EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0181

181/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 181/2006 ta’ l- 1 ta’ Settembru 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 fir-rigward tal-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija li mhumiex demel u li jemenda lil dak ir-Regolament Test b’rilevanza għaz-ŻEE.

OJ L 29, 2.2.2006, p. 31–34 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M, 28.11.2006, p. 77–80 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 082 P. 10 - 13
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 082 P. 10 - 13

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/03/2011; Imħassar b' 32011R0142

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/181/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

77


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 181/2006

ta’ l-1 ta’ Settembru 2006

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 fir-rigward tal-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija li mhumiex demel u li jemenda lil dak ir-Regolament

(Test b’rilevanza għaz-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkundsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikoli 20(2), 22(2) u 32(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprojbixxi l-applikazzjoni fuq art għall-mergħa ta’ fertilizzanti organiċi u ta’ improvers tal-ħamrija li mhumiex demel. Din il-projbizzjoni saret skond il-projbizzjoni ta’ l-għalf attwali ta’ l-UE, u hija intenzjonata biex tipprevjeni r-riskji ta’ kontaminazzjoni possibbli mill-art għall-mergħa fejn il-materjal tal-Kategorija 2 u tal-Kategorija 3 jistgħu jkunu preżenti. Tali riskji jistgħu jirriżultaw minn mergħat jew mill-użu tal-ħxejjex bħala ħaxix għall-għalf maħżun jew tiben minn annimali tal-biedja. Dak ir-Regolament jippreskrivi li miżuri għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni, inklużi l-miżuri ta’ kontroll, għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku xieraq.

(2)

Bosta kumitati xjentifiċi ħarġu numru ta’ opinjonijiet xjentifiċi li huma rilevanti għall-applikazzjoni fuq l-art ta’ fertilizzanti organiċi u ta’l-improvers tal-ħamrija. Dawn jinkludu, l-ewwel, l-Opinjoni ta’ l-24 u l-25 ta’ Settembru 1998 tal-Kumitat ta’ Direzzjoni Xjentifiku dwar is-sigurtà tal-fertilizzanti organiċi derivati minn annimali mammiferi, it-tieni, l-Opinjoni ta’ l-24 ta’ April 2001 tal-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent dwar il-valutazzjoni tat-trattamenti fuq il-ħama għat-tnaqqis ta’ l-organiżmi patoġeniċi, it-tielet, l-Opinjoni ta’ l-10 u l-11 ta’ Mejju 2001 tal-Kumitat Permanenti Xjentifiku dwar is-sigiurtà ta‘ fertilizzanti organiċi derivati minn materjali derivati minn bhejjem li jixtarru u r-raba’, l-Opinjoni tat-3 ta’ Marzu 2004 tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi ta’ l-Awtorità Ewropea dwar l-Istandards ta’ l-Ikel fir-rigward tas-sigurtà vis-à-vis ir-riskji bijoloġiċi li jinkludu t-TSEs ta’ l-applikazzjoni fuq art għall-mergħa ta’ fertilizzanti organiċi u ta’ improvers tal-ħamrija.

(3)

Dawk l-Opinjonijiet Xjentifiċi taw parir li tessuti ta’ annimali li għandhom probabbiltà li jkun fihom l-aġenti tat-TSE m’għandhomx jiġu inkorporati fil-fertilizzanti organiċi u fl-improvers tal-ħamrija għall-użu fuq art li hija aċċessibbli mill-bhejjem. Materjal ieħor jista’ jintuża fil-produzzjoni tal-fertilizzanti organiċi u ta’ l-improvers tal-ħamrija skond ċerti kondizzjonijiet ta’ saħħa li jinvolvu s-sħana u li jkunu ta’ provenjenza safja sabiex iktar jitrażżnu r-riskji potenzjali.

(4)

Fid-dawl ta’ dawn l-Opinjonijiet Xjentifiċi, regoli ta’ implimentazzjoni, inklużi miżuri ta’ kontroll, għandhom jiġu stipolati għall-applikazzjoni fuq l-art ta’ fertilizzanti organiċi u improvers tal-ħamrija, kif ukoll tal-fdalijiet mid-diġestjoni u l-kompost

(5)

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni pprovduti fir-Regolament għandhom isiru mingħajr preġudizzju għall-miżuri tradizzjonali li huma applikabbli bħalissa skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(6)

Għandu jkun possibbli li jitqiegħdu fis-suq u jiġu esportati fertilizzanti organiċi u improvers tal-ħamrija bil-kondizzjoni li jkun hemm konformità mal-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri stipolati f’dan ir-Regolament jikkonformaw ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ tranżizzjoni adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw regoli nazzjonali aktar stretti minn dawk li huma pprovduti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-mod li l-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija jintużaw fit-territorju tagħhom fejn tali regoli huma ġustifikati fil-kamp ta’ l-annimali u dak pubbliku.

Artikolu 2

Emenda

Fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, punt 39 jinbidel b'dan li ġej:

“39.

‘art għall-mergħa’ tfisser art mgħottija bil-ħaxix jew ħxejjex oħrajn fejn jirgħu jew li ntużat bħala għalf għall-annimali tal-biedja, li teskludi art fejn ġew applikati fertilizzanti organiċi u improvers tal-ħamrija skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 181/2006 (*);

Artikolu 3

Kondizzjonijiet għall-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija

Il-fertilizzanti tal-ħamrija u l-improvers tal-ħamrija għandhom jiġu prodotti biss minn materjali tal-Kategorija 2 u l-Kategorija 3.

Artikolu 4

Kontroll ta’ l-organiżmu patoġeniku, l-ippakkjar u l-ittikkettjar

Il-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet dwar il-kontroll ta’ l-organiżmi patoġeniċi u ta’ l-ittikkettjar stipolati fil-Partijiet I u II ta’ l-Anness.

Artikolu 5

Trasport

Il-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija għandhom jiġu trasportati skond il-kondizzjonijiet stipolati fil-Parti III ta’ l-Anness.

Artikolu 6

Użu u restrizzjonijiet fl-imriegħi

1.   Restrizzjonijiet speċjali fl-imriegħi stipolati fil-Parti IV ta’ l-Anness għandhom japplikaw fejn il-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija jiġu applikati fuq l-art.

2.   Prodotti pproċessati li huma derivati mill-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali fl-impjant ta’ l-ipproċessar skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 m’għandhomx japplikaw direttament għall-art fejn l-annimali tal-biedja jistgħu jkollhom aċċess.

Artikolu 7

Ir-reġistri

Il-persuna risponsabbli għall-art fejn il-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija jiġu applikati u li għandhom l-aċċess għaliha l-annimali tal-biedja għandhom iżommu reġistri għal mhux inqas minn sentejn ta’:

(a)

il-kwantitajiet tal-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija li ġew applikati;

(b)

id-data ta’ meta l-postijiet fejn il-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija ġew applikati ma’ l-art;

(c)

id-dati ta’ meta l-bhejjem huma permessi jirgħu fuq l-art jew ta’ meta jsir iż-żrigħ ta’ l-art għall-għalf.

Artikolu 8

Tqegħid fis-suq, esportazzjoni u transitu

It-tqegħid fis-suq, l-esportazzjoni u t-transitu tal-fertilizzanti organiċi u ta’ l-improvers tal-ħamrija għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet stipolati fil-Partijiet I u II ta’ l-Anness.

Artikolu 9

Miżuri ta' kontroll

1.   L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex jaċċertaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tagħmel kontrolli regolari fuq l-art fejn ġew applikati l-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija u fejn jista’ jkollhom aċċess l-annimali tal-biedja.

3.   Jekk il-kontrolli li saru mill-awtorità kompetenti juru li ma hemmx konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni xierqa.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mill-1 ta' April 2006.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar l-1 ta’ Frar 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, ta’ l-10.10.2002, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 416/2005 (ĠU L 66, 12.3.2005, p. 10).


ANNESS

KONDIZZJONIJIET GĦALL-FERTILIZZANTI ORGANIĊI U L-IMPROVERS TAL-ĦAMRIJA LI GĦANDHOM JIĠU APPLIKATI FUQ L-ART

I.   Kontroll ta’ l-organiżmu patoġeniku

Il-produtturi tal-fertilizzanti organiċi u ta’ l-improvers tal-ħamrija għandhom jaċċertaw li tkun saret id-dekontaminazzjoni ta’ l-organiżmi patoġeniċi qabel l-applikazzjoni tagħhom fuq l-art skond:

Kapitolu I (D)(10) ta’ l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 fil-każ tal-proteini pproċessati ta’ l-annimali jew prodotti pproċessati derivati mill-materjal tal-Kategorija 2;

Il-Kapitolu II ta’ l-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 fil-każ tal-kompost u tar-residwi tal-bijogas.

II.   Ppakkjar u ttikkettjar

1.

Wara l-ipproċessar u/jew it-trasformazzjoni skond l-Artikolu 5(2) jew 6(2), kif ikun il-każ, tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija għandhom jinħażnu f’kondizzjonijiet xierqa u ttrasportati f’ippakkjar.

2.

L-ippakkjar għandu jiġi ttikkettjat b’mod ċar u leġibbli bl-isem u l-indirizz ta’ l-impjant tal-produzzjoni u għandu jinkludi l-kliem “fertilizzanti organiċi u improvers tal-ħamrija/annimali tal-biedja m’għandhomx ikollhom aċċess għall-art għal mhux inqas minn 21 ġurnata wara l-applikazzjoni fuq l-art”.

III.   Trasport

1.

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax il-punti II(1) u (2) għall-fertilizzanti organiċi u għall-improvers tal-ħamrija li jiġu trasportati u/jew użati fl-istess Stat Membru jew trasportati sa u/jew użati f’Stat Membru ieħor fejn hemm ftehim reċiproku għal dak il-għan, bil-kondizzjoni li d-deċiżjoni ma tippreżenta ebda riskju għas-saħħa ta’ l-annimal jew dik tal-pubbliku.

2.

Id-dokument kummerċjali li jakkumpanja l-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija għandu jinkludi l-kliem “fertilizzanti organiċi u improvers tal-ħamrija/annimali tal-biedja m’ għandhomx ikollhom aċċess għall-art għal mhux inqas minn 21 ġurnata wara l-applikazzjoni fuq l-art”.

3.

Dokument kummerċjali mhux meħtieġ jekk il-fertilizzant organiku u l-improvers tal-ħamrija huma forniti minn vendituri lill-utent aħħari ħlief operaturi kummerċjali.

IV.   Restrizzjonijiet speċjali għall-imriegħi

1.

L-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri meħtieġa biex taċċerta li annimali tal-biedja ma jkollhomx aċċess għall-art fejn il-fertilizzanti organiċi u l-improvers tal-ħamrija ġew applikati qabel ma jkunu għaddew 21 ġurnata mid-data ta’ l-aħħar applikazzjoni.

2.

Meta jkunu għaddew 21 ġurnata mid-data ta’ l-aħħar applikazzjoni tal-fertilizzanti organiċi u improvers tal-ħamrija, l-imriegħ jista’ jsir jew il-ħaxix jew ħxejjex oħrajn jistgħu jinqatgħu għall-użu fl-għalf, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li l-prattika tippreżenta riskju għas-saħħa ta' l-annimali jew dik tal-pubbliku.

3.

L-awtorità kompetenti tista’ tistipola perijodu itwal minn dak speċifikat fil-punt 2 li fih l-imriegħ huwa pprojbit fuq bażi tas-saħħa ta’ l-annimali jew tal-pubbliku.

4.

L-awtorità kompetenti għandha taċċerta li jsir abbozz tal-kodiċi tal-prattika agrikola tajba u li jkun disponibbli għall-użu lil dawk li japplikw il-fertilizzanti organiċi u l-improvers ta-ħamrija fuq l-art, bil-konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi lokali.


Top