EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0325

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' April 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali

OJ L 120, 5.5.2006, p. 22–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 294M, 25.10.2006, p. 8–8 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 008 P. 37 - 37
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 008 P. 37 - 37
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 005 P. 10 - 10

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/11/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/325/oj

25.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' April 2006

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

(2006/325/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61 (ċ) tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta bid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (2), u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom.

(2)

Il-Kummissjoni innegozjat Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka li jestendi għad-Danimarka d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat, f'isem il-Komunità Ewropea, fid-19 ta' Diċembru 2005, soġġett għall-possibiltà ta' konklużjoni aktar tard, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/790/KE ta' l-20 ta' Settembru 2005 (3).

(4)

Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea, Ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jipparteċipaw fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(5)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b' dan awtorizzat jinnomina l-persuna bis-setgħa li tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 12(2) tal-Ftehim.

Magħmul fil-Lussemburgu, nhar is 27 ta' April 2006.

F'isem il-Kunsill

Il-President

L. PROKOP


(1)  Opinjoni mogħtija fit-23 ta' Marzu 2006 (mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2004 (ĠU L 381, 28.12.2004, p. 10).

(3)  ĠU L 299, 16.11.2005, p. 61.


Top