installat fih it-tagħmir li ġej:

(a)

F'ajruplan b'konfiguarzzjoni massima approvata ta' iktar minn 19-il passiġġier, bieb bejn il-kumpartiment tal-passiġġiera u l-kumpartiment tal-gverta ta' l-ajruplan b'tabella fuqu ’l-ekwipaġġ biss’ u li jinqafel biex il-passiġġiera ma jiftħuhx mingħajr permess minn membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira;

(b)

Mezz biex jinfetaħ kull bieb li jifred il-kumpartiment tal-passiġġiera minn kumpartiment ieħor li jkollu dispożizzjoni ta' ħruġ ta' emerġenza. Il-mezz għal tali ftuħ għandu jkun aċċessibbli minnufih;

(ċ)

Jekk ikun meħtieġ li wieħed jgħaddi minn ġo fetħa ta' bieb jew minn purtiera li tifred il-kabina tal-passiġġiera minn żoni oħra biex tintlaħaq kwalunkwe ħruġ ta' emerġenza meħtieġa minn kwalunkwe siġġu tal-passiġġiera, il-bieb jew il-purtiera għandu jkollhom mezz biex dawn ikunu jistgħu jinżammu f'pożizzjoni miftuħa;

(d)

Tabella fuq kull bieb intern jew ħdejn purtiera li ssevi bħala mezz ta' aċċess għall-ħruġ ta' l-emerġenza tal-passiġġiera, li tkun turi li dawn ikunu jridu jinżammu miftuħin matul it-tluq u l-inżul; u

(e)

Mezz għal kwalunkwe membru ta' l-ekwipaġġ biex jiftaħ kwalunkwe bieb li normalment ikun aċċessibbli għall-passiġġiera u li jkun jista' jissakkar mill-passiġġiera.

OPS 1.745

Kitts ta' l-Ewwel Għajnuna

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan sakemm dan ikun mgħammar b'kitts ta' l-ewwel għajnuna, li jkunu aċċessibbli minnufih għall-użu, skond l-iskala li ġejja:

Numru ta' siġġijiet tal-passiġġiera installati

Numru ta' Kitts ta' l-Ewwel Għajnuna meħtieġa

0 sa 99

1

100 sa 199

2

200 sa 299

3

300 u iktar

4

(b)

Operatur għandu jiżgura li l-kitts ta' l-ewwel għajnuna jkunu:

(1)

Spezzjonati perjodikament biex ikun konfermat, sakemm ikun possibbli, li l-kontenut jinżamm fil-kondizzjoni meħtieġa għall-użu maħsub tiegħu; u

(2)

Fornut tajjeb f'intervalli regolari, skond l-istruzzjonijiet li jkun hemm fuq it-tikketti tagħhom, jew skond kif ikunu jitolbu ċ-ċirkostanzi.

OPS 1.755

Kitt Mediku ta' Emerġenza

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan b'konfugurazzjoni massima approvata ta' iktar minn 30 passiġġier bilqiegħda sakemm dan ikun mgħammar b'kitt mediku ta' emerġenza jekk kwalunkwe punt fuq ir-rotta ppjanata tkun iktar minn 60 minuta ta' titjir (b'veloċità regolari) minn ajrudrom li fih x'aktarx ikun hemm għajnuna medika kkwalifikata.

(b)

Il-kmandant għandu jiżgura li l-mediċini ma jingħatawx ħlief minn tobba kkwalifikati, infermiera jew minn persunal bi kwalifiki simili.

(ċ)

Il-Kondizzjonijiet għall-ġarr

(1)

Il-kitt mediku ta' emerġenza m'għandux ikollu trab u ndewwa u għandu jinġarr taħt kondizzjonijiet ta' sigurtà, fejn ikun prattiku, fuq il-gverta ta' l-ajruplan; u

(2)

Operatur għandu jiżgura li l-kitts mediċi ta' emerġenza jkunu:

(i)

Spezzjonati perjodikament biex ikun żgurat, safejn ikun possibbli, li l-kontenut jinżamm fil-kondizzjoni meħtieġa għall-użu maħsub; u

(ii)

Fornut tajjeb f'intervalli regolari, skond l-istruzzjonijiet li jkun hemm fuq it-tikketti tagħhom, jew skond kif ikunu jitolbu ċ-ċirkostanzi.

OPS 1.760

L-ossiġnu ta' l-ewwel għajnuna

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan ippressat f'altitudni ta' iktar minn 25 000 pied, meta membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jkun meħtieġ li jinġarr, sakemm dan ikun mgħammar bi provvista ta' ossiġnu mhux miżjud bl-ilma għall-passiġġiera li, għal raġunijiet fiżjoloġiċi, ikunu jistgħu jeħtieġu l-ossiġnu wara depressjonizzazzjoni fil-kabina. L-ammont ta' ossiġnu għandu jkun ikkalkolat bl-użu ta' rata medja ta' ċirkolazzjoni ta' mill-inqas 3 litri Standard Temperature Pressure Dry (STPD)/minuta/persuna. Dan għandu jkun ipprovdut għat-titjira kollha wara depressjonizzazzjoni fil-kabina f'altitudni tal-pressjoni tal-kabina ta' iktar minn 8 000 pied għal mill-inqas 2 % tal-passiġġiera li jinġarru, iżda fl-ebda każ għal inqas minn persuna waħda. Għandu jkun hemm numru biżżejjed ta' taqsimiet ta' tqassim, iżda fl-ebda każ inqas minn tnejn, b'mezz biex l-ekwipaġġ tal-kabina jkun jista' juża din il-provvista.

(b)

L-ammont ta' ossiġnu ta' l-ewwel għajnuna meħtieġ għal operazzjoni partikolari għandu jkun determinat fuq il-bażi ta' l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina u l-ħin tat-titjira, b'mod konsistenti mal-proċeduri operattivi stabbiliti għal kull operazzjoni u rotta.

(ċ)

It-tagħmir ta' l-ossiġnu li jkun hemm abbord għandu jkun kapaċi jiġġenera ċirkolazzjoni ta' massa għal kull utent ta' mill-inqas erba' litri fil-minuta, STPD. Jista' jingħata mezz biex titnaqqas iċ-ċirkolazzjoni sa mhux inqas minn żewġ litri fil-minuta, STPD, fi kwalunkwe altitudni.

OPS 1.770

Ossiġnu supplimentari — ajruplan ppressati

(Ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.770)

(a)

Ġenerali

(1)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan ippressat f'altitudni ta' pressjoni ta' 'il fuq minn 10 000 pied sakemm ma jkunx hemm tagħmir ta' ossiġnu supplimentari, li jkun jiflaħ jaħżen u jqassam il-provvisti ta' l-ossiġnu meħtieġa b'dan il-paragrafu.

(2)

L-ammont ta' ossiġnu supplimentari meħtieġ għandu jkun determinat fuq il-bażi ta' l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina, il-ħin tat-titjira u l-preżunzjoni li ħsara fil-pressjonizzazzjoni tal-kabina tiġri f'altitudni jew f'punt tat-titjira li jkun l-aktar kritiku mil-lok tal-ħtieġa ta' l-ossiġnu, u li, wara li tkun seħħet il-ħsara, l-ajruplan jinżel skond il-proċeduri ta' l-emerġenza speċifikati fil-Manwal tat-Titjir ta' l-Ajruplan għal altitudni bla periklu għar-rotta li trid tittajjar u li tkun tippermetti li l-kumplament tat-titjira u l-inżul jkunu mingħajr periklu.

(3)

Wara ħsara fil-pressjonizzazzjoni tal-kabina, l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina għandu jitqies l-istess bħall-altitudni tal-pressjoni ta' l-ajruplan, sakemm ikun muri lill-Awtorità li l-ebda ħsara probabbli fil-kabina jew fis-sistema tal-pressjonizzazzjoni mhu se twassal għal altitudni tal-pressjoni tal-kabina li tkun ugwali għall-altitudni tal-pressjoni ta' l-ajruplan. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, l-altitudni tal-pressjoni massima tal-kabina murija tista' tintuża bħala bażi biex tkun detereminata l-provvista ta' l-ossiġnu.

(b)

It-tagħmir ta' l-ossiġnu u r-rekwiżiti tal-provvista

(1)

Il-Membri ta l-ekwipaġġ tat-titjira

(i)

Kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkun qed iwettaq dmirijietu fuq il-gverta ta' l-ajruplan għandu jkun mgħammar b'ossiġnu supplimentari skond l-Appendiċi 1. Jekk l-okkupanti kollha tas-siġġijiet tal-gverta ta' l-ajruplan jkunu pprovduti mis-sors tal-provvista ta' l-ossiġnu ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, mela dawn għandhom jitqiesu bħala membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu qed iwettqu dmirijiethom fuq il-gverta ta' l-ajruplan biex ifornu l-ossiġnu. L-okkupanti tas-siġġijiet tal-gverta ta' l-ajruplan, li ma jkunux fornuti mis-sors ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, għandhom jitqiesu bħala passiġġiera għall-għan ta' provvista ta' ossiġnu.

(ii)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, li ma jkunux koperti bis-sub-paragrafu (b)(1)(i) hawn fuq, għandhom jitqiesu bħala passiġġiera għall-għan ta' forniment ta' ossiġnu.

(iii)

Il-maskri ta' l-ossiġnu għandhom jitpoġġew f'post li jkun jintlaħaq minnufih mill-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom fil-post assenjat lilhom.

(iv)

Il-maskri ta' l-ossiġnu li għandhom jintużaw mill-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira f'ajruplan ppressati li jaħdmu 'l fuq minn 25 000 pied, għandhom ikunu tat-tip quick donning.

(2)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, il-membri ta' l-ekwipaġġ addizzjonali u l-passiġġiera

(i)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina u l-passiġġiera għandhom ikunu fornuti b'ossiġnu supplimentari skond l-Appendiċi 1, ħlief meta s-sub-paragrafu (v) hawn taħt ikun japplika. Il-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li jkunu iżjed mill-inqas numru ta' membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa, u l-membri ta' l-ekwipaġġ żejda, għandhom jitqiesu bħala passiġġiera fejn jikkonċerna l-provvista ta' l-ossiġnu.

(ii)

ajruplan maħsuba li jitħaddmu f'altitudni ta' pressjoni ta' 'il fuq minn 25 000 pied għandu jkollhom żbokki żejda biżżejjed u maskri u/jew unitajiet ta' l-ossiġnu portabbli bil-maskri biżżejed biex jintużaw mill-membri kollha ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li jkunu meħtieġa. L-iżbokki żejda u/jew l-unitajiet portabbli ta' l-ossiġnu għandhom jitqassmu l-istess fil-kabina biex tkun żgurata d-disponibilità iimedjata ta' ossiġnu għal kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, minkejja l-post tiegħu/tagħha fil-ħin tal-ħsara fil-pressjonizzazzjoni tal-kabina.

(iii)

ajruplan maħsuba li jitħaddmu f'altitudni ta' pressjoni ta' 'il fuq minn 25 000 pied għandu jkollhom sistema li tqssam l-ossiġnu li tkun marbuta mat-terminali tal-provvista ta' l-ossiġnu li tkun disponibbli immedjatament għal kull okkupant, kull fejn dan ikun bilqiegħda. In-numru totali ta' unitajiet u żbokki li jqassmu għandu jkun iżjed min-numru ta' siġġijiet b'mill-inqas 10 %. L-unitajiet żejda għandhom jitqassmu l-istess fil-kabina kollha.

(iv)

L-ajruplan maħsuba li jitħaddmu f'altitudni ta' pressjoni ta' 'il fuq minn 25 000 pied jew li, jekk jitħaddmu fi jew inqas minn 25 000 pied, ma jkunux jistgħu jinżlu bla periklu f'4 minuti għal 13 000 pied, u li għal dawn iċ-ċertifikat ta' adegwatezza għat-titjir individwali kien inħareġ għall-ewwel darba fi jew wara d-9 ta' Novembru 1998, għandu jkollhom tagħmir ta' ossiġnu li jitħaddem awtomatikament u li jkun disponibbli mill-ewwel għal kull okkupant, kull fejn dan ikun bilqiegħda. In-numru totali ta' unitajiet u żbokki li jqassmu għandu jkun iżjed min-numru ta' siġġijiet b'mill-inqas 10 %. L-unitajiet żejda għandhom jitqassmu l-istess fil-kabina.

(v)

Ir-rekwiżiti tal-provvista ta' l-ossiġnu, kif speċifikati fl-Appendiċi 1, għall-ajruplan li ma jkunux ċertifikati li jtiru f'altitudni ta' iktar minn 25 000 pied, jistgħu jitnaqqsu għall-ħin kollu tat-titjira għal altitudni tal-pressjoni tal-kabina ta' bejn 10 000 pied u 13 000 pied għall-membri kollha ta' l-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa u għal mill-inqas 10 % tal-passiġġiera jekk, fil-punti kollha tul ir-rotta li trid tittajjar, l-ajruplan ikun kapaċi jinżel bla periklu f'4 minuti għal altitudni tal-pressjoni tal-kabina ta' 13 000 pied.

OPS 1.775

Ossiġnu supplimentari — Ajruplan mhux ippressati

(Ara l-Appendiċi 1 għall-OPS 1.775)

(a)

Ġenerali

(1)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan mhux ippressat f'altitudni ta' iktar minn 10 000 pied, sakemm ikun hemm tagħmir ta' ossiġnu supplimentari, li jkun jiflaħ jaħżen u jqassam il-provvisti ta' l-ossiġnu meħtieġa.

(2)

L-ammont ta' ossiġnu meħtieġ għas-sosteniment għal operazzjoni partikolari għandu jkun determinat fuq il-bażi ta' l-altitudni tal-pressjoni u l-ħin tat-titjira, b'mod konsistenti mal-proċeduri operattivi stabbiliti għal kull operazzjoni fil-Manwal tat-Tħaddim u mar-rotot li se jittajru, kif ukoll mal-proċeduri ta' l-emerġenza speċifikati fil-Mawal tat-Tħaddim.

(3)

Ajruplan maħsub li jitħaddem f'altitudni ta' pressjoni ta' iktar minn 10 000 pied għandu jkollu tagħmir li jkun jiflaħ jaħżen u jqassam il-provvisti ta' l-ossiġnu meħtieġa.

(b)

Rekwiżiti tal-provvista ta' l-ossiġnu

(1)

Il-Membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira. Kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkun fuq dmirijietu fil-gverta ta' l-ajruplan għandu jkollu ossiġnu supplimentari skond l-Appendiċi 1. Jekk l-okkupanti kollha tas-siġġijiet tal-gverta ta' l-ajruplan jkunu pprovduti mis-sors ta' l-ossiġnu ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, mela dawn għandhom jitqiesu bħala membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jkunu fuq dmirijiethom fuq il-kabina tal-pilota biex ifornu l-ossiġnu.

(2)

Il-Membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, il-membri ta' l-ekwipaġġ żejda u l-passiġġiera. Il-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina u l-passiġġiera għandu jkollhom forniment ta' ossiġnu skond l-Appendiċi 1. Il-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina abbord li jkunu iżjed mill-inqas numru meħtieġ ta' membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, u l-membri żejda ta' l-ekwipaġġ, għandhom jitqiesu bħala passiġġiera għall-għan ta' forniment ta' ossiġnu.

OPS 1.780

Tagħmir ta' Nifs Protettiv ta' l-Ekwipaġġ

(a)

Operatur m'għandux iħaddem ajruplan ippressat jew ajruplan mhux ippressat b'massa massima tat-tluq ċertifikata ta' iktar minn 5 700 kilo jew li jkollu konfigurazzjoni massima approvata ta' iktar minn 19-il passiġġier bilqiegħda sakemm:

(1)

Dan ikollu tagħmir biex iħares lill-għajnejn, lill-imnieħer u lill-ħalq ta' kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira waqt li jkun fuq dmirijietu fuq il-gverta ta' l-ajruplan u li jipprovdi l-ossiġnu għal perjodu ta' mhux inqas minn 15-il minuta. Il-provvista għat-Tagħmir ta' Nifs Protettiv (PBE) tista' tiġi fornuta mill-ossiġnu supplimentari meħtieġ bl-OPS 1.770 (b)(1) jew OPS 1.775 (b)(1). Minbarra, meta l-ekwipaġġ tat-titjira jkun ta' iżjed minn wieħed u ma jkunx hemm membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, għandu jinġarr PBE portabbli biex iħares lill-għajnejn, lill-imnieħer u lill-ħalq ta' membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tat-titjira u biex jipprovdi gass tan-nifs għal perjodu ta' mhux inqas minn 15-il minuta; u

(2)

Ikollu PBE portabbli biżżejjed biex jitħarsu l-għajnejn, l-imnieħer u l-ħalq tal-membri kollha ta' l-ekwipaġġ tat-titjira u biex jipprovdi gass tan-nifs għal perjodu ta' mhux inqas minn 15-il minuta.

(b)

Il-PBE maħsub għall-użu ta' l-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun f'post konvenjenti fuq il-gverta ta' l-ajruplanu jkun aċċessibbli faċilment għall-użu immedjat minn kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira fil-post tax-xogħol assenjat lilhom.

(ċ)

Il-PBE maħsub għall-użu ta' l-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkun installat qrib kull post li fih il-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jkun qed iwettaq dmirijietu.

(d)

Għandu jkun hemm PBE portabbli ieħor li jkun aċċessibbli faċilment li jitpoġġa fi jew qrib il-pompi ta' l-idejn għat-tifi tan-nar meħtieġa bl-OPS 1.790 (c) u (d) ħlief li, fejn il-pompi għat-tifi tan-nar ikunu jinstabu ġewwa l-kumpartiment tat-tagħbija, il-PBE għandu jitpoġġa barra iżda qrib id-daħla għal dak il-kumpartiment.

(e)

Waqt li l-PBE ikun qed jintuża dan m'għandux jevita l-komunikazzjoni fejn ikun meħtieġ bl-OPS 1.685, OPS 1.690, OPS 1.810 u OPS 1.850.

OPS 1.790

Pompi għat-tifi tan-nar ta' l-idejn

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan għajr jekk ikunu provduti pompi għat-tifi tan-nar ta' l-idejn għall-użu fil-kompartimenti ta' l-ekwipaġġ, il-passiġiera u, kif japplika, tat-tagħbija u fil-kċejjen skond dan li ġej:

(a)

It-tip u l-kwantità tas-sustanza tat-tifi tan-nar għandha tkun adattata għat-tipi tan-nirien li x'aktarx iseħħu fil-kompartiment fejn il-pompi għat-tifi tan-nar huwa ntiż li jkun użat u, għall-kompartimenti tal-persunal, għandu jimminimizza l-perikolu tal-konċentrazzjoni tal-gass tossiku;

(b)

Ta' l-inqas pompa għat-tifi tan-nar ta' l-idejn waħda, li jkun fih il-Halon 1211 (bromochlorodifluoro-methane, CBrCIF2), jew l-ekwivalenti bħala l-aġent li jitfi, għandu jkun ippustjat b'mod konvenjenti fuq il-gverta ta' l-ajruplangħall-użu mill-ekwipaġġ tat-titjira;

(ċ)

Ta' l-inqas pompa għat-tifi tan-nar wieħed għandu jkun jinsab fi, jew ikun aċċessibbli minnufih għall-użu fi, kull kċina li ma tkunx tinsab fuq il-gverta prinċipali tal-passiġiera;

(d)

Ta' l-inqas pompa għat-tifi tan-nar waħda għandha tkun ta' l-idejn disponibbli għall-użu f'kull kompartiment tat-tagħbija jew tal-bagalji tal-Klassi A jew il-Klassi B u f'kull kompartiment tat-tagħbija tal-Klassi E li huwa aċċessibbli għall-membri ta' l-ekwipaġġ matul it-titjira; u

(e)

Ta' l-inqas in-numru li ġej ta' pompa għat-tifi tan-nar ta' l-idejn għandhom ikunu ppustjati b'mod konvenjenti fil-kompartiment(i) tal-passiġiera:

Il-konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda għall-passiġiera

Numru ta' pompa għat-tifi tan-nar

7 sa' 30

1

31 sa' 60

2

61 sa' 200

3

201 sa' 300

4

301 sa' 400

5

401 sa' 500

6

501 sa' 600

7

601 sa' aktar

8

Meta żewġ pompi għat-tifi tan-nar jew aktar huma meħtieġa, dawn għandhom ikunu mqassma b'mod ugwali fil-kompartiment tal-passiġiera.

(f)

Ta' l-inqas wieħed mill-pompi għat-tifi tan-nar meħtieġa li jkun jinsab fil-kompartiment tal-passiġiera ta' ajruplan b'konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera ta' mill-inqas 31, u mhux aktar minn 60, u ta' mill-inqas tnejn mill-pompi għat-tifi tan-nar li jkunu jinsabu fil-kompartiment tal-passiġiera ta' l-ajruplan b'konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera ta' 61 jew aktar għandhom ikollhom il-Halon 1211 (bromochlorodi-fluoromethane, CBrCIF2), jew l-ekwivalenti bħala l-aġent li jitfi.

OPS 1.795

Mannari u traversi

(a)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan bil-massa tat-tluqtluq ċertifikata massima li taqbeż il-5 700 kg jew li għandu konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera ta' aktar minn 9 postijiet ta' bilqiegħda għajr jekk ikun mgħammar b'ta' l-inqas mannara jew traversa waħda li tkun tinsab fuq il-gverta ta' l-ajruplan. Jekk il-konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera hija aktar minn 200 mannara jew traversa żejda għandhom jinġarru u jkunu ppustjati fi jew viċin iż-żona tal-kċina l-aktar il-ġewwa.

(b)

Mannari u traversi li jkunu jinsabu fil-kompartiment tal-passiġiera ma għandhomx ikunu viżibbli għall-passiġiera.

OPS 1.800

L-immarkar tal-postijiet fejn jista' jkun hemm dħul

Operatur għandu jiżgura illi, jekk iż-żoni tal-qafas ta' l-ajruplan adattati għad-dħul mill-ekwipaġġ tas-salvataġġ f'emerġenza jkunu mmarkati fuq l-ajruplan, dawn iż-żoni għandhom ikunu mmarkati kif inhu muri hawn taħt. Il-kulur ta' l-immarkar għandu jkun aħmar jew isfar, u jekk ikun neċessarju dawn għandhom ikunu mdawwra bl-abjad b'kuntrast ma' l-isfond. Jekk l-immarkar tal-kantuniera huwa aktar minn 2 metri 'l bogħod, il-linji intermedjarji 9 cm x 3 cm għandhom jiddaħħlu sabiex ma jkunx hemm aktar minn 2 metri bejn il-marki viċin xulxin.

Image

OPS 1.805

Il-mezzi għall-evakwazzjoni ta' l-emerġenza

(a)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan bil-għoli tas-soll ta' l-emerġenza tal-passiġiera:

(1)

Li huma aktar minn 1,83 metri (6 piedi) 'l fuq mill-art bl-ajruplan ma' l-art u t-tagħmir ta' l-inżul estiż; jew

(2)

Li jista' jkun aktar minn 1,83 metri (6 piedi) 'l fuq mill-art wara l-waqa' ta', jew il-ħsara li testendi ta', wieħed jew aktar mis-saqajn tat-tagħmir ta' l-inżul u li għalih saret l-ewwel applikazzjoni għaċ-Ċertifikat tat-Tip fi jew wara l-1 ta' April 2000,

għajr jekk għandu tagħmir jew apparat disponibbli f'kull ħruġ, fejn is-subparagrafi (1) jew (2) japplikaw, sabiex jgħinu lill-passiġiera u lill-ekwipaġġ li jilħqu l-art mingħajr periklu f'emerġenza.

(b)

Dan it-tagħmir jew l-apparat ma għandhomx ikunu provduti fil-ħruġ minn fuq il-ġewnaħ jekk il-post intiż fuq l-istruttura ta' l-ajruplan fejn tispiċċa r-rotta ta' ħruġ ta' emerġenza huwa anqas minn 1,83 metri (6 piedi) mill-art bl-ajruplan fuq l-art, it-tagħmir ta' l-inżul estiż, u l-ġwienaħ fil-pożizzjoni tat-tluq jew l-inżul, skond liema pożizzjoni tal-ġewnaħ tkun ogħla mill-art.

(ċ)

Fl-ajruplan meħtieġa li jkollhom ħruġ ta' emerġenza separat għall- ekwipaġġ tat-titjira u:

(1)

Li għalihom il-punt l-aktar baxx tal-ħruġ ta' emerġenza huwa aktar minn 1,83 metri (6 piedi) 'l fuq mill-art meta t-tagħmir ta' l-inżul huwa estiż; jew,

(2)

Li għalihom saret l-ewwel applikazzjoni għaċ-Ċertifikat tat-Tip fi jew wara l-1 ta' April 2000, ikun aktar minn 1.83 metri (6 ft) 'l fuq mill-art wara l-waqa' ta', jew in-nuqqas li jestendi ta', wieħed jew aktar mis-saqajn tat-tagħmir ta' l-inżul,

għandu jkun hemm apparat li jgħin lill-membri kollha ta' l-ekwipaġġ tat-titjira sabiex fl-inżul jilħqu l-art mingħajr periklu f'emerġenza.

OPS 1.810

Megafon

(a)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan b'konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera ta' aktar minn 60 u li jġorr wieħed jew aktar mill-passiġiera għajr jekk ikun mgħammar b'megafoni li jistgħu jinġarru li jaħdmu bil-batterija aċċessibbli minnufih għall-użu mill-membri ta' l-ekwipaġġ matul l-evakwazzjoni ta' l-emerġenza, bl-iskali li ġejjin:

(1)

Għal kull gverta tal-passiġiera:

Konfigurazzjoni tal-postijiet ta' bilqiegħda għall-passiġiera

Numru ta' Megafoni Meħtieġa

61 sa' 99

1

100 jew aktar

2

(2)

Għall-ajruplan b'aktar minn gverta tal-passiġiera waħda, fil-każijiet kollha meta l-konfigurazzjoni tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera totali hija aktar minn 60, huwa meħtieġ mill-inqas megafon wieħed.

OPS 1.815

Id-dawl ta' l-emerġenza

(a)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan li jġorr il-passiġiera li għandu konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera ta' aktar minn 9 għajr jekk ikun provdut illi sistema tad-dawl ta' l-emerġenza li għandha provvistà ta' enerġija indipendenti sabiex tħaffef l-evakwazzjoni ta' l-ajruplan. Is-sistema tad-dawl ta' l-emerġenza għandha tinkludi:

(1)

Għall-ajruplan li għandhom konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera ta' aktar minn 19:

(i)

Sorsi ta' l-illuminazzjoni tal-kabina ġenerali;

(ii)

Id-dawl intern taż-żoni tal-ħruġ ta' emerġenza tal-livell ma' l-art; u

(iii)

Il-marki tal-ħruġ ta' emerġenza mixgħula u sinjali sabiex jgħinu li dawn jinstabu.

(iv)

Għall-ajruplan li għalihom l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tat-tip jew l-ekwivalenti ġiet iffajljata qabel l-1 ta' Mejju 1972, u meta jtiru bil-lejl, id-dawl ta' l-emerġenza ta' barra fil-ħruġ minn fuq il-ġewnaħ kollha, u fil-ħruġ fejn mezzi ta' l-għajnuna għall-inżul huma meħtieġa.

(v)

Għall-ajruplan li għalihom l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat tat-tip jew l-ekwivalenti kienet iffajljata fi jew wara l-1 ta' Mejju 1972, u meta jtiru bil-lejl, id-dawl ta' l-emerġenza ta' barra fil-ħruġ ta' emerġenza tal-passiġiera kollha.

(vi)

Għall-ajruplan li għalihom iċ-ċertifikat tat-tip inħareġ għall-ewwel darba fi jew wara l- 1 ta' Jannar 1958, sistema ta' l-immarkar ma' l-art tal-passaġġ tal-ħruġ ta' emerġenza fil-kompartiment(i) tal-passiġiera.

(2)

Għall-ajruplan li għandhom konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera ta' 19 jew anqas u huma ċertifikati skond l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni f' CS-25 jew CS-23:

(i)

Is-sorsi ta' l-illuminazzjoni tal-kabina ġenerali;

(ii)

Id-dawl ta' ġewwa fiż-żoni tal-ħruġ ta' l-emerġenza; u

(iii)

L-immarkar tal-ħruġ ta' emerġenza mixgħul u s-sinjali ta' fejn qegħdin.

(3)

Għall-ajruplan li għandhom konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera ta' 19 jew anqas u li mhumiex ċertifikati skond l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni f'CS-25 jew CS-23, sorsi ta' l-illuminazzjoni tal-kabina ġenerali.

(b)

Operatur ma għandux, mal-lejl, iħaddem l-ajruplan li jġorr il-passiġiera li għandu konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera ta' 9 jew anqas għajr jekk ikun provdut b'sors ta' illuminazzjoni tal-kabina ġenerali sabiex iħaffef l-evakwazzjoni ta' l-ajruplan. Is-sistema tista' tuża dwal f'forma ta' koppla jew sorsi oħra ta' illuminazzjoni diġa mgħammra fuq l-ajruplan u li jistgħu jibqgħu jaħdmu wara li l-batterija ta' l-ajruplan tkun intfiet.

OPS 1.820

Transmiter Awtomatiku li Jsib il-Lokazzjoni f'Emerġenza

(a)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan li l-ewwel tkun ħariġlu ċertifikat individwali ta' standard meħtieġ għat-titjir kapaċità tat-tajran fi jew wara l-1 ta' Jannar 2002 għajr jekk ikun mgħammar Transmiter awtomatiku li Jsib il-Lokazzjoni f'Emerġenza (ELT) li jista' jittrasmetti fuq 121.5 MHz u 406 MHz.

(b)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan li l-ewwel inħariġlu Ċertifikat individwali ta' Adegwatezza għat-titjir meħtieġ għat-titjir qabel l-1 ta' Jannar 2002 għajr jekk ikun mgħammar bi kwalunkwe tip ta' ELT li jista' jittrasmetti fuq 121.5 MHz u 406 MHz.

(ċ)

Operatur għandu jiżgura illi l-ELTs kollha li jistgħu jittrasmettu fuq 406 MHz għandhom ikunu kodifikati skond l-Anness 10 ta' l-ICAO u reġistrati ma' l-aġenzija nazzjonali responsabbli sabiex tibda t-Tfittxija u s-Salvataġġ jew aġenzija maħtura oħra.

OPS 1.825

Il-Ġkieket tas-Salvataġġ

(a)

Ajruplan ta' fuq l-art. Operatur ma għandux iħaddem ajruplan ta' fuq l-art:

(1)

Meta jtiru fuq l-ilma u f'distanza ta' aktar minn 50 mili nawtiċi mill-kosta; jew

(2)

Meta jinqatgħu mill-art jew jinżlu f' ajrudrom fejn it-tluq jew il-passaġġ ta' avviċinament qiegħed hekk fuq l-ilma illi f'każ ta' inċident ikun hemm il-possibilità ta' illandjar ta' emerġenza,

sakemm ma jkunx mgħammar bi ġkieket tas-salvataġġ mgħammra b'dawl li jsib lill-persuna li tibqa' ħajja, għal kull persuna abbord. Kull ġakketta tas-salvataġġ għandha tkun merfugħa f'pożizzjoni li hija aċċessibbli faċilment mis-siġġu jew l- irmiġġ tal-persuna li hija provduta għall-użu tagħha. Il-ġkieket tas-salvataġġ għat-tfal jistgħu jkunu mibdula b'apparat ieħor approvat li jżommu fil-wiċċ mgħammra bid-dawl sabiex tinstab il-persuna li ssalva.

(b)

ajruplan ta' fuq il-baħar u ajruplan li jistgħu jinżlu kemm fuq il-baħar u fuq l-art. Operatur ma għandux iħaddem ajruplan ta' fuq il-baħar jew ajruplan li jistgħu jinżlu kemm fuq il-baħar u fuq l-art għajr jekk ikunu mgħammra bil-ġkieket tas-salvataġġ mgħammra bid-dawl li jsib lill-persuna li ssalva, għal kull persuna abbord. Kull ġakketta tas-salvataġġ għandha tkun merfugħa f'pożizzjoni aċċessibbli faċilment mis-siġġu jew l-irmiġġ tal-persuna li hija provduta għall-użu tagħha. Il-ġkieket tas-salvataġġ għat-trabi jistgħu jkunu mibdula b'apparat ieħor approvat li jżommu fil-wiċċ mgħammra b'dawl sabiex tinstab il-persuna li ssalva.

OPS 1.830

Ċattriet tas-salvataġġ u ELTs ta' sopravivenza għat-titjiriet estiżi fuq l-ilma

(a)

F'titjiriet fuq l-ilma, operatur ma għandux iħaddem ajruplan f'distanza 'l bogħod mill-art, li huwa adattat li jagħmel inżul ta' emerġenza, akbar minn dik li jikkorispondi għal:

(1)

120 minuta f'veloċità moderata jew 400 mil nawtiku, skond liema tkun l-anqas, għall-ajruplan li jistgħu jibqgħu jtiru sa' ajrudrom bl-unità(ijiet) ta' saħħa kritika ma jibqgħux jaħdmu fi kwalunkwe punt matul ir-rotta jew id-devjazzjonijiet ppjanati; jew

(2)

30 minuta fil-veloċità moderata jew 100 mil nawtiku, skond liema jkun l-anqas, għall-ajruplan l-oħra kollha, għajr jekk jinġarr it-tagħmir speċifikat fis-sub paragrafi (b) u (c) hawn taħt.

(b)

ċattriet tas-salvataġġ suffiċjenti sabiex iġorru l-persuni kollha abbord. Għajr jekk ikunu provduti ċattriet żejda ta' kapaċità biżejjed, il-kapaċità li jżomm fil-wiċċ u l-kapaċità tat-tqegħid ta' bilqiegħda lill-hinn mill-kapaċità mkejjla taċ-ċattriet għandha takkomoda l-okkupanti kollha ta' l-ajruplan f'każ ta' telf ta'ċattra waħda ta' l-akbar kapaċità mkejjla. Iċ-ċattriet tas-salvataġġ għandhom ikunu mgħammra bi:

(1)

Dawl li jsib lill-persuna li ssalva; u

(2)

Tagħmir li jsalva l-ħajja inkuż il-mezzi sabiex isostni l-ħajja kif jixraq għat-titjira li sejra ssir; u

(ċ)

Ta' l-inqas żewġ trasmettituri ta' l-Emerġenza li Jsibu l-Post tas-soppravivenza (ELT (S)) li jistgħu jittrasmettu fuq il-frekwenzi tal-perikolu preskritti fl-Anness 10 ta' l-ICAO 10, Volum V, Kapitolu 2.

OPS 1.835

Tagħmir tas-sopravivenza

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan f'żoni li fihom it-tfittxija u s-salvataġġ ikunu speċjalment diffiċli għajr jekk ikun mgħammar b'dan li ġej:

(a)

Tagħmir li jitfa' s-sinjali sabiex jagħmel is-sinjali tal-perikolu pirotekniku spjegati f'Anness 2 ta' l- ICAO 2;

(b)

Ta' l-inqas ELT (S) wieħed jista' jittrasmetti fuq il-frekwenzi tal- perikolu preskritti f'Anness 10 ta' l- ICAO 10, Volum V, Kapitolu 2; u

(ċ)

Tagħmir ta' sopravivenza ieħor għar-rotta li għandha tittajjar filwaqt li jittieħed kont tan-numru ta' persuni abbord

għajr li t-tagħmir speċifikat fis-subparagrafu (c) ma għandux bżonn jinġarr meta l-ajruplan jew:

(1)

Jibqa' f'distanza miż-żona fejn it-tfittxija u s-salvataġġ m'humiex diffiċli b'mod speċjali jikkorrispondu għal:

(i)

120 minuta fil-veloċità moderata tal-magna li ma taħdimdx għall-ajruplan li jistgħu jkomplu t-titjira sa' ajrudrom bl-unità(ijiet) tal-qawwa kritiċi jsiru ma jaħdmux fi kwalunkwe punt matul ir-rotta jew id-devjazzjonijiet ppjanati; jew

(ii)

30 minuta fil-veloċità moderata għall-ajruplan l-oħra kollha,

jew,

(2)

Għall-ajruplani ċċertifikati għall- Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni f' CS-25 jew ekwivalenti, mhux distanza akbar minn dik li tikkorrispondi għal 90 minuta fil-veloċità moderata miż-żona adattata sabiex isir l-inżul ta' emerġenza.

OPS 1.840

ajruplan tal-baħar u ajruplan li jistgħu jinżlu kemm fuq il-baħar u fuq l-art — Apparat Mixxellanju

(a)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan tal-baħar jew ajruplan li jistgħu jinżlu kemm fuq il-baħar u fuq l-art fuq l-ilma għajr jekk ikun mgħammar b':

(1)

Ankra tal-baħar u tagħmir ieħor neċessarju sabiex jiffaċilita l-irbit, l-ankrar jew l-immanuvrar ta' l-inġenji ta' l-ajru fuq l-ilma, li jixraq għad-daqs, il-piż u l-karatteristiċi ta' l-immaniġġar; u

(2)

Tagħmir sabiex isiru s-sinjali tal-ħoss preskritti fir-Regolamenti Internazzjonali għall-prevenzjoni tal-ħbit fil-baħar, fejn japplika.

Appendiċi 1 sa' OPS 1.715

Ir-reġistraturi tad-data tat-titjira — 1 — Lista tal-parametri li għandhom ikunu reġistrati

Tabella A1

L-ajruplan b'massa tat-tluq massima ta' aktar minn 5 700 kg

Nota: In-numru fuq il-kolonna tan-naħa tax-xellug jirrifletti n-Numru tas-Serje muri fid-dokument EUROCAE ED55

Nru

Parametru

1.

ĦIN JEW IL-KALKOLU TAL-ĦIN RELATTIV

2.

ALTITUDNI TAL-PRESSJONI

3.

VELOĊITÀ TA' L-ARJA INDIKATA

4.

DIREZZJONI

5.

AĊĊELERAZZJONI NORMALI

6.

ATTITUDNI TAL-‘PITCH’

7.

ATTITUDNI ‘TAR-ROLL’

8.

ID-DAĦLA B'MOD MANWALI TAT-TRASMISSJONI TAR-RADJU

9.

IMBOTTATURA TA' PROPULSJONI/ QAWWA FUQ KULL MAGNA U MBOTTATURA FIL-KABINA TAL-PILOTA THRUST/POŻIZZJONI TAL-LIVER TAL-QAWWA JEKK APPLIKABBLI

10.

ĠEWNAĦ ‘TRAILING EDGE’ JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA

11.

ĠEWNAĦ ‘LEADING EDGE’ JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA

12.

STAT TAL-IMBOTTATURA B'LURA

13.

POŻIZZJONI TAL-ISPOILER TA' L-ART U/JEW GĦAŻLA TAL-BREJK TAL-VELOĊITA'

14.

TEMPERATURA TA' L-ARJA TOTALI JEW TA' BARRA

15.

AWTOPILOTA, ‘AUTOTHROTTLE’ U ARRANĠAMENT AFCS U L-ISTAT TAT-TQABBID

16.

AĊĊELERAZZJONI LONĠITUDINALI (ASSI TAL-QAFAS)

17.

AĊĊELERAZZJONI LATERALI

Tabella A2

ajruplan b'massa tat-tluq massima ċertifikata ta' 5 700 kg jew anqas

Nota: In-numru fil-kolonna tan-naħa tax-xellug jirrifletti n-Numru tas-Serje muri fid-dokument EUROCAE ED55

Nru

Parametru

1.

ĦIN JEW IL-KALKOLU TAL-ĦIN RELATTIV

2.

ALTITUDNI TAL-PRESSJONI

3.

VELOĊITA TA' L-ARJA INDIKATA

4.

DIREZZJONI

5.

AĊĊELERAZZJONI NORMALI

6.

ATTITUDNI TAL-‘PITCH’

7.

ATTITUDNI ‘TAR-ROLL’

8.

ID-DAĦLA B'MOD MANWALI TAT-TRASMISSJONI TAR-RADJU

9.

IMBOTTATURA TA' PROPULSJONI/ QAWWA FUQ KULL MAGNA U IMBOTTATURA FIL-KABINA TAL-PILOTA /POŻIZZJONI TAL-LIVER TAL-QAWWA JEKK APPLIKABBLI

10.

ĠEWNAĦ ‘TRAILING EDGE’ JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA

11.

ĠEWNAĦ ‘LEADING EDGE’ JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA

12.

STAT TA' L-IMBOTTATURA B'LURA

13.

POŻIZZJONI TA' L-ISPOILER TA' L-ART U/JEW GĦAŻLA TAL-BREJK TAL-VELOĊITÀ

14.

TEMPERATURA TA' L-ARJA TOTALI JEW TA' BARRA

15.

STAT TAT-TQABBID TAL-AWTOPILOTA/‘AUTOTHROTTLE’

16.

ANGOLU TA' L-ATTAKK (JEKK IKUN DISPONIBBLI SENSER ADATTAT)

17.

AĊĊELERAZZJONI LONĠITUDINALI (ASSI TAL-QAFAS)

Tabella B

Parametri addizzjonali għall-ajruplan b'massa tat-tluq massima ċertifikata ta' iżjed minn 27 000 kg

Nota: n-Numru fil-kolonna fuq in-naħa tax-xellug jirrifletti n-Numri ta' Serje li huma murija fid-dokument ta' EUROCAE ED55

Nru

Parametru

18.

KONTROLLI TAT-TITJIR PRIMARJU — POŻIZZJONI TAL-WIĊĊ TAL-KONTROLL U/JEW INPUT TAL-PILOTA (‘PITCH’, ‘ROLL’, ‘YAW’)

19.

POŻIZZJONI TAT-‘TRIM’ TAL-‘PITCH’

20.

ALTITUDNI TAR-RADJU

21.

DEVJAZZJONI MIR-RAĠĠ VERTIKALI (PASSAĠĠ TA' L-INŻUL BL-ILS JEW ELEVAZZJONI TA' L-MLS)

22.

DEVJAZZJONI MIR-RAGG ORIZZONTALI (LOKALIZZATUR TA' L-ILS JEW AZIMUT TA' L-MLS)

23.

PASSAĠĠ TAS-SINJAL TA' L-IMMARKAR

24.

TWISSIJIET

25.

IRRIŻERVAT (HUWA RRAKMANDAT GĦAŻLA TAL-FREKWENZA TAL-RISIVER TAN-NAVIGAZZJONI)

26.

IRRIŻERVAT (HUWA RRAKMANDAT ID-DISTANZA TAD-DME)

27.

STAT TA' L-ISWIĊĊ ‘SQUAT’ TAL-‘GEAR’ TA' L-INŻUL JEW STAT ARJA/ART

28.

SISTEMA TA' TWISSIJA TA' PROSSIMITÀ LEJN L-ART

29.

ANGOLU TA' L-ATTAKK

30.

TWISSIJA TA' PRESSJONI BAXXA (ENERĠIJA IDRAWLIKA U PNEWMATIKA)

31.

VELOĊITÀ FUQ L-ART

32.

‘GEAR’ TA' l-INŻUL JEW POŻIZZJONI TA' L-GĦAŻLA TAL-‘GEAR’

Tabella Ċ

ajruplan mgħammra b'sistemi ta' display elettroniċi

Nota: In-Numru fil-kolonna tan-nofs jirrifletti n-Numri ta' Serje li huma murija fid-dokument EUROCAE ED55 tabella A1.5

Nru

Nru

Parametru

33.

6

L-ISSETJAR BAROMETRIKU MAGĦŻUL (KULL STAZZJON TAL-PILOTA)

34.

7

ALTITUDNI MAGĦŻULA

35.

8

VELOĊITÀ MAGĦŻULA

36.

9

MACH MAGĦŻULA

37.

10

VELOĊITÀ VERTIKALI MAGĦŻULA

38.

11

DIREZZJONI MAGĦŻULA

39.

12

PASSAĠĠ TAT-TITJIRA MAGĦŻULA

40.

13

GĦOLI TAD-DEĊIŻJONI MAGĦŻULA

41.

14

FORMAT TAD-DISPLAY TA' L-EFIS

42.

15

FUNZJONI MULTIPLIKA/MAGNA/FORMAT TAD-DISPLAY TAT-TWISSIJIET

Appendiċi 1 għall-OPS 1.720

Ir-reġistraturi tad-data tat-titjira — 2 — Lista tal-parametri li għandhom ikunu reġistrati

Tabella A

Ajruplan b'massa tat-tluq massima ċertifikata ta' iżjed minn 5 700 kg

Nru

Parametru

1.

ĦIN JEW GĦADD TAL-ĦIN RELATTIV

2.

ALTITUDNI TAL-PRESSJONI

3.

VELOĊITÀ FL-ARJA INDIKATA

4.

DIREZZJONI

5.

AĊĊELERAZZJONI NORMALI

6.

ATTITUDNI TAL-‘PITCH’

7.

ATTITUDNI ‘TAR-ROLL’

8.

ID-DAĦLA B'MOD MANWALI TAT-TRASMISSJONI TAR-RADJU SAKEMM MHUMIEX PRODUTI MEZZI ALTERNATTIVI SABIEX TISSINKRONIZZA L-IRRIKORDJAR TAL-FDR U CVR

9.

QAWWA FUQ KULL MAGNA

10.

ĠEWNAĦ ‘TRAILING EDGE’ JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA

11.

ĠEWNAĦ ‘LEADING EDGE’ JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA

12.

POŻIZZJONI TA' L-IMBOTTATURA B'LURA (GHALL-AJRUPLAN TURBOJET BISS)

13.

POŻIZZJONI TA' L-ISPOILER TA' L-ART U/JEW GĦAŻLA TAL-BREJK TAL-VELOĊITÀ

14.

TEMPERATURA TA' L-ARJA TA' BARRA JEW TEMPERATURA TA' L-ARJA TOTALI

15A

STAT TAT-TQABBID TA' L-AWTOPILOTA

15B

MOD TA' TĦADDIM, STAT TAS-SISTEMI TA' TQABBID U MODI TA TĦADDIM TA' ‘AUTOTHROTTLE’ U AFCS.


Tabella B

Parametri addizzjonali għall-ajruplan b'massa tat-tluq massima ċertifikata ta' iżjed minn 27 000 kg

Nru

Parametru

16.

AĊĊELERAZZJONI LONGITUDINALI

17.

AĊĊELERAZZJONI LATERALI

18.

KONTROLLI TAT-TITJIR PRIMARJU — POŻIZZJONI TAL-WIĊĊ TAL-KONTROLL U/JEW INPUT TAL-PILOTA (‘PITCH’, ‘ROLL’ U ‘YAW’)

19.

POŻIZZJONI TAT-‘TRIM’ TAL-‘PITCH’

20.

ALTITUDNI TAR-RADJU

21.

DEVJAZZJONI MIL-PASSAĠĠ TAL-‘GLIDE’

22.

DEVJAZZJONI TAL-LOKALIZZATUR

23.

PASSAĠĠ TAS-SINJAL TA' L-IMMARKAR

24.

TWISSIJA PRINĊIPALI

25.

GĦAŻLA TA' FREKWENZA TAN-NAV 1 U NAV 2

26.

DISTANZA TAD-DME 1 U DME 2

27.

STAT TA' L-ISWIĊĊ ‘SQUAT’ TAL-‘GEAR’ TA' L-INŻUL

28.

SISTEMA TA' TWISSIJA TA' PROSSIMITà LEJN L-ART

29.

ANGOLU TA' L-ATTAKK

30.

IDRAWLIKA, KULL SISTEMA (PRESSJONI BAXXA)

31.

DATA TAN-NAVIGAZZJONI

32.

‘GEAR’ TA' L-INŻUL JEW POŻIZZJONI TA' L-GĦAŻLA TAL-‘GEAR’

Appendiċi 1 għall-OPS 1.725

Ir-reġistraturi tad-data tat-titjira -3 — Lista tal-parametri li għandhom ikunu reġistrati

Tabella A

Ajruplan b'massa tat-tluq massima ċertifikata ta' iżjed minn 5 700 kg

Nru

Parametru

1.

ĦIN JEW GĦADD TAL-ĦIN RELATTIV

2.

ALTITUDNI TAL-PRESSJONI

3.

VELOĊITÀ FL-AJRU INDIKATA

4.

DIREZZJONI

5.

AĊĊELERAZZJONI NORMALI


Tabella B

Parametri addizzjonali għall-ajruplan b'massa tat-tluq massima ċertifikata ta' iżjed minn 27 000 kg

Nru

Parametru

6.

ATTITUDNI TAL-‘PITCH’

7.

ATTITUDNI ‘TAR-ROLL’

8.

ID-DAĦLA B'MOD MANWALI TAT-TRASMISSJONI TAR-RADJU SAKEMM M'HUMIEX PROVDUTI MEZZI ALTERNATTIVI SABIEX TISSINKRONIZZA L-IRRIKORDJAR TAL-FDR U CVR

9.

QAWWA FUQ KULL MAGNA

10.

ĠEWNAĦ ‘TRAILING EDGE’ JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA

11.

ĠEWNAĦ ‘LEADING EDGE’ JEW GĦAZLA TAL-KONTROLL FIL- KABINA TAL-PILOTA

12.

POŻIZZJONI TA' L-IMBOTTATURA B'LURA (GHALL-AJRUPLAN TURBOJET BISS)

13.

POŻIZZJONI TA' L-ISPOILER TA' L-ART U/JEW GĦAŻLA TAL-BREJK TAL-VELOĊITÀ

14.

TEMPERATURA TA' L-ARJA TA' BARRA JEW TEMPERATURA TA' L-ARJA TOTALI

15A

STAT TAT-TQABBID TA' L-AWTOPILOTA

15B

MODI TA' TĦADDIM, STAT TAS-SISTEMA TA' TQABBID U MODI TA' TĦADDIM TA' L-AUTOTHROTTLE U AFCS.

16.

AĊĊELERAZZJONI LONGITUDINALI

17.

AĊĊELERAZZJONI LATERALI

18.

KONTROLLI TAT-TITJIR PRIMARJU — POŻIZZJONI TAL-WIĊĊ TAL-KONTROLL U/JEW INPUT TAL-PILOTA (‘PITCH’, ‘ROLL’ U ‘YAW’)

19.

POŻIZZJONI TAT-‘TRIM’ TAL-‘PITCH’

20.

ALTITUDNI TAR-RADJU

21.

DEVJAZZJONI MIL-PASSAĠĠ TAL-‘GLIDE’

22.

DEVJAZZJONI TAL-LOKALIZZATUR

23.

PASSAĠĠ TAS-SINJAL TA' L-IMMARKAR

24.

TWISSIJA PRINĊIPALI

25.

GĦAŻLA TA' FREKWENZA TAN-NAV 1 U NAV 2

26.

DISTANZA TAD-DME 1 U DME 2

27.

STAT TA' L-ISWIĊĊ ‘SQUAT’ TAL-‘GEAR’ TA'' L-INŻUL

28.

SISTEMA TA' TWISSIJA TA' PROSSIMITA' LEJN L-ART

29.

ANGOLU TA' L-ATTAKK

30.

IDRAWLIKA, KULL SISTEMA (PRESSJONI BAXXA)

31.

DATA TAN-NAVIGAZZJONI (LATITUDNI, LONGITUDNI, VELOĊITÀ FUQ L-ART U ANGOLU TAL-MOVIMENT

32.

‘GEAR’ TA' L-INŻUL JEW POŻIZZJONI TA' L-GĦAŻLA TAL-‘GEAR’

Appendiċi 1 sa' OPS 1.770

Ossiġnu — Rekwiżiti Minimi għall-Ossiġnu Supplimentari għall-ajruplan Bi pressjoni kostanti matul u wara l-Inżul ta' l-Emerġenza

Tabella 1

(a)

(b)

Provvista għal:

Tul ta' żmien u l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina

1

L-okkupanti kollha tal-postijiet ta' bilqiegħda tal- gverta ta' l-ajruplan li qed jaqdu dmirijiethom fil-gverta ta' l-ajruplan

Il-ħin totali tat-titjira meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina jaqbeż it-13 000  pied u l-ħin tat-titjira totali meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina taqbeż l-10 000 ft iżda ma taqbiżx it- 13 000  pied wara l-ewwel 30 minuta f'dawk l-altitudni, iżda fl-ebda każ anqas minn:

(i)

30 minuta għall-ajruplan ċertifikati li jtiru f'altitudni li ma jaqbżux il- 25 000 pied (Nota 2)

(ii)

2 siegħat għall-ajruplan ċertifikati li jtiru f'altitudni aktar minn 25 000 pied (Nota 3).

2.

Il-membri ta' l-ekwiġaġġ tal-kabina meħtieġa kollha

Ħin tat-titjira totali meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina jaqbeż it-13 000 pied iżda anqas minn 30 minuta (Nota 2), u l-ħin totali tat-titjira meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina hija akbar minn 10 000 pied iżda ma jaqbiżx it-13 000 pied wara l-ewwel 30 minuta f'dawn l-altitudni

3.

100 % tal-passiġiera (Nota 5)

Ħin totali tat-titjira meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina taqbeż il-15 000 pied iżda fl-ebda każ anqas minn 10 minuti (Nota 4).

4.

30 % tal-passiġiera (Nota 5)

Ħin tat-titjira totali meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina jaqbeż l-14 000 ft iżda ma jaqbiżx il-15 000 pied

5.

10 % tal-passiġiera (Nota 5).

Ħin tat-titjira totali meta l-altitudni tal-pressjoni tal-kabina jaqbeż l- 10 000 pied iżda ma jaqbiżx l-14 000 ft wara l-ewwel 30 minuta f'dawn l-altitudni

Nota 1:

Il-provvista provduta għandha tieħu kont ta' l-altitudni tal-pressj ni tal-kabina u l-profil ta' l-inżul għar-rotot ikkonċernati.

Nota 2:

Il-provvistà minima meħtieġa hija dik il-kwantità ta' l-ossiġnu neċessarju għar-rata kostanti ta' nżul mill-altitudni tal-ħidma ċertifikata massima ta' l-ajruplan sa' 10 000 pied f'10 minuti u li jkollha warajha 20 minuta f'10 000 pied.

Nota 3:

Il-provvistà minima meħtieġa hija dik il-kwantità ta' l-ossiġnu neċessarju għar-rata kostanti ta' nżul mill-altitudni tal-ħidma ċertifikata massima ta' l-ajruplan sa' 10 000  pied f'10 minuti u li jkollha warajha 110 minuta f'10 000  pied. L-ossiġnu meħtieġ f' OPS 1.780 (a)(1) jista' jkun inkluż sabiex tiġi stabbilita l-provvistà meħtieġa.

Nota 4:

Il-provvistà minima meħtieġa hija dik il-kwantità ta' ossiġnu neċessarja għar-rata kostanti ta' nżul mill-altitudni tal-ħidma ċertifikata massima ta' l-ajruplan sa' 15 000  pied f'10 minuti.

Nota 5:

Għall-iskop ta' din it-tabella ’passiġiera’ tfisser il-passiġiera li attwalment jinġarru u tinkludi t-tfal żgħar.

Appendiċi għal OPS 1.775

Ossiġinu supplimentari għall-ajruplan mhux taħt pressjoni

Tabella 1

(a)

(b)

Provvista' għal:

Tul ta' żmien u l-altitudni tal-pressjoni

1.

L-okkupanti kollha tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-gverta ta' l-ajruplan li qed jaqdu dmirijiethom fil-gverta ta' l-ajruplan

Il-ħin totali tat-titjira fl-altitudni tal-pressjoni 'l fuq minn 10 000 pied

2.

Il-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġa kollha

Il-ħin totali tat-titjira fl-altitudni tal-pressjoni 'l fuq minn 13 000 pied u għal kwalunkwe perjodu li jaqbeż it-30 minuta f'altitudni tal-pressjoni 'l fuq minn 10 000 pied iżda ma taqbiżx it-13 000 pied.

3.

100 % tal-passiġiera (Ara Nota)

Il-ħin totali tat-titjira f'altitudni tal-pressjoni 'l fuq minn 13 000 pied.

4.

10 % tal-passiġiera (Ara Nota)

Il-ħin totali tat-titjira wara 30 minuta f'altitudni tal-pressjoni akbar minn 10 000 pied iżda ma taqbiżx it-13 000 pied

Nota:

Għall-iskop ta' din it-tabella ’passiġiera’ tfisser il-passiġiera li attwalment jinġarru u tinkludi tfal taħt l-eta ta' sentejn.

SUBPARTI L

TAGĦMIR TA' KOMUNIKAZZJONI U TA' NAVIGAZZJONI

OPS 1.845

Daħla ġenerali

(a)

Operatur għandu jiżgura illi t-titjira ma tibdiex għajr jekk it-tagħmir ta' komunikazzjoni u tan-navigazzjoni meħtieġ taħt din is-Subparti huwa:

(1)

Approvat u installat skond il-ħtiġiet applikabbli għalihom, inkluż l-istandard ta' eżekuzzjoni minima u l-ħtiġiet tal-ħidma u ta' adegwatezza għat-titjir;

(2)

Installat hekk illi l-ħsara ta' kwalunkwe unità waħda meħtieġa jew għal skopijiet ta' komunikazzjoni jew navigazzjoni, jew it-tnejn, ma tirriżultax fil-ħsara ta' unità oħra meħtieġa għal skopijiet ta' komunikazzjonijiet jew ta' navigazzjoni;

(3)

F'kondizzjoni li tista' taħdem għat-tip ta' ħidma li tkun qiegħda titwettaq għajr kif provdut fl-MEL (ara OPS 1.030); u

(4)

Hekk irranġat illi jekk it-tagħmir għandu jintuża minn membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira wieħed fl-istazzjoni tiegħu/tagħha matul it-titjira għandu jkun jista' jitħaddem malajr mill-istazzjoni tiegħu/tagħha. Meta element wieħed tat-tagħmir huwa meħtieġ sabiex jitħaddem minn aktar minn aktar minn membru ta' l-ekwipaġġ wieħed għandu jkun installat sabiex it-tagħmir jista' jitħaddem minnufih minn kwalunkwe stazzjon fejn it-tagħmir huwa meħtieġ li jitħaddem.

(b)

L-istandards ta' l-eżekuzzjoni minimi tat-tagħmir ta' navigazzjoni u ta' komunikazzjoni huma dawk preskritti fl-Ordnijiet ta' l-Istandard Tekniku Ewropew applikabbli (ETSO) kif elenkat fi speċifikazzjonijiet applikabbli dwar l-Ordnijiet ta' l-Istandard Tekniku Ewropew (CS-TSO), għajr jekk ikunu preskritti standards ta' eżekuzzjoni differenti fil-kodiċi tal-ħidma jew ta' l-adegwatezza għat-titjir. It-tagħmir ta' komunikazzjoni u ta' navigazzjoni li jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u ta' l-eżekuzzjoni minbarra l-ETSO fid-data ta' l-implimentazzjoni OPS jista' jibqa' fis-servizz, jew ikun installat, għajr jekk ikunu preskritti rekwiżiti oħra f'din is-Sub Parti. It-tagħmir ta' komunikazzjoni u ta' navigazzjoni li diġa jkun ġie approvat ma għandux bżonn jikkonforma ma' l- ETSO riveduta jew ma' speċifikazzjoni riveduta, għajr l-ETSO, għajr jekk tkun imniżżel rekwiżit retroattiv.

OPS 1.850

Tagħmir tar-Radju

(a)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan għajr jekk ikun mgħammar bir-radju meħtieġ għat-tip ta' ħidma li tkun qiegħda titwettaq.

(b)

Fejn żewġ sistemi tar-radju indipendenti (separati u kompluti) huma meħtieġa taħt din is-Subparti, kull sistema għandu jkollha stallazzjoni ta' l-antenna indipendenti għajr illi, fejn antenni mhux tal-wajer imserrħa b'mod riġidu jew stallazzjonijiet ta' l-antenna oħra ta' affidibbilità ekwivalenti jkunu użati, antenna waħda biss hija meħtieġa.

(ċ)

It-tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju meħtieġ li jikkonforma ma' paragrafu (a) hawn fuq għandu jipprovdi ukoll għall-komunikazzjonijiet fuq il-frekwenza ta' emerġenza awronawtika 121,5 MHz.

OPS 1.855

Il-Panel li Jagħżel l-Awdjo

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan taħt IFR għajr jekk ikun mgħammar b' panel li jagħżel l-awdjo aċċessibbli għal kull wieħed mill-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira meħtieġ.

OPS 1.860

Tagħmir tar-radju għall-ħidmiet taħt VFR fuq rotot navigati b'riferenza għall-postijiet familjari viżwali

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan taħt VFR f'rotot illi jistgħu jkunu navigati b'riferenza għall-postijiet familjari viżwali, għajr jekk ikun mgħammar bit-tagħmir ta' komunikazzjoni bir-radju meħtieġa taħt kondizzjonijiet ta' ħidma normali sabiex jissodisfa dan li ġej:

(a)

Jikkomunika ma' stazzjonijiet ma' l-art xierqa;

(b)

Jikkomunika ma' faċilitajiet tal-kontroll tat-traffiku ta' l-ajru xierqa minn kwalunkwe punt fl-ispazju ta' l-arja kkontrollat li fih it-titjiriet huma intiżi; u

(ċ)

Jirċievi tagħrif meterjoloġiku.

OPS 1.865

Tagħmir ta' komunikazzjoni u ta' navigazzjoni għall-ħidmiet taħt IFR, jew taħt VFR f'rotot mhux navigati b'riferenza għall-postijiet familjari viżwali

(a)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan taħt IFR, jew taħt VFR fuq rotot li ma jistgħux jiġu navigati b'riferenza għall- postijiet familjari viżwali, għajr jekk l-ajruplan ikun mgħammar b'komunikazzjoni bir-radju u tagħmir SSR li jirċievi sinjal tar-radju u awtomatikament jibgħat sinjal ieħor differenti u tagħmir ta' navigazzjoni skond ir-rekwiżiti tas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru fiż-żona(i) tal-ħidma.

(b)

Tagħmir tar-Radju. Operatur għandu jiżgura li t-tagħmir tar-radju ikun fih mhux anqas minn:

(1)

Żewġ sistemi ta' komunikazzjoni bir-radju indipendenti taħt kondizzjonijiet ta' ħidma normali sabiex jikkomunika ma' stazzjon fuq l-art xieraq minn kwalunkwe punt fuq ir-rotta inkluż id-devjazzjonijiet; u

(2)

Tagħmir SSR li jirċievi sinjal tar-radju u awtomatikament jibgħat sinjal ieħor differenti kif meħtieġ għar-rotta li tkun qiegħda tittajjar.

(ċ)

Tagħmir ta' navigazzjoni. Operatur għandu jiżgura li t-tagħmir ta' navigazzjoni

(1)

Jikkonsisti f'mhux anqas minn:

(i)

Sistema li tirċievi VOR waħda, sistema ADF waħda, DME wieħed għajr illi sistema ADF ma għandhiex bżonn tkun installata sakemm l-użu ta' l-ADF mhuwiex meħtieġ fi kwalunkwe fażi tat-titjira ppjanata;

(ii)

ILS jew MLS wieħed huwa meħtieġ għal skopijiet ta' navigazzjoni ta' avviċinament;

(iii)

Sistema li tirċievi s-sinjal ta' l-immarkar huwa meħtieġ għal skopijiet tan-navigazzjoni ta' avviċinament;

(iv)

Sistema ta' Navigazzjoni taż-Żona meta n-navigazzjoni taż-żona hija meħtieġa għar-rotta li tkun qiegħda tittajjar;

(v)

Sistema addizzjonali tad-DME fuq kwalunkwe rotta, jew parti minnha, fejn in-navigazzjoni hija bbażata biss fuq is-sinjali DME;

(vi)

Sistema li tirċievi VOR addizzjonali fuq kwalunkwe rotta, jew parti minnha, fejn in-navigazzjoni hija bbażata biss fuq is-sinjali VOR;

(vii)

Sistema ADF fuq kwalunkwe rotta, jew parti minnha, fejn in-navigazzjoni hija bbażata biss fuq is-sinjali NDB; jew

(2)

Jikkonforma mat-Tip tal-Klassi ta' l-Eżekuzzjoni tan-Navigazzjoni Meħtieġa (RNP) għall-ħidma fl-ispazju ta' l-arja kkonċernata.

(d)

Operatur jista' jħaddem ajruplan li mhuwiex mgħammar b' ADF jew bit-tagħmir tan-navigazzjoni speċifikat fis-subparagrafu (s)(c)(1)(vi) u/jew (c)(1)(vii) hawn fuq, sakemm illi jkun mgħammar b'tagħmir alternattiv awtorizzat, għar-rotta li tkun qiegħda tittajjar, mill-Awtorità. L-affidabilità u l-eżattezza tat-tagħmir alternattiv għandu jippermetti n-navigazzjoni mingħajr periklu għar-rotta ntiża.

(e)

Operator għandu jiżgura illi t-tagħmir ta' komunikazzjoni VHF, Lokalizzatur ILS u strumenti li jirċievu VOR installati fuq ajruplan li għandhom jitħaddmu fl-IFR huma ta' tip li ġie approvat bħala li jikkonforma ma' l-istandards ta' eżekuzzjoni ta' l-immunità FM.

OPS 1.866

Tagħmir transponder

(a)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan għajr jekk ikun mgħammar bi;

(1)

SSR transponder li jirraporta dwar l-altitudni tal-pressjoni; u

(2)

kwalunkwe kapaċità ta' transponder SSR ieħor meħtieġa għar-rotta li tkun qiegħda titajjar.

OPS 1.870

Tagħmir ta' navigazzjoni ieħor għall-ħidmiet fl-ispazju ta' l-arja MNPS

(a)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan fl-ispazju ta' l-ajra MNPS għajr jekk ikun mgħammar bit-tagħmir ta' navigazzjoni illi jikkonforma ma' l-ispeċifikazzjonijiet minimi ta' l-eżekuzzjoni tan-navigazzjoni preskritti f'ICAO Dok 7030 fil-forma tal-Proċeduri Supplimentari Reġjunali.

(b)

It-tagħmir ta' navigazzjoni meħtieġ minn dan il-paragrafu għandu jkun viżibbli u li jista' jintuża minn kull pilota li jkun bilqiegħda fl-istazzjoni tax-xogħol tiegħu/tagħha.

(ċ)

Għall-ħidma mhux ristretta fl-ispazju ta' l-ajra MNPS ajruplan għandu jkun mgħammar b'żewġ Sistemi ta' Navigazzjoni tad-Distanza Twila indipendenti (LRNS).

(d)

Għall-ħidma fl-ispazju ta' l-arja MNPS matul rotot specjali notifikati l-ajruplan għandu jkun mgħammar b'Sistema ta' Navigazzjoni tad-Distanza Qasira (LRNS), għajr jekk ikun speċifikat mod ieħor.

OPS 1.872

Apparat għall-ħidma f' ispazju ta' l-arja definit b' Separazzjoni Minima Vertikali Mnaqqsa (RVSM)

(a)

Operatur għandu jiżgura illi l-ajruplan mħaddma fl-ispazju ta' l-ajra RVSM huma mgħammra bi:

(1)

Żewġ sistemi indipendenti tal-kejl ta' l-altitudni

(2)

Sistema li twissija ta' l-altitudni

(3)

Sistema ta' kontroll ta' l-altitudni awtomatika; u

(4)

transponder għar-radar ta' sorveljanza sekondarju (SSR) b'sistema ta' rappurtar ta' l-altitudni li jista' jitqabbad mas-sistema tal-kejl ta' l-altitudni fl-użu għaż-żamma ta' l-altitudni.

SUBPART M

IL-MANUTENZJONI TA' L-AJRUPLAN

OPS 1.875

Ġenerali

(a)

Operatur ma għandux iħaddem ajruplan għajr jekk ikun miżmum u mħolli għas-servizz minn organizzazzjoni approvata/aċċettata kif xieraq skond Parti 145 għajr illi l-ispezzjonijiet ta' qabel it-titjira ma għandhomx bżonn neċessarjament jitwettqu mill-organizzazzjoni ta' Parti 145.

(b)

Ir-rekwiżiti tal-manutenzjoni ta' l-ajruplan meħtieġa sabiex jikkonformaw mir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ta' l-operatur f'OPS 1.180 huma dawk imniżżla fil-Parti M.

SUBPARTI N

L-EKWIPAĠĠ TAT-TITJIRA

OPS 1.940

Il-kompożizzjoni ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira

(Ara Appendiċi 1 u 2 sa' OPS 1.940)

(a)

Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Il-kompożizzjoni ta' l-ekwipaġġ tat-titjira u n-numru tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira fi stazzjonijiet ta' l-ewkipaġġ maħtura huma kemm f'konformità ma', u mhux anqas mill-minimu speċifikat fil-Manwal tat-Titjira ta' l-ajruplan (AFM);

(2)

L-ekwipaġġ tat-titjira jinkludi membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira addizzjonali meta meħtieġa mit-tip tal-ħidma, u mhux imnaqqas taħt in-numru speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim;

(3)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira kollha għandhom liċenzja applikabbli u valida aċċettabbli għall-Awtorità u huma kwalifikati b'mod adattat u kompetenti li jwettqu x-xogħolijiet assenjati lilhom;

(4)

Proċeduri huma stabbiliti, aċċettabbli lill-Awtorità, li jevitaw li jkun hemm flimkien f'ekwipaġġ wieħed membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira mingħajr esperjenza;

(5)

Pilota wieħed fost l-ekwipaġġ tat-titjira, ikkwalifikat bħala pilota fil-kmand skond ir-rekwiżiti li jirregolaw il-liċenzji ta' l-ekwipaġġ tat-titjira huwa maħtur bħala l-kmandant li jista' jiddelega l-kondotta tat-titjira lill-pilota ieħor kwalifikat b'mod adattat; u

(6)

Meta jkun hemm il-ħtieġa ta' Operatur tal-Panel tas-Sistema dedikat mill-AFM, l-ekwipaġġ tat-titjira jinkludi membru ta' l-ekwipaġġ wieħed li għandu l-liċenzja ta' Inġinier tat-Titjira jew huwa membru ta' l-ekwipaġġ kwalifikat b'mod adattat u aċċetabbli għall-Awtorità.

(7)

Meta jintalbu s-servizzi ta' membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li huma impjegati għar-rashom u/jew jaħdmu fuq bażi freelance jew part-time, hemm konformità mar-rekwiżiti tas-Subparti N. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari għan-numru totali tat-tipi ta' l-inġenju ta' l-ajru jew varjanti li membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jista' jtir għall-iskopijiet tat-trasport ta' l-ajru kummerċjali, li ma għandhomx jaqbżu r-rekwiżiti preskritti f'OPS 1.980 u OPS 1.981, inkluż meta s-servizzi tiegħu/tagħha jitqabbdu minn operatur ieħor. Għall-membri ta' l-ekwipaġġ li jservu l-operatur bħala kmandant, it-taħriġ ta' l-Immaniġġar tar-Riżorsi ta' l-Ekwipaġġ (CRM) ta' l-operatur inizjali għandu jitlesta' qabel ma jibda t-titjir bla sorveljanza għajr jekk il-membru ta' l-ekwipaġġ qabel ikun lesta l-kors CRM ta' l-operatur inizjali.

(b)

Ekwipaġġ tat-titjira minimu għall-ħidmiet taħt IFR jew bil-lejl. Għall-ħidmiet taħt IFR jew bil-lejl, operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Għall-ajruplan li jaħdmu bit-turbo-propellor b'konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġieri ta' aktar minn 9 u għall-ajruplan kollha li jaħdmu bit-turbo-jet, in-numru minimu ta' l-ekwipaġġ tat-titjira huwa ta' 2 piloti; jew

(2)

ajruplan minbarra dawk koperti minn sub paragrafu (b)(1) hawn fuq jitħaddmu minn pilota wieħed sakemm illi r-rekwiżiti ta' l-Appendiċi 2 ta' l-OPS 1.940 huma sodisfatti. Jekk ir-rekwiżiti ta' l-Appendiċi 2 mhumiex sodisfatti, in-numru minimu ta' l-ekwipaġġ tat-titjira huwa ta' 2 piloti.

JAR-OPS 1.943

It-taħriġ inizjali ta' l-Immaniġġar tar-Riżors ta' l-Ekwipaġġ ta' l-Operatur

(a)

Meta membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunx lesta minn qabel it-taħriġ inizjali ta' l-Immaniġġar tar-Riżors ta' l-Ekwipaġġ ta' l-Operatur (jew impjegati ġodda jew persunal eżistenti), imbagħad l-operatur għandu jiżgura li l-membru ta' l-ekwipaġġ ikompli l-kors tat-taħriġ inizjali CRM. L-impjegati l-ġodda għandhom ilestu t-Taħriġ inizjali CRM ta' l-Operatur fiż-żmien l-ewwel sena minn meta jingħaqdu ma' l-operatur.

(b)

Jekk il-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunx tħarreġ qabel fil-Fatturi Umani imbagħad kors teoretiku, ibbażat fuq il-programm tal-kapaċità u l-limitazzjonijiet umana għall-ATPL (ara r-rekwiżiti applikabbli għall-kwistjoni tal-Liċenzji ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira) għandu jitlesta qabel it-taħriġ CRM inizjali ta' l-operatur jew flimkien mat-taħriġ CRM inizjali ta' l-operatur.

(ċ)

Taħriġ CRM inizjali għandu jitmexxa ta' l-inqas minn istruttur CRM wieħed aċċettabli lill-Awtorità li tista' tkun megħjuna minn esperti sabiex tindirizza oqsma speċifiċi.

(d)

Taħriġ CRM inizjali jitmexxa skond sillabus tal-kors dettaljat imdaħħal fil-Manwal tat-Tħaddim.

OPS 1.945

Taħriġ ta' Adattament u kontroll

(Ara Appendiċi 1 ta' OPS 1.945)

(a)

Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Il-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jlesti kors li Jikklassifika t-Tip illi jisodisfa r-rekwiżiti applikabbli għall-ħruġ ta' Liċenzji ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira meta jbiddel minn tip wieħed ta' ajruplan għal tip jew klassi oħra li għaliha hemm il-ħtieġa ta' klassifika ġdida tal-klassi jew tat-tip;

(2)

Membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jlesti kors ta-adattament ta' operatur qabel ma jibda t-titjir bla sorveljanza;

(i)

Meta jaqleb għall-ajruplan li għalih hemm il-ħtieġa ta' klassifika tat-tip jew klassi ġdida; jew

(ii)

Meta jbiddel l-operatur;

(3)

It-taħriġ ta' adattament jitmexxa minn persunal kwalifikat b'mod xieraq skond sillabus tal-kors dettaljat inkluż fil-Manwal tat-Tħaddim. L-operatur għandu jiżgura illi l-persunal li jintegra elementi tas-CRM fit-taħriġ ta' adattament huma kwalifikati b'mod adattat;

(4)

L-ammont ta' taħriġ meħtieġ mill-kors ta' adattament ta' l-operatur jiġi stabbilit wara li jittieħed kont xieraq tat-taħriġ ta' qabel tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira kif reġistrat fil-reġistri tat-taħriġ tiegħu /tagħha preskriti fl-OPS 1.985;

(5)

L-istandards minimi tal-kwalifika u l-esperjenza meħtieġa tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira qabel ma jieħdu t-taħriġ ta' adattament huma speċifikati fil-Manwal tat-Tħaddim;

(6)

Kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn kontrolli meħtieġa mill-OPS 1.965(b) u t-taħriġ u l-kontrolli meħtieġa mill-OPS 1.965(d) qabel ma jibda t-titjir taħt sorveljanza;

(7)

Meta jintemm it-titjir taħt sorveljanza, isir il-kontroll meħtieġ mill-OPS 1.965(c);

(8)

Meta l-kors ta' adattament ta' l-operatur ikun beda, membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ma jagħmilx xogħolijiet f'titjira fuq tip jew klassi oħra sakemm il-kors ikun tlesta jew spiċċa; u

(9)

Elementi tat-taħriġ CRM huma integrati fil-kors ta' adattament.

(b)

Fil-każ ta' bidla tat-tip jew tal-klassi ta' l-ajruplan, il-kontroll meħtieġ mill- OPS 1.965(b) jista' jingħaqad ma' l-ikklassifikar tat-test tal-ħila tat-tip jew klassi skond ir-rekwiżiti applikabbli għall-ħruġ ta' Liċenzji ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira.

(c)

Il-kors ta' adattament ta' l-operatur u l-kors ta' l-Ikklassifikar tat-Tip jew Klassi meħtieġ għall-ħruġ ta' Liċenzji ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira jistgħu jkunu magħquda.

OPS 1.950

Taħriġ fid-Differenzi u Taħriġ ta' Familjarizzazzjoni

(a)

Operatur għandu jiżgura illi l-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jlesti:

(1)

Taħriġ fid-Differenzi li jeħtieġ tagħrif ieħor u taħriġ fuq apparat ta' taħriġ xieraq għall-ajruplan:

(i)

Meta jħaddem varjant ieħor ta' ajruplan ta' l-istess tip jew ta' tip ieħor ta' l-istess klassi li tkun qiegħda titħaddem f'dak il-waqt; jew

(ii)

Meta jbiddel it-tagħmir u/jew il-proċeduri dwar it-tipi u l-varjanti li jkun qegħdin jitħaddmu f'dak il-waqt;

(2)

Taħriġ ta' familjarizzazzjoni li jeħtieġ l-akkwist ta' tagħrif addizzjonali:

(i)

Meta jħaddem ajruplan ieħor ta' l-istess tip jew varjant; jew

(ii)

Meta jbiddel it-tagħmir u/jew il-proċeduri fuq it-tipi jew il-varjanti li jkunu qegħdin jitħaddmu f'dak il-waqt.

(b)

L-operatur għandu jispeċifika fil-Manwal tat-Tħaddim meta dan it-taħriġ fid-differenzi jew it-taħriġ ta' familjarizzazzjoni jkunu meħtieġa.

OPS 1.955

Ħatra bħala kmandant

(a)

Operatur għandu jiżgura illi għall-promozzjoni għall-kmandant minn ko-pilota u għal dawk li jissieħbu bħala kmandanti:

(1)

Livell minimu ta' esperjenza, aċċettabbli għall-Awtorità, huwa speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim; u

(2)

Għall-ħidmiet b'ħafna ekwipaġġ, il–pilota jlesti kors tal-kmand xieraq.

(b)

Il-kors ta' kmand meħtieġ mis-subparagrafu (a)(2) hawn fuq għandu jkun speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim u jinkludi ta' l-inqas dan li ġej:

(1)

Taħriġ f'STD (inkluż Taħriġ fit-Titjir F'linja) u/jew taħriġ tat-titjir;

(2)

Kontroll tal-ħila ta' l-operatur waqt li jaħdem bħala kmandant;

(3)

Ir-responsabbiltajiet tal-kmandant;

(4)

Taħriġ f'linja fil-kmand taħt sorveljanza. Minimu ta' 10 setturi huma meħtieġa għall-piloti li diġa huma kkwalifikati fuq it-tip ta' l-ajruplan;

(5)

It-tlestija tal-kontroll tal-kmandant kif preskritt fl-OPS 1.965(c) u l-kwalifiki tar-rotta u l-ajrudrom kif preskritti f'OPS 1.975; u

(6)

Elementi ta' l-Immaniġġar tar-Riżors ta' l-Ekwipaġġ.

OPS 1.960

Il-kmandanti li għandhom Liċenzja ta' Pilota Kummerċjali

(a)

Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Id-detentur ta' liċenzja tal-Pilota Kummerċjali (CPL) ma jaħdimx bħala kmandant ta' ajruplan ċertifikat fil-Manwal tat-Titjira ta' l-ajruplan għall-ħidmiet ta' pilota wieħed għajr:

(i)

Meta jwettaq ħidmiet li jġorru l-passiġiera taħt ir-Regoli tat-Titjira Viżwali (VFR) barra raġġ ta' 50 nm mill-ajrudrom tat-tluq, il-pilota għandu minimu ta' 500 siegħa ħin tat-titjira totali fuq ajruplan jew għandu Gradi ta' l-Istrument validi; jew

(ii)

Meta jħaddem tip b'diversi magni taħt ir-Regoli tat-Titjira ta' l-Istrument (IFR), il-pilota għandu minimu ta' 700 siegħa ħin totali ta' titjir fuq ajruplan li jinkludu 400 siegħa bħala pilota kmandant (skond ir-rekwiżiti li jirregolaw il-Liċenzji ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira) li minnhom 100 siegħa kienu taħt IFR inkluż 40 siegħa ħidma b'diversi magni. L-400 sigħat bħala pilota kmandant jistgħu jkunu sostituti b'sigħat ta' ħidma bħala ko-pilota fuq il-bażi ta' sagħtejn bħala ko-pilota hija ekwivalenti għal siegħa bħala kmandant pilota sakemm dawk is-sigħat inkisbu fi żmien sistema stabbilita ta' l-ekwipaġġ b'diversi piloti preskritta fil-Manwal tat-Tħaddim;

(2)

Minbarra s-subparagrafu (a)(1)(ii) hawn fuq, meta jaħdem taħt IFR bħala pilota wieħed, ir-rekwiżiti preskritti fl-Appendiċi 2 sa' OPS 1.940 huma sodisfatti; u

(3)

F'ħidmiet ta' l-ekwipaġġ b'diversi piloti, minbarra s-subparagrafu (a)(1) hawn fuq, u qabel ma' l-pilota li jaħdem bħala kmandant, jitlesta l-kors tal-kmand preskritt fl-OPS 1.955(a)(2).

OPS 1.965

Taħriġ u Ikkontrollar Rikorrenti

(Ara Appendiċi 1 u 2 sa' OPS 1.965)

(a)

Ġenerali. Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn taħriġ u kkontrollar rikorrenti u illi dan it-taħriġ u l-ikkontrollar kollu huwa rilevanti għat-tip jew varjant ta' l-ajruplan li l-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem;

(2)

Il-programm ta' taħriġ u kkontrollar rikorrenti huwa stabbilit fil-Manwal tat-Tħaddim u huwa approvat mill-Awtorità;

(3)

It-taħriġ rikorrenti jsir mill-persunal li ġej:

(i)

Taħriġ fuq l-art u ta' aggornament — minn persunal kwalifikat b'mod xieraq;

(ii)

Taħriġ ta' l-ajruplan/STD– minn Istruttur tal-klassifika tat-tip (TRI), Istruttur tal-klassifika tal-klassi(CRI) jew fil-każ tal-kontenut ta' l-STD, Istruttur tal-klassifika tat-titjira sintetika (SFI), sakemm it- TRI, is-CRI jew l-SFI jissodisfa r-rekwiżiti ta' esperjenza u ta' għerf biżejjed biex jagħti taħriġ fuq is-suġġetti speċifikati fil-paragrafi (a)(1)(i)(A) u (B) ta' l-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.965

(iii)

It-taħriġ fuq it-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurtà– minn persunal kwalifikat b'mod adattat; u

(iv)

L-Immaniġġar tar-Riżors ta' l-Ekwipaġġ (CRM):

(A)

Integrazzjoni ta' l-elementi CRM fil-fażijiet kollha tat-taħriġ rikorrenti — mill-persunal kollu li jwettaq taħriġ rikorrenti. L-operatur għandu jkun ċert li l-persunal kollu hu kkwalifikat b'mod adattat sabiex jintegra l-elementi tas-CRM f'dan it-taħriġ;

(B)

Taħriġ tas-CRM Modulari– b' ta' l-inqas istruttur CRM wieħed aċċetabbli għall-Awtorità li jista' jkun megħjun minn esperti sabiex jindirizza l-oqsma speċifiċi.

(4)

Ikkontrollar rikorrenti jitwettaq mill-persunal li ġej:

(i)

Il-kontrolli tal-profiċjenza ta' l-operatur– b'Eżaminatur tal-klassifika tat-Tip (TRE), Eżaminatur tal-klassifikatal-Klassi (CRE) jew, jekk il-kontroll isir f' STD, TRE, CRE jew Eżaminatur tat-Titjira Sintetika (SFE), imħarreġ f'kunċetti tas-CRM u l-istima tal-ħiliet tas-CFM;

(ii)

Line checks — minn kmandanti kwalifikati b'mod adattat maħtura mill-operatur u aċċetabbli għall-Awtorità;

(iii)

L-ikkontrollar tat-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurtà– minn persunal kwalifikat kif xieraq.

(b)

Il-Kontroll tal-Profiċjenza ta' l-Operatur

(1)

Operatur għandu jiżgura illi:

(i)

Kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn kontrolli tal-profiċjenza sabiex juri l-ħila tiegħu/tagħha sabiex iwettaq proċeduri normali, mhux normali u ta' emerġenza; u

(ii)

Il-kontroll isir mingħajr riferenza viżwali esterna meta l-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ikun meħtieġ li jaħdem taħt IFR;

(iii)

Kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn kontrolli tal-profiċjenza ta' l-Operatur bħala parti mill-kumpliment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira normali.

(2)

Il-perjodu ta' validità tal-kontroll tal-profiċjenza ta' l-operatur għandu jkun ta' 6 xhur tal-kalendarju minbarra l-bqija tax-xahar tal-ħruġ. Jekk jinħareġ matul l-aħħar 3 xhur tal-kalendarju tal-validità ta' kontroll tal-profiċjenza ta' l-operatur ta' qabel, il-perjodu ta' validità għandu jkun estiż mid-data tal-ħruġ sa' 6 xhur tal-kalendarju mid-data ta' meta jiskadi tal-kontroll tal-profiċjenza ta' l-operatur ta' qabel.

(ċ)

Line Check. Operatur għandu jiżgura illi kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jagħmel line check fuq l-ajruplan sabiex juri l-ħila tiegħu /tagħha sabiex iwettaq ħidmiet normali spjegati fil-Manwal tat-Tħaddim. Il-perjodu ta' validità tal-line check għandu jkun ta' 12-il xahar tal-kalendarju, minbarra l-bqija tax-xahar tal-ħruġ. Jekk jinħareġ fl-aħħar 3 xhur tal-kalendarju tal-validità ta' line check ta' qabel il-perjodu ta' validità għandu jestendi mid-data tal-ħruġ sa' 12-il xahar tal-kalendarju mid-data ta' meta jiskadi dak il-line check ta' qabel.

(d)

Taħriġ u kkontrollar tat-tagħmir ta' Sigurtà u ta' Emerġenza. Operatur għandu jiżgura illi kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn taħriġ u kkontrollar fuq il-post u l-użu tat-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurta kollha li qiegħed jinġarr. Il-perjodu ta' validità ta' kontroll tat-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurtà għandu jkun 12-il xahar tal-kalendarju minbarra l-bqija tax-xahar tal-ħruġ. Jekk maħruġ fl-aħħar 3 xhur tal-kalendarju tal-validità ta' kontroll ta' emerġenza u ta' sigurtà il-perjodu ta' validità għandu jestendi mid-data tal-ħruġ sat-12 il-xahar tal-kalendarju mid-data meta jiskadi l-kontroll tat-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurtà ta' qabel.

(e)

CRM. Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Elementi tas-CRM huma integrati fil-fażijiet xierqa kollha tat-taħriġ rikorrent, u;

(2)

Kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn taħriġ tas-CRM modulari speċifiku. Is-suġġetti maġġuri kollha tat-taħriġ tas-CRM għandhom ikunu koperti matul perjodu li ma jaqbiżx it-3 snin;

(f)

Taħriġ fuq l-art u ta' aġġornament. Operatur għandu jiżgura illi kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn taħriġ fl-art u ta' aġġornament ta' l-inqas kull 12-il xahar tal-kalendarju. Jekk it-taħriġ jitwettaq fi żmien 3 xhur tal-kalendarju qabel ma jiskadi l-perjodu ta' 12-il xahar, it-taħriġ fuq l-art u ta' aġġornament li jkun imiss għandu jitlesta fi żmien 12-il xahar tal-kalendarju mid-data oriġinali ta' meta jiskadi t-taħriġ fl-art u ta' aġġornament ta' qabel.

(g)

Taħriġ fuq l-ajruplan/STD. Operatur għandu jiżgura illi kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn taħriġ ta' l-ajruplan/STD ta' l-inqas kull 12-il xahar tal-kalendarju. Jekk it-taħriġ isir fi żmien 3 xhur tal-kalendarju qabel jiskadi l-perjodu ta' 12-il xahar tal-kalendarju, it-taħriġ fuq l-ajruplan/STD li jmiss għandu jintemm fi żmien 12-il xahar tal-kalendarju mid-data oriġinal ta' meta jiskadi t-taħriġ fuq l-ajruplan /STD ta' qabel.

OPS 1.968

Kwalifika tal-pilota li jħaddem fi kwalunkwe wieħed mis-sitijiet tal-pilota

(Ara l-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.968)

(a)

Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Pilota li jista' jkun assenjat sabiex jaħdem fi kwalunkwe wieħed mis-sitijiet tal-pilota ilesti t-taħriġ u l-ikkontrollar xieraq; u

(2)

Il-programm ta' taħriġ u ta' kkontrollar huwa speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim u huwa aċċettabbli għall-Awtorità.

OPS 1.970

Esperjenza riċenti

(a)

Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Pilota ma jkunx assenjat li jħaddem ajruplan bħala parti mill-ekwipaġġ ċertifikat minimu, kemm bħala pilota li jtir jew bħala pilota li ma jtirx għajr jekk huwa/hija wettaq tliet tluq u tliet inżul fid-90 jum ta' qabel bħala pilota li jtajjar ajruplan, jew f'simulatur tat-titjira ta' l-istess tip /klassi.

(2)

Pilota li ma għandux klassifika ta' l-istrument validu mhuwiex assenjat li jħaddem ajruplan bil-lejl bħala kmandant għajr jekk huwa/hija ikun wettaq ta' l-inqas inżul wieħed bil-lejl fid-90 jum ta' qabel bħala pilota li jtir f'ajruplan, jew f'simulatur tat-titjira, ta' l-istess tip/klassi.

(b)

Il-perjodu ta' 90 jum preskritt fis-sub paragrafi (a)(1) u (2) hawn fuq jista' jiġi estiż sa' massimu ta' 120 ġurnata b'titjir taħt is-sorveljanza ta' Struttur jew eżaminatur ta' klassifika tat-tip. Għall-perjodi ta' aktar minn 120 jum, ir-rekwiżiti tar-reċentezza tiġi sodisfatta b'titjira ta' taħriġ jew bl-użu ta' Simulatur tat-Titjira jew it-tip ta' ajruplan li għandu jintuża.

OPS 1.975

Kwalifika tar-Rotta u tal-Kompetenza ta' l-Ajrudrom

(a)

Operatur għandu jiżgura illi, qabel ma jkun assenjat bħala kmandant jew bħala pilota li lilu l-kondotta tat-titjira tista' tingħata mill-kmandant, il-pilota jkun kiseb għarfien adegwat tar-rotta li għandha tittajjar u ta' l-ajrudromi (inkluż alternattivi), il-faċilitajiet u l-proċeduri li għandhom jintużaw.

(b)

Il-perjodu ta' validità tar-rotta u l-kwalifika tal-kompetenza ta' l-ajrudrom għandhom ikunu ta' 12-il xahar tal-kalendarju minbarra l-bqija ta':

(1)

Ix-xahar tal-kwalifika; jew

(2)

Ix-xahar ta' l-aħħar ħidma fuq ir-rotta jew lejn l-ajrudrom

(ċ)

Il-kwalifika tar-rota u tal-kompetenza ta' l-ajrudrom għandhom ikunu validati mill-ġdid bil-ħidma fuq ir-rotta jew lejn l-ajrudrom fil-perjodu ta' validità preskritta fis-sub-paragrafu (b) hawn fuq.

(d)

Jekk validati mill-ġdid fi żmien tliet xhur tal-kalendarju tal-validità tal-kwalifiki tar-rotta ta' qabel u tal-kompetenza ta' l-ajrudrom, il-perjodu ta' validità għandu jestendi mid-data ta' validati mill-ġdid sat-12-il xahar tal-kalendarju mid-data meta tiskadi il-kwalifika ta' dik ir-rotta ta' qabel u tal-kompetenza ta' l-ajrudrom.

OPS 1.978

Programm ta' Kwalifikazzjoni Avvanzat

(a)

Il-perjodi ta' validità ta' l-OPS 1.965 u 1.970 jistgħu jiġu estiżi, fejn l-Awtorità approvat Programm ta' Kwalifikazzjoni Avvanzat stabbilit mill-operatur.

(b)

Il-Programm ta' Kwalifikazzjoni Avvanzat għandu jkun fih it-taħriġ u l-ikkontrollar li jwaqqaf u jżomm profiċjenza ta' mhux anqas mid-dispożizzjonijiet imniżżla fl-OPS 1.945, 1.965 u 1.970.

OPS 1.980

Ħidma fuq aktar minn tip jew varjant wieħed

(Ara l-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.980)

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ma jaħdimx fuq aktar minn tip jew varjant wieħed għajr jekk il-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira huwa kompetenti li jagħmel hekk.

(b)

Meta jqis ħidmiet ta' aktar minn tip jew varjant wieħed, operatur għandu jiżgura illi d-differenzi u/jew similaritajiet ta' l-ajruplan kkonċernati jiġġustifikaw dawn il-ħidmiet, filwaqt li jittieħed kont ta' dan li ġej:

(1)

Il-livell tat-teknoloġija;

(2)

Il-proċeduri tal-ħidma;

(3)

Il-karatteristiċi ta' l-immanaiġġar.

(ċ)

Operatur għandu jiżgura illi l-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira li jħaddem aktar minn tip jew varjant wieħed jikkonforma mar-rekwiziti kollha mniżżla f'Subparti N għal kull tip jew varjant għajr jekk l-Awtorità approvat l-użu ta' kreditu(i) relatati mar-rekwiżiti tat-taħriġ, l-ikkontrollar u l-esperjenza riċenti.

(d)

Operatur għandu jispeċifika proċeduri xierqa u/jew restrizzjonijiet tal-ħidma, approvati mill-Awtorità, fil-Manwal tat-Tħaddim, għal kwalunkwe ħidma fuq aktar minn tip jew varjant wieħed li jkopri:

(1)

Il-livell ta' esperjenza minima tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira;

(2)

Il-livell ta' esperjenza minima fuq tip jew varjant wieħed qabel ma jibda' t-taħriġ u l-ħidma ta' tip jew varjant ieħor;

(3)

Il-proċess li bih l-ekwipaġġ tat-titjira kwalifikat fuq tip jew varjant wieħed jitħarreġ u jkun kwalifikat fuq tip jew varjant ieħor;

(4)

Ir-rekwiżiti ta' l-esperjenza reċenti applikabbli kollha għal kull tip jew varjant.

OPS 1.981

Tħaddim ta' ħelicopter u ajruplan

(a)

Meta membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira iħaddem kemm ħelicopters u ajruplan:

(1)

Operatur għandu jiżgura illi l-ħidmiet bil-ħelicopter u l-ajruplan huma limitati għal tip wieħed kull wieħed.

(2)

L-operatur għandu jispeċifika proċeduri u/jew restrizzjonijiet tal-ħidma xierqa, approvati mill-Awtorità, fil-Manwal tat-Tħaddim.

OPS 1.985

Reġistri tat-Taħriġ

(a)

Operatur għandu:

(1)

Iżomm reġistri tat-taħriġ, ikkontrollar u kwalifika kollha mniżżla fl-OPS 1.945, 1.955, 1.965, 1.968 u 1.975 li jsiru minn membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira; u

(2)

Jagħmel disponibbli r-reġistri tal-korsijiet ta' adattament u t-taħriġ u kkontrollar rikurrenti disponibbli, fuq talba, lill-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira kkonċernat.

Appendiċi 1 sa' OPS 1.940

Tibdil matul it-titjira tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira

(a)

Membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jista' jinbidel matul it-titjira mix-xogħolijiet tiegħu/tagħha mal-kontrolli minn membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ieħor li hu kwalifikat b'mod adattat.

(b)

Tibdil tal-Kmandant

(1)

Il-kmandant jista' jiddelega l-kondotta tat-titjira lil:

(i)

Kmandant kwalifikat ieħor; jew

(ii)

Għall-ħidmiet 'l fuq biss minn FL 200, pilota kwalifikat kif spjegat fis-sub-paragrafu (c) hawn taħt.

(ċ)

Rekwiżiti minimi għall-pilota li jibdel lill-kmandant:

(1)

Liċenzja Valida ta' Pilota ta' kumpannija ta' l-ajru għat-Trasport;

(2)

Taħriġ u kkontrollar ta' adattament (inkluż taħriġ ta' klassifika tat-tip) kif preskritt fl-OPS 1.945;

(3)

It-taħriġ u l-ikkontrollar rikurrenti kif imniżżel fl-OPS 1.965 u OPS 1.968; u

(4)

Kwalifika ta' kompetenza tar-rotta kif imniżżel fl-OPS 1.975.

(d)

It-tibdil tal-ko-pilota

(1)

Il-ko-pilota jista' jkun mibdul minn:

(i)

Pilota ieħor kwalifikat b'mod adattat; jew

(ii)

Ko-pilota cruise relief kwalifikat kif spjegat fis-sub-paragrafu (e) hawn taħt.

(e)

Rekwiżiti minimi għall-Ko-Pilota Cruise Relief

(1)

Liċenzja Valida ta' Pilota Kummerċjali b'klassifika ta' l-Istrument;

(2)

Taħriġ u kkontrollar ta' adattament, inkluż taħriġ ta' klassifika tat-Tip, kif imniżżel fl-OPS 1.945 għajr ir-rekwiżiti għat-taħriġ tat-tluq u l-inżul;

(3)

It-taħriġ u kkontrollar rikurrenti kollu kif imniżżel fl-OPS 1.965 għajr ir-rekwiżit ħtieġa għat-taħriġ tat-tluq u l-inżul; u

(4)

Li jaħdem fir-rwol ta' ko-pilota fil- veloċità moderata biss u mhux taħt FL 200.

(5)

Ma hemmx il-ħtieġa ta' esperjenza riċenti kif preskritta fl-OPS 1.970. Il-pilota għandu, madankollu, iwettaq fuq simulatur tat-titjira f'intervalli li ma jaqbżux 90 jum taħriġ ta' aġġornament u sabiex iżżomm il-ħila ta' titjir. Dan it-taħriġ ta' aġġornament jista' jkun magħqud mat-taħriġ preskritt fl-OPS 1.965.

(f)

Bidla ta' l-operatur tal-panel tas-sistema. Operatur tal-panel tas-sistema jista' jinbidel matul it-titjira minn membru ta' l-ekwipaġġ li għandu liċenzja ta' Inġinier tat-Titjira jew minn membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira bi kwalifika aċċetabbli lill-Awtorità.

Appendiċi 2 ta' l-OPS 1.940

Ħidmiet b'pilota wieħed taħt IFR jew bil-lejl

(a)

ajruplan msemmija f'OPS 1.940(b)(2) jistgħu jitħaddmu minn pilota wieħed taħt IFR jew bil-lejl meta l-ħtiġiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(1)

L-operatur għandu jinkludi fil-Manwal tat-Tħaddim programm ta' taħriġ ta' adattament u rikkurenti tal-pilota li jinkludi r-rekwiżiti l-oħra għal-ħidma tal-pilota waħdu;

(2)

B'mod partikolari, il-proċeduri tal-kabina tal-pilota għandhom jinkludu:

(i)

Il-ġestjoni tal-magna u l-immaniġġar ta' emerġenzi;

(ii)

L-użu ta' lista ta' kontroll normali, mhux normali u ta' emerġenza;

(iii)

Il-komunikazzjoni ATC;

(iv)

Il-proċeduri tat-tluq u ta' l- avviċinament;

(v)

Il-Ġestjoni ta' l-awto-pilota; u

(vi)

L-użu ta' dokumentazzjoni simplikata matul it-titjira;

(3)

Il-kontrolli rikurrenti meħtieġ mill-OPS 1.965 għandhom jitwettqu fir-rwol ta' pilota waħdu fuq it-tip jew klassi ta' l-ajruplan f'ambjent rappreżentant tal-ħidma;

(4)

Il-pilota għandu jkollu minimu ta' 50 siegħa ta' ħin ta' titjir fuq it-tip jew klassi speċifiku ta' ajruplan taħt IFR li minnhom 10 sigħat huma bħala kmandant; u

(5)

L-esperjenza riċenti minimu meħtieġa għal pilota li jaħdem f'ħidma b'pilota wieħed taħt IFR jew bil-lejl għandu jkun ta' 5 titjiriet IFR, inklużi 3 avviċinamenti ta' l-istrument, li jitwettqu matul id-90 jum ta' qabel fuq it-tip jew klassi ta' ajruplan fir-rwol ta' pilota wieħed. Dan ir-rekwiżiti jista' jinbidel bil-kontroll ta' l-avviċinament IFR ta' l-istrument fuq it-tip jew klassi ta' l-ajruplan.

Appendiċi 1 sa'OPS 1.945

Il-Kors ta' Adattament ta' l-Operatur

(a)

Il-kors ta' adattament ta' operatur għandu jinkludi:

(1)

Taħriġ u kkontrollar fuq l-art li jinkludi s-sistemi ta' l-ajruplan, proċeduri normali, mhux normali u ta' emerġenza;

(2)

Taħriġ dwar it-tagħmir ta' emerġenza u tas' sigurtà li għandu jitlesta qabel ma jibda t-taħriġ ta' l-ajruplan;

(3)

Taħriġ u kkontrollar ta' l-ajruplan/simulatur tat-titjira; u

(4)

Line flying taħt sorveljanza u line check.

(b)

Il-kors ta' adattament għandu jitwettaq fl-ordni stabbilita fis-sub-paragrafu (a) hawn fuq.

(ċ)

Wara t-tlestija tal-Kors ta' Adattament ’Żero Flight Time’ l-pilota għandu:

(1)

Jibda' line flying taħt sorveljanza fi żmien 15 –il ġurnata; u

(2)

Iwettaq l-ewwel erba' tluq u nżul tiegħu/tagħha fl-ajruplan taħt sorveljanza ta' TRI (A) u jokkuppa s-sit tal-pilota.

(d)

Elementi ta' Gestjoni tar-Riżorsi ta' l-Ekwipaġġ għandhom ikunu integrati fil-kors ta' adattament, u jitwettqu minn persunal kwalifikat b'mod adattat.

(e)

Meta membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunx wettaq kors ta' adattament ta' l-operatur, l-operatur għandu jiżgura illi minbarra s-subparagrafu (a) hawn fuq, il-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jgħaddi minn taħriġ ġenerali ta' l-ewwel għajnuna u, jekk japplika, taħriġ fil-proċeduri ta' l-inżul ta' emerġenza billi juża t-tagħmir l-apparati fl-ilma.

Appendiċi 1 sa' OPS 1.965

Taħriġ u kkontrollar rikorrenti — Piloti

(a)

Taħriġ Rikorrenti. It-taħriġ rikorrenti għandu jinkludi:

(1)

Taħriġ fuq l-art u ta' aġġornament;

(i)

Il-programm tat-taħriġ fuq l-art u li jaġġorna għandu jinkludi:

(A)

Sistemi ta' l-ajruplan;

(B)

Proċeduri u rekwiżiti ħidma u ħtiġiet li jinkludu sustanzi kontra l-formazzjoni tas-silġ fl-art u inkapaċità tal-pilota; u

(Ċ)

Reviżjoni ta' Aċċident/Inċident u rapport tal-ġrajja

(ii)

Għarfien tat-taħriġ fuq l-art u ta' aggornament għandu jkun verifikat bi kwestjonarju jew metodi adattati oħra.

(2)

Taħriġ fuq l-ajruplan/ STD;

(i)

Il-programm ta' taħriġ fuq l-ajruplan /STD għandu jkun stabbilit hekk illi l-ħsarat maġġuri kollha tas-sistemi ta' l-ajruplan u l-proċeduri assoċjati ikunu koperti fil-perjodu tat-3 snin ta' qabel.

(ii)

Meta jitwettqu manuvri bil-magna mitfija f'ajruplan għandha tkun simulata, il-ħsara tal-magna.

(iii)

Taħriġ fuq l-ajruplan/STD jista' jsir flimkien mal-kontroll tal-profiċjenza ta' l-operatur.

(3)

Taħriġ fir-rigward tat-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurtà;

(i)

Il-programm ta' t-Taħriġ fir-rigward tat-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurtà jista' jsir flimkien ma' l-ikkontrollar tat-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurtà u għandu jitwettaq f'ajruplan jew apparat ta' taħriġ alternattiv adattat.

(ii)

Kull sena il-programm ta' taħriġ fir-rigward tat-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurtà għandu jinkludi dan li ġej:

(A)

l-ilbies effettiv tal-ġakketta tas-salvataġġ fejn ikun il-każ;

(B)

l-ilbies effettiv tat-tagħmir għat-teħid tan-nifs protettiv fejn ikun il-każ;

(Ċ)

l-immaniġġar effettiv tat-tagħmir għat-tifi tan-nar;

(D)

Instruzzjoni dwar il-post u l-użu tat-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurtà kollu li jinġarr fuq l-ajruplan;

(E)

Instruzzjoni dwar il-post u l-użu tat-tipi kollha ta' ħruġ; u

(F)

Proċeduri ta' sigurtà.

(iii)

Kull 3 snin il-programm tat-taħriġ għandu jinkludi dan li ġej:

(A)

Ħidma effettiva tat-tipi kollha ta' ħruġ;

(B)

Wirja tal-metodu użat sabiex titħaddem iż-żurżieqa fejn ikun il-kaz;

(Ċ)

Tagħmir għat-tifi tan-nar effettiv rappreżentanti ta' dak li jinġarr fl-ajruplan fejn hemm nar effettiv jew simulat għajr illi, bit-tagħmir għat-tifi tan-nar tal-Halon, jista' jintuża metodu alternattiv aċċetabbli għall-Awtorità;

(D)

L-effetti tad-duħħan f'żona magħluqa u l-użu effettiv tat-tagħmir rilevanti kollu f'ambjent simulat mimli bid-duħħan;

(E)

Immaniġġar effettiv tal- pirotekniċi, reali jew simulati, fejn ikun il-kaz; u

(F)

Wirja fl-użu taċ-ċattriet tas-salvataġġ fejn ikun il-kaz.

(4)

Taħriġ tal-Gestjoni tar-Riżorsi ta' l-Ekwipaġġ

(i)

Elementi tas-CRM għandhom ikunu integrati fil-fażijiet xierqa kollha tat-taħriġ rikorrenti; u

(ii)

Modulari speċifiku tal-programm tat-taħriġ CRM għandu jkun stabbilit hekk illi s-suġġetti l-aktar importanti tat-taħriġ CRM ikunu koperti matul perjodu li ma jaqbiżx it- 3 snin, kif ġej:

(A)

Żball tal-bniedem u l-affidabilità, katina ta' żbalji, il-prevenzjoni u s-sejbien ta' l-iżball;

(B)

Il-kultura tas-sigurtà tal-kumpanija, SOPs, fatturi ta' l-organizzazzjoni;

(Ċ)

Tensjoni, immaniġġar tat-tensjoni, għejja u viġilanza;

(D)

Il-ksib u l-ipproċessar ta' l-informazzjoni, għarfien tas-sitwazzjoni, immaniġġar tal-volum tax-xogħol;

(E)

It-teħid tad-deċiżjoni;

(F)

Il-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni ġewwa u barra l-kabina tal-pilota;

(G)

It-tmexxija u l-imġieba tat-tim, sinerġija;

(H)

Awtomazzjoni u l-filosofija ta' l-użu ta' l- Awtomazzjoni (jekk rilevanti għat-tip);

(I)

Differenzi speċifiċi relatati mat-tip;

(J)

Studji bbażati fuq il-każ;

(K)

Oqsma oħra li jistħoqqilhom attenzjoni żejda, kif identifikati mill-programm għal-prevenzjoni ta' aċċident u ta' sigurtà tat-titjira (ara l-OPS 1.037).

(b)

Ikkontrollar rikorrenti. L-ikkontrollar rikorrenti għandu jinkludi:

(1)

Il-kontrolli tal-profiċjenza ta' l-operatur;

(i)

Fejn ikun japplika, il-kontrolli tal-profiċjenza ta' Operatur għandhom jinkludu l-manuvri li ġejjin:

(A)

Tluq mhux permess meta jkun disponibbli simulatur tat-titjira, inkella eżerċizzji ġestwali biss;

(B)

Tluq bil-ħsara fil-magna bejn V1 u V2 jew hekk kif il-konsiderazzjonijiet tas-sigurtà jippermettu;

(Ċ)

Avviċinament ta' strument ta' preċiżjoni sal-valuri minimi, fil-każ ta' ajruplan b'diversi b'magni, magna waħda ma taħdimx;

(D)

Nuqqas ta' avviċinament ta' preċiżjoni sal-valuri minimi;

(E)

Avviċinament li ma jsirx fuq strumenti mill-valuri minimi bi, fil-każ ta' ajruplan b'diversi b'magni, magna waħda ma taħdimx; u

(F)

Inżul b'magna waħda ma taħdimx. Għall-ajruplan b'magna waħda hemm il-ħtieġa ta' prattika ta' l-inżul sfurzat.

(ii)

Meta jsiru manuvri bil-magna mitfija f'ajruplan, il-ħsara tal-magna għandha tkun simulata.

(iii)

Minbarra l-kontrolli mniżżla fis-subparagrafi (i)(A) sa' (F) hawn fuq, ir-rekwiżiti li jirregolaw il-ħruġ tal-liċenzji ta' l-ekwipaġġ tat-titjira għandhom jitlestew kull 12-il xahar u jistgħu jkunu magħquda mal-kontroll tal-profiċjenza ta' Operatur.

(iv)

Għall-pilota li jħaddem il-VFR biss, il-kontrolli mniżżla fis-subparagrafi (i)(C) sa' (E) hawn fuq jistgħu jitħallew barra għajr għalavviċinament u t-tidwir b'ajruplan b'diversi magni b'magna waħda ma taħdimx.

(v)

Kontrolli tal-profiċjenza ta' Operatur għandhom isiru minn Eżaminatur tal-Klassifika tat-Tip.

(2)

Il-kontrolli tat-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurtà. L-oġġetti li għandhom ikunu kkontrollati għandhom ikunu dawk li għalihom ikun sar taħriġ skond is-subparagrafu (a)(3) hawn fuq.

(3)

Line checks;

(i)

Line checks għandhom jistabilixxu l-kapaċità li titwettaq b'mod sodisfaċenti f'ħidma line inkluż il-proċeduri ta' qabel it-titjira u ta' wara t-titjira u l-użu tat-tagħmir provdut, kif speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim.

(ii)

L-ekwipaġġ tat-titjira għandu jkun valutat skond il-ħiliet CRM fuq l–Ġestjoni tar-Riżors ta' l-Ekwipaġġ tagħhom skond il-metodoloġija aċċettabbli għall-Awtorità u ppubblikata fil-Manwal tat-Tħaddim. L-iskop ta' din il-valutazzjoni hija li:

(A)

Tipprovdi tagħrif lura lill-ekwipaġġ b'mod kollettiv u individwali u sservi sabiex tidentifika t-taħriġ mill-ġdid; u

(B)

tintuża sabiex ittejjeb is-sistema tat-taħriġ tas-CRM.

(iii)

Meta l-piloti jkunu assenjati xogħolijiet bħala pilota li jtiru u li ma jtirux dawn għandhom ikunu kkontrollati fiż-żewġ funzjonijiet.

(iv)

Line checks għandhom jitlestew f'ajruplan.

(v)

Line checks għandhom isiru minn kmandanti maħtura milOperatur u aċċettabbli għall-Awtorità. Il-persuna li twettaq line check, li huwa deskritt fl-OPS 1.965(a)(4)(ii), għandu jkun imħarreġ fil-kunċetti tas-CRM u l-valutazzjoni tal-ħiliet tas-CRM u għandu jokkupa l-post ta' osservatur fejn dan ikun installat. Fil-każ ta' ħidmiet fit-tul fejn jinġarr ekwipaġġ tat-titjira addizjonali, il-persuna tista' tagħmel il-funzjoni ta' sositut tal-pilota u ma għandhiex tokkupa kemm il-post tal-pilota matul it-tluq, it-tluq, il-veloċità moderata inizjali, l-inżul, l-avviċinament u l-inżul. Il-valutazzjonijiet tas-CRM tiegħu/tagħha għandha tkun ibbażata biss fuq l-osservazzjonijiet li jsiru matul l-għoti ta' informazzjoni tal-bidu, l-għoti ta' informazzjoni tal-kabina, l-għoti ta' informazzjoni tal-kabina tal-pilota u dawk il-fażijiet fejn huwa/hija jokkupa/tokkupa l-post ta' l-osservatur.

Appendiċi 2 sa' OPS 1.965

Taħriġ u kkontrollar rikorrenti — Operaturi tal-Panel tas-Sistema

(a)

It-taħriġ u l-ikkontrollar rikurrenti għalOperaturi tal-Panel tas-Sistema għandhom jilħqu r-rekwiżiti għall-piloti u kwalunkwe xogħolijiet speċifiċi oħra, u jħallu barra dawk is-suġġetti li ma japplikawx għalOperaturi tal-Panel tas-Sistema.

(b)

Taħriġ u kkontrollar rikorrenti għall-Operaturi tal-Panel tas-Sistema għandhom, kull meta jkun possibbli, iseħħu fl-istess ħin meta l-pilota jgħaddi minn taħriġ u kontrollar rikorrenti.

(ċ)

Il- line check għandu jsir minn kmandant maħtur mill-operatur u aċċettabbli għall-Awtorità jew minn istruttur jew eżaminatur li jagħti l-jklassifika tat-tip ta' l-Operatur tal-Panel tas-Sistema.

Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.968

Kwalifika tal-pilota sabiex jaħdem fi kwalunkwe sit tal-pilota

(a)

Il-kmandanti li x-xogħol tagħhom jitlobhom ukoll li jaħdmu fis-sit tan-naħa tal-lemin u jwettqu x-xogħolijiet ta' ko-pilota, jew kmandanti meħtieġa li jmexxu xogħolijiet ta' taħriġ jew ta' eżaminazzjoni mis-sit tan-naħa tal-lemin, għandhom ilestu taħriġ u kkontrollar addizzjonali kif speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim, flimkien mal- kontrolli tal-profiċjenza ta' Operatur preskritt fl-OPS 1.965(b). Dan it-taħriġ addizzjonali għandu jinkludi ta' l-inqas dan li ġej:

(1)

Ħsara fil-magna matul it-tluq;

(2)

Avviċinament u tidwir b'magna waħda ma taħdimx; u

(3)

Inżul b'waħda mill-magni ma taħdimx.

(b)

Meta jseħħu manuvri bil-magna mitfija f'ajruplan, il-ħsara tal-magna għandha tkun simulat.

(ċ)

Meta jaħdmu fis-sit tan-naħa tal-lemin, il-kontrolli meħtieġa mill-OPS sabiex jaħdem fuq is-sit tan-naħa tax-xellug għandhom, minbarra dan, ikunu validi u kurrenti.

(d)

Pilota li jieħu post il-kmandant għandu jkun wera, fl-istess ħin mal- kontrolli tal-profiċjenza ta' l-operatur preskritti fl-OPS 1.965(b), prattika ta' taħriġ u proċeduri, li normalment, ma jkunux ir-responsabbilità tal-pilota li jibdel. Fejn id-differenzi bejn is-sitijiet tax-xellug u tal-lemin mhumiex sinifikanti (per eżempju minħabba l-użu ta' l-awtopilota) f'dak il-każ il-prattika tista' ssir fi kwalunkwe sit.

(e)

Pilota minbarra l-kmandant li jokkupa s-sit fuq in-naħa tax-xellug għandu juru ħila fl-eżerċizzji u l-proċeduri, flimkien mal-kontrolli tal-profiċjenza ta' l-operatur imniżżla fl- OPS 1.965(b), li kieku kienu jkunu r-responsabbilità tal-kmandant li jaġixxi bħala pilot li ma jtirx. Fejn id-differenzi bejn is-sitijiet tax-xellug u tal-lemin m'humiex sinifikanti (per eżempju minħabba l-użu ta' l-awtopilota) imbagħad il-prattika tista' ssir fi kwalunkwe sit.

Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.980

Ħidma fuq aktar minn tip jew varjant wieħed

(a)

Meta membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem aktar minn klassi, tip jew varjant ta' ajruplan wieħed elenkat skond ir-rekwiżiti applikabbli ta' l-għoti ta' liċenzji ta' l-ekwipaġġ tat-titjira iżda mhux fl-approvazzjoni ta' liċenzja waħda, operatur għandu jikkonforma ma' dan li ġej:

(1)

Membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ma għandux iħaddem aktar minn:

(i)

Tipi jew varjanti ta' ajruplan bi tliet magni tal-pistun; jew

(ii)

Tliet tipi jew varjanti ta' ajruplan turbo-propeller; jew

(iii)

Tip jew varjant wieħed ta' ajruplan turbo-propeller u tip jew varjant ta' ajruplan b'pistun wiehed; jew.

(vi)

Tip jew varjant wieħed ta' ajruplan b'turbo-propeller u kwalunkwe ajruplan fi klassi partikolari.

(2)

OPS 1.965 għal kull tip jew varjant imħaddem għajr jekk l-operatur ikun wera proċeduri speċifiċi u/jew restrizzjonijiet tal-ħidma, li huma aċċetabbli għall-Awtorita.

(b)

Meta membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem aktar minn tip jew varjant wieħed ta' ajruplan f'approvazzjoni waħda jew aktar tal-liċenzja kif spjegat fir-Regoli għall-Għoti ta' Liċenzja ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira (tip — multi-pilota), operatur għandu jiżgura illi:

(1)

numru minimu ta' l-ekwipaġġ tat-titjira speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim huwa l-istess għal kull tip jew varjant li għandu jitħaddem;

(2)

Membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira ma jħaddimx aktar minn żewġ tipi jew varjanti ta' ajruplan li għalihom hemm il-ħtieġa ta' approvazzjoni tal-liċenzja separata; u

(3)

ajruplan biss f'approvazzjoni tal-liċenzja waħda jittajjru fi kwalunkwe ta' perjodu wieħed ta' xogħol għajr jekk Operatur għandu proċeduri stabbiliti sabiex jiżgura ħin adegwat għall-preparazzjoni.

Nota: F'każijiet fejn aktar minn approvazzjoni tal-liċenzja waħda huwa involut, ara s-subparagrafi (ċ) u (d) hawn taħt.

(ċ)

Meta membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem aktar minn tip jew varjant ta' ajruplan wieħed elenkat fir-Regoli għall-Għoti ta' Liċenzja ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira (tip pilota wieħed u tip ħafna piloti), iżda mhux f'approvazzjoni ta' liċenzja waħda, operatur għandu jikkonforma ma' dan li ġej:

(1)

Is-subparagrafi (b)(1), (b)(2) u (b)(3) hawn fuq;

(2)

Is-Subparagrafu (d) hawn taħt.

(d)

Meta membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem aktar minn tip jew varjant wieħed ta' ajruplan elenkat fir-Regoli għall-Għoti ta' Liċenzja ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira (tip — ħafna piloti), iżda mhux approvazzjoni tal-liċenzja waħda, operatur għandu jikkonforma ma' dan li ġej:

(1)

Is-subparagrafi (b)(1), (b)(2) u (b)(3) hawn fuq;

(2)

Qabel ma jeżerċita l-privileġġi ta' l- approvazzjoni ta' żewg liċenzji:

(i)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu lestew żewġ kontrolli konsekuttivi tal-profiċjenza ta' l-operatur konsekuttivi u għandhom ikollhom 500 siegħa fil-pożizzjoni ta' l-ekwipaġġ rilevanti fil-ħidmiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru ma' l-istess operatur.

(ii)

Fil-każ ta' pilota li għandu esperjenza ma' operatur u li juża l-privileġġi ta' żewg approvazzjonijiet tal-liċenzja, u imbagħad ikun promoss għall-kmand ma' l-istess operatur fuq waħda minn dawk it-tipi, l-esperjenza minima meħtieġa bħala kmandant hija ta' 6 xhur u 300 siegħa, u l-pilota għandu jkun lesta 2 kontrolli konsekuttivi tal-profiċjenza ta' l-operatur qabel ma jerġa jkun eliġibbli sabiex jezerċita żewg approvazzjonijiet tal-liċenzja.

(3)

Qabel ma jibda t-taħriġ għal u l-ħidma ta' tip jew varjant ieħor, il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira għandhom ikunu lestew 3 xhur u 150 siegħa jtiru fuq l-ajruplan tal-bażi, u dan għandu jinkludi ta' l-inqas kontroll wieħed tal-profiċjenza.

(4)

Wara t-tlestija tal-kontroll tal-line check tal-bidu fuq it-tip il-ġdid, 50 siegħa ta' titjir jew 20 settur għandhom jintlaħqu biss fuq ajruplan tal-klassifika tat-tip il-ġdid.

(5)

OPS 1.970 għal kull tip imħaddem għajr jekk ikunu ġew permessi l-krediti mill-Awtorità skond is-sub-paragrafu (7) hawn taħt.

(6)

Il-perjodu fejn l-esperjenza tat-titjir hija meħtieġa fuq kull tip għandha tkun speċifikata fil-Manwal tat-Tħaddim.

(7)

Meta jintużaw krediti sabiex jitnaqqas it-taħriġ u l-ikkontrollar u rekwiziti ta' l-esperjenza riċenti bejn it-tipi ta' ajruplan, l-operatur għandu juri lill-Awtorità liema suġġetti ma għandhomx bżonn jerġgħu ssiru ripetuti fuq kull tip jew varjant minħabba s-similaritajiet

(i)

L-OPS 1.965(b) jeħtieġ żewġ kontrolli tal-profiċjenza ta' l-operatur kull sena. Meta jingħata krediti skond is-sub-paragrafu (7) hawn fuq għall- kontrolli tal-profiċjenza ta' l-operatur sabiex jalterna bejn iż-żewġ tipi, kull kontroll tal-profiċjenza ta' l-operatur jagħti validità mill-ġdid lill-kontroll tal-profiċjenza ta' l-operatur għat-tip l-ieħor. Sakemm il-perjodu bejn il-kontrolli tal-profiċjenza tal-liċenzja ma jaqbiżx dak imniżżel fir-regolament applikabbli fil-qasam ta' l-Ghoti ta' Liċenzja ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira għal kull tip, ir-rekwiżiti rilevanti dwar l-Għoti ta' Liċenzja ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira jkunu sodisfatti. Minbarra t-taħriġ rikorrenti rilevanti u approvat għandu jkun speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim.

(ii)

L-OPS 1.965(ċ) jeħtieġ kontroll tal-linja wieħed kull sena. Meta jingħata kreditu skond is-sub-paragrafu (7) hawn fuq sabiex il-line checks jalternaw bejn tipi u varjanti, kull line check jagħti validità mill-ġdid lill-line check għat-tip jew il-varjant l-ieħor.

(iii)

It-taħriġ u kkontrollar annwali fuq it-tagħmir ta' emerġenza u ta' sigurtà għandu jkopri ir-rekwiżiti kollha għal kull tip.

(8)

OPS 1.965 għal kull tip jew varjant li jaħdem għajr jekk ġew permessi krediti mill-Awtorità skond is-sub-paragrafu (7) hawn fuq.

(e)

Meta membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jħaddem taħlitiet ta' tipi jew varjanti ta' l-ajruplan kif spjegat fir-Regoli għall-Għoti ta' Liċenzja ta' l-Ekwipaġġ tat-Titjira (klassi — pilota wieħed — u tip-diversi piloti) operatur għandu juri illi l-proċeduri speċifiċi u/jew ir-restrizzjonijiet tal-ħidma huma approvati skond l-OPS 1.980(d).

SUBPARTI O

MEMBRI TA' L-EKWIPAĠĠ TAL-KABINA

OPS 1.988

Applikabilità

Operatur għandu jiżgura li l-membri kollha ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jimxu skond ir-rekwiżiti ta' din is-sub-parti u ma' rekwiżiti oħra ta' sigurtà applikabbli għall-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina.

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, ’membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina’ jfisser kull membru ta' l-ekwipaġġ, minbarra membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjir, li jaqdi, fl-interessi tas-sigurtà tal-passiġġiera, id-doveri assenjati lilu/lilha mill-operatur jew mill-kmandant fil-kabina ta' ajruplan.

OPS 1.989

Identifikazzjoni

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-membri kollha ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jilbsu l-uniformi ta' l-ekwipaġġ tal-kabina ta' l-operatur u jkunu identifikabbli b'mod ċar mill-passiġġiera bħala membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina.

(b)

Persunal ieħor, bħall-persunal mediku, persunal ta' sigurtà, persunal responsabbli għat-tfal, skorti, persunal tekniku, intrattenituri, interpreti, li jagħmlu xogħolijiet fil-kabina, m'għandhomx jilbsu uniformi li tista' tidentifikhom mill-passiġġiera bħala membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, sakemm dawn ma' jimxux mar-rekwiżiti ta' din is-subparti u ma kwalunkwe rekwiżit ieħor applikabbli ta' dan ir-Regolament.

OPS 1.990

Numru u kompożizzjoni tal-Membri ta' l-Ekwipaġġ tal-Kabina

(a)

Operatur m'għandux jopera ajruplan b'konfigurazzjoni ta' numru massimu approvat ta' postijiet għall-passiġġiera ta' aktar minn 19, waqt li jkun qed iġorr passiġġier wieħed jew aktar, sakemm mill-anqas wieħed mill-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jiġi inkluż fl-ekwipaġġ sabiex jaqdi d-dmirijiet tiegħu, speċifikati fil-Manwal tat-Tħaddim, fl-interessi tas-sigurtà tal-passiġġiera.

(b)

Waqt li jkun qed jimxi skond is- sub-paragrafu (a) hawn fuq, operatur għandu jiżgura li n-numru minimu ta' membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina huwa akbar minn:

(1)

Membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tal-kabina għal kull 50, jew parti minn 50, post għall-passiġġiera installati fuq l-istess gverta ta' l-ajruplan; jew

(2)

In-numru ta' membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li ħadu sehem b'mod attiv fil-kabina ta' l-ajruplan matul il-wirja rilevanti ta' evakwazzjoni b'emerġenza, jew li kien hemm assunzjoni li dawn ħadu sehem fl-analiżi rilevanti, minbarra jekk, in-numru massimu ta' postijiet għall-passiġġiera approvati huwa anqas minn numru evakwat matul il-wirja ta' mill-anqas 50 post, in-numru ta' membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jista' jitnaqqas b'1 għal kull multiplu sħiħ ta' 50 post li bih il-konfigurazzjoni ta' numru massimu ta' postijiet approvati għall-passiġġiera huwa anqas mill-kapaċità massima ċertifikata.

(ċ)

L-Awtorita tista' taħt ċirkostanzi eċċezzjonali teħtieġ operatur sabiex jinkludi fl-ekwipaġġ membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina addizzjonali.

(d)

Fil-kaz ta' ċirkostanzi mhux mistennija, in-numru minimu meħtieġ ta' membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jista' jitnaqqas sakemm:

(1)

In-numru ta' passiġġiera tnaqqas skond il-proċeduri speċifikati fil-Manwal tat-Tħaddim; u

(2)

Jitressaq rapport lill-Awtorità wara li tintemm it-titjira.

(e)

Operatur għandu jiżgura li meta jkun qed iqabbad is-servizzi ta' membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li jaħdmu għal rashom u/jew jaħdmu fuq bażi freelance jew fuq bażi part-time, dan jimxi skond ir-rekwiżiti jew varjanti tas-sub-parti O. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari lin-numru totali ta' tipi ta' inġenju ta' l-ajru jew varjanti li fih jista' jtir membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina għall-iskop ta' trasportazzjoni kummerċjali bl-ajru, u dan m'għandux jaqbeż ir-rekwiżiti preskritti fl-OPS 1.1030, inkluż meta s-servizzi tiegħu jiġu meħtieġa minn operatur ieħor.

OPS 1.995

Rekwiżiti Minimi

Operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina:

(a)

għandu mill-anqas 18-il sena;

(b)

għadda eżami mediku jew kontroll li jsir b'mod regolari kif meħtieġ mill-Awtorità sabiex tiġi verifikata s-saħħa medika sabiex dan/din jaqdi/taqdi dmiru/ha.

(ċ)

temm b'suċċess it-taħriġ tal-bidu skond l-OPS 1.1005 u għandu attestat ta' taħriġ ta' sigurtà.

(d)

spiċċa t-taħriġ ta' adattament u/jew ta' għad-differenzi li jkopru mill-anqas is-suġġetti elenkati fl-OPS 1.1010.

(e)

għandu jagħmel taħriġ rikorrenti skond id-dispożizzjonijiet ta' l-OPS 1.1015.

(f)

huwa kompetenti biex jaqdi d-dmirijiet tiegħu skond il-proċeduri speċifikati fil-Manwal tat-Tħaddim.

OPS 1.1000

Membri għolja ta' l-ekwipaġġ tal-kabina

(a)

Operatur għandu jaħtar membru għoli ta' l-ekwipaġġ tal-kabina kull meta aktar minn membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jiġi assenjat. Għall-ħidmiet meta aktar minn membru ta' l-ekwipaġġ wieħed huwa assenjat, iżda biss membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tal-kabina huwa meħtieġ, l-operatur għandu jaħtar membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina wieħed sabiex ikun responsabbli lejn il-kmandant

(b)

Il-membru għoli ta' l-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkollu r-responsabbiltà lejn il-kmandant għall-kondotta u l-koordinazzjoni tal-proċedura(i) normali u ta' emerġenza speċifikati fil-Manwal ta' Operazzjonijiet. Matul it-turbulenza, fin-nuqqas ta' kwalunkwe struzzjonijiet mill-ekwipaġġ tat-titjira, il-membru għoli ta' l-ekwipaġġ tal-kabina għandu jkollu d-dritt li jwaqqaf x-xogħolijiet li ma għandhomx x'jaqsmu mas-sigurtà u jagħti parir lill-ekwipaġġ tat-titjira dwar il-livell tat-turbulenza li jkunu qegħdin jesperjenzaw u l-bżonn tas-sinjali sabiex jaqflu ċ-ċintorini tas-sigurtà jinxtegħel. Wara dan għandu jkun hemm l-qfil mill-ekwipaġġ tal-kabina tal-passiġiera u żoni applikabbli oħra.

(ċ)

Fejn meħtieġ mill-OPS 1.990 biex iġorr aktar minn membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, operatur m'għandux jaħtar persuna għall-post ta' membru għoli ta' l-ekwipaġġ tal-kabina sakemm dik il-persuna m'għandiex mill-anqas sena esperjenza ta' xogħol ta' membru operattiv ta' l-ekwipaġġ tal-kabina u temm taħriġ xieraq li jkopri dan li ġej mill-anqas:

(1)

Għoti ta' informazzjoni qabel it-titjira:

(i)

ħidma bħala membru ta' l-ekwipaġġ;

(ii)

allokazzjoni ta' postijiet u responsabbilitajiet ta' membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina,

(iii)

konsiderazzjoni tat-titjira partikolari, inkluż it-tip ta' ajruplan, it-tgħammir, żona u tip ta' operazzjoni, u l-kategoriji ta' passiġġiera b'attenzjoni partikolari għall-persuni b'diżabilità, tfal u każijiet fuq l- streċer, u

(2)

Kooperazzjoni fost il-membri ta' l-ekwipaġġ:

(i)

dixxiplina, responsabbiltajiet u katina ta' l-ordnijiet;

(ii)

importanza tal-koordinazzjoni u komunikazzjoni,

(iii)

inkapaċitazzjoni tal-pilota, u

(3)

Reviżjoni tar-rekwiżiti u tal-ħtiġijiet legali ta' l-operaturi:

(i)

għoti ta' informazzjoni fuq is-sigurtà tal-passiġġier, u karti tas-sigurtà,

(ii)

sigurtà fis-sezzjoni tal-kċina,

(iii)

ħażna tal-bagalji tal-kabina,

(iv)

tgħammir elettroniku,

(v)

proċeduri meta jkun qed jieħu l-fjuwil bil-passiġġiera abbord,

(vi)

turbolenza,

(vii)

dokumentazzjoni, u

(4)

Fatturi umani u Ġestjoni tar-Riżorsi tal-Membri ta' l-Ekwipaġġ, u

(5)

Rapporti dwar aċċidenti u inċidenti, u

(6)

Titjir u limitazzjonijiet fil-ħin tax-xogħol u rekwiżiti ta' mistrieħ.

(d)

Operatur għandu jistabbilixxi proċeduri biex jagħżel il-membru li jmiss ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li huwa l-aktar kwalifikat biex jopera bħala membru għoli ta' l-ekwipaġġ tal-kabina fil-każ li l-membru għoli nominat ma' jkunx f'pożizzjoni li jaqdi dmiru. Dawn il-proċeduri għandhom ikunu aċċettabbli għall-Awtorità u jieħdu kont ta' l-esperjenza operattiva tal-membru ta' l-ekwipaġġ.

(e)

Taħriġ CRM: L-operatur għandu jiżgura illi l-elementi rilevanti kollha fl-Appendiċi 2 għall-OPS 1.005/1.1010/1.1015 Tabella 1, Kolonna (a) huma integrati fit-taħriġ u koperti sal-livell meħtieġ minn Kolonna (f), Kors ta' l-Ekwipaġġ tal-Kabina Għolja.

OPS 1.1002

Operazzjonijiet ta' membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tal-kabina

(a)

Operatur għandu jiżgura li kull membru ġdid ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li m'għandux esperjenza ta' qabel komparabbli għandu jtemm dan li ġej qabel ma jopera bħala membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tal-kabina:

(1)

Taħriġ minbarra dak meħtieġ mill-OPS 1.1005 u l-OPS 1.1010, li għandu jinkludi enfasi partikolari fuq dan li ġej biex jirrifletti operazzjonijiet ta' membru wieħed ta' l-ekwipaġġ ta' kabina:

(i)

Responsabbiltà lejn il-kmandant għall-kondotta tas-sigurtà tal-kabina u tal-proċeduri ta' emerġenza speċifikati fil-Manwal tat-Tħaddim;

(ii)

Importanza tal-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni mal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, ġestjoni ta' passiġġiera indixxiplinati jew li joħolqu sfrattu;

(iii)

Reviżjoni tar-rekwiżiti ta' l-operatur u tal-ħtiġiet legali;

(iv)

Dokumentazzjoni;

(v)

Rapporti dwar aċċidenti u inċidenti;

(vi)

Titjir u limitazzjonijiet fil-ħin tax-xogħol, u

(2)

Titjir ta' familjarizzazzjoni ta' mill-anqas 20 siegħa u fuq 15-il settur. It-titjiriet ta' familjarizzazzjoni għandhom jitwettqu taħt is-sorveljanza ta' membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina esperjenzat b'mod adattat fuq it-tip ta' ajruplan li għandu jitħaddem.

(b)

Operatur għandu jiżgura, qabel ma membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jiġi assenjat biex jopera bħala membru wieħed ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, li dan il-membru ta' l-ekwipaġġ huwa kompetenti biex jaqdi dmiru/ha skond il-proċeduri msemmija fil-Manwal tat-Tħaddim. Kemm huma adattati għall-ħidmiet ta' l-ekwipaġġ tal-kabina waħdu għandu jkun indirizzat fil-kriterji għall-għażla ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, l-ingaġġar u l-istima tal-kompetenza.

OPS 1.1005

Taħriġ Inizzjali ta' Sigurtà

(Ara Appendiċi 1 għall-OPS 1.1005)

(a)

Operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, qabel ma jibda t-taħriġ ta' adattament, spiċċa b'suċċess taħriġ inizzjali ta' sigurtà li jkopri mill-anqas is-suġġetti elenkati fl-Appendiċi 1 għall-OPS 1.1005.

(b)

Il-korsijiet ta' taħriġ għandhom, fid-diskrezzjoni ta' l-Awtorità, ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tagħha, għandhom jingħataw:

jew

(1)

mill-operatur

direttament, jew

indirettament permezz ta' organizzazzjoni ta' taħriġ għan-nom ta' l-operatur;

jew

(2)

minn organizzazzjoni ta' taħriġ approvata.

(ċ)

Il-programm u l-istruttura tal-korsijiet ta' taħriġ inizzjali għandu jkun skond ir-rekwiżiti applikabbli u għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni minn qabel ta' l-Awtorità.

(d)

Fid-diskrezzjoni ta' l-Awtorità, l-Awtorità, l-operatur jew l-organizzazzjoni ta' taħriġ approvata li tipprovdi l-kors ta' taħriġ, għandhom jagħtu attestazzjoni ta' taħriġ ta' sigurtà lill-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina wara li dan/din temm/et it-taħriġ inizzjali ta' sigurtà u b'suċċess għadda/iet il-kontroll msemmi fl-OPS 1.1025.

(e)

Fejn l-Awtorità tawtorizza operatur jew organizzazzjoni approvata ta' taħriġ biex jikkonsenjaw l-attestat ta' taħriġ ta' sigurtà lill-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, din l-attestazzjoni għandha tagħmel riferenza b'mod ċar lill-approvazzjoni ta' l-Awtorità.

OPS 1.1010

Taħriġ ta' Adattament u fid-Differenzi

(Ara Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1010)

(a)

Operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jkun temm taħriġ ta' adattament u fid-differenzi xierqa, skond ir-regoli applikabbli u s-suġġetti elenkati fl-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1010. Il-kors ta' taħriġ għandu jkun speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddim. Il-programm u l-istruttura tal-kors ta' taħriġ għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni minn quddiem ta' l-Awtorità.

(1)

Taħriġ ta' Adattament: Kors ta' Adattament għandu jintemm qabel ma:

(i)

Jiġi assenjat mill-operatur biex jopera bħala membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina; jew

(ii)

Jiġi assenjat biex jopera tip ta' ajruplan ieħor; u

(2)

Taħriġ fid-differenzi: Taħriġ fid-differenzi għandu jintemm qabel l-operazzjoni:

(i)

Fuq varjant ta' tip ta' ajruplan operat preżentement; jew

(ii)

b'tgħammir differenti ta' sigurtà, lok tat-tgħammir ta' sigurtà, jew proċeduri normali jew ta' emerġenza ta' sigurtà fuq tipi jew varjanti ta' ajruplani operati fil-preżent.

(b)

Operatur għandu jiddetermina l-kontenut tat-taħriġ ta' adattament u fid-differenzi waqt li jieħu kont tat-taħriġ preċedenti tal-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina kif reġistrat fir-registru ta' taħriġ tal-membru ta' ekwipaġġ tal-kabina kif meħtieġ mill-OPS 1.1035.

(ċ)

Mingħajr preġudizzju għall-OPS 1.995 (c), elementi relati kemm tat-taħriġ inizjali kif ukoll (EU OPS 1.1005) tat-taħriġ ta' adattament u fid-differenzi (OPS 1.1010) jistgħu jitqegħdu flimkien.

(d)

Operatur għandu jiżgura li:

(1)

It-taħriġ ta' adattament jitmexxa b'mod strutturat u realistiku, skond l-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1010;

(2)

Taħriġ fid-differenzi għandu jitmexxa b'mod strutturat; u

(3)

Taħriġ adattament, u jekk hemm bżonn taħriġ fid-differenzi, jinkludi l-użu tat-tgħammir ta' sigurtà kollu u tal-proċeduri normali u ta' emerġenza applikabbli għat-tip jew għall-varjanti ta' ajruplan u jinvolvi t-taħriġ u prattika fuq jew mezz ta' taħriġ rappreżentattiv jew fuq l-ajruplan effettiv.

(e)

Operatur għandu jiżgura, illi kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina qabel ma jkun assenjat l-ewwel darba għax-xogħolijiet, ilesti t-Taħriġ CRM ta' l-operatur u CRM speċifiku għat-Tip ta' l-ajruplan, skond l-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1010 (j). L-ekwipaġġ tal-kabina li diġa jaħdmu bħala membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina ma' operatur, u li ma jkunux lestew minn qabel it-taħriġ CRM ta' l-operatur, għandhom ilestu dan it-taħriġ sal-mument tat-taħriġ u kontrollar rikorrenti meħtieġ li jkun imiss skond l-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1010 (j) inkluż CRM Speċifiku għat-tip ta' l-ajruplan, kif rilevanti.

OPS 1.1012

Familjarizzazjoni

Operatur għandu jiżgura li, wara li jitlesta t-taħriġ ta' adattament, kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jlesti l-familjarizzazjoni qabel ma jopera bħala wieħed minn numru minimu tal-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ mill-OPS 1.990.

OPS 1.1015

Taħriġ rikorrenti

(Ara l-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1015)

(a)

Operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jagħmel taħriġ rikorrenti, li jkopri l-azzjonijiet assenjati lil kull membru ta' l- ekwipaġġ fi proċeduri normali u ta' emerġenza u eżerċizzji rilevanti għat tip(i) u/jew varjant(i) ta' l-ajruplan li fuqu joperaw skond l-anness 1 ta' l-OPS 1.1015.

(b)

Operatur għandu jiżgura li l-programm ta' taħriġ rikorrenti approvat mill-Awtorità jinkludi t-tagħlim teoretiku u prattiku, flimkien ma' l-prattika individwali, kif imsemmi fl-Anness 1 ta' l-OPS 1.1015.

(ċ)

L-perjodu ta' validità tat-taħriġ rikorrenti u tal-kontroll assoċjat meħtieġa mill-OPS 1.1025 hu ta' tnax il-xahar tal-kalendarju barra mill-bqija tax-xhar ta' ħruġ Jekk jinħareġ sa l-aħħar 3 xhur tal-validita' tal-kontroll preċedenti, il-perjodu ta' validità għandu jestendi mid-data tal-ħruġ sa 12 il-xhar tal-kalendarju mid-data ta' dak il-kontroll preċedenti.

OPS 1.1020

Taħriġ ta' Aġġornament

(Ara l-Appendiċi 1 ta' l-għal OPS 1.1020)

(a)

Operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina li kien assenti mid-dmirijiet ta' titjir kollhagħal aktar minn 6 xhur u li għadu fil-perjodu tal-kontroll preċedenti meħtieġ mill- OPS 1.1025(b)(3) u jtemm taħriġ ta' aġġornament speċifikat fil-Manwal tat-Tħaddimkif preskritt fl-Appendiċi 1 ta' OPS 1.1020.

(b)

Operatur għandu jiżgura li meta membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina ma kienx assenti mid-dmirijiet ta' titjir kollha, iżda li waqt is-6 xhur preċedenti, ma wettaqx dmirijiet fuq tip ta' ajruplan bħala membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ mill-OPS 1.990 (b), qabel ma jwettaq d-dmirijiet fuq dak it-tip, il-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina għandujew:

(1)

Jispiċċa taħriġ ta' aġġornament fuq it-tip; jew

(2)

Jopera żewġ setturi ta' familjarizzazzjoni mill-ġdid waqt ħidmiet kummerċjali fuq it-tip.

OPS 1.1025

Kontrolli

(a)

Fid-diskrezzjoni ta' l-Awtorità, l-Awtorità, l-operatur jew l-organizzazjoni ta' taħriġ awtorizzata li qed tipprovdi l-kors ta' taħriġ għandha tiżgura li waqt jew wara jkun intemm it-taħriġ meħtieġ mill-OPS 1.1005, 1.1010, 1.1015 u 1.1020, kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jgħaddi minn kontroll li jkopri it-taħriġ mogħti biex jivverifika il-kapaċità biex jwettaq dmirijiet ta sigurtà normali u ta' emerġenza.

Fid-diskrezzjoni ta' l-Awtorità, l-Awtorità, l-operatur jew l-organizzazjoni ta' taħriġ awtorizzata li qed tipprovdi l-kors ta' taħriġ għandha tiżgura li l-persunal li qed iwettaq dawn il-kontrolli huwa kkwalifikat b'mod xieraq.

(b)

Operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jissottometti ruħu għall-kontrolli kif ġej:

(1)

Taħriġ ta' sigurtà inizjali. L-affarijiet elenkati fl-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1005;

(2)

Taħriġ ta' Adattament u fid-Differenzi. L-affarijiet elenkati fl-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1010;

(3)

Taħriġ rikorrenti. L-affarijiet elenkati fl-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1015 kif xieraq; u

(4)

Taħriġ ta' Aġġornament. L-affarijiet elenkati fl-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.020.

OPS 1.1030

Operazzjoni fuq iktar min tip jew varjant wieħed

(a)

Operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina ma joperax fuq aktar min tliet tipi ta' ajruplan minbarra li meta bil-kunsens ta' l-Awtorità, il-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jista' jopera fuq erba' tipi ta' ajruplan, sakemm għal ta' l-inqas tnejn mit-tipi:

(1)

Proċeduri normali u ta' emerġenza speċifiċi mhux tat-tip huma identiċi; u

(2)

Tagħmir ta' sigurtà u proċeduri normali u ta' emerġenza speċifiċi tat-tip huma simili

(b)

Għas-skopijiet tas-sub-paragrafu (a) hawn fuq, varjanti ta' tip ta' ajruplan jitqiesu bħala tipi differenti jekk mhux simili fl-aspetti kollha li ġejjin:

(1)

Operazzjoni ta' ħruġ ta' emerġenza;

(2)

Il-post u t-tip ta' tagħmir ta' sigurtà portabbli; u

(3)

Proċeduri ta' emerġenza speċifiċi tat-tip.

OPS 1.1035

Reġistrazzjoni tat-Taħriġ

Operatur għandu:

(1)

Jżomm informazzjoni tat-taħriġ u l-kontrolli kollha meħtieġa mill-OPS 1.1005, 1.1010, 1.1015, 1.1020 u 1.1025; u

(2)

Jżomm kopja ta' attestazzjoni tat-taħriġ ta' sigurtà; u

(3)

Jżomm ir-registri dwar it-taħriġ u r-reġistri ta' l-eżaminazzjonijiet jew il-valutazzjonijiet mediċi aġġornati, li juru fil-każ tar-reġistri dwar it-taħriġ id-data u l-kontenut tat-taħriġ ta' adattament, fid-differenzi u t-taħriġ rikorrenti riċevut; u

(4)

Jsiru reġistri fuq it-taħriġ u l-kontroll inizjali, ta' adattament u rikorrenti disponibbli, fuq talba, lill-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina kkonċernat.

Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1005

Taħriġ ta' Sigurta Inizjali

Bħala minimu s-suġġetti li jridu jiġu koperti mill-kors inizjali ta' taħriġ fuq is-sigurtà msemmija fl-OPS 1.1005 huma:

(a)

Taħriġ fuq in-nar u d-duħħan:

1.

enfasi fuq ir-responsabbiltà tal-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina biex jittrattaw mill-ewwel ma' emerġenzi li jinvolvu nar u duħħan u, b'mod partikolari, enfasi fuq l-importanza li jiġu identifikati, l-għajn prinċipali ta' fejn inħoloq in-nar;

2.

l-importanza li jiġi nfurmat l-ekwipaġġ tat-titjira minnufih, kif ukoll l-azzjonijiet speċifiċi neċċesarji għal koordinazzjoni u assistenza, meta' jistab nar jew duħħan;

3.

il-bżonn ta' kontrolli ta' spiss ta' żoni li fiħom riskju li jkun hemm nar, li jinkludu toilets, u ta' l-apparat li jiskopri d-duħħan;

4.

il-klassifikazzjoni tan-nirien u t-tip xieraq ta' aġenti użati għat-tifi tan-nar u l-proċeduri għal sitwazzjonijiet partikolari ta' nar, il-metodi ta' kif jintużaw l-aġenti għat-tifi tan-nar, il-konsegwenzi ta' l-applikazzjoni ħażina, u l-użu f'postijiet magħluqa; u

5.

il-proċeduri ġenerali tas-servizzi ta' emerġenza bbażati fl-art fl-ajrudromi

(b)

Taħriġ fuq is-soppravvivenza fl-ilma.

Il-mod kif għandu jintlibes kif ukoll l-użu tat-tagħmir personali biex wieħed iżomm fil-wiċċ ta' l-ilma. Qabel ma jopera għall-ewwel darba fuq ajruplan mgħammra biċ-ċattra ta' salvataġġ jew tagħmir ieħor simili, irid jingħata taħriġ fuq l-użu ta' dan it-tagħmir, kif ukoll prattika effettiva fl-ilma.

(ċ)

Taħriġ ta'sopravvivenza.

Taħriġ ta' sopravvivenza għandu jkun skond iż-żoni ta' l-operazzjoni (e.ż. polari, deżert, ġungla jew baħar).

(d)

Aspetti mediċi u ta' l-ewwel għajnuna:

1.

istruzzjonijiet fuq il-kitts ta' l-ewwel għajnuna u l-użu ta' dawn;

2.

l-ewwel għajnuna assoċjata ma' taħriġ ta' sopravvivenza u iġene xierqa; u

3.

l-effetti psikoloġiċi tat-titjir b'enfasi partikolari fuq l-ipoxja.

(e)

L-immaniġġar tal-passiġġiera:

1.

parir fuq kif wieħed jagħraf u jimmaniġġa l-passiġġiera li huma jew ġew intossikati bl-alkoħol jew huma taħt l-influwenza ta' drogi jew li huma agressivi;

2.

metodi użati biex jimmotivaw il-passiġġiera u l-kontroll tal-folla neċessarja biex iħaffu l-evakwazzjoni ta' l-ajruplan;

3.

regolamenti li jkopru l-ħażna tal-bagalji tal-kabini mingħajr periklu (jinkludi oġġetti għas-servizz tal-kabina) u r-riskju ta' dan li jsir perikoluż għall-okkupanti tal-kabina jew tagħlaq jew tagħmel ħsara lit-tagħmir ta' emerġenza jew il-ħruġ ta' l-ajruplan;

4.

l-importanza ta' l-allokazzjoni tajba tas-siġġijiet b'riferenza għall-massa u l-bilanċ ta' l-ajruplan. Għandu jingħata enfasi partikolari lis-siġġijiet ta' passiġġiera b'diżabilità, u l-bżonn li jitpoġġew passiġġiera mingħajr diżabilità ħdejn ħruġ mhux taħt superviżjoni;

5.

dmirijiet li jridu jitwettqu fil-każ li tinstab turbolenza, jinkludu protezzjoni u sigurtà tal-kabina;

6.

prekawzjonijiet li jridu jittieħdu meta annimali qed jinġarru fil-kabina;

7.

taħriġ rigward merkanzija perikoluża, inklużi dispożizzjonijiet taħt is-Subparti R;

8.

proċeduri ta' sigurtà, inklużi d-dispożizzjonijiet taħt is-Subparti S.

(f)

Komunikazzjoni.

Waqt it-taħriġ, għandu jingħata enfasi fuq l-importanza ta' komunikazzjoni effettiva bejn il-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina u l-ekwipaġġ tat-titjira inkluza t-teknika, il-lingwaġġ u t-terminoloġija komuni.

(g)

Dixxiplina u responsabbiltajiet

1.

l-importanza li l-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jaqdu dmirijiethom skond il-Manwal tat-Tħaddim;

2.

kompetenza kontinwa u kondizzjoni tajba sabiex jopera bħala membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina b'attenzjoni partikolari għal limitu ta' żmien ta' xogħol u r-rekwiżiti ta' mistrieħ;

3.

għarfien tar-regolamenti ta' l-avjazzjoni marbuta mal-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina u mar-rwol ta' l-Awtorità Ċivili ta' l-Avjazzjoni;

4.

għarfien ġenerali tat-terminoloġija rilevanti ta' l-avjazzjoni, it-teorija tat-titjir, id-distribuzzjoni tal-passiġġiera, il-metejoroloġija, u ż-żoni ta' l-operat;

5.

l-għoti ta' informazzjoni tal-membri ta' l-ekwipaġġ qabel it-titjira u l-għoti ta' l-informazzjoni tas-sigurtà neċessarja fir-rigward tad-dmirijiet speċifiċi tagħhom;

6.

l-importanza li jiżguraw li d-dokumenti u l-manwali rilevanti jinżammu aġġornati b'emendi pprovduti mill-operatur;

7.

l-importanza biex jiġi identifikat il-waqt meta l-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina għandhom l-awtorità u r-responsabbiltà biex jibdew evakwazzjoni u proċeduri oħra ta' emerġenza; u

8.

l-importanza ta' dmirijiet u resposabbiltajiet ta' sigurtà u l-bżonn li jirrispodu minnufih u effettivament f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

(h)

Ġestjoni tar-riżorsi tal-membri ta' l-ekwipaġġ.

(1)

Kors CRM ta' Introduzzjoni

(i)

membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina għandu jlesti Kors CRM ta' Introduzzjoni qabel ma jkun assenjat għall-ewwel darba sabiex jaħdem bħala membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina. L-ekwipaġġ tal-kabina li diġa jaħdmu bħala membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina fi trasport kummerċjali bl-ajru u li ma jkunux qabel lestew kors ta' Introduzzjoni, għandhom ilestu kors CRM ta' Introduzzjoni sal-ħin tat-taħriġ u/jew kontroll rikorrenti li jmiss meħtieġ.

(ii)

L-elementi ta' taħriġ fl-Appendiċi 2 ta' l-OPS 1.1005/1.1010/1/1.1015 Tabella 1, Kolonna (a)għandhom ikunu koperti sal-livell meħtieġ fil-Kolonna (b), Kors CRM ta' Introduzzjoni

(iii)

Il-Kors CRM ta' Introduzzjoni għandu jitmexxa minn ta' l-inqas Istruttur wieħed CRM ta' l-ekwipaġġ tal-kabina

Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1010

Taħriġ ta' Adattament u fid-Differenzi

(a)

Ġenerali:

Operatur għandu jiżgura li:

1.

taħriġ ta' adattament u fid-differenzi huma mmexxija minn persunal kwalifikat b'mod xieraq; u

2.

waqt it-taħriġ ta' adattament u fid-differenzi, it-taħriġ jiġi mogħti fuq il-post, it-tneħħija u l-użu tat-tagħmir l-apparat kollu ta' sigurtà u ta' sopravvivenza li jinġarr fuq l-ajruplan, kif ukoll il-proċeduri kollha kemm normali kif ukoll ta' emerġenza marbuta mat-tip, varjanti u konfigurazzjoni ta' l-ajruplan li jrid jiġi operat.

(b)

Taħriġ fuq in-nar u d-duħħan:

Operatur għandu jiżgura li:

1.

Kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jingħata taħriġ realistiku u prattiku fl-użu tat-tagħmir kollu għat-tifi tan-nar inkluż l-ilbies protettiv simili għal dak li jinġarr fuq l-ajruplan. Dan it-taħriġ irid jinkludi:

(i)

it-tifi ta' nar karatteristiku ta' ġewwa ta' ajruplan ħlief, li fil-każ ta' ‘Halon extinguishers’, tista' tintuża kimika alternattiva li titfi n-nar; u

(ii)

l-ilbies u l-użu ta' tagħmir protettiv tan-nifs ġo ambjent simulat magħluq, u mimli duħħan.

(ċ)

Operazzjonijiet tal-bibien u ta' ħruġ:

Operatur għandu jiżgura li:

1.

Kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jopera u jiftaħ effettivament il-ħruġ normali u dawk ta' emerġenza għall-evakwazzjoni tal-passiġġiera ġo ajruplan jew f'apparat ta' taħriġ rappresentativ; u

2.

jintwerew l-operazzjonijiet ta' kull ħruġ ieħor, bħat-twieqi tal-gverta ta' l-ajruplan.

(d)

Taħriġ ta' evakwazzjoni permezz taż-żurżieqa:

Operatur għandu jiżgura li:

1.

Kull wieħed mill-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jinżel żurżieqa ta' evakwazzjoni minn għoli simili għal dak tal-ħoġor tal-gverta prinċipali ta' l-ajruplan;

2.

iż-żurżieqa titpoġġa ma' ajruplan jew ma' apparat ta' taħriġ simili; u

3.

inżul ieħor isir meta l-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jikkwalifika fuq tip ta' ajruplan li fih l-għoli tal-ħoġor tal-ftuħ tal-ħruġ tal-gverta prinċipali hi differenti b'mod sinifikanti minn kull tip ta' ajruplan differenti li jkun ġie operat qabel.

(e)

Proċeduri ta' evakwazzjoni u sitwazzjonijiet ta' emerġenza oħra:

Operatur għandu jiżgura li:

1.

taħriġ ta' evakwazzjoni f'emerġenza jinkludi l-għarfien ta' evakwazzjonijiet ta' emerġenza ppjanati jew mhux ippjanati fuq l-art jew fl-ilma. Dan it-taħriġ irid jinkludi l-għarfien ta' meta l-ħruġ ma jkunx jista' jintuża jew meta t-tagħmir ta' l-evakwazzjoni ma jkunx jistà jintuża; u

2.

kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jiġi mħarreġ biex jiġġestixxi ma dan li ġej:

(i)

f'nar waqt titjira, b'enfasi partikolari fuq l-identifikazzjoni ta' l-oriġini effettiv tan-nar;

(ii)

turbolenza gravi ta' l-ajru;

(iii)

dekompressjoni f'daqqa, inkluż l-ilbies tat-tagħmir portabbli ta' l-ossiġinu min kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina; u

(iv)

emerġenzi oħra waqt titjira.

(f)

Kontroll ta' folla.

Operatur għandu jiżgura li jingħata taħriġ fuq aspetti prattiċi tal-kontroll ta' folla f'sitwazzjonijiet varji ta' emerġenza, kif applikabbli għat-tip ta' ajruplan.

(g)

Inkapaċità tal-pilota.

Operatur għandu jiżgura li, sakemm l-ekwipaġġ tat-titjir minimu hu aktar minn tnejn, kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina hu mħarreġ fil-proċedura għall-inkapaċità ta' membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira u għandu jħaddem il-mekkaniżmi tas-sit u l-qfil. It-taħriġ fl-użu tas-sistema ta' l-ossiġnu tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira u l-użu tal-lista ta' kontroll tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, fejn meħtieġa mill-SOP ta' l-operatur, għandhom jitwettqu b'dimostrazzjoni prattika

(h)

Tagħmir ta' sigurtà.

Operatur għandu jiżgura li kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jingħata taħriġ realistiku fuq, u wirja tal-post u l-użu ta' tagħmir ta' sigurtà inklużi li ġejjin:

1.

żurżieqi, u fejn ma jinġarru żurżieqi li ma jsostnux ruħhom, l-użu ta' kwalunkwe ħbula assoċjati;

2.

ċattri ta' salvataġġ u ċattri ta' salvataġġ żurżieqa, inkluż it-tagħmir marbut ma', u/jew li jinġarr fiċ-ċattra;

3.

ġakketti ta' salvataġġ, ġakketti ta' salvataġġ tat-tfal żgħar u bennieni li joqogħdu f'wiċċ l-ilma;

4.

sistemi ta' ossiġinu li jinħarġu barra;

5.

ossiġinu ta' l-ewwel għajnuna;

6.

bombli għat-tifi tan-nar;

7.

mannara tan-nar jew stanga tal-ftuħ;

8.

dwal ta' emerġenza nklużi torċi;

9.

tagħmir ta' komunikazzjoni inklużi megafoni;

10.

pakki ta' sopravvivenza inkluż il-kontenut tagħhom;

11.

murtali (apparat effettiv jew simili);

12.

kitts ta' l-ewwel għajnuna, il-kontenut tagħhom, u tagħmir mediku ta' emerġenza; u

13.

tagħmir jew sistemi oħra ta' sigurtà tal-kabina, fejn applikabbli.

(i)

Wirjiet li jinfurmaw lill-passiġġiera fuq is-sigurtà.

Operatur għandu jiżgura li t-taħriġ jingħata bi preparazzjoni tal-passiġġiera għal sitwazzjonijiet normali u ta' emerġenza skond l-OPS 1.285.

(j)

Il-Ġestjoni tar-Riżorsi ta' l-Ekwipaġġ. Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jtemm Taħriġ CRM ta' l-Operatur li jkopri l-elementi tat-Taħriġ fl-Appendiċi 2 ta' l-OPS 1.1005/1.1010/1.1015 Tabella 1, fil-Kolonna (a) sal-livell meħtieġ fil-Kolonna (ċ) qabel ma jibda CRM speċifiku tat-tip ta' l-ajruplan u/jew taħriġ CRM rikorrenti.

(2)

Meta l-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jieħu kors ta' adattament fuq tip ta' ajruplan ieħor, l-elementi ta' taħriġ fl-Appendiċi 2 ta' l-OPS 1.1005/1.1010/1.1015 Tabella 1. Kolonna (a) għandhom ikunu koperti sal-livell meħtieġ fil-Kolonna (d), CRM speċifiku tat-tip ta' l-ajruplan

(3)

It-taħriġ CRM ta' l-Operatur u CRM Speċifiku tat-Tip ta' l-ajruplan għandu jitmexxa minn ta' l-inqas istruttur tas-CRM ta' l-ekwipaġġ tal-kabina wieħed.

Anness 1 għal OPS 1.1015

Taħriġ rikorrenti

(a)

Operatur għandu jiżgura li taħriġ rikorrenti jsir min persuni bi kwalifiki xierqa.

(b)

Operatur għandu jiżgura li kull 12-il xahar tal-kalendarju ta' taħriġ prattiku jinkludi li ġej:

1.

Proċeduri ta' emerġenza inkluża l-inkapaċità tal-pilota;

2.

Proċeduri ta' evakwazzjoni inkluż it-tekniki għall-kontroll tal-folla;

3.

Taħriġ fiżiku minn kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina biex jinfetħu l-ħruġ normali u dawk ta' emerġenza għall-evakwazzjoni tal-passiġġiera;

4.

Il-post u l-immaniġġar tat-tagħmir ta' emerġenza, inklużi sistemi ta' ossiġinu, u l-ilbies minn kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina ta' gkieket ta' salvataġġ, ossiġinu portabbli u tagħmir protettiv għaat-teħid tan-nifs (PBE);

5.

L-ewwel għajnuna u l-kontenut tal-kitt ta' l-ewwel għajnuna;

6.

Stivar ta' oġġetti fil-kabina;

7.

Proċeduri ta' sigurtà

8.

Reviżjoni ta' inċidenti u aċċidenti

9.

Ġestjoni tar-riżorsi ta' l-ekwipaġġ. Operatur għandu jiżgura li t-taħriġ CRM jissodisfa dan li ġej:

(i)

L-elementi tat-taħriġ fl-Appendiċi 2 ta' l-OPS 1.1005/1.1010/1/1.1015 Tabella 1, Kolonna (a) għandha tkun koperta fi ċiklu ta'tliet snin sal-livell meħtieġ mill-Kolonna (e), Taħriġ tas-CRM rikorrenti annwali.

(ii)

It-tifsira u l-implimentazzjoni ta' dan is-sillabu għandu jkun immexxi mill-istruttur tas-CRM ta' l-ekwipaġġ tal-kabina.

(iii)

Meta taħriġ tas-CRM jingħata minn moduli distinti (stand-alone), għandhom jingħataw minn ta' l-inqas istruttur CRM ta' l-ekwipaġġ tal-kabina wieħed.

(c)

Operatur għandu jiżgura illi, f'intervalli li ma jaqbżux it-3 snin, it-taħriġ rikorrenti jinkludi ukoll;

1.

l-operazzjoni u l-ftuħ effettiv ta' kull ħruġ normali u dawk ta' emerġenża għall-evakwazzjoni tal-passiġġiera li qegħdin ġo inġenju ta' l-ajru jew apparat ta' taħriġ li jirrapreżentah;

2.

wirja ta' l-operazzjoni ta' kull ħruġ ieħor;

3.

taħriġ realistiku u prattiku fl-użu ta' tagħmir għat-tifi tan-nar, inkluż ħwejjeg protettiv, li jirrapreżenta dak li jinġarr fuq l-inġenju ta' l-ajru.

Dan it-taħriġ irid jikludi:

(i)

tifi ta' nar karatteristiku ta' nar fl-intern ta' ajruplan ħlief li, fil-każ tal-‘Halon extinguishers’, jista' jintuża aġent alternattiv li jitfi n-nar; u

(ii)

l-ilbies u l-użu ta' tagħmir protettiv għan-nifs min kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina f'ambjent simulat magħluq u mimli duħħan.

4.

l-użu ta' murtali (apparat jew effettiv rappresentattiv); u

5.

wirja ta' l-użu taċ-ċattri ta' salvataġġ, jew ċattri ta' salvataġġ zurzieqa, fejn impoġġija.

6

Operatur għandu jiżgura illi, għajr jekk l-ekwipaġġ tat-titjira minimu huwa aktar minn tnejn, kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina huwa mħarreġ fil-proċedura għall-inkapaċità tal-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira u għandu jħaddem is-sit u l-mekkaniżmu tal-qfil. It-taħriġ fl-użu tas-sistema ta' l-ossiġnu tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira u l-użu taċ-check lists tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, meta meħtieġa mill-SOP ta' l-operatur, għandhom isiru permezz ta' wirja prattika.

(d)

Operatur għandu jiżgura li r-rekwiżiti xierqa ta' l-Anness III, OPS 1 huma nklużi fit-taħriġ tal-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina.

Appendiċita' l OPS 1.1020

Taħriġ ta' aġġornament

Operatur għandu jiżgura li t-taħriġ ta' aġġornament jitmexxa minn persuni bi kwalifiki adatti u, għal kull membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina, jikludi mill-inqas dan li ġej:

(1)

Proċeduri ta' emerġenza inkluża l-inkapaċità tal-pilota;

(2)

Proċeduri ta' evakwazzjoni inkluż tekniki għall-kontroll tal-folla;

(3)

L-operazzjoni u l-ftuħ effettiv ta' kull ħruġ normali u dawk ta' emerġenza għall-evakwazzjoni tal-passiġġiera ġo ajruplan jew apparat ta' taħriġ li jirrappreżentah;

(4)

Wirja ta' l-operazzjoni ta' kull ħruġ ieħor inkluż twieqi tal-gverta ta' l-ajruplan;

(5)

Il-post u l-immaniġġar tat-tagħmir ta' emerġenza, inklużi sistemi ta' ossiġinu, u l-ilbies tal-ġkieket ta' salvataġġ, ossiġinu portabbli u tagħmir protettiv għat-tehid tan-nifs.

Appendiċi 2 sa' OPS 1.1005/1.1010/1.1015

Taħriġ

1.

Is-sillabi tat-taħriġ CRM, flimkien mal-metodoloġija u t-terminoloġija CRM, għandhom ikunu nklużi fil-Manwal tat-Tħaddim.

2.

Tabella 1 turi liema elementi tas- CRM għandhom jkunu inklużi f'kull tip ta' taħriġ.

Tabella 1

Taħriġ CRM:

Elementi tat-Taħriġ

Kors tas-CRM introduttiv

Taħriġ tas-CRM ta' l-Operatur

CRM Speċifiku għat — Tip ta' ajruplan

Taħriġ CRM Rikorrenti Annwali

Kors ta' l-Ekwipaġġ — Għoli tal-Kabina

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)

Prinċipji Ġenerali

Fatturi umani fl-avjazzjoni

Fil-fond

Mhux meħtieġ

Mhux meħtieġ

Ħarsa Ġenerali

 

Struzzjonijiet Ġenerali dwar il-prinċipji u l-oġġettiv CRM

Mhux meħtieġ

Eżekuzzjoni u tas-limitazzjonijiet umani

 

 

 

 

 

Mill-perspettiva tal-Membru individwali ta' l-ekwipaġġ tal-kabina

Għarfien tal-Personalità, żball u affidibilità umana, attitudni u mġieba, stima personali

 

 

 

 

 

Stress u l-immaniġġar ta' l-istress

 

 

 

 

 

Għejja u viġilanza

Fil-fond

Mhux meħtieġ

Mhux meħtieġ

Ħarsa Ġenerali

(ċiklu ta' 3 snin)

Mhux meħtieġ

Kapaċità li wieħed jesprimi xi jrid

Għarfien tas-sitwazzjoni, akkwist u pproċessar ta' l-informazzjoni

 

 

 

 

 

Mill-perspettiva ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajruplan kollu

Prevenzjoni u sejbien ta' l-iżball

 

 

 

 

 

Għarfien tas-sitwazzjoni maqsuma, akkwist u pproċessar ta' l-informazzjoni

 

 

 

Ħarsa Ġenerali

 

Immaniġġjar tat-tagħbija tax-xogħol

 

 

 

(ċiklu ta' 3 snin)

 

Komunikjazzjoni u koordinazzjoni effettiva bejn il-membri ta' l-ekwipaġġ kollha inkluż l-ekwipaġġ tat-titjira kif ukoll il-Membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina mingħajr esperjenza, differenzi kulturali

Mhux meħtieġ

Fil-fond

Rilevanti għat-tip(i)

 

Rinfurzar

(rilevanti għax-xogħolijiet ta' l-ekwipaġġ għoli tal-kabina)

Tmexxija, kooperazzjoni, sinerġija, teħid tad-deċiżjonijiet, delegar

 

 

 

 

 

Responsabbiltajiet individwali u tat-tim, Teħid tad-deċiżjonijiet, u azzjonijiet

 

 

 

 

 

Identifikiazzjoni u mmaniġġar tal-fatturi umani tal-passiġiera: kontroll tal-folla, stress tal-passiġiera, immaniġġar tal-kunflitt fatturi mediċin

 

 

 

 

 

Partikolaritajiet relatati mat-tipi ta' l-ajruplan (qafas dojoq/wesgħin, gverta waħda/ diversi), kompożizzjoni tal--ekwipaġġ tat-titjira u ekwipaġġ tal-kabina u numru tal-passiġiera

 

Mhux meħtieġ

Fil-fond

 

 

Mill-perspettiva ta' l-operatur u ta' l-organizzazzjoni

Kultura tas-sigurtà fatturi ta' l-organizzazzjoni ta' l-SOP, fatturi marbuta mat-tip ta' operazzjoni

 

 

 

 

 

Komunikazzjoni u koordinazzjoni effettiva u ma' persunal tal-ħidma ieħor u servizzi fl-art

Mhux meħtieġ

Fil-fond

Rilevanti għat-tip (i)

Ħarsa Ġenerali (ċiklu ta' 3 snin)

 

Parteċipazzjoni fir-rappurtar ta' inċidenti u aċċidenti tas-sigurtà fil-kabina

 

 

 

 

 

Studji bbażati fuq il-każ (ara nota)

 

Meħtieġ

 

Meħtieġ

 

Nota:

Fil-kolonna (d), jekk mhux disponibbli studji bbażati fuq ġrajjiet speċifiċi għat-tip ta' l-ajruplan, jitieħed kont ta' studji bbażati fuq ġrajjiet oħra li jistgħu jkunu rappreżentati għat-tip u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ħidma

SUBPARTI P

MANWALI, ĠURNALI U REĠISTRI

OPS 1.1040

Regoli Ġenerali għall-Manwali tat-Tħaddim

(a)

Operatur għandu jiżgura illi l-Manwal tat-Tħaddim jkun fih l-istruzzjonijiet u t-tagħrif neċessarju kollu għall-persunal ta' l-operazzjonijiet sabiex iwettqu x-xogħolijiet tagħhom.

(b)

Operatur għandu jiżgura li l-kontenut tal-Manwal tat-Tħaddim, inklużi l-emendi jew ir-reviżjonijiet kollha, ma jiksrux il-kondizzjonijiet li hemm fiċ-Ċertifikat ta' l-Operatur ta' l-Ajru (AOC) jew kwalunkwe regolamenti applikabbli u li huma aċċetabbli għal, jew, fejn japplika, approvati mill-Awtorità.

(ċ)

Għajr jekk ikun approvat mod ieħor mill-Awtorità, jew preskritt mill-liġi nazzjonali, operatur għandu jipprepara l-Manwal tat-Tħaddim fil-lingwa Ingliża. Minbarra dan, operatur jista' jagħmel traduzzjoni u juża dak il-manwal, jew parti minnu, f'lingwa oħra.

(d)

Jekk ikun neċessarju għal operatur li jipproduċi Manwali tat-Tħaddim ġodda jew l-akbar partijiet/volumi minnu, huwa għandu jagħmel dan skond is-Subparagrafu (c) hawn fuq.

(e)

Operatur jista' joħroġ il-Manwal tat-Tħaddim f'volumi separati.

(f)

Operatur għandu jiżgura li l-persunal ta' l-operazzjonijiet kollha għandhom aċċess faċli għall-kopja ta' kull parti tal-Manwal tat-Tħaddim li huwa rilevanti għad-dmirijiet tagħhom. Minbarra dan, l-operatur għandu jagħti lill-membri ta' l-ekwipaġġ b'kopja personali ta', jew taqsimiet minn, Partijiet A u B tal-Manwal tat-Tħaddim kif huma rilevanti għall-istudju personali.

(g)

Operatur għandu jiżgura illi l-Manwal tat-Tħaddim huwa emendat jew rivedut sabiex illi l-istruzzjonijiet u t-tagħrif fih jinżammu aġġornati. L-operatur għandu jiżgura li l-persunal ta' l-operazzjonijiet kollha ikunu jafu dwar dawk it-tibdiliet li huma rilevanti għad-dmirijiet tagħhom.

(h)

Kull detentur tal-Manwal tat-Tħaddim, jew partijiet xierqa tiegħu, għandu jżomm dan aġġornat ma' l-emendi jew ir-reviżjonijiet mogħtija mill-operatur.

(i)

Operatur għandu jagħti lill-Awtorità b'emendi jew reviżjonijiet maħsuba 'l quddiem mid-data effettiva. Meta l-emenda tikkonċerna kwalunkwe parti tal-Manwal tat-Tħaddim li għandu jkun approvat skond l-OPS, din l-approvazzjoni għandha tinkiseb qabel l-emenda ssir effettiva. Meta emendi jew reviżjonijiet immedjati huma meħtieġa fl-interess tas-sigurtà, jistgħu jkunu ppubblikati u applikati immedjatament, sakemm tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni meħtieġa.

(j)

Operatur għandu jinkorpora l-emendi u r-reviżjonijiet kollha mitluba mill-Awtorità.

(k)

Operatur għandu jiżgura li informazzjoni meħuda minn dokumenti approvati, u kwalunkwe emenda ta' din id-dokumentazzjoni approvata, tidher b'mod korrett fil-Manwal tat-Tħaddim u illi l-Manwal tat-Tħaddim ma fihx tagħrif kuntrarju għal kwalunkwe dokumentazzjoni approvata. Madankollu, din ir-rekwiżit ma jevitax lill-operatur milli juża data u proċeduri aktar konservativi.

(l)

Operatur għandu jiżgura li l-kontenuti tal-Manwal tat-Tħaddim huma preżentati f'forma li biha jistgħu jintużaw mingħajr diffikultà. Id-disinn tal-Manwal tat- Tħaddim għandu josserva l-prinċipji tal-Fatturi Umani.

(m)

Operatur jista' jingħata l-permess mill-Awtorità li jippreżenta l-Manwal tat-Tħaddim jew partijiet minnu f'forma minbarra fuq karta stampata. F'dawn il-każijiet livelli aċċetabbli ta' aċċessibilità, użabbilità u affidibilità għandhom ikunu żgurati.

(n)

L-użu ta' forma mqassra tal-Manwal tat-Tħaddim ma jeżentax l-operatur mir-rekwiżit ta' l-OPS 1.130.

OPS 1.1045

Manwal tat- Tħaddim — struttura u kontenut

(Ara l-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1045)

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-istruttura prinċipali tal-Manwal tat-Tħaddim hija kif ġej:

Parti A: Ġenerali/Bażika

Din il-parti għandu jkun fiha l-politika, l-istruzzjonijiet u l-proċeduri kollha tal-ħidma mhux relatata mat-tip meħtieġa għall-operazzjoni mingħajr periklu.

Parti B: Kwistjonijiet tal-Ħidma ta' l-ajruplan

Din il-parti għandu jkun fiha l-istruzzjonijiet u l-proċeduri kollha relatati mat-tip meħtieġa għall-operazzjoni mingħajr periklu. Għandha tieħu kont ta' kwalunkwe differenzi bejn it-tipi, il-varjanti jew l-ajruplan individwali użati mill-operatur.

Parti C: Struzzjonijiet u Tagħrif dwar ir-Rotta u l-Ajrudrom

Din il-parti għandu jkun fiha l-istruzzjonijiet u t-tagħrif kollha meħtieġa għaż-żona tal-ħidma.

Parti D: Taħriġ

Din il-parti għandu jkun fiha l-istruzzjonijiet tat-taħriġ kollha għall-persunal meħtieġa għall-ħidma mingħajr periklu.

(b)

Operatur għandu jiżgura li l-kontenuti tal-Manwal tat-Tħaddim huma skond l-Appendiċi 1 sa' OPS 1.1045 u rilevanti għaż-żona u t-tip tal-ħidma.

(ċ)

Operatur għandu jiżgura illi, l-istruttura dettaljata tal-Manwal tat-Tħaddim huwa aċċetabbli għall-Awtorità.

OPS 1.1050

Manwal tat-Titjir ta' l-ajruplan

Operatur għandu jżomm Manwal tat-Titjir ta' l-ajruplan approvat u aġġornat jew dokument ekwivalenti għal kull ajruplan li huwa jħaddem.

OPS 1.1055

Ġurnal tal-Vjaġġ

(a)

Operatur għandu jżomm it-tagħrif li ġej għal kull titjira fil-forma ta' Ġurnal tal-Vjaġġ:

(1)

Reġistrazzjoni ta' l-ajruplan;

(2)

Data;

(3)

Isem(ijiet) tal-membru(i) ta' l-ekwipaġġ;

(4)

Xogħol assenjat lill-membru(i) ta' l-ekwipaġġ;

(5)

Post tat-tluq;

(6)

Post tal-wasla;

(7)

Ħin tat-tluq (off-block time);

(8)

Ħin tal-wasla (on-block time);

(9)

Sigħat tat-titjira;

(10)

Natura tat-titjira;

(11)

Inċidenti, osservazzjonijiet (jekk ikun hemm); u

(12)

Il-firma tal-kmandant (jew l-ekwivalenti).

(b)

Operatur jista' jkun permess li ma jżommx ġurnal tal-vjaġġ ta' l-ajruplan, jew partijiet minnu, mill-Awtorità jekk it-tagħrif rilevanti huwa disponibbli f'dokumentazzjoni oħra.

(ċ)

Operatur għandu jiżgura li d-daħliet kollha jsiru fl-istess ħin u li huma ta' natura permanenti.

OPS 1.1060

Pjan operattiv tat-titjira

(a)

Operatur għandu jiżgura li l-pjan operattiv tat-titjira użat u d-daħliet li saru matul it-titjira jkun fihom dawn li ġejjin:

(1)

Reġistrazzjoni ta' l-ajruplan;

(2)

Tip u varjant ta' l-ajruplan;

(3)

Data tat-titjira;

(4)

Identifikazzjoni tat-titjira;

(5)

Ismijiet tal-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira;

(6)

Tqassim tax-xogħol bejn il-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira;

(7)

Post tat-tluq;

(8)

Ħin tat-tluq (ħin effettiv off-block, ħin tat-tluq);

(9)

Post tal-wasla (ippjannat u effettiv);

(10)

Ħin tal-wasla (inżul effettiv u ħin on-block);

(11)

Tip ta' ħidma (ETOPS, VFR, ta' trasferiment (Ferry flight), eċċ.)

(12)

Rotta u partijiet tar-rotta b'punti ta' kontroll(checkpoints)/ waypoints, distanzi, ħin u linji;

(13)

Veloċità moderata ppjanata u ħinijiet tat-titjira bejn punti ta' kontroll /waypoints. Ħinijiet stmati u effettivi 'l fuq mill-art;

(14)

Altitudnijiet mingħajr periklu u livelli minimi;

(15)

Altitudni ppjanati u livelli tat-titjira;

(16)

Kalkoli tal-fjuwil (reġistri tal-kontrolli tal-fjuwil matul it-titjira);

(17)

Fjuwil abbord meta jibdew il-magni;

(18)

Alternattiv(i) għad-destinazzjoni u, fejn applikabbli, tluq u fir-rotta, inkluż tagħrif meħtieġ fis-sub-paragrafi (12), (13), (14), u (15) hawn fuq;

(19)

Awtorizzazzjoni inizjali tal-Pjan tat-Titjira ATS u awtorizzazzjoni mill-ġdid sussegwenti;

(20)

Kalkoli ta' l-ippjanar mill-ġdid matul it-titjira; u

(21)

Tagħrif meterjoloġiku rilevanti.

(b)

Oġġetti li huma disponibbli minnufih f'dokumentazzjoni oħra jew minn sors aċċetabbli ieħor jew li huma rrilevanti għat-tip ta' ħidma jistgħu jitħallew barra mill-pjan operattiv tat-titjira.

(ċ)

Operatur għandu jiżgura illi l-pjan operattiv tat-titjira u l-użu tagħha huwa spjegat fil-Manwal tat-Tħaddim.

(d)

Operatur għandu jiżgura li d-daħliet kollha fuq il-pjan operattiv tat-titjira jsiru fl-istess ħin u illi huma ta' natura permanenti.

OPS 1.1065

Perjodi tal-ħażna tad-dokument

Operatur għandu jiżgura li r-reġistri kollha u t-tagħrif tal-ħidma u tekniku rilevanti kollu għal kull titjira individwali, jinħażnu għall-perjodi preskritti fl-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1065.

OPS 1.1070

L-Espożizzjoni tal-ġestjoni ta' l-operatur taż-żamma ta' l-adegwatezza għat-titjir

Operatur għandu jżomm espożizzjoni kurrenti u approvata tal-ġestjoni taż-żamma ta' l-adegwatezza għat-titjir kif preskritt fil-Parti M, paragrafu M.A.704.

OPS 1.1071

Ġurnal Tekniku ta' l-ajruplan

Operatur għandu jżomm ġurnal tekniku ta' l-ajruplan kif preskritt fl-OPS 1.915.

Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1045

Kontenut tal-Manwal tat-Tħaddim

Operatur għandu jiżgura li l-Manwal tat-Tħaddim ikun fih dan li ġej:

A.   ĠENERALI/BAŻIKA

0   AMMINISTRAZZJONI U KONTROLL TAL-MANWAL TAT-TĦADDIM

0.1.   Introduzzjoni

(a)

Dikjarazzjoni illi l-manwal jikkonforma mar-regolamenti applikabbli kollha u mat-termini u l-kondizzjonijiet taċ-Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru applikabbli.

(b)

Dikjarazzjoni li l-manwal fih struzzjonijiet tal-ħidma li l-persunal rilevanti għandu jikkonforma magħhom.

(ċ)

Lista u deskrizzjoni fil-qosor tal-partijiet differenti, il-kontenut, l-applikabbilità u l-użu tagħhom.

(d)

Spjegazzjonijiet u tifsiriet tat-termini u l-kliem meħtieġa għall-użu tal-manwal.

0.2.   Sistema ta' emenda u reviżjoni

(a)

Dettalji tal-persuna(i) responsabbli għall-ħruġ u d-daħliet ta' emendi u reviżjonijiet.

(b)

Reġistru ta' l-emendi u reviżjonijiet bid-dati tad-dħul u d-dati effettivi.

(ċ)

Dikjarazzjoni illi l-emendi u r-reviżjonijiet miktubin bl-idejn mhumiex permessi għajr f'sitwazzjonijiet li jitolbu emenda jew reviżjoni immedjata fl-interess tas-sigurtà.

(d)

Deskrizzjoni tas-sistema għall-annotazzjoni tal-paġni u d-dati effettivi tagħhom.

(e)

Lista tal-paġni effettivi.

(f)

Annotazzjoni ta' bidliet (fuq il-paġni tat-test u, sakemm ikun pratikabbli, fuq karti u dijagrammi).

(g)

Reviżjonijiet temporanji.

Deskrizzjoni tas-sistema ta' distribuzzjoni għall-manwali, emendi u reviżjonijiet.

1   ORGANIZZAZZJONI U RESPONSABBILTAJIET

1.1.

Struttura ta' l-organizzazzjoni. Deskrizzjoni ta' l-istruttura ta' l-organizzazzjoni inkluż l-organigramma tal-kumpanija ġenerali u l-organigramma tad-dipartimenti tal-ħidmiet. L-organigramma għandha turi r-relazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Ħidmiet u d-Dipartimenti l-oħra tal-kumpannija. B'mod partikolari, is-subordinazzjoni u l-linji tar-rappurtar tad-Diviżjonijiet, id-Dipartimenti eċċ kollha, li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà tal-ħidmiet tat-titjir, għandhom jintwerew.

1.2.

Persuna maħtura f'kariga. L-isem ta' kull persuna maħtura f'kariga għall-ħidmiet tat-titjira, is-sistema tal-manutenzjoni, it-taħriġ ta' l-ekwipaġġ u l-ħidmiet fl-art, kif preskritti fl-OPS 1.175(i). Għandha tkun inkluża deskrizzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom.

1.3.

Responsabbiltajiet u dmirijiet tal-persunal tal-ġestjoni tal-ħidmiet. Deskrizzjoni tad-dmirijiet, ir-responsabbiltajiet u l-awtorità tal-persunal tal-ġestjoni tal-ħidmiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà tat-titjira u l-konformità mar-regolamenti applikabbli.

1.4.

Awtorità, dmirijiet u responsabbiltajiet tal-kmandant. Dikjarazzjonijiet li tispjega l-awtorità, id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-kmandant.

1.5.

Dmirijiet u responsabbiltajiet tal-membri ta' l-ekwipaġġ minbarra l-kmandant.

2   KONTROLL U SORVELJANZA TAL-ĦIDMA

2.1.

Sorveljanza tal-ħidma mill-operatur. Spjegazzjoni tas-sistema għas-sorveljanza tal-ħidma mill-operatur (ara OPS 1.175(g)). Din għandha turi kif is-sigurtà tal-ħidmiet tat-titjir u l-kwalifiki tal-persunal għandhom ikunu sorveljati. B'mod partikolari, il-proċeduri relatati mas-suġġetti li ġejjin għandhom ikunu spjegati:

(a)

Il-Validità tal-liċenzji u tal-kwalifiki;

(b)

Kompetenza tal-persunal tal-ħidma; u

(ċ)

Kontroll, analiżi u ħażna tar-reġistri, dokumenti tat-titjira, tagħrif u data addizzjonali.

2.2.

Sistema ta' promulgazzjoni ta' struzzjonijiet u informazzjoni tal-ħidma addizzjonali. Spjegazzjoni ta' kwalunkwe sistema għall-promulgazzjoni tat-tagħrif li jista' jkun ta' natura operattiva iżda huwa supplimentari għal dak fil-Manwal tat-Tħaddim. L-applikabbilità ta' dan it-tagħrif u r-responsabbiltajiet għall-promulgazzjoni tiegħu għandha tkun inkluża.

2.3

Prevenzjoni ta' l-aċċidenti u programm tas-sigurtà tat-titjira. Spjegazzjoni ta' l-aspetti prinċipali tal-programm tas-sigurtà tat-titjira.

2.4.

Kontroll tal-ħidma. Spjegazzjoni tal-proċeduri u r-responsabbiltajiet neċessarji sabiex jintuża l-kontroll tal-ħidma fir-rigward tas-sigurtà tat-titjira.

2.5.

Is-setgħat ta' l-Awtorità. Spjegazzjoni tas-setgħat ta' l-Awtorità, u gwida lill-istaff ta' kif iħaffu l-ispezzjonijiet mill-persunal ta' l-Awtorità.

3   SISTEMA TA' KWALITA'

Spjegazzjoni tas-sistema ta' kwalità adottata tinkludi ta' l-inqas:

(a)

Politika tal-kwalità;

(b)

Spjegazzjoni ta' l-organizazzjoni tas-Sistema tal-Kwalità; u

(ċ)

Allokazzjoni tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet.

4   KOMPOŻIZZJONI TA' L-EKWIPAĠĠ

4.1.

Kompożizzjoni ta' l-Ekwipaġġ. Spjegazzjoni tal-metodu sabiex jiġu stabbiliti l-kompożizzjonijiet ta' l-ekwipaġġ filwaqt li jittieħed kont ta' dan li ġej:

(a)

It-tip ta' ajruplan li jkun qiegħed jintuża;

(b)

Iż-żona u t-tip ta' ħidma li tkun qiegħda ssir;

(ċ)

Il-fażi tat-titjira;

(d)

Ir-rekwiżit tan-numru ta' l-ekwiġpaġġ minimu u l-perjodu tax-xogħol tat-titjira ppjanat;

(e)

Esperjenza (totali u dwar it-tip), attività riċenti u kwalifika tal-membri ta' l-ekwipaġġ; u

(f)

Il-ħatra tal-kmandant u, jekk meħtieġ mid-dewmien tat-titjira, il-proċeduri għas-sostitut tal-kmandant jew membri oħra ta' l-ekwipaġġ tat-titjira (Ara l-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.940).

(g)

Il-ħatra tal-membru għoli ta' l-ekwipaġġ tal-kabina u, jekk meħtieġ mid-dewmien tat-titjira, il-proċeduri għas-sostitut tal-membru għoli ta' l-ekwipaġġ tal-kabina u kwalunkwe membru ieħor ta' l-ekwipaġġ tal-kabina.

4.2.

Ħatra tal-kmandant. Ir-regoli applikabbli għall-ħatra tal-kmandant.

4.3

Inkapaċità ta' l-ekwipaġġ tat-titjira. Struzzjonijiet dwar is-suċċessjoni tal-kmand f'każ ta' inkapaċità ta' l-ekwipaġġ tat-titjira.

4.4.

Ħidma ta' aktar minn tip wieħed. Dikjarazzjoni li turi liema ajruplan jitqiesu bħala tip wieħed għall-iskop ta':

(a)

Skedar ta' l-ekwipaġġ tat-titjira; u

(b)

Skedar ta' l-ekwipaġġ tal-kabina.

5   REKWIŻITI TAL-KWALIFIKI

5.1.

Deskrizzjoni tal-liċenzja, klassifikata(i), kwalifika/kompetenza (e.ż. għar-rotot u l-ajrudromi), esperjenza, taħriġ, ikkontrollar u l-attività riċenti għall-persunal tal-ħidmiet sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom. Għandha tingħata konsiderazzjoni għat-tip ta' l-ajruplan, it-tip tal-ħidma u l-kompożizzjoni ta' l-ekwipaġġ.

5.2.

Ekwipaġġ tat-titjira

(a)

Kmandant.

(b)

Pilota li jissostitwixxi l-kmandant.

(ċ)

Ko-pilota.

(d)

Pilota taħt sorveljanza.

(e)

Operatur tal-panel tas-sistema.

(f)

Ħidma fuq aktar minn tip wieħed jew varjant.

5.3.

Ekwipaġġ tal-kabina.

(a)

Membru għoli ta' l-ekwipaġġ tal-kabina.

(b)

Membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina.

(i)

Membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina meħtieġ.

(ii)

Membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina addizzjonali u Membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina matul it-titjiriet tal-familjarizzazzjoni.

(ċ)

Ħidma fuq aktar minn tip jew varjant wieħed.

5.4.

Persunal tat-taħriġ, ikkontrollar u s-sorveljanza.

(a)

Għall-ekwipaġġ tat-titjira.

(b)

Għall-ekwipaġġ tal-kabina.

5.5.

Persunal ta' l-operazzjonijiet oħra

6   PREKAWZZJONIJIET GĦAS-SAĦĦA TA' L-EKWIPAĠĠ

6.1.

Prekawzjonijiet għas-saħħa ta' l-ekwipaġġ. Ir-regolamenti u l-gwida rilevanti għall-membri ta' l-ekwipaġġ dwar is-saħħa jinkludu:

(a)

Alkol u xorb ieħor li jsakkar;

(b)

Narkotiċi;

(ċ)

Drogi;

(d)

Pilloli ta' l-irqad;

(e)

Preparazzjonijiet farmaċewtiċi;

(f)

Immunizazzjoni;

(g)

Għads fil-fond;

(h)

L-għoti tad-demm;

(i)

Prekawzzjonijiet ta' l-ikel qabel u matul it-titjira;

(j)

Irqad u mistrieħ; u

(k)

Operazzjonijiet kirurġiċi.

7   LIMITAZZJONIJIET TAL-ĦIN TAT-TITJIR

7.1.

Limitazzjonijiet tal-Ħin tat-Titjir u tax-Xogħol u l-Ħtiġiet ta' Mistrieħ. L-iskema żviluppata mill-operatur skond il-ħtiġiet applikabbli.

7.2.

Qabża tal-limitazzjonijiet tal-ħin tat-titjir u tax-xogħol u/jew tnaqqis tal-perjodi tal-mistrieħ. Il-kondizzjonijiet li taħthom il-ħin tat-titjir u tax-xogħol jista' jinqabeż jew il-perjodi tal-mistrieħ jistgħu jitnaqqsu u l-proċeduri użati sabiex jirrapurtaw dawn il-bidliet.

8   PROĊEDURI TAL-ĦIDMA

8.1.   Istruzzjonijiet tal-Preparazzjoni tat-Titjira. Kif japplika għall-ħidma:

8.1.1.

Altitudni tat-Titjira Minima. Deskrizzjoni tal-metodu ta' għarfien u applikazzjoni ta' l-altitudni minimi jinkludu:

(a)

Proċedura sabiex jiġu stabbiliti l-altitudnijiet minimi/livelli tat-titjira għat-titjiriet VFR; u

(b)

Proċedura sabiex ikun stabbilit l-altitudni minima/livelli tat-titjira għat-titjiriet IFR.

8.1.2.

Il-kriterji u r-responsabbiltajiet għall-awtorizzazzjoni ta' l-użu ta' ajrudromi filwaqt li jittieħed kont tar-rekwiżiti applikabbli ta' Subpartijiet D, E, F, G, H, I u J.

8.1.3.

Metodi għat-twaqqif tal-valuri minimi operattivi ta' ajrudrom. Il-metodu sabiex jiġu stabbiliti l-valuri minimi operattivi ta' ajrudrom għal titjiriet IFR skond l-OPS 1 Subparti E. Għandha ssir riferenza għall-proċeduri sabiex tiġi stabbilita l-viżibilità u/jew l-limitu viżwali tar-runway u għall-applikabbilità tal-viżibbilità effettiva osservata mill-piloti, il-viżibbilità rappurtata u l-limitu viżwali tar-runway rappurtat.

8.1.4.

Valuri minimi Operattivi matul ir-rotta għat-Titjiriet VFR jew porzjonijiet ta' titjiriet VFR u, fejn jintużaw ajruplan b'magna waħda, struzzjonijiet għall-għażla tar-rotta fir-rigward għad-disponibbilità ta' uċuħ lli jippermettu inżul furzat mingħajr periklu.

8.1.5.

Preżentazzjoni u Applikazzjoni ta' Ajrudrom u Valuri Minimi operattivi matul ir-rotta

8.1.6.

Interpretazzjoni tat-tagħrif meterjoloġiku. Materjal ta' spjegazzjoni dwar id-dekowdjar ta' tbassiriet ta' l-MET u rapporti MET rilevanti għaż-żona tal-ħidma, inkluża l-interpretazzjoni ta' l-espressjoni kondizzjonali.

8.1.7.

Id-Deċiżjoni dwar il-kwantitajiet tal-fjuwil, żejt u metanol ta' l-ilma li jinġarru. Il-metodi li bihom il-kwantitajiet tal-fjuwil, iż-żejt, u l-metanol ta' l-ilma għandhom jinġarru huma stabbiliti u mħarsa matul it-titjira. Din it-taqsima għandha tinkludi ukoll struzzjonijiet dwar il-kejl u t-tqassim tal-fluwidu li jinġarr abbord. Dawn l-istruzzjonijiet għandhom jieħdu kont taċ-ċirkustanzi kollha li x'aktarx jiltaqgħu magħhom matul it-titjira, inkluż il-possibilità ta' ppjanar mill-ġdid u ħsara ta' waħda jew aktar mill-impjanti tal-qawwa ta' l-ajruplan matul it-titjira. Is-sistema sabiex jinżammu r-reġistri tal-fjuwil u taż-żejt għandhom ikunu deskritti wkoll.

8.1.8.

Massa u ċ-Ċentru ta' Gravità. Il-prinċipji ġenerali tal-massa u ċ-ċentru ta' gravità jinkludu:

(a)

Tifsiriet;

(b)

Metodi, proċeduri u responsabbiltajiet għall-preparazzjoni u l-aċċetazzjoni tal-massa u l-kalkoli taċ-ċentru tal-gravità;

(ċ)

Il-politika sabiex tintuża standard u/jew il-mases effettivi;

(d)

Il-metodu sabiex tiġi stabbilita l-massa tal-passiġiera, il-bagalja u tat-tagħbija applikabbli;

(e)

Il-mases applikabbli tal-passiġiera u l-bagalji għad-diversi tipi ta' operazzjonijiet u tipi ta' l-ajruplan;

(f)

Struzzjoni u tagħrif ġenerali neċessarju għall-verifika tad-diversi tipi ta' dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ fl-użu;

(g)

Il-proċeduri għal-Tibdiliet ta' l-Aħħar Minuta;

(h)

Gravità speċifika tal-fjuwil, żejt u l-metanol ta' l-ilma; u

(i)

Politika/proċeduri tal-postijiet ta' bilqiegħda.

8.1.9.

Pjan tat-Titjira ATS. Proċeduri u responsabbiltajiet għall-preparazzjoni u l-għoti tal-pjan tat-titjira tas-servizzi tat-traffiku ta' l-ajru. Fatturi li għandhom jitqiesu jinkludu l-mezzi ta' l-għoti kemm għall-pjanijiet tat-titjira individwali kif ukoll repettitivi.

8.1.10.

Pjan Operattiv tat-Titjira. Il-proċeduri u r-responsabbiltajiet għall-preparazzjoni u l-aċċetazzjoni tal-pjan operattiv tat-titjira. L-użu tal-pjan operattiv tat-titjira għandu jkun deskritt inkluż il-kampjuni tal-format tal-pjan operattiv tat-titjira li qed jintuża.

8.1.11.

Il-Ġurnal Tekniku ta' l-ajruplan ta' l-Operatur. Ir-responsabbiltajiet u l-użu tal-Ġurnal Tekniku ta' l-ajruplan ta' l-operatur għandhom ikunu deskritti, inklużi l-kampjuni tal-format użat.

8.1.12.

Lista ta' dokumenti, forom u tagħrif addizzjonali li għandu jinġarr.

8.2.   Struzzjonijiet ta' l-Immaniġġar fl-art

8.2.1.

Proċeduri għall-għoti tal-fjuwil. Deskrizzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-fjuwil, inkluż:

(a)

Prekawzjonijiet tas-sigurtà matul l-għoti tal-fjuwil mill-ġdid u t-tneħħija tal-fjuwil inkluż meta APU ikun qiegħed jaħdem jew meta magna turbina tkun qiegħda taħdem u prop-brakes ikunu mixgħula;

(b)

L-għoti tal-fjuwil mill-ġdid u t-tneħħija tal-fjuwil meta l-passiġiera jkunu qiegħdin jitilgħu fuq ajruplan, ikunu abbord jew ikunu qegħdin jinżlu minn fuq ajruplan; u

(ċ)

Prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex ikun evitat it-taħlit tal-fjuwil.

8.2.2.

Proċeduri fir-rigward ta' l-ajruplan, il-passiġiera u l-immaniġġar relatati mas-sigurtà. Deskrizzjoni tal-proċeduri ta' l-ijmmaniġġar li għandhom jintużaw meta jkunu allokati postijiet ta' bilqiegħda u t-tluq u l-inżul tal-passiġiera u meta jitgħabba jew jinħatt l-ajruplan. Proċeduri oħrajn, intiżi sabiex tintlaħaq is-sigurtà filwaqt li l-ajruplan huwa fuq ir-rampa, għandhom jingħataw ukoll. Il-proċeduri ta' l-immaniġġar għandhom jinkludu:

(a)

Tfal/trabi, passiġiera morda u persuni b'mobilità mnaqqsa;

(b)

Trasportazzjoni ta' passiġiera mhux amissibbli, nies deportati jew persuni taħt arrest;

(ċ)

Daqs u piż permissibbli tal-bagalja ta' l-idejn;

(d)

It-tagħbija u l-qfil ta' l-oġġetti fl-ajruplan;

(e)

Tagħbijiet speċjali u l-klassifika tal-kompartimenti tat-tagħbija;

(f)

Il-pożizzjoni tat-tagħmir ta' ma' l-art;

(g)

Ħidma tal-bibien ta' l-ajruplan;

(h)

Sigurtà fuq ir-rampa, inkluż il-prevenzjoni tan-nar, żoni tal-blast u tal-ġibda;

(i)

Il-proċedura tal-bidu, tat-tluq tar-rampa u tal-wasla inklużi operazzjonijiet tal-ġbid u ta' l-irmunkar;

(j)

Manutenzjoni ta' l-ajruplan; u

(k)

Dokumenti u forom għall-immaniġġar ta' l-ajruplan;

(l)

Okkupazzjoni multipla tas-sitijiet ta' l-ajruplan.

8.2.3.

Proċeduri għar-rifjut ta' l-imbarkazzjoni. Proċeduri sabiex jiżguraw illi persuni li jidhru fis-sakra jew li juru b'indikazzjonijiet tal-kompartament tagħhom jew permezz ta' l-indikazzjonijiet fiżiċi illi huma taħt l-influwenza ta' drogi, għajr pazjenti taħt mediċina taħt il-kura xierqa, ma jitħallewx jitilgħu. Dan ma japplikax għall-pazjenti taħt mediċina taħt il-kura xierqa.

8.2.4.

Tneħħija u prevenzjoni tal-formazzjoni tas-silġ fl-art. Deskrizzjoni tal-politika u l-proċeduri għat-tneħħija u l-prevenzjoni tal-formazzjoni tas-silġ għall-ajruplan fuq l-art. Dawn għandhom jinkludu deskrizzjonijiet tat-tipi u effetti tal-formazzjoni tas-silġ u kontaminanti oħrajn fuq l-ajruplan waqt li jkunu wieqfa, matul il-movimenti fl-art u matul it-tluq. Minbarra dan, għandha tingħata deskrizzjoni tat-tipi ta' fluwidu użati li għandha tinkludi:

(a)

ismijiet patentati jew kummerċjali;

(b)

Karatteristiċi;

(ċ)

Effetti fuq l-eżekuzzjoni ta' l-ajruplan;

(d)

Ħinijiet ta' żamma (hold-over); u

(e)

Prekawzjonijiet matul l-użu.

8.3.   Proċeduri tat-Titjira

8.3.1.

Politika VFR/IFR. Deskrizzjoni tal-politika sabiex titjiriet jitħallew isiru taħt VFR, jew li titlob li titjiriet isiru taħt IFR, jew li jinbidlu minn wieħed għall-ieħor.

8.3.2.

Proċeduri tan-Navigazzjoni. Deskrizzjoni tal-proċeduri tan-navigazzjoni kollha rilevanti għat-tip(i) u ż-żona(i) ta' l-operazzjoni. Għandha tingħata konsiderazzjoni lill-:

(a)

Proċeduri tan-navigazzjoni standard inkluż il-politika sabiex jitwettqu cross-checks indipendenti tad-daħliet bit-tastiera fejn dawn jaffettwaw il-passaġġ tat-titjira li għandu jiġi segwit mill-ajruplan;

(b)

Navigazzjoni MNPS u POLAR u navigazzjoni f'żoni maħtura oħra;

(ċ)

RNAV;

(d)

Ippjannar mill-ġdid matul it-titjira; u

(e)

Proċeduri f'każ ta' tħassir fis-sistema; u

(f)

RVSM

8.3.3.

Proċeduri ta' l-isettjar ta' l-altimetru inkluż l-użu, fejn xieraq, ta'

altimetrija metrika u tabelli ta' konverżjoni,

u

proċeduri tal-ħidma QFE.

8.3.4.

Proċeduri tas-sistema ta' twissija ta' l-altitudni

8.3.5.

Sistema ta' Twissija Qrubija lejn l-Art /Sistema ta' Twissija biex tiġi evitata l-Art. Proċeduri u struzzjonijiet meħtieġa għall-evitar ta' impatt ta' titjira kkontrollata fl-art, inkluż il-limitazzjonijiet dwar ir-rata għolja ta' l-inżul viċin il-wiċċ (ir-rekwiżiti tat-taħriġ relatati huma koperti f'D.2.1).

8.3.6.

Politika u proċeduri għall-użu ta' TCAS/ACAS

8.3.7.

Politika u proċeduri għal ġestjoni tal-fjuwil matul it-titjira

8.3.8.

Kondizzjonijiet atmosferiċi mhux favorevoli u potenzjalment perikolużi. Proċeduri għall-ħidma fi, u/jew l-evitar ta' kondizzjonijiet atmosferiċi mhux favorevoli u potenzjalment perikolużi inklużi:

(a)

Tempesti bil-beraq;

(b)

Kondizzjonijiet tal-formazzjoni tas-silġ;

(ċ)

Turbolenza;

(d)

Windshear;

(e)

Jetstream;

(f)

Sħab bl-irmied volkaniku;

(g)

Xita qawwija;

(h)

Tempesti tar-ramel;

(i)

Mountain waves; u

(j)

Bidliet fit-temperatura sinifikanti.

8.3.9.

Wake Turbulence. Kriterji ta' separazzjoni tal-wake turbulence ta' ajruplan, filwaqt li jittieħed kont tat-tipi ta' l-ajruplan, kondizzjonijiet tar-riħ u l-pożizzjoni tar-runway.

8.3.10.

Membri ta' l-ekwipaġġ fl-istazzjonijiet tagħhom. Ir-rekwiżiti għall-membri ta' l-ekwipaġġ sabiex jokkuppaw l-istazzjonijiet assenjati jew is-sitijiet mogħtija lilhom matul il-fażijiet differenti tat-titjira jew kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sigurtà u jinkludi wkoll proċeduri għall-mistrieħ ikkontrollat fil-gverta ta' l-ajruplan.

8.3.11.

Użu taċ-ċintorini tas-sigurtà għall-ekwipaġġ u l-passiġiera. Ir-rekwiżiti għall-membri ta' l-ekwipaġġ u l-passiġiera sabiex jużaw iċ-ċintorini tas-sigurtà u/jew qfil matul il-fażijiet differenti tat-titjira jew kull meta jitqies neċessarju fl-interess tas-sigurtà.

8.3.12.

Dħul fil-Gverta ta' l-Ajruplan. Il-kondizzjonijiet għad-dħul fil-gverta ta' l-ajruplan minn persuni minbarra l-ekwipaġġ tat-titjira. Il-politika dwar id-dħul ta' l-ispetturi mill-Awtorità għandha tkun inkluża ukoll.

8.3.13.

Użu ta' sitijiet ta' l-ekwipaġġ vojta. Il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-użu tas-sitijiet ta' l-ekwipaġġ vojta.

8.3.14.

Inkapaċità tal-membri ta' l-ekwipaġġ. Il-proċeduri li għandhom ikunu segwiti f'każ ta' inkapaċità tal-membri ta' l-ekwipaġġ matul it-titjira. Eżempji tat-tipi ta' inkapaċità u l-mezzi sabiex jingħarfu għandhom ikunu inklużi.

8.3.15.

Rekwiżiti ta' Sigurtà fil-Kabina. Proċeduri li jkopru:

(a)

Preparazzjoni tal-kabina għat-titjira, rekwiżiti ta' matul it-titjira u l-preparazzjoni għall-inżul inkluż il-proċeduri sabiex jingħalqu l-kabina u l-kċejjen;

(b)

Proċeduri li jiżguraw illi l-passiġiera huma bilqiegħda fejn, f'każ ta' ħtieġa ta' evakwazzjoni ta' emerġenza, huma jistgħu jgħinu bl-aħjar mod u ma jfixklux l-evakwazzjoni mill-ajruplan;

(ċ)

Proċeduri li għandhom ikunu segwiti matul l-imbark u l-inżul tal-passiġiera; u

(d)

Proċeduri meta jingħata l-fjuwil mill-ġdid /jitneħħa l-fjuwil bil-passiġiera jimbarkaw, abbord jew waqt li jinżlu.

(e)

Tipjip abbord.

8.3.16.

Proċeduri għall-għoti ta' informazzjoni lill-passiġiera. Il-kontenut, il-meżżi u l-ħinijiet għall-għoti ta' informazzjoni lill-passiġiera skond l-OPS 1.285.

8.3.17.

Proċeduri għall-ajruplan li jitħaddmu kull meta jinġarr tagħmir tas-sejbien tar-radjazzjoni kożmika jew solari meħtieġa. Il-proċeduri għall-użu tat-tagħmir tas-sejbien tar-radjazzjoni kożmika jew solari u għar-reġistrar tal-qari tiegħu inklużi azzjonijiet li għandhom jittieħdu f'każ illi l-valuri massimi speċifikati fil-Manwal tat-Tħaddim jinqabżu. Minbarra dan, il-proċeduri, inklużi l-proċeduri ATS, li għandhom ikunu segwiti f'każ illi tittieħed deċiżjoni li l-ajruplan jitniżel jew jieħu rotta ġdida.

8.3.18

Politika dwar l-użu ta' Awtopilota u Awtokontroll tat-taħlita tal-fjuwil.

8.4.

Ħidmiet fil-kondizzjonijiet ta' Temp Kollha. Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-ħidma assoċjati mal-ħidmiet fil-kondizzjonijiet ta' temp kollha (Ara ukoll l-OPS Subparti D u E).

8.5.

ETOPS. Deskrizzjoni tal-proċeduri tal-ħidma ta' l-ETOPS.

8.6.

Użu tal-Lista tat-Tagħmir Minimu u tad-Devjazzjoni tal-Konfigurazzjoni

8.7.   Titjiriet mhux għall-qliegħ. Proċeduri u limitazzjonijiet għal:

(a)

Titjiriet ta' taħriġ;

(b)

Titjiriet ta' prova;

(ċ)

Titjiriet ta' kunsinna;

(d)

Titjiriet ta' ajruplan li jġorr in-nies regolarment;

(e)

Titjiriet ta' wirja; u

(f)

Titjiriet ta' pożizzjonar, inkluż it-tip ta' persuni li jistgħu jinġarru fuq titjiriet bħal dawn.

8.8.   Rekwiżiti ta' Ossiġnu

8.8.1.

Spjegazzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom l-ossiġnu għandu jkun mogħti u użat.

8.8.2.

Ir-rekwiżiti ta' l-ossiġnu speċifikat għal:

(a)

L-ekwipaġġ tat-titjira;

(b)

L-ekwipaġġ tal-kabina; u

(c)

Il-Passiġiera.

9.   OĠĠETTI U ARMI PERIKOLUŻI

9.1.

Tagħrif, struzzjonijiet u gwida ġenerali dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi jinkludu:

(a)

Il-politika ta' l-operatur dwar it-trasport ta' l-oġġetti perikolużi;

(b)

Gwida dwar ir-rekwiżiti ta' l-aċċetazzjoni, l-itikkettjar, l-immaniġġar, l-istivar u s-segregazzjoni ta' l-oġġetti perikolużi;

(ċ)

Il-proċeduri sabiex ikun hemm rispons għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jinvolvu oġġetti perikolużi;

(d)

Id-dmirijiet tal-persunal kollu involut skond l-OPS 1.1215; u

(e)

Struzzjonijiet dwar il-ġarr ta' l-impjegati ta' l-operatur.

9.2.

Il-kondizzjonijiet li taħthom l-armi, il-munizzjonijiet tal-gwerra u l-armi li jintużaw fl-isport jistgħu jinġarru.

10.   SIGURTA'

10.1.

L-istruzzjonijiet u l-gwida tas-sigurtà ta' natura mhux kunfidenzjali li għandhom jinkludu l-awtorità u r-responsabbiltajiet tal-persunal tal-ħidma. Il-politika u l-proċeduri għall-immaniġġar u r-rappurtar ta' reati abbord bħall-interferenza mhux legali, sabutaġġ, theddid ta' bombi, u ħtif għandhom ikunu imdaħħla ukoll.

10.2.

Deskrizzjoni ta' miżuri u taħriġ ta' sigurtà preventiva.

Nota: Partijiet ta' l-istruzzjonijiet u l-gwida tas-sigurtà jistgħu jinżammu kunfidenzjali.

11   IMMANIĠĠAR, NOTIFIKAR U RAPPURTAR TA' ĠRAJJIET

Proċeduri għall-immaniġġar, notifikar u rappurtar ta' ġrajjiet. Din it-taqsima għandha tinkludi:

(a)

Tifsiriet ta' ġrajjiet u tar-responsabbiltajiet rilevanti tal-persuni kollha nvoluti;

(b)

Illustrazzjoni tal-forom użati għar-rappurtar tat-tipi kollha ta' ġrajjiet (jew kopji tal-forom innifishom), struzzjonijiet dwar kif dawn għandhom jimtlew, l-indirizzi fejn dawn għandhom jintbagħtu u l-ħin permess sabiex dan isir;

(ċ)

Fil-każ ta' aċċident, deskrizzjonijiet ta' liema dipartimenti tal-kumpannija, Awtoritajiet u organizzazzjonijiet oħra li għandhom ikunu notifikati, kif dan għandu jsir u f'liema sekwenza;

(d)

Proċeduri għan-notifika verbali lill-unitajiet tas-servizz tat-traffiku ta' l-ajru ta' inċidenti li jinvolvu ACAS RAs, perikoli mill-għasafar, oġġetti perikolużi u kondizzjonijiet perikolużi;

(e)

Proċeduri sabiex jingħataw rapporti bil-miktub dwar l-inċidenti tat-traffiku ta' l-ajru, ACAS RAs, impatt ma' agħsafar, inċidenti jew aċċidenti kawżati minn oġġetti perikolużi, u interferenza mhux legali;

(f)

Proċeduri ta' rappurtar sabiex tkun żgurata l-konformità ma' l-OPS 1.085(b) u 1.420. Dawn il-proċeduri għandhom jinkludu proċeduri ta' rappurtar relatat mas-sigurtà interna li għandha tkun segwita mill-membri ta' l-ekwipaġġ, intiżi sabiex jiżguraw illi l-kmandant ikun magħraf minnufih dwar kwalunkwe inċident illi jkun ipperikola, jew li seta' jipperikola, is-sigurtà matul it-titjira u illi huwa/hija huwa provdut bit-tagħrif rilevanti kollu.

12   REGOLI TA' L-AJRU

Regoli ta' l-ajru jinkludu:

(a)

Regoli viżwali u tat-titjira ta' l-istrument;

(b)

Applikazzjoni territorjali tar-Regoli ta' l-Ajru;

(ċ)

Proċeduri tal-komunikazzjoni inkluż il-proċeduri tal-ħsara tas-COM;

(d)

Tagħrif u struzzjonijiet dwar l-interċettazzjoni ta' l-ajruplan ċivili;

(e)

Iċ-ċirkustanzi fejn għandu jinżamm is-smiegħ tar-radju;

(f)

Sinjali;

(g)

Sistema tal-ħin użata fil-ħidma;

(h)

Awtorizzazzjonijiet ta' l-ATC, konformita' mal-pjan tat-titjira u r-rapporti tal-pożizzjoni;

(i)

Sinjali viżwali użati sabiex iwissu ajrpulan mhux awtorizzat li jtir fi jew madwar żona restritta, projbita jew ta' perikolu;

(j)

Proċeduri għall-piloti li josservaw aċċident jew li jirċievu trasmissjoni ta' perikolu;

(k)

Il-kodiċi ta' l-art/viżwali għall-użu minn nies li jsalvaw, deskrizzjoni u l-użu ta' sinjal ta' għajnuna; u

(l)

Sinjali ta' periklu u ta' urġenza.

13   TWILLIJA

Deskrizzjoni ta' l-arranġamenti tat-twillija, proċeduri assoċjati u responsabbiltajiet tal-ġestjoni.

B.   KWISTJONIJIET TAL-ĦIDMA TA' AJRUPLAN — RELATATI MAT-TIP

Filwaqt li jittieħed kont tad-differenzi bejn it-tipi, u l-varjanti tat-tipi, taħt l-intestaturi li ġejjin:

0.   TAGĦRIF ĠENERALI U UNITAJIET TAL-KEJL

0.1.

Tagħrif ġenerali (e.ż. daqsijiet ta' l-ajruplan), inkluż deskrizzjoni ta' l-unitajiet tal-kejl użat għall-ħidma tat-tip ta' ajruplan ikkonċernat u t-tabelli ta' konverżjoni.

1.   LIMITAZZJONIJIET

1.1.

Deskrizzjoni tal-limitazzjonijiet ċertifikati u l-limitazzjonijiet tal-ħidma applikabbli inkluż:

(a)

Stat ta' ċertifikazzjoni (e.ż. CS–23, CS–25, ICAO Anness 16 (CS–36 u CS–34) eċċ);

(b)

Konfigurazzjoni tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera għal kull tip ta' ajruplan inkluż preżentazzjoni bl-istampi;

(ċ)

Tipi ta' ħidma li huma approvati (e.ż. VFR/IFR, CAT II/III, Tip RNP, titjira f'kondizzjonijiet ta' formazzjoni ta' silġ magħrufa eċċ);

(d)

Kompożizzjonoi ta' l-ekwipaġġ;

(e)

Massa u ċ-ċentru tal-gravità;

(f)

Limitazzjonijiet tal-veloċità;

(g)

Envelope(s) tat-titjira;

(h)

Limiti tar-riħ li jinkludu ħidmiet fuq runways kontaminati;

(i)

Limitazzjonijiet ta' l-eżekuzzjoni għall-konfigurazzjonijiet applikabbli;

(j)

L-inklinazzjoni tar-runway;

(k)

Limitazzjonijiet fuq runways imxarrba jew kontaminati;

(l)

Kontaminazzjoni ta' l-arja; u

(m)

Limitazzjonijiet tas-sistema.

2.   PROĊEDURI NORMALI

2.1.

Il-proċeduri normali u d-dmirijiet assenjati lill-ekwipaġġ, iċ-checklistsxierqa, is-sistema għall-użu taċ-checklistsu dikjarazzjoni li tkopri l-proċeduri tal-koordinazzjoni neċessarja bejn it-titjira u l-ekwipaġġ tal-kabina. Il-proċeduri u d-dmirijiet normali li ġejjin għandhom ikunu nklużi:

(a)

Ta' qabel it-titjira;

(b)

Ta' qabel it-tluq;

(ċ)

L-issettjar u l-ikkontrollar ta' l-altimetru;

(d)

Is-sewqan ta' l-ajruplan, it-Tluq u l-Angolu tat-tluq;

(e)

Proċeduri għat-tnaqqis tal-ħoss;

(f)

Veloċità moderata u nżul;

(g)

Avviċinment. Preparazzjoni għall-inżul ul-għoli ta' informazzjoni;

(h)

Avviċinament tal-VFR;

(i)

Avviċinament ta' l-Istrument;

(j)

Avviċinament Viżwali u Tidwir;

(k)

Avviċinament Mhux Milħuq;

(l)

Inżul Normali;

(m)

Wara l-Inżul; u

(n)

Ħidma fuq runwaysmxarrba jew kontaminati.

3.   PROĊEDURI MHUX NORMALI U TA' EMERĠENZA

3.1.

Il-proċeduri u d-dmirijiet mhux normali u ta' emerġenza assenjati lill-ekwipaġġ, iċ-checklists xierqa, is-sistema għall-użu taċ-checklists u dikjarazzjoni li tkopri l-proċeduri ta' koordinazzjoni neċessarja bejn l-ekwipaġġ tat-titjira u tal-kabina. Il-proċeduri mhux normali u ta' emerġenza li ġejjin għandhom ikunu nklużi:

(a)

Inkapaċità ta' l-Ekwipaġġ;

(b)

Eżerċizzji tan-Nirien u tad-Duħħan;

(ċ)

Titjira mhux bi pressjoni u titjira bi pressjoni parzjali;

(d)

Li taqbeż il-limiti strutturali bħal inżul b'piż żejjed;

(e)

Li taqbeż il-limiti ta' radjazzjoni kożmika;

(f)

Impatt minn Beraq;

(g)

Komunikazzjonijiet ta' perikolu u twissija lill- ATC għall-emerġenzi;

(h)

Ħsara tal-magna;

(i)

Ħsarat fis-sistema;

(j)

Gwida għal devjazzjoni f'każ ta' Ħsara Teknika Serja;

(k)

Twissija tal-Qrubija lejn l-Art;

(l)

Twissija TCAS;

(m)

Windshear; u

(n)

Inżul ta' Emerġenza/Ditching; u

(o)

Proċeduri tat-tluq mhux ippjanat.

4.   EŻEKUZZJONI

4.0.

Id-data ta' l-eżekuzzjoni għandha tkun provduta fil-forma li fiha tista' tintuża mingħajr diffikultà.

4.1.

Data ta' l-eżekuzzjoni. Materjal ta' l-eżekuzzjoni li joffri d-data neċessarja għall-konformità mar-rekwiżiti ta' l-eżekuzzjonipreskritti fl-OPS 1 Subpartijiet F, G, H u I għandhom ikunu nklużi sabiex jippermettu t-twaqqif tal-:

(a)

Limiti tat-tluq– Massa, Altitudni, Temperatura;

(b)

It-tul taż-żona tat-tluq (xotta, mxarrba, kontaminata);

(ċ)

Data tal-passaġġ nett tat-titjira għall-kalkolu tal-ħelsien ta' l-ostakolu jew, fejn japplika, il-passaġġ tat-titjira tat-tluq;

(d)

It-telf fl-angolu ta' tluq;

(e)

Limiti tat-tluq matul ir-rotta;

(f)

Limiti ta' tluq fl-avviċinament;

(g)

Limiti ta' tluq fl-inżul;

(h)

Tul taż-żona ta' l-inżul (xotta, mxarrba, kontaminata) inkluż l-effetti ta' ħsara matul it-titjira ta' sistema jew apparat, jekk din taffettwa d-distanza ta' l-inżul;

(i)

Limiti ta' l-enerġija tal-brejk; u

(j)

Veloċitajiet applikabbli għad-diversi stadji tat-titjira (jitqiesu ukoll runways mxarrba jew kontaminati).

4.1.1.

Data supplimentari li tkopri titjir f'kondizzjonijiet ta' formazzjoni ta' silġ. Kwalunkwe eżekuzzjoni ċertifikata relatata ma' konfigurazzjoni permissibbli, jew devjazzjoni tal-konfigurazzjoni, bħall-istrument ta' kontra l-iskiddjar ma jaħdimx, għandhom jiddaħħlu.

4.1.2.

Jekk data ta' l-eżekuzzjoni, kif meħtieġ għall-klassi ta' l-eżekuzzjoni xierqa, ma tkunx disponibbli fl-AFM approvat, imbagħad data oħra aċċetabbli lill-Awtorità għandha tiddaħħal. Alternattivament, il-Manwal tat-Tħaddim jista' jkun fih referenza għad-data approvata li tkun fl-AFM fejn din id-Data x'aktarx ma tintużax ta' spiss jew f'emerġenza.

4.2.

Data ta' l-Eżekuzzjoni addizzjonali ta' l-eżekuzzjoni addizzjonali fejn tapplika tinkludi:

(a)

L-angoli kollha tat-tluq tal-magna;

(b)

Data Drift-down;

(ċ)

L-effett tal-fluwidi għat-tneħħija tas-silġ/ ta' kontra s-silġ;

(d)

Titjira bit-tagħmir ta' l-inżul 'l isfel;

(e)

Għall-ajruplan bi tlitt magni jew aktar, titjira ta' ajruplan li jġorr in-nies regolarment b'magna waħda ma taħdimx; u

(f)

Titjiriet li jitwettqu taħt id-dispożizzjonijiet tas-CDL.

5.   IPPJANAR TAT-TITJIRA

5.1.

Data u struzzjonijiet necessarji għall-ippjanar ta' qabel it-titjira u ta' matul it-titjira inkluż fatturi bħall-iskedi tal-veloċità u l-arranġamenti tal-qawwa. Fejn ikun applikabbli, il-proċeduri għall-ħidmiet bil-magna(i) mitfija, ETOPS (partikolarment il-veloċità moderata ta' magna waħda ma taħdimx u d-distanza massima sa' ajrudrom adegwat stabbilit skond l- OPS 1.245) u titjiriet lejn ajrudromi iżolati għandhom ikunu nklużi.

5.2

Il-metodu tal-kalkolazzjoni tal-fjuwil meħtieġ għad-diversi stadji tat-titjira, skond l-OPS 1.255.

6.   MASSA U BILANĊ

Struzzjonijiet u data għall-kalkolu tal-massa u l-bilanċ jinkludu:

(a)

Sistema tal-kalkolazzjoni (e.ż. Sistema ta' l-Indiċi);

(b)

Tagħrif u struzzjonijiet għat-tlestija tad-dokumentazzjoni tal-massa u l-bilanċ, inkluż il-manwal u t-tipi ġenerati bil-kompjuter;

(ċ)

Mases li jillimitaw u ċ-ċentri tal-gravità għat-tipi, il-varjanti jew l-ajruplan individwali użati mill-operatur; u

(d)

Massa tal-Ħidma xotta u ċ-ċentru tal-gravità jew l-indiċi korrispondenti.

7.   TAGĦBIJA

Proċeduri u dispożizzjonijiet għat-tagħbija u l-qafla tat-tagħbija fl-ajruplan.

8.   LISTA TAD-DEVJAZZJONI TAL-KONFIGURAZZJONI

Il-Lista (i) tad-Devjazzjoni tal-Konfigurazzjoni (CDL), jekk provduti mill-fabbrikant, filwaqt li jittieħed kont tat-tipi u l-varjanti ta' l-ajruplan li jitħaddmu inkluż il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta ajruplan jintbagħat taħt it-termini tas-CDL tiegħu.

9.   LISTA TA' TAGĦMIR MINIMU

Il-lista ta' ta' TagħmirMinimu (MEL) li tieħu kont tat-tipi u l-varjanti ta' l-ajruplan li jitħaddmu u t-tip(i)/żona(i) tal-ħidma. L-MEL għandha tinkludi t-tagħmir tan-navigazzjoni u tieħu kont ta' l-eżekuzzjoni meħtieġa għar-rotta u ż-żona tal-ħidma.

10.   TAGĦMIR TA' SOPPRAVIVENZA U TA' L-EMERĠENZA INKLUŻ L-OSSIĠNU

10.1.

Lista ta' Tagħmir ta' soppravivenza li għandu jinġarr għar-rotot li għandhom jittajjru u l-proċeduri għall-ikkontrollar tal-manutenzjoni ta' dan it-tagħmir qabel it-tluq. L-istruzzjonijiet dwar il-post, l-aċċessibilità u l-użu tat-tagħmir ta' soppravivenza u ta' emerġenza u ċ-checklist(s)assoċjati għandhom ikunu nklużi ukoll.

10.2.

Il-proċedura sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta' ossiġnu meħtieġ u l-kwantità li hija disponibbli. Il-profil tat-titjira, in-numru ta' l-okkupanti u d-dikompressjoni tal-kabina possibbli għandhom jitqiesu. It-tagħrif provdut għandu jkun fil-forma li fiha jista' jintuża mingħajr diffikultà.

11.   PROĊEDURI TA' EVAKWAZZJONI TA' EMERĠENZA

11.1.

Struzzjonijiet għall-preparazzjoni ta' l-evakwazzjoni ta' emerġenza inkluż il-koordinazzjoni ta' l-ekwipaġġ u l-pożizzjoni ta' l-istazzjoni ta' l-emerġenza.

11.2.

Il-proċeduri ta' evakwazzjoni. Deskrizzjoni tad-dmirijiet tal-membri kollha ta' l-ekwipaġġ għall-evakwazzjoni rapida ta' l-ajruplan u l-immaniġġartal-passiġiera f'każ ta' inżul furzat, inżul ta' emerġenza u emerġenza oħra.

12.   SISTEMI TA' L-AJRUPLAN

Deskrizzjoni tas-sistemi ta' l-ajruplan, kontrolli relatati u indikazzjonijiet u struzzjonijiet tal-ħidma.

Ċ   STRUZZJONIJIET U TAGĦRIF DWAR IR-ROTTA U L-AJRUDROM

1.

Struzzjonijiet u tagħrif relatat mal-komunikazzjonijiet, in-navigazzjoni u l-ajrudromi inkluż livelli tat-titjira u altitudni minima għal kull rotta li għandha tittajjar u l-valuri minimi tal-ħidma għal kull ajrudrom ippjanat li sejjer jintuża, inkluż:

(a)

Livell/altitudni tat-titjira minima;

(b)

Valuri minimi tal-ħidma għat-tluq, id-destinazzjoni u l-ajrudrommi alternattivi;

(ċ)

Faċilitajiet tal-komunikazzjoni u l-għajnuniet tan-navigazzjoni;

(d)

Data tar-runway u l-faċilitajiet ta' l-ajrudrom;

(e)

Avviċinament, avviċinament mhux milħuq u proċeduri tat-tluq inkluż il-proċeduri tat-tnaqqis tal-ħoss;

(f)

Proċeduri f'kaz ta' ħsara tas-COM;

(g)

Faċilitajiet tat-tfittxija u s-salvataġġ fiż-żona li fuqha l-ajruplan għandu jittajjar;

(h)

Deskrizzjoni tal-karti awronawtiċi li għandhom jinġarru abbord fir-rigward it-tip tat-titjira u r-rotta li għandha tittajjar, inkluż il-metodu sabiex tkun ikkontrollata l-validità tagħhom;

(i)

Disponibbilità tat-tagħrif awronawtiku u s-servizzi tal-MET;

(j)

Proċeduri COM/NAV tul ir-rotta;

(k)

Kategorizzazzjoni ta' l-ajrudrom għall-kwalifika tal-kompetenza ta' l-ekwipaġġ tat-titjira

(l)

Limitazzjonijiet ta' ajrudrom speċjali (limitazzjonijiet ta' eżekuzzjoni u proċeduri tal-ħidma).

D   TAĦRIĠ

1.

Sillabi ta' taħriġ u programmi ta' kontroll għall-persunall tal-ħidma kollha assenjati dmirijiet ta' ħidma b'konnessjoni mal-preparazzjoni u/jew il-kondotta tat-titjira.

2.

Sillabi ta' taħriġ u programmi ta' kontroll għandhom jinkludu:

2.1.

Għall-ekwipaġġ tat-titjira. L-oġġetti rilevanti kollha preskritti fis-Subparti E u N;

2.2.

Għall-ekwipaġġ tal-kabina. L-oġġetti rilevanti kollha preskritti fis-Subparti O;

2.3.

Għall-persunal tal-ħidmiet ikkonċernat, inkluż il-membri ta' l-ekwipaġġ:

(a)

L-oġġetti rilevanti preskritti fis-Subparti R (it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi bl-Ajru); u

(b)

L-oġġetti rilevanti preskritti fis-Subparti S (Sigurtà).

2.4.

Għall-persunal tal-ħidmiet minbarra l-membri ta' l-ekwipaġġ (e.ż. dispaċċer, persunal ta' l-immaniġġar, eċċ.). L-oġġetti rilevanti l-oħra kollha preskritti fl-OPS li għandhom x'jaqsmu max-xogħolijiet tagħhom.

3.

Proċeduri

3.1.

Proċeduri ta' taħriġ u kontroll.

3.2.

Proċeduri li għandhom ikunu applikati f'każ illi l-persunal ma jilħaqx jew ma jżommx l-istandards meħtieġa.

3.3.

Proċeduri sabiex ikun żgurat illi s-sitwazzjonijiet mhux normali jew ta' emerġenza li jeħtieġu l-applikazzjoni ta' parti jew il-proċeduri mhux normali jew ta' emerġenza kolha u s-simulazzjoni ta' IMC permezz ta' mezzi artifiċjali, mhumiex simulati matul titjiriet ta' trasport kummerċjali bl-ajru.

4.

Deskrizzjoni tad-dokumentazzjoni li għandha tinħażen u l-perjodi tal-ħażna. (Ara l-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1065).

Appendiċi 1 sa' OPS 1.1065

Perjodi tal-ħażna tad-dokument

Operatur għandu jiżgura illi l-informazzjoni/dokumentazzjoni li ġejja tinħażen f'forma aċċetabbli, aċċessibbli għall-Awtorità, għall-perjodi murija fit-Tabella hawn taħt.

Nota: Tagħrif addizzjonali li jirrigwarda reġistri ta' manutenzjoni huwa preskritt fil-Parti-M.

Tabella 1

Tagħrif użat għall-preparazzjoni u t-twettieq tat-titjira

Tagħrif użat għall-preparazzjoni u t-twettieqtat-titjira kif deskritt fl-OPS 1.135

Pjan tal-ħidma tat-titjira

3 xhur

Ġurnal tekniku ta' l-ajruplan

36 xahar wara d-data ta' l-aħħar dħul, skond Parti M M.A.306(c)

Dokumentazzjoni ta' l-għoti ta' tagħrif NOTAM/AIS speċifiku għar-rotta jekk editjat mill-operatur

3 xhur

Dokumentazzjoni tal-massa u tal-bilanċ

3 xhur

Notifika tat-tagħbijiet speċjali inkluż oġġetti perikolużi

3 xhur


Tabella 2

Rapporti

Rapporti

Ġurnal tal-vjaġġ

3 xhur

Rapport (i) tat-titjira għar-reġistrar ta' dettalji tar-reġistrar ta' kwalunkwe ġrajja, kif imniżżel fl-OPS 1.420, jew kwalunkwe ġrajja li l-kmandant iqis neċessarju li jirraporta/jirreġistra

3 xhur

Rapporti dwar l-eċċess ta' xogħol u/jew it-tnaqqis tal-perjodi tal-mistrieħ

3 xhur


Tabella 3

Ir-reġistri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira

Ir-reġistri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira

Titjira, Xogħol u l-ħin tal-mistrieħ

15-IL xahar

Liċenzja

Sakemm il-membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira juża l-privileġġi tal-liċenzja ta' l-operatur

Taħriġ u kkontrollar ta' adattament

3 snin

Kors tal-kmandant (inkluż l-ikkontrollar)

3 snin

Taħriġ u kkontrollar rikorrenti

3 snin

Taħriġ u kkontrollar sabiex jaħdem fi kwalunkwe sit tal-pilota

3 snin

Esperjenza riċenti (riferenza OPS 1.970)

15-il xahar

Kompetenza tar-rotta u ta' l-ajrudrom (riferenza għall-OPS1.975)

3 snin

Taħriġ u kwalifika għall-ħidmiet speċifiċi meta meħtieġa mill-OPS (e.ż. ħidmiet ETOPS CATII/III)

3 snin

Taħriġ fl-Oġġetti Perikolużi kif xieraq

3 snin


Tabella 4

Reġistri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina

Reġistri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina

Ħin tat-Titjira, tax-xogħol u tal-mistrieħ

15-il xahar

Taħriġ tal-bidu, taħriġ ta' adattament u fid-differenzi (inkluż l-ikkontrollar)

Sakemm il-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina huwa impjegat mill-operatur

Taħriġ rikorrenti u ta' aġġornament (inkluż l-ikkontrollar)

Sa' 12-il xahar wara li l-membru ta' l-ekwipaġġ tal-kabina ikun telaq l-impjieg ta' l-operatur

Taħriġ ta' l-Oġġetti Perikolużi kif xieraq

3 snin


Tabella 5

Reġistri għall-persunal ta' ħidmiet oħra

Reġistri għall-persunal ta' ħidmiet oħra

Reġistri tat-taħriġ/kwalifika tal-persunal l-ieħor li għalihom ikun hemm il-ħtieġa ta' programm ta' taħriġ approvat mill-OPS

L-aħħar 2 reġistri tat-taħriġ


Tabella 6

Reġistri oħra

Reġistri oħra

Reġistri dwar id-doża ta' radjazzjoni kożmika u solari

Sa' 12-il xahar wara li l-membru ta' l-ekwipaġġ ikun ħalla l-impjieg ta' l-operatur

Reġistri tas-Sistema tal-Kwalità

5 snin

Dokument tat-Trasport ta' l-Oġġetti Perikolużi

3 xhur wara t-tlestija tat-titjira

Checklist ta' l-Aċċetazzjoni ta' l-Oġġetti Perikolużi

3 xhur wara t-tlestija tat-titjira

SUBPARTI Q

LIMITAZZJONIJIET FUQ IL-ĦIN TAT-TITJIRIET U DMIRIJIET U L-ĦTIĠIET TA' MISTRIEĦ

OPS 1.1090

Mira u kamp ta' applikazzjoni

1.

Operatur għandu jistabblilixxi l-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjiriet u d-dmirijiet u skemi ta' mistrieħ (FTL) għall-membri ta' l-ekwipaġġ.

2.

Operatur għandu jiżgura li għat-titjiriet kollha tiegħu:

2.1.

Il-limitazzjonijiet fil-ħin tat-titjiriet u d-dmirijiet u l-iskemi ta' mistrieħ hu skond dawn it-tnejn:

(a)

id-dispożizzjonijiet ta' din is-subparti; u

(b)

kull dispożizzjoni addizzjonali li huma applikati mill-Awtorità skond id-dispożizzjonijiet ta' din is-Subparti bil-ħsieb li tinżamm is-sigurta.

2.2.

It-titjiriet huma ppjanati sabiex jiġu mitmuma, meta jitqies iż-żmien meħtieġ għad-dmirijiet ta' qabel it-titjira, it-titjira u l-ħinijiet sat-titjira lura, fil-ħin permess għad-dmirijiet fl-ajru.

2.3.

Ir-rosters tax-xogħol għandhom jkunu ppreparati u ppubblikati biżżejjed bil-quddiem biex jipprovdu l-opportunità għall-membri ta' l-ekwipaġġ biex jippjanaw mistrieħ xieraq.

3.

Resposabbiltajiet ta' l-Operatur

3.1.

Operatur għandu jinnomina bażi ta' residenza għal kull membru ta' l-ekwipaġġ.

3.2.

L-Operaturi huma mistennija japprezzaw ir-relazzjoni bejn il-frekwenzi u l-mudell tad-dmirijiet waqt il-perjodi tat-titjira u perjodi ta' mistrieħ u tingħata konsiderazzjoni xierqa lill-effetti kumulattivi ta' sigħat twal ta' xogħol b'intervall ta' mistrieħ minimu.

3.3.

Operaturi għandhom jallokaw il-mudelli tad-dmirijiet li jevitaw tali prattika mhux mixtieqa bħall-alternazzjoni bejn dmirijiet matul il-ġurnata/il-lejl jew iż-żamma mit-titjir tal-membri ta' l-ekwipaġġ sabiex isseħħ firda bejn il-mudelli ta' l-irqad/tax-xogħol.

3.4.

Operaturi għandhom jippjanaw il-ġranet lokali ħielsa mid-dmirijiet u javżaw lill-membri ta' l-ekwipaġġ bil-quddiem.

3.5.

Operaturi għandhom jiżguraw li l-perjodi ta' mistrieħ jipprovdu ħin suffiċjenti biex iħalli l-ekwipaġġ jirkupra mill-effetti ta' dmirijiet preċedenti u li jkunu mistrieħa sew fil-bidu tal-perjodu tad-dmirijiet matul it- titjira ta' wara.

3.6.

Operaturi għandhom jiżguraw li l-perjodi tad-dmirijiet waqt it-titjira huma ppjanati biex jippermettu li l-membri ta' l-ekwipaġġ jibqgħu ħielsa biżejjed mill-għejja biex jkunu jistgħu joperaw għall-livell sodisfaċenti ta' sigurta taħt iċ-ċirkostanzi kollha.

4.

Responsabbiltajiet tal-Membri ta' l-Ekwipaġġ

4.1.

Membru ta' l-ekwipaġġ m' għandux jopera ajruplan jekk hu/hi jaf/taf li hu qed ibati minn għejja jew ma jħossux tajjeb, tant li t-titjira tista' tiġi pperikolata.

4.2.

Membri ta' l-ekwipaġġ għandhom jagħmlu użu tajjeb ta' l-opportunitajiet u l-faċilitajiet ipprovduti għall-mistrieħ, u għandhom jippjanaw u jużaw il-perjodi ta' mistrieħ tagħhom tajjeb.

5.

Responsabiltajiet ta' l-Awtoritajiet ta' l-Avjazzjoni Ċivili

5.1.

Varjazzjonijiet

5.1.1.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8, l-Awtorità tista' tippermetti varjazzjonijiet għar-rekwiżiti ta' din is-Subparti skond il-liġijiet applikabbli u l-proċeduri fl-Istati Membri konċernati u b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati.

5.1.2.

Kull operatur irid juri lill-Awtorità, bl-użu ta' l-esperjenza operazzjonali u waqt li jieħu kont tal-fatturi rilevanti oħra bħall-għarfien xjentifiku kurrenti, li l-varjazzjoni mitluba tipproduċi l-istess livell ta' sigurtà.

Varjazzjonijiet bħal dawn għandhom jkunu akkumpanjati fejn jixraq b'miżuri adatti biex ipattu.

OPS 1.1095

Tifsiriet

Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:

1.1.

Ekwipaġġ miżjud tat-titjira:

Ekwipaġġ ta' titjira li jinkludi iktar minn numru minimu mitlub għall-operazzjoni ta' l-ajruplan u li fih kull membru ta' l-ekwipaġġ tat-titjira jista' jħalli/tħalli postu/ha u jiġi sostitut minn membru ieħor ta' l-ekwipaġġ tat-titjira bi kwalifiki xierqa.

1.2.

Il-ħin tat-titjira (Block Time):

Iż-żmien bejn meta l-ajruplan l-ewwel jiċċaqlaq mill-post fejn hu pparkjat għall-iskop li jitlaq, sa meta jieqaf fil-post ippjanat għal l-ipparkjar u l-magni u l-iskrejjen jitwaqqfu.

1.3.

Intervall:

Perjodu liberu mid-dmirijiet kollha, li jiswa bħala ħin ta' dmir, li hu inqas minn perjodu ta' mistrieħ.

1.4.

Dmir:

Kull xogħol marbut ma' l-attivita' ta' min għandu l-AOC li membru ta' l-ekwipaġġ hu mitlub li jagħmel. Sakemm regoli speċifiċi huma pprovduti minn dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tfisser jekk u sa liema limitu, li wieħed ikun lest għal meta jiġi msejjaħ, huwa meqjus bħala dmir.

1.5.

Perjodu ta' xogħol:

Perjodu li jibda' meta l-membru ta' l-ekwipaġġ hu mitlub minnoperatur biex jibda' ix-xogħol u jispiċċa meta l-membru ta' l-ekwipaġġ hu liberu min kull xogħol.

1.6.

Perjodu ta' Xogħol fuq Titjira:

Perjodu ta' Xogħol fuq Titjira (PDT) huwa ż-żmien kollu waqt li l-istess persuna topera f'inġenju ta' l-ajru bħala membru ta' l-ekwipaġġ tiegħu. Il-PDT jibda' meta l-membru ta' l-ekwipaġġ huwa mitlub minn operatur biex jirraporta għat-titjira jew sensiela ta' titjiriet; jispiċċa fit-tmiem ta' l-aħħar titjira li fuqa hu/hi huwa membru operattiv ta' l-ekwipaġġ.

1.7.

Bażi ta' residenza:

Il-post nominat mill-operatur lill-membru ta' l-ekwipaġġ li minnu l-membru ta' l-ekwipaġġ normalment jibda' u jispiċċa perjodu ta' dmir jew sensiela ta' perjodi ta' dmir u fejn, taħt kondizzjonijiet normali, l-operatur mhux responabbli għall-akkomodazzjoni tal-membru ta' l-ekwipaġġ konċernat.

1.8.

Jum Lokali:

Perjodu ta' 24 siegħa li jibda' fil- 00:00 ħin lokali.

1.9.

Lejl Lokali:

Perjodu ta' 8 sigħat li jseħħ bejn it-22:00 siegħa u t-08:00 siegħa tal-ħin lokali.

1.10.

Jum Wieħed Liberu mid-Dmir:

Jum wieħed liberu mid-dmir għandu jinkludi żewġt iljieli lokali. Perjodu ta' mistrieħ jista' jiġi nkluż bħala parti mill-ġurnata ta' mistrieħ.

1.11.

Membru ta' l-ekwipaġġ operattiv:

Membru ta' l-ekwipaġġ li jaqdi/taqdi id-dmirijiet tiegħu/tagħha f'inġenju ta' l-ajru waqt titjira jew waqt parti minn titjira.

1.12.

Pożizzjonament:

It-trasferiment ta' membru li mhux operattiv minn post għall-post, fuq talba ta' l-operatur bit-tħollija barra taż-żmien ta' l-ivjaġġar. Żmien ta' l-ivjaġġar hu imfisser bħal:

żmien mid-dar għall-post ta' rappurtar intiż u viċi-versa;

żmien għat-trasferiment lokali mill-post ta' mistrieħ għall-bidu tad-dmirijiet u viċi-versa.

1.13.

Perjodu ta' Mistrieħ:

Perjodu mhux interrott u definit ta' żmien meta l-membru ta' l-ekwipaġġ hu ħieles mid-dmirijiet kollha u stad ta' l-ajruport.

1.14.

Stennija għas-sejħa tax-xogħol (Standby):

Perjodu ta' żmien definit li waqtu membru ta' l-ekwipaġġ hu mitlub mill-operatur biex jkun disponibbli sabiex jirċievi assenjazzjoni għaltitjira, pożizzjonament jew dmirijiet oħra mingħajr ma jidħol f'perjodu ta' mistrieħ.

1.15.

‘Window of Circadian Low’ (WOCL):

Il-Window of Circadian Low (WOCL) hu perjodu bejn it-02:00 siegħa u l-05:59 siegħa. Fi tliet żoni ta' ħin il-WOCL jirreferi għall-ħin tad-dar. Il-barra minn dawn it-tlett żoni ta' ħin il-WOCL jirreferi għal ħin tal-bażi tar-residenza għall-ewwel 48 siegħa wara t-tluq miż-żona tal-ħin mill-bażi tar-residenza, u l-ħin lokali li jiġi wara.

OPS 1.1100

Limitazzjonijiet tal-ħinijiet tat-titjir u tad-dmirijiet

1.1.

Sigħat kumulattivi ta' xogħol

Operatur għandu jiżgura li l-perjodu totali ta' dmirijiet li għalihom membru ta' l-ekwipaġġ hu assenjat ma jkunux aktar minn:

(a)

190 siegħa ta' dmir fi kwalunkwe ġurnata minn 28 ġurnata konsekuttiva, mifruxa kemm hu prattiku b'mod indaqs matul dan il-perjodu; u

(b)

60 siegħa ta' dmir fi kwalunkwe ġurnata minn 7 t'ijiem konsekuttivi.

1.2.

Limitu fuq it-total ta' ‘block times’

Operatur għandu jiżgura li t-total tal- block times tat-titjiriet li fuqhom membru individwali ta' l-ekwipaġġ jiġi assenjat bħala membru ta' l-ekwipaġġ operattiv ma jinqabiżx:

(a)

900 siegħa fis-sena ta' kalendarju;

(b)

100 siegħa fi kwalunkwe 28 ġurnata konsekuttiva.

OPS 1.1105

Il-perjodu massimu kuljum ta' ħin ta' xogħol fuq titjira (FDP)

1.1.

Dan l-OPS ma japplikax għall-operazzjonijiet b'pilota wieħed jew għall-operazzjonijiet ta' servizzi mediċi ta' emerġenza.

1.2.

Operatur għandu jispeċifika l-ħinijiet ta' rapportar li jirriflettu b'mod realistiku l-ħin ta' dmirijiet fl-art marbuta mas-sigurtà kif approvati mill-Awtorità.

1.3.

Il-perjodu massimu kuljum ta' ħin FDP huwa ta' 13-il siegħa.

1.4.

Dawn it-13-il siegħa għandhom jitnaqqsu bi 30 minuta għal kull settur mit-tielet settur il-quddiem bi tnaqqis massimu totali ta' sagħtejn.

1.5.

Meta l-FDP jibda' fil-WOCL, il-perjodu massimu msemmi fil-punt 1.3 u l-punt 1.4 għandu jitnaqqas bil 100 % ta' meta ħin jidħol fl-ieħor sa massimu ta' sagħtejn. Meta l-FDP jispiċċa jew jinkludi kompletament il-WOCL, il-perjodu massimu FDP iddikjarat fil-punt 1.3 u fil-punt 1.4 għandu jitnaqqas bil-50 % tad-dħul tiegħu fuq l-ieħor.

2.

Estensjonijiet:

2.1.

Il-perjodu massimu kuljum ta' ħin FDP jista' jiġi estiż sa' siegħa aktar.

2.2.

Mhux permessi li jsiru estensjonijiet għal FDP bażiku ta' sitt setturi jew aktar.

2.3.

Fejn FDP jidħol fuq il-WOCL b' estensjonijiet sa' medda ta sagħtejn l-estensjonijiet huma limitati sa erba' setturi.

2.4.

Fejn FDP jidħol fuq il-WOCL b'aktar minn sagħtejn l-estensjonijiet huma limitati sa' żewġ setturi.

2.5.

In-numru massimu ta' estensjonijiet hu ta' tnejn fi kwalunkwe 7 t'ijiem konsekuttivi.

2.6.

Fejn FDP hu ppjanat biex juża estensjoni qabel u wara l-ħin minimu ta' mistrieħ mit-titjira jiżdied b'sagħtejn jew inkella wara l-ħin ta' mistrieħ mit-titjira biss jiżdied b'erba' sigħat. Meta l-estensjonijiet jiġu użati għall-FDP b'mod konsekuttivi l-ħin ta' mistrieħ ta' qabel u wara bejn iż-żewġ operazzjonijiet għandu jittieħed jgħaddi konsekutivament.

2.7.

Meta l-FDP b'estensjoni jibda' fil-perjodu ta' bejn it-22:00 sa l-04:59 l-operatur għandu jillimita l-FDP għal 11.45 sigħat.

3.

Ekwipaġġ tal-Kabina

3.1.

Biex ekwipaġġ tal-kabina jiġi assenjat titjira jew sensiela ta' titjiriet, l-FDP ta' l-ekwipaġġ tal-kabina jista' jigi estiż bid-differenza fil-ħin ta' rappurtar bejn l-ekwipaġġ tal kabina u l-ekwipaġġ tat-titjira, sakemm id-differenza ma tkunx ta' aktar minn siegħa.

4.

Saħħa fl-Operazzjonijiet

4.1.

L-iskedi ppjanati jridu jipprovdu biex it-titjiriet jintemmu fl-itwal perjodu ta' dmir ta' titjira. Biex jgħinu sabiex jinkiseb dan l-operaturi għandhom jieħdu azzjoni sabiex jibdlu l-iskeda jew l-arranġament ta' l-ekwipaġġ sa mhux aktar tard ikun fejn l-operazzjoni effettiva taqbeż l-FDP massimu fuq aktar min 33 % tat-titjiriet f'dik l-skeda matul il-perjodu ta' l-istaġun ta' dik l-iskeda.

5.

Pożizzjonament

5.1.

Iż-żmien kollu mqatta' fuq il-pożizzjonament jingħadd bħala dmir.

5.2.

Pożizzjonamnet wara li jirraportaw imma qabel ma joperaw għandu jiġi nkluż bħala parti mill-FDP imma ma għandux jgħodd bħala settur.

5.3.

Settur ta' pożizzjonament immedjatament wara settur operattiv jitqies għall-kalkolazzjoni tal-ħin massimu ta' mistrieħ minimu kif imfisser fl-OPS 1.1110 punti 1.1 u 1.2 hawn taħt.

6.

FDP Estiż (Dmir Maqsum)

6.1.

L-Awtorità tista', bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8, tagħti l-kunsens għal operazzjoni bbażata fuq FDP estiż li jinkludi intervall.

6.2.

Kull operatur irid juri lill-Awtorità, bl-użu ta' l-esperjenza operattiva u waqt li jqis fatturi oħra rilevanti, bħat-tagħrif xjentifiku kurrenti, li t-talba tiegħu għal FDP estiż tipproduċi l-istess livell ta' sigurtà.

OPS 1.1110

Mistrieħ

1.

Ħin minimu ta' mistrieħ

1.1

Il-ħin minimu ta' mistrieħ li jrid jiġi pprovdut qabel ma jwettaq perjodu ta' dmir waqt titjira li tibda mill-bażi ta' residenza jkun twil ta' l-inqas daqs il-perjodu ta' dmir preċedenti jew 12 il-siegħa liema wieħed ikun l-itwal;

1.2

Il-ħin minimu ta' mistrieħ li jrid jiġi pprovdut qabel ma jwettaq perjodu ta' dmir waqt titjira li tibda il-bogħod mill-bażi ta' residenza għandu jkun twil ta' l-inqas daqs il-perjodu ta' dmir jew 10 sigħat liema wieħed ikun l-itwal; fil-każ ta' ħin minimu ta' mistrieħ l-bogħod mill-bażi ta' residenza, l-operatur, waqt li jagħti kont tal-bżonnijiet tal-ivvjaġġar u oħrajn fiżjoloġiċi, irid jipprovdi għall-opportunità ta' raqda ta' 8 sigħat;

1.3.

Kif irregolat mill-Awtorità bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8, l-operatur għandu jiżgura li l-effetti tad-differenzi fiż-żoni tal-ħin fuq il-membri ta' l-ekwipaġġ ikunu kompensati b'mistrieħ miżjud.

1.4.1.

Minkejja 1.1 u 1.2 u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8, l-Awtorità tista' tħalli arranġamenti ta' mistrieħ imnaqqsa.

1.4.2.

Kull operatur irid juri lill-Awtorità, bl-użu ta' l-esperjenza operattiva u waqt li jqis fatturi oħra rilevanti, bħat-tgħarif xjentifiku kurrenti, li t-talba tiegħu għal arranġamenti ta' mistrieħ imnaqqsa tipproduċi l-istess livell ta' sigurtà.

2.

Perjodi ta' mistrieħ

2.1.

Operatur għandu jiżgura li l-perjodu ta' mistrieħ pprovdut hekk kif spjegat hawn fuq jiġi miżjud perjodikament, għal perjodu ta' mistrieħ fil-gimgħa, ta' 36 siegħa inklużi żewġt iljieli lokali, biex ma jkun hemm qatt iktar min 168 siegħa bejn it-tmiem ta' perjodu ta' mistrieħ ta' ġimgħa u l-bidu ta' dak li jmiss. Bħala eċċezzjoni għall-OPS 1.1095 punt 1.9, l-Awtorità tista' tiddeċiedi li t-tieni taż-żewġ t'iljieli jista' jibda' mill-20:00 siegħa jekk il-perjodu ta' mistrieħ ta' kull ġimgħa jkollu dewmien ta' mill-inqas 40 siegħa.

OPS 1.1115

Estensjoni tal-perjodu ta' dmir fuq titjira minħabba mistrieħ meħud matul it-titjira

1.

Skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 hu pprovdut li kull operatur juri lill-Awtorità, bl-użu ta' l-esperjenża operattiva, u waqt li jqis fatturi oħra rilevanti bħall-għarfien xjentifiku kurrenti, li t-talbiet tiegħu jipproduċu l-istess livell ta' sigurtà:

1.1.

Żieda fl-Ekwipaġġ tat-Titjira

l-Awtorità għandha toħloq rekwiżiti fir-rigward taż-żieda fl-ekwipaġġ bażiku tat-titjira għall-iskop li jiġi estiż il-perjodu ta' dmir fuqtitjira aktar mill-limiti fl-OPS 1.1105 hawn fuq;

1.2.

Ekwipaġġ tal-kabina

l-Awtorità għandha toħloq rekwiżiti fir-rigward tal-ħin minimu ta' mistrieħ ta' membru(i) ta' l-ekwipaġġ tal-kabina fuq titjira meta l-FDP jmur lil hinn mill-limiti fl-OPS 1.1105 hawn fuq;

OPS 1.1120

Ċirkostanzi mhux mistennija f'operazzjonijiet effettivi ta' titjir — id-diskrezzjoni tal-kmandant

1.

Meta jitqies il-bżonn ta' kontroll attent ta' dawn l-istanzi msemmija hawn taħt, matul l-operazzjoni effettiva tat-titjira, li tibda mill-ħin tar-rapport, il-limiti ta' ħin ta' dmir fuq titjira, il-perjodi ta' dmir u ta' mistrieħ imfassla f'din is-Subparti jistgħu jiġu emendati fil-każ ta' ċirkostanżi mhux mistennija. Kull tali bidla trid tkun aċċettabbli għall-kmandant wara konsultazzjoni mal-membri l-oħra kollha ta' l-ekwipaġġ u jridu, fiċ-ċirkostanzi kollha, jimxu ma' dan li ġej:

1.1.

L-FDP massimu mmsemmi fl-OPS 1.1105 punt 1.3 hawn fuq ma jistax jiżdied b'aktar minn sagħtejn sakemm ma kienx hemm żieda fl-ekwipaġġ tal-kabina, fl-liema każ il-perjodu ta' dmir fuq titjira ma jistax jiżdied b'aktar minn 3 sigħat;

1.1.2.

Jekk fl-aħħar settur f'FDP wara it-tluq iseħħu ċirkostanzi mhux mistennija li jirriżultaw fiż-żieda permessa tinqabeż, it-titjira tista' tkompli lejn id-destinazzjoni ppjanata jew alternattiva;

1.1.3.

Fil-każ li jseħħu dawn iċ-ċirkostanzi l-perjodu ta' mistrieħ wara l-FDP jista' jitnaqqas imma qatt taħt il-ħin minimu ta' mistrieħ mfisser fl-OPS 1.1110 punt 1.2 ta' din is-Subparti;

1.2.

Il-Kmandant, fil-każ ta' ċirkostanzi speċjali, li jkunu jistgħu jwasslu għall-għajja gravi, u wara konsultazzjoni mal-membri ta' l-ekwipaġġ milquta, għandu jnaqqas il-ħin tad-dmir fuq titjira u/jew iżid il-ħin ta' mistrieħ biex jelimina kull effett ħażin fuq is-sigurtà tat-titjira;

1.3.

Operatur għandu jiżgura li:

1.3.1.

Il-Kmandant jagħmel rapport lill-operatur kull meta l-FDP jiġi miżjud b'diskrezzjoni tiegħu/tagħha jew meta perjodu ta' mistrieħ jitnaqqas waqt l-operazzjoni effettiva u .

1.3.2.

Fejn żieda ta' l-FDP jew tnaqqis ta' perjodu ta' mistrieħ jkun ta' aktar minn siegħa, kopja tar-rapport, li miegħu l-operatur għandu jżid il-kummenti tiegħu, jintbagħat lill-Awtorità mhux aktar tard minn 28 ġurnata wara l-ġrajja.

OPS 1.1125

Stennija għas-sejħa tax-xogħol (Standby)

1.

Standby fl-Ajruport

1.1.

Membru ta' l-ekwipaġġ qiegħed fuq standby fl-ajruport minn meta jirraporta fil-punt normali ta' rapport sat-tmiem tal-perjodu notifikat ta' standby.

1.2.

Standby fl-ajruport għandu jgħodd kollu għar-raġunijiet ta' sigħat ta' dmiri kumulattivi.

1.3.

Meta immedjatament wara standby fl-ajruport jiġi dmir fuq titjira, ir-rabta bejn tali standby fl-ajruport u d-dmir fuq titjira assenjata għandha titfisser mill-Awtorità. F'tali każ, l-istennija għas-standby fl-ajruport għandha tiżdied mal-perjodu ta' dmir imsemmi fl-OPS 1.1110 taħt il-punti 1.1 u 1.2 għall-iskopijiet li jiġi kkalkulat il-ħin minimu ta' mistrieħ.

1.4.

Meta l-istandby fl-ajruport ma twassalx għall-assenjament ta' dmir fuq titjira, din għandha tiġi segwita ta' l-inqas b'perjodu ta' mistrieħ kif regolat mill-Awtorità.

1.5.

Waqt l-istandby fl-ajruport l-operatur għandu jipprovdi lill-membri ta' l-ekwipaġġ post kwiet u komdu mhux miftuħ għall-pubbliku.

2.

Tipi oħra ta' standby (inkluż standby f'lukanda)

2.1.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8, il-forom kollha ta' standby għandhom ikunu rregolati mill-Awtorità, li għandha tqis dan li ġej:

2.1.1.

L-attivitajiet kollha għadhom ikunu fuq bażi ta' roster/ jew b'notifika bil-quddiem.

2.1.2.

Il-bidu u t-tmiem tal-ħin ta' standby għandhom jiġu mfissra u notifikati bil-quddiem.

2.1.3.

It-tul massimu ta' kwalunkwe standby f'post barra l-punt ta' rapport speċifikat għandu jiġi ddeterminat.

2.1.4.

Meta jittieħdu in konsiderazzjoni il-faċilitajiet disponibbli għall-membri ta' l-ekwipaġġ biex jistrieħu u fatturi oħra rilevanti, ir-relazzjoni bejn l-istandby u kwalunkwe dmir fuq titjira assenjat li jirriżulta mill-istandby għandu jiġi stabbilit.

2.1.5.

L-għadd tal-ħinijiet ta' standby għall-iskopijiet ta' sigħat kumulattivi tad-dmirijiet għandu jiġi stabbilit.

OPS 1.1130

Nutriment

Opportunità ta' ikla u xarba trid iseħħ biex tiġi evitata ħsara fil-ħidma tal-membri ta' l-ekwipaġġ, speċjalment meta l-FDP jaqbeż is-sitt sigħat.

OPS 1.1135

Reġistri tad-dmirijiet fuq titjira, u perjodi ta' dmir u ta' mistrieħ

1.

Operatur għandu jiżgura li r-reġistri tal-membri ta' l-ekwipaġġ jinkludu:

(a)

ħin effettiv ta' qadi ta' dmir;

(b)

bidu, dewmien u t-tmiem ta' kull dmir jew perjodi ta' dmir fuq titjira;

(ċ)

Perjodi ta' mistrieħ u ġranet ħielsa mid-dmirijiet kollha;

u huma miżmuma biex jiżguraw qbil mar-rekwiżiti ta' din is-Subparti; kopji ta' dawn ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli għall-membri ta' l-ekwipaġġ fuq talba tagħhom.

2.

Jekk ir-reġistri miżmuma mill-operatur taħt il-paragrafu 1 ma tkoprix id-dmirijiet fuq titjira, perjodi ta' dmir u ta' mistrieħ kollha tiegħu/tagħha, il-membru ta' l-ekwipaġġ konċernat għandu jżomm reġistriindividwali tal-

(a)

ħinijiet effettivi ta' dmir;

(b)

bidu, dewmien u t-tmiem ta' kull perjodu ta' dmir fuq titjira; u

(c)

perjodi ta' mistrieħ u ġranet ħielsa minn kull dmir tiegħu/ tagħha.

3.

Membru ta' l-ekwipaġġ għandu jippreżenta r-reġistritiegħu/tagħha fuq talba ta' kwalunkwe operatur li juża s-servizzi tiegħu/tagħha qabel ma hu/hi jibda' perjodu ta' dmir fuq titjira.

4.

Ir-reġistri għandhom jiġu ppreservati għal ta' l-inqas 15-il xahar tal-kalendarju mid-data ta' l-aħħar daħla rilevanti mdaħħla jew iktar jekk ikun meħtieġ skond il-liġijiet nazzjonali.

5.

Minbarra, operaturi għandhom iżommu separatament ir-rapporti tal-kmandant ta' l-inġenju ta' l-ajru fuq il-perjodi ta' dmir fuq titjira estiżi, l-estensjoni tas-sigħat ta' titjir u t-tnaqqis tal-perjodi ta' mistrieħ, ta' l-inqas għal sitt xhur wara il-ġrajja.

SUBPARTI R

IT-TRASPORT TA' OĠĠETTI PERIKOLUŻI BL-AJRU

OPS 1.1150

Terminoloġija

(a)

It-termini użati f'din is-Sub Parti għandhom it-tifsiriet li ġejjin:

(1)

Check List ta' l-Aċċetazzjoni. Dokument użat sabiex jgħin fit-twettieq ta' kontroll fuq l-apparenza esterna ta' pakketti li fihom oġġetti perikolużi u d-dokumenti assoċjati tagħhom sabiex jiġi stabbilit ir-rekwiżiti xierqa kollha jkunu ntlaħqu.

(2)

Inġenju ta' l-ajru tat-Tagħbija. Kwalunkwe inġenju ta' l-ajru li jġorr oġġetti jew proprjetà iżda mhux passiġiera. F'dan il-kuntest dawn li ġejjin ma jitqiesux bħala passiġiera:

(i)

Membru ta' l-ekwipaġġ;

(ii)

Impjegat ta' operatur permess minn, u li jinġarr skond, l-istruzzjonijiet li jkun hemm fil-Manwal tat-Tħaddim;

(iii)

Rappreżentant awtorizzat ta' l-Awtorità, jew

(iv)

Persuna b'dmirijiet fir-rigward ta' tagħbija partikolari abbord.

(3)

Aċċident b'Oġġetti Perikolużi. Ġrajja assoċjata ma' u relatata mat-trasport ta' oġġetti perikolużi li tirriżulta fi ħsara fatali jew serja lill-persuna jew ħsara maġġuri fil-proprjetà.

(4)

Inċident b'Oġġetti Perikolużi. Ġrajja, minbarra aċċident b'oġġetti perikolużi, assoċjata ma' u relatat mat-trasport ta' oġġetti perikolużi, li ma jseħħx neċessarjament abbord l-inġenju ta' l-ajru, li jirriżulta fi ħsara lill-persuna, ħsara lill-proprjetà, nirien, ksur, tixrid, taqtir ta' fluwidu jew radjazzjoni jew prova oħra li l-integrità ta' l-ippakkjar ma inżammitx. Kwalunkwe ġrajja li tirrigwarda t-trasport ta' oġġetti perikolużi li tfixkel serjament l-inġenju ta' l-ajru jew l-okkupanti tiegħu titqies ukoll li tikkostitwixxi inċident b'oġġetti perikolużi.

(5)

Dokument għat-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi. Dokument li huwa speċifikat mill-Istruzzjonijiet Tekniċi. Jitlesta mill-persuna li toffri oġġetti perikolużi għat-trasport bl-ajru u jkun fih tagħrif dwar dawk l-oġġetti perikolużi. Id-dokument ikollu dikjarazzjoni ffirmata li turi li l-oġġetti perikolużi huma deskritti bis-sħiħ u b'mod korrett bl-ismijiet tat-trasport bil-baħar xierqa tagħhom u n-numri ta' l-UN/ID u illi dawn huma kklassifikati, ippakjati, immarkati, ittikkettjati b'mod korrett u f'kondizzjoni xierqa għat-trasport.

(6)

Kontenitur tat-Tagħbija. Il-kontenitur tat-tagħbija huwa oġġett tat-tagħmir għat-trasport għall-materjali radjuattivi, intiż li jħaffef it-trasport ta' dawn il-materjali, jekk ippakjati jew mhux ippakjati, b'arranġament wieħed jew aktar tat-trasport. (Nota: ara Apparattat-Tagħbija ta' l-Unità fejn l-oġġetti perikolużi mhumiex materjali radjuattivi.)

(7)

Aġent ta' l-immaniġġar. L-aġenzija li twettaq għan-nom ta' l-operatur xi wħud mill-funzjonijiet ta' dan ta' l-aħħar, jew kollha, inkluż, li jirċievi, jgħabbi, jitrasferixxi jew iħott, jibgħat jew ipproċessar ieħor tal-passiġiera jew it-tagħbija.

(8)

Numru ta' l-ID. Numru ta' l-identifikazzjoni temporanju għall-oġġett mill-oġġetti perikolużi li ma jkunx ingħata numru ta' l-UN.

(9)

Overpack’. Post magħluq użat minn persuna li tibgħat bil-vapuri waħda sabiex tesa' pakkett wieħed jew aktar u tifforma unità ta' l-immamiġġar wieħed għall-konvenjenza ta' l-immaniġġar u stivar. (Nota: apparat tat-tagħbija ta' l-unità mhuwiex inkluż f'din it-tifsira.)

(10)

Ippakkjar. Il-prodott komplut tal-ħidma ta' l-ippakkjar li jikkonsisti fl-ippakkjar u l-kontenut tiegħu preparati għat-trasport.

(11)

Kaxex. Kontenituri u kwalunkwe komponenti jew materjali oħra neċessarji għall-kontenitur sabiex iwettaq il-funzjoni tiegħu li jżomm u li jiżgura konformità mar-rekwiżiti ta' l-ippakkjar.

(12)

Isem Proprju tal-Ġarr bil-Vapur. L-isem li għandu jintuża sabiex ikunu spjegati oġġett jew sustanza partikolari fid-dokumenti u n-notifiki kollha tal-ġarr bil-baħar u, fejn ikun xieraq, fuq il-kaxex.

(13)

Ħsara ta' Natura Serja. Ħsara li tiġġarrab minn persuna f'aċċident u li:

(i)

titlob waqfa fl-isptar ta' aktar minn 48 siegħa, li tibda fi żmien seba t'ijiem mid-data meta ssir il-ħsara; jew

(ii)

Tirriżulta fil-ksur ta' kwalunkwe għadma (għajr ksur sempliċi tas-swaba, swaba tas-saqajn jew ta' l-imnieħer); jew

(iii)

Tinvolvi girfiet li jikkawżaw emorraġija severa, ħsara fin-nervituri, muskolu jew dik li tgħaqqad il-muskolu ma' l-għadam; jew

(iv)

Tinvolvi ħsara lill-organi interni; jew

(v)

Tinvolvi ħruq tat-tieni jew tat-tielet grad, jew kwalunkwe ħruq li jaffettwa aktar minn 5 % tal-wiċċ tal-ġisem; jew

(vi)

Tinvolvi esponimentverifikat għal sustanzi infettivi jew radjazzjoni li tagħmel ħsara.

(14)

Stat ta' l-Oriġini. L-Awtorità li fit-territorju tagħha l-oġġetti perikolużi tgħabbew l-ewwel darba fuq l-inġenju ta' l-ajru.

(15)

Struzzjonijiet tekniċi. L-edizzjoni l-aktar riċenti effettiva ta' l-Istruzzjonijiet Tekniċi għat-Trasport mingħajr perikolu ta' l-Oġġetti Perikolużi bl-Ajru (Dok 9284–AN/905), inkluż Suppliment u kwalunkwe Addendum, approvat u ppubblikat b'deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali.

(16)

Numru ta' l-UN. In-numru b'erba' numri assenjat mill-Kumitat ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi sabiex tkun identifikata sustanza jew grupp partikolari ta' sustanzi.

(17)

Apparat għat-Tagħbija ta' l-Unità. Kwalunkwe tip ta' kontenitur ta' l-inġenju ta' l-ajru, palit ta' l-inġenju ta' l-ajru b'xibka, jew palit ta' l-inġenju ta' l-ajru b'xibka fuq igloo. (Nota: ‘Overpack’ mhuwiex inkluż f'din it-tifsira; għall-kontenitur li jkun fih materjal radjuattiv ara t-tifsira għall-kontenitur tat-tagħbija.)

OPS 1.1155

Approvazzjoni għat-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi

Operatur ma għandux jittrasporta oġġetti perikolużi għajr jekk approvat li jagħmel dan mill-Awtorità.

OPS 1.1160

Kamp ta' Applikazzjoni

(a)

Operatur għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet li hemm fl-Istruzzjonijiet Tekniċi fl-okkazzjonijiet kollha meta jinġarru oġġetti perikolużi, irrespettivament ta' jekk it-titjira hijiex kollha jew parti minnha barra t-territorju ta' l-Istat.

(b)

Oġġetti u sustanzi li mod ieħor ikunu klassifikati bħala oġġetti perikolużi huma esklużi mid-dispożizzjonijiet ta' din is-Subparti, sal-punt speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi, sakemm:

(1)

Huma meħtieġa li jkunu abbord l-ajruplan skond ir-regoli applikabli rilevanti jew għar-raġunijiet tal-ħidma;

(2)

Jinġarru bħala provvisti sabiex jitħejja l-ikel jew għas-servizz tal-kabina;

(3)

Jinġarru għall-użu fit-titjira bħala għajnuna veterinarja jew bħala xi ħaġa li toqtol lill-annimali b'mod uman;

(4)

Jinġarru għall-użu fit-titjira għall-għajununa medika għall-pazjent, sakemm:

(i)

Iċ-ċilindri tal-gass ikunu ġew fabbrikati b'mod speċifiku għall-iskop li jżommu u jġorru dak il-gass partikolari;

(ii)

Id-drogi, il-mediċini u affarijiet oħra tal-mediċina huma taħt il-kontroll ta' persunal imħarreġ matul il-ħin meta dawn jintużaw fl-ajruplan;

(iii)

It-tagħmir li jkun fih batteriji wet cell jinżamm u, meta jkun neċessarju marbut, f'pożizzjoni 'l fuq sabiex ikun evitat li tfur l-elettrolit; u

(iv)

Issir dispożizzjoni xierqa sabiex jintrefa u jintrabat it-tagħmir kollu matul it-tluq u l-inżul fil-ħinijiet l-oħra kollha meta jitqies neċessarju mill-kmandant fl-interess tas-sigurtà; jew

(5)

Jinġarru minn passiġiera jew membri ta' l-ekwipaġġ.

(ċ)

L-oġġetti u s-sustanzi ntiżi bħala sostituti għal dawk f'(b)(1) u (b)(2) hawn fuq għandhom jinġarru fuq l-ajruplan kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi.

OPS 1.1165

Limitazzjonijiet fuq it-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi

(a)

Operatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiżgura illi l-oġġetti u s-sustanzi li huma identifikati b'mod speċifiku b'isem jew deskrizzjoni ġenerika fl-Istruzzjonijiet Tekniċi bħala li huma projbiti għat-trasport taħt kwalunkwe ċirkustanzi ma jinġarrux fuq kwalunkwe ajruplan.

(b)

Operatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiżgura illi l-oġġetti u s-sustanzi jew l-oġġetti oħra li huma identifikati fl-Istruzzjonijiet Tekniċi bħala li huma projbiti għat-trasport f'ċirkustanzi normali huma trasportati biss meta:

(1)

Ikunu eżentati mill-Istati kkonċernati taħt id-dispożizzjonijiet ta' l-Istruzzjonijiet Tekniċi; jew

(2)

L-Istruzzjonijiet Tekniċi juri li dawn jistgħu jiġu trasportati taħt approvazzjoni maħruġa mill-Istat ta' l-Oriġini.

OPS 1.1170

Klassifika

Operatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiżgura illi l-oġġetti u s-sustanzi huma kklasifikati bħala oġġetti perikolużi kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi.

OPS 1.1175

Ippakkjar

Operatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiżgura illi l-oġġetti perikolużi huma ppakkjati kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi.

OPS 1.1180

L-ittikkettjar u l-Immarkar

(a)

Operatur għandu jieħu l-miżuri raġonevoli kollha sabiex jiżgura li l-pakketti, l-‘Overpack’s u l-kontenituri tat-tagħbija huma ittikkettjati u mmarkati kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi.

(b)

Fejn oġġetti perikolużi jinġarru fuq titjira li sseħħ kollha kemm hi jew parti minnha barra t-territorju ta' stat, l-ittikkettjar u l-immarkar għandu jkun fil-lingwa Ingliża minbarra kwalunkwe rekwiżiti ta' lingwi oħra.

OPS 1.1185

Dokument għat-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi

(a)

Operatur għandu jiżgura illi, għajr meta jkun speċifikat mod ieħor fl-Istruzzjonijiet Tekniċi, l-oġġetti perikolużi jkunu akkumpanjati minn dokument għat-trasport ta' oġġetti perikolużi.

(b)

Meta l-oġġetti perikolużi jinġarru fuq titjira li sseħħ kollha kemm hi jew parti minnha barra t-territorju ta' stat, għandha tintuża l-lingwa Ingliża għad-dokument għat-trasport ta' l-oġġetti perikolużi minbarra kwalunkwe rekwiżiti ta' lingwi oħra.

OPS 1.1195

Aċċetazzjoni ta' Oġġetti Perikolużi

(a)

Operatur ma għandux jaċċetta oġġetti perikolużi għat-trasport sakemm il-pakkett, ‘Overpack’ jew il-kontenitur tat-tagħbija jkun ġie spezzjonat skond il-proċeduri ta' l-aċċetazzjoni fl-Istruzzjonijiet Tekniċi.

(b)

Opertur jew ta' l-aġent ta' l-immaniġġar tiegħu għandhom jużaw check list ta' l- aċċettazzjoni. Iċ-check list ta' l-aċċetazzjoni għandha tippermetti li d-dettalji rilevanti kollha jkunu kkontrollati u għandha tkun fit-tali forma li tippermetti r-reġistrar tar-riżultati tal-kontroll ta' l-aċċetazzjoni b'mezzi manwali, mekkaniċi jew kompjutterizzati.

OPS 1.1200

Spezzjoni għall-Ħsara, Telf tal-likwidu jew tal-gass jew Kontaminazzjoni

(a)

Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Il-pakketti, ‘Overpack’ u l-kontenituri tat-tagħbija huma spezzjonati għall-prova ta' telf tal-likwidu jew tal-gass jew ħsara immedjatament qabel it-tagħbija fuq l-ajruplan jew f'apparat għat-tagħbija ta' l-unità, kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi;

(2)

L-apparat għat-tagħbija ta' l-unità ma jitgħabbiex fuq l-ajruplan għajr jekk ikun spezzjonat kif mitlub mill-Istruzzjonijiet Tekniċi u jinsab mingħajr kwalunkwe prova ta' telf ta' likwidu jew ta' gass minn, jew ħsara lil, l-oġġetti perikolużi li jkunu fih;

(3)

Pakketti li jqattru jew bil-ħsara, ‘Overpack’s jew kontenituri tat-tagħbija li ma jitgħabbewx ġewwa l-ajruplan;

(4)

Kwalunkwe pakkett ta' oġġetti perikolużi li jinstab fuq l-ajruplan u li jidher li għandu l-ħsara jew iqattar jitneħħa jew isiru arranġamenti għat-tneħħija tiegħu mill-awtorità jew l-organizzazzjoni xierqa. F'dan il kaz l-ibqija tal-konsenja għandha tkun spezzjonata sabiex ikun żgurat li huwa fil-kondizzjoni xierqa għat-trasport u illi l-ebda ħsara jew kontaminazzjoni ma jkunu saru fl-ajruplan jew it-tagħbija tiegħu; u

(5)

Il-pakketti, l-‘Overpack’s u l-kontenituri tat-tagħbija huma spezzjonati għal sinjali ta' ħsara jew telf ta' likwidu jew ta' gass meta tinħatt it-tagħbija mill- ajruplan jew mill-apparat għat-tagħbija ta' l-unità u, jekk hemm prova ta' ħsara jew telf ta' likwidu jew ta' gass, iż-żona fejn ikun hemm l-oġġetti perikolużi kienu merfugħa tkun spezzjonata għal ebda ħsara jew kontaminazzjoni.

OPS 1.1205

It-Tneħħija tal-Kontaminazzjoni

(a)

Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Kwalunkwe kontaminazzjoni li tinsab bħala riżultat tal-telf ta' likwidu jew ta' gass jew ħsara lill-oġġetti perikolużi titneħħa mingħajr dewmien; u

(2)

Ajruplan li jkun ġie kontaminat b'materjali radjuattivi jitneħħa mis-servizz immedjatament u ma jitreġġax lura sakemm il-livell tar-radjuazzjoni fi kwalunkwe wiċċ aċċessibbli u n-nuqqas ta' kontaminazzjoni fissa mhumiex aktar mill-valuri speċifikati fl-Istruzzjonijiet Tekniċi.

OPS 1.1210

Restrizzjonijiet għat-Tagħbija

(a)

Il-kabina tal-passiġiera u l-Gverta ta' l-Ajruplan. Operatur għandu jiżgura li l-oġġetti perikolużi ma jinġarrux fil-kabina ta' l-ajruplan okkupata mill-passiġiera jew fil-gverta ta' l-ajruplan, għajr jekk ikun speċifikat mod ieħor fl-Istruzzjonijiet Tekniċi.

(b)

Kompartimenti għat-Tagħbija. Operatur għandu jiżgura li l-oġġetti perikolużi jitgħabbew, jinfirdu, jintrefgħu u jkunu mħarsa fuq l-ajruplan kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi.

(ċ)

Oġġetti Perikolużi Ntiżi għall-Ġarr Biss fuq Inġenju ta' l-Ajru għat-Tagħbija. Operatur għandu jiżgura li l-pakketti ta' l-oġġetti perikolużi li jkollhom it-tikketta ’inġenju ta' l-ajru għat-Tagħbija Biss’ jinġarru fuq inġenju ta' l-ajru għat-tagħbija u mogħbija kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi.

OPS 1.1215

Għoti ta' Tagħrif

(a)

Tagħrif lill-Istaff fuq l-Art. Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

Jingħata tagħrif sabiex jgħin lill-istaff fuq l-art li jwettqu x-xogħolijiet tagħhom fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti perikolużi, inkluż l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu f'każ ta' inċidenti u aċċidenti li jinvolvu l-oġġetti perikolużi; u

(2)

Fejn japplika, it-tagħrif imsemmi fis-sub-paragrafu (a)(1) hawn fuq jingħata ukoll lill-aġent ta' l-immaniġġar.

(b)

Tagħrif lill-Passiġiera u Persuni Oħra

(1)

Operatur għandu jiżgura illi dik l-informazzjoni hija mxerrda kif meħtieġa mill-Istruzzjonijiet Tekniċi sabiex il-passiġiera jkunu avżati dwar it-tip ta' oġġetti li huma projbiti li jġorru abbord ajruplan; u

(2)

Operatur u, fejn japplika, l-aġent ta' l-immaniġġar tiegħu, għandhom jiżguraw illi jkun hemm notifiki fil-postijiet ta' l-aċċettazzjoni għat-tagħbija li jagħtu tagħrif dwar it-trasport ta' oġġetti perikolużi.

(ċ)

Tagħrif lill-Membri ta' l-Ekwipaġġ. Operatur għandu jiżgura li t-tagħrif jingħata fil-Manwal tat-Tħaddim sabiex jgħin lill-membri ta' l-ekwipaġġ li jwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tat-trasport ta' oġġetti perikolużi, inkluż, l-azzjonijiet li għandhom jitieħdu f'każ ta' emerġenzi li jseħħu u li jinvolvu oġġetti perikolużi.

(d)

Tagħrif lill-kmandant. Operatur għandu jiżgura illi l-kmandant huwa provdut b'tagħrif bil-miktub, kif speċifikat fl-Istruzzjonijiet Tekniċi. (Ara t-Tabella 1 ta' l-Appendiċi 1 ta' l-OPS 1.1065 għall-perjodu tal-ħażna tad-dokument).

(e)

Tagħrif f'każ ta' Inċident jew Aċċident ta' Ajruplan

(1)

Operatur ta' ajruplan li jkun involut f'inċident ta' ajruplan għandu, fuq talba, jagħti kwalunkwe tagħrif mitlub sabiex jimminimizza l-perikolu maħluq minn kwalunkwe oġġett perikoluż li jinġarru.

(2)

Operatur ta' ajruplan li huwa nvolut f'aċċident ta' ajruplan għandu, mill-aktar fis possibbli, javża lill-awtorità xierqa ta' l-Istat fejn ikun seħħ l-aċċident ta' l-ajruplan b' kwalunkwe oġġetti perikolużi li jinġarru.

OPS 1.1220

Programmi ta' taħriġ

(a)

Operatur għandu jistabilixxi u jżomm programmi ta' taħriġ ta' l-istaff, kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi, li għandu jkun approvat mill-Awtorità.

(b)

Operaturi li ma għandhomx approvazzjoni permanenti li jġorru oġġetti perikolużi. Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

L-istaff li jieħu sehem fl-immaniġġar ġenerali tat-tagħbija u l-bagalji jkunu rċevew taħriġ sabiex iwettqu x-xogħolijiet tagħhom fir-rigward ta' l-oġġetti perikolużi. Bħala minimu dan it-taħriġ għandu jkopri l-oqsma identifikati fil-Kolonna 1 tat-Tabella 1 u jkunu intensivi biżejjed sabiex ikun żgurat li jinkiseb għarfien tal-perikoli assoċjati ma' oġġetti perikolużi, kif ikunu identifikati u liema rekwiżiti japplikaw għall-ġarr ta' dawn l-oġġetti mill-passiġiera; u

(2)

Il-persunal li ġej:

(i)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ;

(ii)

L-istaff li jimmaniġġa l-passiġiera; u

(iii)

L-istaff tas-sigurtà impjegat mill-operatur li jittratta ma' l-iscreening tal-passiġiera u l-bagalji tagħhom,

rċevew taħriġ li, bħala minimu, għandu jkopri l-oqsma identifikati fil-Kolonna 2 tat-Tabella 1 u jkunu intensivi biżejjed sabiex jiżguraw illi jinkiseb l-għarfien tal-perikoli assoċjati ma' oġġetti perikolużi, kif ikunu identifikati u xi rekwiżiti japplikaw għall-ġarr ta' dawn l-oġġetti mill-passiġiera.

Tabella 1

Oqsma tat-taħriġ

1

2

Filosofija ġenerali

X

X

Limitazzjonijiet ta' l-Oġġetti Perikolużi fit-trasport ta' l-ajru

 

X

Immarkar u ittikettjar tal-kaxex

X

X

Oġġetti Perikolużi fil-bagalja tal-passiġiera

X

X

Proċeduri ta' emerġenza

X

X

Nota:

‘X’ turi qasam li għandu jkun kopert.

(ċ)

Operaturi li għandhom approvazzjoni permanenti li jġorru oġġetti perikolużi. Operatur għandu jiżgura illi:

(1)

L-istaff li jieħu sehem fl-aċċetazzjoni ta' l-oġġetti perikolużi jkunu rċevew taħriġ u huma kkwalifikati li jwettqu d-dmirijiettagħhom. Bħala minimu dan it-taħriġ għandu jkopri l-oqsma identifikati fil-Kolonna 1 tat-Tabella 2 u jkun intensiv biżejjed sabiex jiżgura li l-istaff jista' jieħu deċiżjonijiet dwar l-aċċetazzjoni jew ir-rifjut ta' l-oġġetti perikolużi offruti għall-ġarr bl-ajru;

(2)

L-istaff li jaħdem fl-immaniġġar, il-ħażna u t-tagħbija fl-art ta' l-oġġetti perikolużi rċevew taħriġ sabiex jgħinhom iwettqu x-xogħolijiet tagħhom fir-rigward ta' l-oġġetti perikolużi. Bħala minimu dan it-taħriġ għandu jkopri l-oqsma identifikati fil-Kolonna 2 tat- Tabella 2 u jkun intensiv biżejjed sabiex jiżgura illi jinkiseb għarfien tal-perikoli assoċjati ma' l-oġġetti perikolużi, kif ikunu identifikati dawn l-oġġetti u kif jitqandlu u jitgħabbew;

(3)

L-istaff li jieħu sehem fit-tagħbija ġenerali u t-tqandil tal-bagalji rċevew taħriġ sabiex jgħinhom iwettqu d-dmirijiettagħhom fir-rigward ta' l-oġġetti perikolużi. Bħala minimu dan it-taħriġ għandu jkopri l-oqsma identifikati fil-Kolonna 3 tat-Tabella 2 u jkun intensiv biżejjed sabiex jiżgura li jinkiseb għarfien tal-perikoli assoċjati ma' l-oġġetti perikolużi, kif ikunu identifikati dawn l-oġġetti, kif jitqandlu u jitgħabbew u x'rekwiżiti japplikaw għall-ġarr ta' oġġetti bħal dawn mill-passiġiera;

(4)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ li rċevew taħriġ li, bħala minimu, għandu jkopri l-oqsma identifikati fil-Kolonna 4 tat-Tabella 2. It-taħriġ għandu jkun intensiv biżejjed sabiex jiżgura illi jinkiseb l-għarfien tal-perikoli assoċjati ma' l-oġġetti perikolużi u kif għandhom jinġarru fuq ajruplan; u

(5)

Il-persunal li ġej:

(i)

Staff li jimmaniġġa il-passiġiera;

(ii)

Staff tas-sigurtà impjegat mill-operatur li jittrata ma' l-iscreening tal-passiġiera u l-bagalji tagħhom; u

(iii)

Il-membri ta' l-ekwipaġġ minbarra l-membri ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, li rċevew taħriġ li, bħala minimu, għandu jkopri l-oqsma identifikati fil-Kolonna 5 tat-Tabella 2. Taħriġ għandu jkun intensiv biżejjed sabiex jiżgura illi jinkiseb għarfien tal-perikoli assoċjati ma' l-oġġetti perikolużi u liema rekwiżiti japplikaw għall-ġarr ta' dawn l-oġġetti mill-passiġiera jew, aktar ġenerali, il-ġarr tagħhom fuq ajruplan.

(d)

Operatur għandu jiżgura illi l-istaff kollu li jkun irċieva taħriġ jgħaddi minn test sabiex jivverifika li jifhmu r-responsabbiltajiet tagħhom.

(e)

Operatur għandu jiżgura illi l-istaff kollu li jeħtieġ taħriġ f'oġġetti perikolużi jirċievu taħriġ rikurrenti f'intervalli ta' mhux itwal minn sentejn.

(f)

Operatur għandu jiżgura li r-reġistri tat-taħriġ ta' l-oġġetti perikolużi jinżammu għall-istaff kollu mħarreġ skond is-sub-paragrafu (d) hawn fuq u kif meħtieġ mill-Istruzzjonijiet Tekniċi.

(g)

Operatur għandu jiżgura li l-istaff ta' l-aġent ta' l-immaniġġar tiegħu huma mħarrġa skond il-kolonna applikabbli tat-Tabella 1 jew Tabella 2.

Tabella 2

Oqsma tat-taħriġ

1

2

3

4

5

Filosofija ġenerali

X

X

X

X

X

Limitazzjonijiet ta' Oġġetti Perikolużi fit-trasport ta' l-ajru

X

X

 

X

X

Klassifika ta' Oġġetti Perikolużi

X

 

 

 

 

Lista ta' oġġetti perikolużi

X

X

 

X

 

Rekwiżiti ġenerali ta' l-ippakkjar u struzzjonijiet ta' l-ippakkjar

X

 

 

 

 

Speċifikazzjonijiet ta' l-ippakkjar u mmarkar

X

 

 

 

 

Immarkar u ittikettjar tal-pakketti

X

X

X

X

X

Dokumentazzjoni mill-persuna li tibgħat l-oġġetti

X

 

 

 

 

Aċċetazzjoni ta' Oġġetti Perikolużi, inkluż l-użu ta' check list

X

 

 

 

 

Proċeduri tal-Ħażna u tat-tagħbija

X

X

X

X

 

Spezzjonijiet għall-ħsara jew tqattir u l-proċeduri għat-tneħħija tal-kontaminazzjoni

X

X

 

 

 

Għoti ta' tagħrif lill-kmandant

X

X

 

X

 

Oġġetti Perikolużi fil-bagalja tal-passiġiera

X

X

X

X

X

Proċeduri ta' emerġenza

X

X

X

X

X

Nota:

‘x’ turi qasam li għandu jkun kopert.

OPS 1.1225

Rapporti ta' l-Aċċidenti u l-Inċidenti ta' Oġġetti Perikolużi

(a)

Operatur għandu jirraporta inċidenti u aċċidenti ta' oġġetti perikolużi lill-Awtorità. Ir-rapport tal-bidu għandu jintbagħat fi żmien 72 siegħa mill-ġrajja għajr jekk ċirkustanzi speċjali jevitaw dan.

(b)

Operatur għandu jirraporta ukoll lill-Awtorità oġġetti perikolużi mhux dikjarati jew iddikjarati ħażin li jinstabu fit-tagħbija jew fil-bagalja tal-passiġiera. Rapport tal-bidu għandu jintbagħat fi żmien 72 siegħa tas-sejbien għajr jekk ċirkustanzi eċċezzjonali jevitaw dan.

SUBPARTI S

SIGURTA'

OPS 1.1235

Rekwiżiti ta' sigurtà

Operatur għandu jiżgura illi l-persunal xieraq kollhu huwa familjari, u jikkonforma, mar-rekwiżiti rilevanti tal-programmi tas-sigurtà nazzjonali ta' l-Istat ta' l-operatur.

OPS 1.1240

Programmi ta' Taħriġ

Operatur għandu jistabilixxi, iżomm u jmexxi programmi ta' taħriġ approvati li li jgħinu lill-membri ta' l-ekwipaġġ ta' l-operatur li jieħdu azzjoni xierqa sabiex jevitaw atti ta' interferenza mhux legali bħal sabotaġġ jew ħatfa mhux legali ta' ajruplani u li jnaqqsu l-konsegwenzi ta' dawn il-ġrajjiet jekk dawn iseħħu. Il-programm ta' taħriġ għandu jkun kompatibbi mal-programm tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Nazzjonali. Il-membru ta' l-ekwipaġġ individwali għandu jkollu għarfien u l-kompetenza ta' l-elementi rilevanti kollha tal-programm ta' taħriġ.

OPS 1.1245

Rappurtar ta' atti ta' interferenza mhux legali

Wara att ta' interferenza mhux legali abbord ajruplan il-kmandant jew, fin-nuqqas tiegħu /tagħha l-operatur, għandu jibgħat, mingħajr dewmien, rapport ta' att bħal dan lill-awtorità lokali disinnjata u l-Awtorità fl-Istat ta' l-operatur.

OPS1.1250

Checklist tal-proċedura tat-tfittxija ta' l-ajruplan

Operatur għandu jiżgura illi hemm abbord checklist tal-proċeduri li għandhom jintużaw fit-tfittxija ta' bombi jew ta' Apparat Splussiv Improvviżat (IED) f'każ ta' sabotaġġ suspettat u għall-ispezzjoni ta' l-ajruplani għall-armi, splussivi jew apparat perikoluż ieħor moħbi fejn ikun jeżisti suspett raġonevoli li l-ajruplan jista' jkun is-suġġett ta' att ta' interferenza mhux legali. Iċ-checklist għandha tkun imsaħħa minn gwida dwar il-kors xieraq ta' azzjoni li għandu jitieħed jekk il-bomba jew l-oġġett suspettuż jinstabu u t-tagħrif dwar il-post tal-bomba ta' l-inqas riskju speċifiku għall-ajruplan fejn provdut mid-detentur taċ-Ċertifikat tat-Tip.

OPS 1.1255

Is-sigurtà tal-kompartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira

(a)

Fl-ajruplani kollha li huma mgħammra b'bieb tal-kompartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira, dan il-bieb għandu jkun jista' jissakkar, u mezzi jew proċeduri aċċetabbli lill-Awtorità għandhom ikunu provduti jew stabbiliti li permezz tagħhom l-ekwipaġġ tal-kabina jista' javża l-ekwipaġġ tat-titjira f'każ ta' attività suspettuża jew ksur tas-sigurtà fil-kabina.

(b)

L-ajruplani kollha li jġorru l-passiġiera b'massa tat-tluq ċertifikata massima li taqbeż 45 500 kg jew b'konfigurazzjoni massima approvata tal-postijiet ta' bilqiegħda tal-passiġiera akbar minn 60 għandhom ikunu mgħammra b'bieb tal-kompartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira approvat illi jista' jissakkar u jinfetaħ mis-stazzjon ta' kullpilota u disinnjat li jilħaq ir-rekwiżiti tal-ħidma ta' l-adegwatezza għat-titjir retroattivi applikabbli. Id-disinn ta' dan il-bieb ma għandux ifixkel l-ħidmiet ta' l-emerġenza, kif meħtieġ fir-rekwiżiti tal-ħidma ta' l-adegwatezza għat-titjir retroattivi applikabbli.

(ċ)

Fl-ajruplani kollha li huma mgħammra bil-bieb tal-kompartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira skond is-sub-paragrafu (b):

(1)

Dan il-bieb għandu jingħalaq qabel ma tibda l-magna għat-tluq u jissakar meta meħtieġ mill-proċedura tas-sigurtà jew il-Kmandant, sakemm il-magna tintefa' wara l-inżul, għajr meta jitqies neċessarju għall-persuni awtorizzati li jkollhom aċċess jew ħruġ f'konformità mal-Programm tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Nazzjonali;

(2)

għandhom ikunu provduti mezzi għat-tħaris minn jew l-istazzjoni tal-pilota għaż-żona barra l-kompartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira sal-punt barra l-kompartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira sal-punt neċessarju biex ikunu identifikati l-persuni li jitolbu dħul fil-kompartiment ta' l-ekwipaġġ tat-titjira u sabiex jindunaw b'imġieba suspettuża jew theddid potenzjali.”


(1)  ĠU L 240, 24.8.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.


Top