EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006L0090

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/90/KE tat- 3 ta’ Novembru 2006 li taddatta għas-seba' darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 305, 4.11.2006, p. 6–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 314M, 1.12.2007, p. 325–326 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 07 Volume 017 P. 5 - 6
Special edition in Romanian: Chapter 07 Volume 017 P. 5 - 6

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/06/2009; Impliċitament imħassar minn 32008L0068

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/90/oj

1.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

325


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2006/90/KE

tat-3 ta’ Novembru 2006

li taddatta għas-seba' darba għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward it-trasport tal-merkanzija perikoluża bil-ferrovija

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta' Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija (1), u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jirreferi għar-Regolament li jikkonċerna t-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID), kif applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005.

(2)

Ir-RID jiġi aġġornat kull sentejn. Għalhekk, il-verżjoni emendata trid tidħol fis-seħħ b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, b'perjodu tranżitorju sat-30 ta' Ġunju 2007.

(3)

Huwa għalhekk meħtieġ li l-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jiġi emendat.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-trasport ta' merkanzija perikoluża msemmi fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 96/49/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 96/49/KE hi emendata kif ġej:

L-Anness mad-Direttiva 96/49/KE jitbiddel b'li ġej:

“ANNESS

L-Anness mar-Regolament li jikkonċerna t-trasport internazzjonali ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija (RID) — Appendiċi C tal-Konvenzjoni dwar it-trasport internazzjonali bil-ferrovija (COTIF), kif applikabbli b’effett mill-1 ta’ Jannar 2007.

It-test ta' l-emendi tal-verżjoni tas-sena 2007 tar-RID irid jiġi ppubblikat hekk kif ikun disponibbli fl-ilsna uffiċjali kollha tal-Komunità.”

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex titħares din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2007. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta sseħħ il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif issir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi-President


(1)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/110/KE (ĠU L 365, 10.12.2004, p. 24).


Top