EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0428

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Ġunju 2006 li tistabbilixxi indikatur fiskali komuni għall-gażolji u l-kerosin (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2383)

OJ L 172, 24.6.2006, p. 15–16 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 118M, 8.5.2007, p. 926–927 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 09 Volume 002 P. 238 - 240
Special edition in Romanian: Chapter 09 Volume 002 P. 238 - 240

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/09/2011; Imħassar b' 32011D0544

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/428/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

926


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta' Ġunju 2006

li tistabbilixxi indikatur fiskali komuni għall-gażolji u l-kerosin

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 2383)

(2006/428/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 95/60/KE tas-27 ta' Novembru 1995 dwar l-immarkar fiskali tal-gażolji u l-kerosin (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 (2) tagħha,

Billi:

(1)

Biex is-suq intern jiffunzjona sewwa, u b'mod partikolari biex ma jkunx hemm evażjoni ta' taxxa, id-Direttiva 95/60/KE tipprovdi għal sistema komuni ta' immarkar għall-identifikazzjoni tal-gażolji, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2710 00 69, u l-kerosin, li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 00 55, li nħarġu għall-konsum eżenti mis-sisa, jew suġġetti għal rata ta' sisa mnaqqsa. Mill-2002, l-ewwel kodiċi nqasam fil-kodiċijiet NM 2710 19 41, 2710 19 45 u 2710 19 49, sabeix jittieħed kont tal-kontenut ta' sulfat fil-gażolju, u t-tieni kodiċi ġie traspost bħala kodiċi NM 2710 19 25.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/574/KE (2) stabbiliet il-prodott identifikat bl-isem xjentifiku ta' N-Ethyl-N-[2-(1-isobutoxyethoxy)ethyl]-4-(phenylazo)aniline (Solvent Yellow 124) bħala l-indikatur fiskali komuni stipulat bid-Direttiva 95/60/KE, għall-immarkar tal-gażolji u l-kerosin li ma ġewx intaxxati bir-rata sħiħa applikabbli għal żjut minerali bħal dawn li jintużaw bħala karburanti.

(3)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2001/574/KE jitlob li d-Deċiżjoni tiġi riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006, fid-dawl ta' żviluppi tekniċi fil-qasam tas-sistemi ta' mmarkar u billi titqies il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-frodi ta' żjut minerali eżenti mis-sisa, jew suġġetti għal rata ta' sisa mnaqqsa.

(4)

Bħala parti mill-proċess ta' reviżjoni saret konsultazzjoni ma' l-Istati Membri. L-Istati Membri huma ġeneralment sodisfatti li Solvent Yellow 124 leħaq l-objettivi tiegħu li jiġi miġġieled l-użu bi frodi ta' żjut minerali eżenti mis-sisa, jew suġġetti għal rata ta' sisa mnaqqsa.

(5)

Ma ġewx irrappurtati problemi fir-rigward ta' l-effetti fuq is-saħħa u l-ambjent bl-użu ta' Solvent Yellow 124.

(6)

Ma ġie ppreżentat s'issa ebda prodott alternattiv, bħala sostitut potenzjali għal Solvent Yellow 124, li jissodisfa l-kriterji kollha li fuqhom intgħażel Solvent Yellow 124 bħala l-indikatur fiskali komuni, bl-appoġġ ta' l-informazzjoni xjentifika rilevanti.

(7)

Għalhekk, Solvent Yellow 124 għandu jibqa' jiġi użat bħala l-indikatur fiskali komuni fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 95/60/KE u suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Direttiva.

(8)

Din id-Deċiżjoni ma teħles ebda impriża mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 82 tat-Trattat.

(9)

L-opportunitajiet mogħtija minn żviluppi fil-ġejjieni fix-xjenza għandhom jitqiesu billi jiġi ffissat limitu ta' żmien għar-reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(10)

Iżda, reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni għandha ssir f'kull ħin qabel dan il-limitu ta' żmien jekk Solvent Yellow 124 jinstab li qed jikkawża ħsara addizzjonali fuq is-saħħa jew l-ambjent.

(11)

Fl-interessi taċ-ċarezza u t-trasparenza d-Deċiżjoni 2001/574/KE għandha tiġi sostitwita.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Taxxi tas-Sisa,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-indikatur fiskali komuni stipulat bid-Direttiva 95/60/KE, għall-immarkar tal-gażolji kollha li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2710 19 41, 2710 19 45, u 2710 19 49, kif ukoll tal-kerosin li jaqa' taħt il-kodiċi NM 2710 19 25, għandu jkun Solvent Yellow 124, kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

L-Istati Membri għandhom jiffissaw livell ta' immarkar ta' mill-anqas 6 mg u mhux aktar minn 9 mg ta' indikatur għal kull litru ta' żejt minerali.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, filwaqt li jitqiesu żviluppi tekniċi fil-qasam tas-sistemi ta' immarkar u l-ħtieġa li jiġi miġġieled l-użu bi frodi ta' żjut minerali eżenti mis-sisa jew suġġetti għal rata ta' sisa mnaqqsa.

Se ssir reviżjoni qabel il-waqt jekk jinstab li Solvent Yellow 124 qed jikkawża ħsara addizzjonali fuq is-saħħa jew l-ambjent.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2001/574/KE hi rrevokata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-22 ta' Ġunju 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 291, 6.12.1995, p. 46.

(2)  ĠU L 203, 28.7.2001, p. 20. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/900/KE (ĠU L 336, 23.12.2003, p. 107).


ANNESS

1.

Identifikazzjoni skond l-Indiċi tal-Kulur: Solvent Yellow 124

2.

Isem xjentifiku: N-Ethyl-N-[2-(1-isobutoxyethoxy)ethyl]-4-(phenylazo)aniline


Top