EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R2080

2080/2005/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2080/2005 tad- 19 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ, il-programmi ta’ ħidma tagħhom u l-finanzjament tagħhom

OJ L 333, 20.12.2005, p. 8–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 322M, 2.12.2008, p. 145–155 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 067 P. 228 - 238
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 067 P. 228 - 238

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2009; Imħassar b' 32008R0867

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2080/oj

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

145


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2080/2005

tad-19 ta’ Diċembru 2005

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ, il-programmi ta’ ħidma tagħhom u l-finanzjament tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 865/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 827/68 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Biex ikun assigurat li l-organizzazzjonijiet tal-operaturi approvati huma effettivi, l-approvazzjoni trid tkun marbuta mal-kategoriji diversi ta’ operaturi li għandhom impatt qawwi fuq is-settur taż-żejt taż-żebbuġ jew is-settur taż-żebbuġ tal-mejda, filwaqt li jkun assigurat li dawk l-organizzazzjonijiet jistgħu jiggarantixxu l-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet minimi li huma biżżejjed biex jinkisbu riżultati ekonomikament sinifikanti.

(2)

Biex jippermettu lill-Istati Membri produtturi biex jimplimentaw it-tmexxija amministrattiva tas-sistema ta’ organizzazzjonijiet ta’ operaturi approvati fis-settur taż-żebbuġ, il-proċeduri u l-limiti taż-żmien għall-approvazzjoni ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, il-kriterji biex jintgħażlu l-programmi ta’ ħidma tagħhom, l-arranġamenti biex jitħallas il-finanzjament Komunitarju u l-allokazzjoni tiegħu għandhom jiġu stipulati.

(3)

Skont l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (2), li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ appoġġ dirett skont il-politika agrikola komuni u ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, l-Istati Membri jistgħu jżommu sa 10 % tal-komponent taż-żejt taż-żebbuġa fil-vot nazzjonali msemmi fl-Artikolu 41 tiegħu biex jipprovdi għall-finanzjament Komunitarju għall-programmi ta’ ħidma mfassla mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi f’wieħed mill-oqsma jew aktar imsemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 865/2004.

(4)

Skont ir-regoli komuni dwar il-finanzjament ta’ skemi ta’ appoġġ dirett, u biex ikunu jistgħu jintużaw l-ammonti disponibbli mill-Istat Membru, in-nefqa annwali intiża għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma ma għandhiex taqbeż l-ammonti annwali miżmuma mill-Istati Membri skont l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(5)

Biex tkun assigurata l-konsistenza globali bejn l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet ta’ operaturi approvati, għandhom jiġu stipulati t-tipi ta’ miżuri li huma eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju u dawk li mhumiex eliġibbli għandhom jiġu stipulati. L-arranġamenti għas-sottomissjoni tal-programmi u l-kriterji tal-għażla għal dawk il-programmi wkoll. L-Istati Membri konċernati għandhom, iżda, jitħallew jistipulaw kondizzjonijiet addizzjonali ta’ eliġibbiltà sabiex il-miżuri jiġu mmirati aktar lejn is-sitwazzjoni nazzjonali fis-settur taż-żebbuġ.

(6)

Fid-dawl tal-esperjenza, l-ogħla livelli ta’ finanzjament Komunitarju għandhom jiġu stabbiliti talanqas għaż-żoni ta’ titjib tal-impatti ambjentali tat-tkabbir taż-żebbuġ u t-traċċabbiltà, iċ-ċertifikazzjoni u l-protezzjoni, skont l-awtorità tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-kwalità ta’ żejt taż-żebbuġ u żebbuġ tal-mejda permezz ta’ kontroll tal-kwalità fuq iż-żjut taż-żebbuġ mibjugħa lill-konsumatur aħħari sabiex tkun assigurata l-implimentazzjoni ta’ mill-anqas ċertu numru ta’ miżuri f’żoni sensittivi ta’ prijorità.

(7)

Biex ikun assigurat li l-programmi ta’ ħidma jiġu implimentati fil-perjodi taż-żmien mogħtija u skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 865/2004, u biex tkun assigurata t-tmexxija amministrattiva effiċjenti tas-sistema ta’ organizzazzjonijiet tal-operaturi approvati fis-settur taż-żebbuġ, il-proċeduri għandhom jiġu stipulati għall-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni, u għall-għażla u l-approvazzjoni tal-programmi ta’ ħidma.

(8)

Biex ikun jista’ jintuża' sew il-finanzjament disponibbli mill-Istat Membru, għandu jsir provvediment biex issir emenda annwali fil-programmi ta’ ħidma approvati għas-sena li jmiss, biex jitqiesu kull bidliet ġustifikati kif imiss tal-kundizzjonijiet inizjali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu wkoll jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġu emendati l-programmi ta’ ħidma u l-ammonti allokati jitqassmu mill-ġdid mingħajr ma jaqbżu l-ammonti annwali miżmuma mill-Istati Membri produtturi skont l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

(9)

Biex ix-xogħol ikun jista’ jsir fil-ħin, l-organizzazzjonijiet tal-operaturi għandhom ikunu jistgħu jirċievu pagament bil-quddiem ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli annwali għall-programm ta’ ħidma approvat, soġġett għad-depożitar ta’ sigurtà skont it-termini stipulati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ sigurtajiet għall-prodotti agrikoli (3).

(10)

Għall-finijiet ta’ tmexxija kif imiss tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ, l-Istati Membri konċernati għandhom ifasslu pjan ta’ kontroll u jispeċifaw sistema ta’ penali għal kull irregolarita li ssir. Għandu jsir provvediment ukoll biex l-organizzazzjonijiet tal-operaturi jinnotifikaw ir-riżultati tax-xogħol tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri konċernati u biex jittrażmetut dawk ir-riżultati lill-Kummissjoni.

(11)

Għall-fini ta’ ċarezza u trasparenza, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2002 tat-23 ta’ Lulju 2002 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1638/98 fir-rigward tal-programmi tal-ħidma tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ għas-snin ta’ bejgħ 2002/03, 2003/04 and 2004/05 (4) għandu jitħassar u jiġi sostitwit b’Regolament ġdid.

(12)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għaż-Żejt taż-Żebbuġ u ż-Żebbuġ tal-Mejda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi, il-miżuri li huma eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju, l-approvazzjoni tal-programmi ta’ ħidma, u l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ xogħol approvati.

Artikolu 2

Kundizzjonijiet għall-organizzazzjonijiet fis-settur taż-żebbuġ

1.   L-Istati Membri għandhom japprovaw l-organizzazzjonijiet tal-operaturi eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju tal-programmi ta’ ħidma kif imsemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 865/2004.

2.   L-Istati Membri għandhom ifasslu l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, li għandhom jinkludu talanqas dan li ġej:

(a)

l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu magħmula għal kollox minn produtturi taż-żebbuġ li mhumiex membri ta’ xi organizzazzjoni tal-produtturi approvati;

(b)

l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu magħmula esklussivament minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi approvati li mhumiex parti minn assoċjazzjoni oħra approvata ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi;

(c)

l-organizzazzjonijiet l-oħra ta’ operaturi fis-settur taż-żebbuġ li mhumiex parti minn organizzazzjoni oħra ta’ operaturi approvati;

(d)

organizzazzjonijiet ta’ bejn taqsima u oħra għandhom jipprovdu rappreżentazzjoni wiesgħa u bbilanċjata tal-attivitajiet ekonomiċi kollha marbuta mal-produzzjoni u l-ipproċessar taż-żejt taż-żebbuġ jew iż-żebbuġ tal-mejda, u l-kummerċ tiegħu;

(e)

l-organizzazzjoni tal-operaturi għandha tkun f’pożizzjoni li tissottometti programm ta’ ħidma għal talanqas waħda mill-oqsma tal-miżuri msemmija fil-punti (a), (b), (ċ), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1);

(f)

l-organizzazzjoni tal-operaturi għandha tintrabat li tissottometti l-ispezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Waqt li jevalwaw l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni sottomessi mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod partikolari l-aspetti li ġejjin:

(a)

il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur taż-żebbuġ f’kull żona reġjonali definita mill-Istati Membri (minn issa ‘l quddiem “żona reġjonali”);

(b)

l-interessi tal-konsumatur u l-bilanċ tas-suq;

(c)

it-titjib fil-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ tal-mejda;

(d)

evalwazzjoni tal-effettività tal-programmi ta’ ħidma sottomessi.

Artikolu 3

Proċedura biex jiġu approvati l-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ

1.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni, l-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-settur taż-żebbuġ iridu jissottomettu, sa data li trid tiġi determinata mill-Istat Membru sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar ta’ kull sena, applikazzjoni li turi li jilħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titfassal skont mudell provdut mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru sabiex tissorvelja l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2(2). Għandha tinkludi elementi li jagħtu lok li jiġi identifikat kull membru tal-organizzazzjoni tal-operaturi.

2.   Mhux aktar tard mill-1 t’April ta’ kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma approvat, l-organizzazzjoni tal-operaturi għandha tiġi approvata mill-Istat Membru u għandha tirċievi numru tal-approvazzjoni.

3.   L-approvazzjoni għandha tiġi rifjutata, sospiża jew irtirata immedjatament jekk l-organizzazzjoni tal-operaturi ma tilħaqx il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2).

4.   Minkejja dan, l-organizzazzjoni tal-operaturi għandha żżomm id-drittijiet li joħorġu mill-approvazzjoni tagħha sakemm tiġi irtirata l-approvazzjoni tagħha, dejjem jekk tkun aġixxiet b’mod tajjeb fir-rigward tal-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2).

Meta l-approvazzjoni tiġi irtirata minħabba li l-organizzazzjoni tal-operaturi tkun naqset deliberament jew riżultat ta’ negliġenza serja biex tikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2), id-deċiżjoni biex tiġi irtirata l-approvazzjoni għandha sseħħ mid-data li fiha l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ma jibqgħux jintlaħqu.

5.   L-approvazzjoni għandha tiġi rifjutata, sospiża jew irtirata minnufih jekk l-organizzazzjoni tal-operaturi jew wieħed mill-membri tagħha:

(a)

ġiet penalizzata għaliex kisret l-iskema ta’ produzzjoni tal-għajnuna stipulata fir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE (5) fis-snin ta’ bejgħ 2002/03, 2003/04 u 2004/05,

(b)

ġiet penalizzata għaliex kisret l-iskema biex tiffinanzja l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1638/98 (6) fis-snin ta’ bejgħ 2002/03, 2003/04 u 2004/05.

6.   L-organizzazzjonijiet tal-operaturi li ġew approvati mill-Istat Membru skont ir-Regolament (KE) Nru 1334/2002 u/jew irċevew finanzjament għall-programmi ta’ ħidma tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi fis-snin ta’ bejgħ mill-2002/03 sa 2004/05 jistgħu jitqiesu li ġew approvati taħt dan ir-Regolament jekk jilħqu l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2).

Artikolu 4

Finanzjament Komunitarju

1.   Il-finanzjament Komunitarju annwali għall-programmi ta’ ħidma tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi għandu jiġi provdut sal-ammont miżmum skont l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li n-nefqa annwali għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma approvati ma taqbiżx l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-finanzjament Komunitarju jiġi allokat b’mod proporzjonali fuq il-perjodu stipulat fl-Artikolu 8(1).

Artikolu 5

Miżuri eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju

1.   Il-miżuri eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 (minn issa ‘l quddiem “miżuri eliġibbli”) għandhom ikunu kif ġej:

(a)

fil-qasam tas-segwiment tas-suq u t-tmexxija amministrattiva fis-settur taż-żejt taż-żebbuġ u ż-żebbuġ tal-mejda:

(i)

ġbir ta’ data dwar is-settur u s-suq, skont l-ispeċifikazzjonijiet marbuta mal-metodu, rappreżentanza ġeografika u preċiżjoni stipulata mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

(ii)

tfassil ta’ studji, b’mod partikolari dwar suġġetti marbuta mal-attivitajiet l-oħra stipulati fil-programm ta’ ħidma tal-organizzazzjoni tal-operaturi konċernati;

(b)

fil-qasam tat-titjib tal-impatti ambjentali tat-tkabbir taż-żebbuġ:

(i)

operazzjonijiet kollettivi biex iżommu l-imsaġar taż-żebbuġ b’valur ambjentali għoli li qegħdin f’riskju li jiġu abbandunati, b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifikati, abbażi tal-kriterji oġġettivi, mal-awtorità nazzjonali kompetenti speċjalment rigward iż-żoni reġjonali li jistgħu jkunu eliġibbli u ż-żona u n-numru minimu ta’ produtturi taż-żejt taż-żebbuġ li jridu jkunu involuti biex jagħmlu effettivi l-operazzjonijiet imsemmija;

(ii)

tiġi żviluppata prassi agrikola tajba fit-tkabbir taż-żebbuġ, ibbażata fuq kriterji ambjentali adattati għall-kundizzjonijiet lokali, it-tixrid tagħha fost il-kabbara taż-żebbuġ u tiġi segwita l-applikazzjoni prattika tagħha;

(iii)

wiri prattiku ta’ alternattivi għal prodotti kimiċi biex tkun kontrollata d-dubbiena taż-żebbuġ;

(iv)

wiri prattiku ta’ tekniki ta’ tkabbir taż-żebbuġ immirati lejn il-protezzjoni ambjentali u l-ħarsien tal-kampanja, bħall-biedja organika, biedja b’xogħol baxx, biedja integrata, eċċ.;

(v)

żieda ta’ data ambjentali mas-sistema ta’ informazzjoni ġeografika għat-tkabbir taż-żebbuġ (GIS taż-żebbuġ) imsemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003;

(c)

fil-qasam tat-titjib fil-kwalità tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġ u ż-żebbuġ tal-mejda:

(i)

titjib tal-kundizzjonijiet għat-tkabbir (b’mod partikolari l-ikkontrollar tad-dubbiena taż-żebbuġ), ħsad, twassil u ħżin taż-żebbuġ qabel l-ipproċessar, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

(ii)

titjib fil-varjetà tal-imsaġar taż-żebbuġ f’intrapriżi individwali, dejjem jekk jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-programmi ta’ ħidma;

(iii)

titjib fil-kondizzjonijiet għall-ħżin u l-użu tar-residwi taż-żejt taż-żebbuġ u l-produzzjoni taż-żebbuġ tal-mejda;

(iv)

għajnuna teknika għall-industrija tal-ipproċessar taż-żejt taż-żebbuġ li tkopri l-aspetti marbuta mal-kwalità tal-prodotti;

(v)

it-twaqqif ta’ laboratorji u titjib fihom għall-analiżi taż-żejt taż-żebbuġa verġni;

(vi)

taħriġ lil min iduq biex jagħmlu spezzjonijiet organolettiċi fuq iż-żejt taż-żebbuġ verġni;

(d)

fil-qasam tat-traċċabbiltà, ċertifikazzjoni u protezzjoni, taħt l-awtorità tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġ u ż-żebbuġ tal-mejda permezz ta’ kontroll tal-kwalità fuq iż-żejt taż-żebbuġ mibjugħ lill-konsumatur finali:

(i)

twaqqif u immaniġjar ta’ sistemi li jagħtu lok li l-prodotti jiġu rintraċċati mill-kabbar taż-żebbuġ sal-ippakkjar u t-tikkettjar, skont l-ispeċifikazzjonijiet stipulati mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

(ii)

twaqqif u immaniġjar ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-kwalità, ibbażati fuq sistema ta’ analiżi tar-riskju u spezzjonijiet tal-punti kritiċi, li hi b’konformità mal-kriterji tekniċi adottati mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

(iii)

twaqqif u immaniġjar ta’ sistemi biex jissorveljaw il-konformità man-normi li juru l-awtentiċità, il-kwalità u l-bejgħ taż-żejt taż-żebbuġ u ż-żebbuġ tal-mejda mqiegħed fis-suq, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

(e)

fil-qasam tat-tixrid ta’ miżuri li saru mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi biex itejbu l-kwalità taż-żejt taż-żebbuġ u ż-żebbuġ tal-mejda:

(i)

tixrid tal-informazzjoni dwar ix-xogħol li sar mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi fl-oqsma msemmija fil-punti (a), (b), (ċ) u (d);

(ii)

twaqqif u manutenzjoni ta’ sit tal-internet li jsir mill-organizzazzjonijiet tal-operaturi fl-oqsma msemmija f’punti (a), (b), (ċ) u (d).

Fir-rigward tal-miżura stipulata fil-punt (ċ)(ii) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li jsiru dispożizzjonijiet adattati sabiex jirkupraw l-investiment jew il-valur residwu jekk il-membru joħroġ mill-organizzazzjoni tal-operaturi.

2.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw kundizzjonijiet addizzjonali li jispeċifikaw il-miżuri eliġibbli, dejjem jekk dawn ma jagħmluhiex impossibli li jiġu preżenti jew implimentati.

Artikolu 6

Allokazzjoni ta’ finanzjament Komunitarju

F’kull Stat Membru persentaġġ minimu ta’ 10 % tal-ammont ta’ finanzjament Komunitarju disponibbli taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 għandu jiġi allokat lil kull waħda mill-oqsma tal-miżuri msemmija fil-punti (a), (ċ), (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1), u persentaġġ minimu ta’ 15 % tal-finanzjament Komunitarju għandu jiġi allokat lill-qasam imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1).

Jekk il-persentaġġ minimu msemmi fl-ewwel subparagrafu li ma jistax jintuża' għal kollox fl-oqsma tal-miżuri msemmija fih, l-ammonti li ma ntużawx ma jistgħux jintużaw għal oqsma oħra tal-miżuri iżda għandu jiġi ritornat lill-baġit Komunitarju.

Artikolu 7

Attivitajiet u spejjeż ineliġibbli għall-finanzjament Komunitarju

1.   L-attivitajiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 865/2004:

(a)

attivitajiet li qed jirċievu l-finanzjament Komunitarju aktar minn dak li hemm stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 865/2004;

(b)

attivitajiet li jimmiraw għal żieda diretta fil-produzzjoni jew li jinvolvu żieda fil-kapaċità tal-ħżin jew tal-ipproċessar;

(c)

attivitajiet marbuta max-xiri jew il-ħżin taż-żejt taż-żebbuġ jew iż-żebbuġ tal-mejda jew li jkollhom impatt fuq il-prezzijiet tagħhom;

(d)

attivitajiet marbuta mal-promozzjoni kummerċjali taż-żejt taż-żebbuġ jew iż-żebbuġ tal-mejda;

(e)

attivitajiet marbuta mar-riċerka xjentifika;

(f)

attivitajiet li jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni fl-attivitajiet ekonomiċi oħra tal-organizzazzjoni tal-operaturi.

2.   Biex tkun assigurata l-konformità mal-paragrafu 1(a), l-organizzazzjonijiet tal-operaturi għandhom jintrabtu bil-miktub, għan-nom tagħhom infushom u tal-membri tagħhom, li jirrifjutaw kull finanzjament skont xi skema Komunitarja jew skema ta’ għajnuna nazzjonali għall-miżuri li huma ffinanzjati fil-fatt skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 865/2004.

3.   Fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 5, l-ispejjeż li jinteħlu minħabba dan li ġej ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju:

(a)

rimborż (inkluż fil-forma ta’ pagamenti annwali) ta’ self meħud għal miżura li saret kollha jew parzjalment qabel il-bidu tal-programm ta’ ħidma;

(b)

pagamenti lill-operaturi li jipparteċipaw fil-laqgħat u programmi ta’ taħriġ, biex jikkumpensaw għat-telf fid-dħul;

(c)

spejjeż tal-persunal;

(d)

ix-xiri ta’ art li ma sarx bini fuqha;

(e)

ix-xiri ta’ tagħmir użat;

(f)

nefqa marbuta ma’ kuntratti tal-kiri, inkluż taxxi, interessi u spejjeż tal-assigurazzjoni;

(g)

kiri bħala alternattiva għax-xiri, u l-ispejjeż tat-tħaddim tal-oġġetti mikrija.

4.   L-Istati Membri jistgħu jadottaw kondizzjonijiet addizzjonali li jagħtu aktar dettalji tal-attivitajiet u l-ispejjeż ineliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 u 3.

Artikolu 8

Programmi ta’ ħidma u applikazzjonijiet għall-approvazzjoni

1.   Il-programmi ta’ ħidma eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 għandhom isiru fuq perjodu massimu ta’ tliet snin. L-ewwel perjodu għandu jibda fl-1 ta’ April 2006. Il-perjodi li ġejjin għandhom jibdew kull tliet snin fl-1 ta’ April.

2.   Kull organizzazzjoni tal-operaturi approvata skont dan ir-Regolament tista’ titfa’ applikazzjoni għall-approvazzjoni għal programm wieħed ta’ xogħol sad-data li trid tiġi determinata mill-Istat Membru sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Frar ta’ kull sena.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:

(a)

id-dettalji tal-organizzazzjoni tal-operaturi konċernati;

(b)

informazzjoni dwar il-kriterji tal-għażla stipulati fl-Artikolu 9(1);

(c)

deskrizzjoni u ġustifikazzjoni ta’ kull miżura proposta, u skeda;

(d)

in-nefqa ppjanata, maqsuma skont il-miżura u skont il-qasam ta’ miżuri, kif imsemmija fl-Artikolu 5, bid-dettalji għal kull perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-approvazzjoni tal-programm ta’ ħidma, li jiddistingwi l-ispejjeż ġenerali, li ma jistgħux jaqbżu 2 % tat-total, u t-tipi ewlenin oħra ta’ spejjeż;

(e)

il-pjan ta’ finanzjament skont il-qasam ta’ miżuri msemmija fl-Artikolu 5, bid-dettalji għal kull perjodu massimu ta’ 12-il xahar mid-data tal-approvazzjoni tal-programm ta’ ħidma, li jindika b’mod partikolari l-finanzjament Komunitarju li ssir applikazzjoni għalih u, fejn jixraq, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-operaturi u l-kontribuzzjoni nazzjonali;

(f)

id-deskrizzjoni tal-indikaturi tal-effiċjenza kwantitattiva u kwalitattiva li jippermettu li ssir evalwazzjoni sadattant waqt l-implimentazzjoni, u evalwazzjoni wara tal-programm abbażi tal-prinċipji ġenerali stipulati mill-Istat Membru;

(g)

prova li ġiet depożitata siġurtà tal-bank għal ammont ekwivalenti għal talanqas 5 % tal-finanzjament Komunitarju;

(h)

applikazzjoni għal pagament bil-quddiem skont l-Artikolu 11;

(i)

id-dikjarazzjoni stipulata fl-Artikolu 7(2);

(j)

għall-organizzazzjonijiet bejn taqsima u oħra u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, dettalji tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi responsabbli għall-implimentazzjoni proprja tal-miżuri mogħtija b’subkuntratt fil-programmi tagħhom;

(k)

għall-organizzazzjonijiet tal-operaturi li jiffurmaw parti minn assoċjazzjoni ta’ prodotturi jew ta’ organizzazzjoni bejn taqsima u oħra, stqarrija li l-miżuri stipulati fil-programmi tagħhom mhumiex koperti bl-ebda applikazzjoni oħra għal finanzjament Komunitarju skont dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Għażla u approvazzjoni ta’ programmi ta’ ħidma

1.   L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-programmi ta’ ħidma abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a)

il-kwalità ġenerali tal-programm u l-konsistenza tiegħu mal-miri u l-prijoritajiet tas-settur taż-żebbuġ fiż-żona reġjonali konċernata, kif stipulat mill-Istat Membru;

(b)

il-kredibbilità finanzjarja u s-suffiċjenza tar-riżorsi finanzjarji tal-organizzazzjoni tal-operaturi konċernata għall-fini ta’ implimentazzjoni tal-miżuri proposti;

(c)

id-daqs taż-żona reġjonali involuta fil-programm ta’ ħidma;

(d)

is-sitwazzjonijiet ekonomiċi diverġenti fiż-żona reġjonali involuta li jitqiesu fil-programm ta’ ħidma;

(e)

l-eżistenza ta’ diversi oqsma ta’ miżuri u d-daqs tal-kontribut finanzjarju mill-operaturi;

(f)

l-indikaturi tal-effiċjenza kwantitattiva u kwalitattiva li jippermettu li ssir evalwazzjoni sadattant waqt l-implimentazzjoni, u evalwazzjoni wara tal-programm imfassal mill-Istat Membru.

L-Istati Membri għandhom iqisu t-tqassim tal-applikazzjonijiet fost it-tipi differenti ta’ organizzazzjonijiet tal-operaturi f’kull żona reġjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw kull programm ta’ ħidma li mhumiex kompluti jew fihom informazzjoni mhux preċiża, jew jinkludu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ineliġibbli stipulati fl-Artikolu 7.

3.   Mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu kull sena, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-organizzazzjonijiet tal-operaturi li ġew approvati u, fejn japplika, għal liema programmi ta’ xogħol taw il-finanzjament nazzjonali korrispondenti.

L-approvazzjoni finali ta’ programm ta’ xogħol tista’ tkun soġġetta għall-inkorporazzjoni ta’ emendi li tqiesu neċessarji mill-Istat Membru. F’dan il-każ, l-organizzazzjoni tal-operaturi konċernata għandha tikkomunika l-ftehim tagħha fi żmien 15-il ġurnata mindu ssir in-notifikazzjoni tal-emendi.

4.   Jekk il-programm ta’ ħidma propost ma jintgħażilx, l-Istat Membru għandu immedjatament jirrilaxxa s-sigurtà msemmija fl-Artikolu 8(2)(g).

5.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ammont ta’ finanzjament Komunitarju jiġi allokat f’kull kategorija tal-organizzazzjoni tal-operaturi billi jqisu ż-żejt taż-żebbuġ prodott jew mibjugħ mill-membri tal-organizzazzjoni tal-operaturi.

Artikolu 10

Emendi għall-programmi ta’ ħidma

1.   L-organizzazzjonijiet tal-operaturi jistgħu, skont proċedura stipulata mill-Istat Membru, jitolbu li jiġi emendat il-kontenut u l-baġit tal-programm ta’ ħidma approvat tagħhom, dejjem jekk dan ma jinvolvix li jinqabeż l-ammont miżmum skont l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

2.   It-talbiet għal emendi għall-programm ta’ ħidma għandu jkollhom magħhom dokumenti li jappoġġjaw li jagħtu r-raġunijiet għall-bidliet proposti kif ukoll in-natura u l-implikazzjonijiet tagħhom. Dawk it-talbiet għandhom jiġu sottomessi mill-organizzazzjoni tal-operaturi lill-awtorità kompetenti talanqas sitt xhur qabel il-bidu ppjanat tal-implimentazzjoni tal-miżura konċernata.

3.   Fejn l-organizzazzjonijiet tal-operaturi bi pjanijiet ta’ ħidma li qabel kienu separati iżda issa ngħaqdu, għandhom joperaw il-pjanijiet b’mod parallel u b’mod separat sal-1 ta’ Jannar tas-sena wara li jingħaqdu. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jgħaqqdu l-programmi ta’ ħidma tagħhom permezz ta’ applikazzjoni biex jiġu emendati l-programmi ta’ ħidma rispettivi tagħhom, skont il-paragrafi 1 u 2.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet tal-operaturi li hekk jitolbu, għal raġunijiet sostanzjati, biex jimplimentaw il-programmi ta’ ħidma rispettiva tagħhom mingħajr ma jgħaqqduhom.

4.   Mhux aktar tard minn xahrejn wara li jirċievu t-talba għal emenda msemmija fil-paragrafu 2, la darba tkun eżaminat id-dokumenti provduti, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru għandha tikkomunika d-deċiżjoni tagħha lill-organizzazzjoni tal-operaturi konċernata. Jekk ma tittiħedx deċiżjoni f’dak il-perjodu taż-żmien stipulat, it-talba għandha titqies li ġiet aċċettata.

5.   Jekk il-finanzjament Komunitarju miksub mill-organizzazzjoni tal-operaturi jkun inqas mill-ammont fil-programm approvat, il-benefiċjarji jistgħu jadattaw il-programm tagħhom għall-finanzjament miksub.

Artikolu 11

Pagamenti bil-quddiem

1.   Organizzazzjoni tal-operaturi li tefgħet l-applikazzjoni stipulata fl-Artikolu 8(2)(h) għandha tirċievi, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, pagament totali bil-quddiem ta’ massimu ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli ppjanata għal kull sena koperta bil-programm ta’ ħidma approvat.

2.   Matul ix-xahar wara l-bidu tal-implimentazzjoni ta’ kull sena tal-programm ta’ ħidma approvat, l-Istat Membru għandu jħallas lill-organizzazzjoni tal-operaturi konċernata pagament inizjali ta’ terz tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1.

It-tieni pagament ekwivalenti għaż-żewġ terzi tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir wara li ssir l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

3.   L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw li kull pagament tas-somma mħallsa bil-quddiem fil-fatt intefaq, qabel ma jitħallas il-pagament li jkun imiss.

Din il-verifika għandha ssir mill-Istat Membru abbażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 13 jew abbażi ta’ spezzjoni fuq il-post kif imsemmi fl-Artikolu 14.

4.   Il-pagamenti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu soġġetti għad-depożitu ta’ sigurtà mill-organizzazzjoni tal-operaturi konċernati skont ir-Regolament (KEE) Nru 2220/85 ta’ ammont ugwali għal 110 % tas-somma mħallsa bil-quddiem mitluba. Ir-rekwiżit primarju skont it-tifsira tal-Artikolu 20(2) ta’ dak ir-Regolament huwa l-implimentazzjoni tal-miżuri mniżżla fil-programm ta’ ħidma approvat.

La darba s-sigurtà msemmija fl-ewwel subparagrafu tkun ġiet depożitata, l-Istat Membru għandu immedjatament jirrilaxxa s-sigurtà msemmija fl-Artikolu 8(2)(g).

5.   Sad-data li trid tiġi determinata mill-Istat Membru iżda mhux aktar tard mill-aħħar ta’ kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, l-organizzazzjonijiet tal-operaturi konċernati jistgħu jitfgħu applikazzjoni għar-rilaxx tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 4 sa ammont ugwali għal nofs in-nefqa li diġà saret. L-Istat Membru għandu jistipula liema dokumenti li jappoġġjaw irid ikun hemm ma’ din l-applikazzjoni u jiċċekkjahom, u għandu jeħles s-sigurtajiet li jikkorrispondu man-nefqa konċernata mhux aktar tard milli waqt it-tieni xahar wara dak li fih tintefa’ l-applikazzjoni.

Artikolu 12

Applikazzjoni għal finanzjament Komunitarju

1.   Għall-finijiet tal-pagament tal-finanzjament Komunitarju skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 865/2004, l-organizzazzjoni tal-operaturi għandha titfa’ applikazzjoni, sad-data li trid tiġi determinata mill-Istat Membru iżda mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tintemm kull sena tal-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tagħha, għall-finanzjament mal-aġenzija tal-pagamenti.

L-Istat Membru jista’ jħallas lill-organizzazzjonijiet tal-operaturi l-bilanċ ta’ finanzjament Komunitarju li jikkorrispondi għal kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma wara li jiċċekkja, abbażi tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 13 jew abbażi ta’ spezzjoni fuq il-post kif imsemmi fl-Artikolu 14, li ż-żewġ pagamenti tal-pagamenti bil-quddiem imsemmi fl-Artikolu 11(2) fil-fatt intefqu.

L-applikazzjonijiet għall-finanzjament Komunitarju sottomessi wara d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx ikunu ammissibbli u kull ammont irċevut fir-rigward tal-finanzjament Komunitarju għall-programm għandu jiġu rimborsat skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17.

2.   L-applikazzjoni għall-finanzjament Komunitarju għandha titfassal skont mudell provdut mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru. Biex tkun ammissibbli, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha:

(a)

dokumenti li jappoġġjaw li jippruvaw li:

(i)

in-nefqa saret fil-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma (irċevuti u dokumentazzjoni tal-bank li juru li tħallsu);

(ii)

fejn jixraq, il-pagament tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-operaturi u l-Istat Membru konċernat;

(b)

rapport sommarju li jinkludi l-elementi li ġejjin:

(i)

deskrizzjoni dettaljata tal-istadji tal-programm implimentat, maqsum skont l-oqsma tal-miżuri kif deskritti fl-Artikolu 5;

(ii)

fejn jixraq, il-ġustifikazzjoni u r-reperkussjonijiet finanzjarji tal-firdiet bejn l-istadji tal-programm ta’ ħidma approvat mill-Istat Membru u l-istadji tal-programm ta’ ħidma li fil-fatt ġew implimentati;

(iii)

evalwazzjoni tal-programm ta’ ħidma implimentat ibbażat fuq l-indikaturi stipulati fl-Artikolu 8(2)(f).

3.   L-applikazzjonijiet għall-finanzjament li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu miċħuda. L-organizzazzjoni tal-operaturi tista’ titfa’ applikazzjoni ġdida għal finanzjament f’perjodu li jrid jiġi stipulat mill-Istat Membru.

4.   L-applikazzjonijiet għal nefqa magħmula aktar minn xahrejn wara li jintemm il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma għandhom jiġu miċħuda.

5.   Mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-finanzjament u tad-dokumenti li jappoġġjaw imsemmija fil-paragrafu 2, u la darba jkunu għamlu l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-finanzjament Komunitarju li hu dovut u, kif jixraq, jeħilsu s-sigurtajiet imsemmija fl-Artikolu 8(2)(g) jew l-Artikolu 11(4).

Artikolu 13

Rapporti tal-organizzazzjoni tal-operaturi

1.   B’effett mill-2007, l-organizzazzjonijiet tal-operaturi għandhom jissottomettu sal-1 ta’ Mejju ta’ kull sena rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma matul is-sena kalendarja ta’ qabel. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru dan li ġej:

(a)

l-istadji tal-programm ta’ xogħol implimentat jew li qed jiġi implimentat;

(b)

l-emendi ewlenin għall-programmi ta’ ħidma;

(c)

evalwazzjoni tar-riżultati diġà miksuba bbażati fuq l-indikaturi stipulati fl-Artikolu 8(2)(f).

Għas-sena finali ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma, rapport finali għandu jissostitwixxi r-rapporti stipulati fl-ewwel subparagrafu.

2.   Għall-programmi ta’ ħidma li jtulu inqas minn sena, ir-rapport finali għandu jiġi preżentat mhux aktar tard minn xahrejn wara li tintemm l-implimentazzjoni tal-programm.

3.   Ir-rapport finali għandu jevalwa l-programm ta’ ħidma u jkun magħmul minn talanqas dan li ġej:

(a)

rendikont, ibbażat fuq l-indikaturi stipulati fl-Artikolu 9(1)(f) u l-kriterji l-oħra rilevanti, li juru sakemm l-għanijiet imfittxa mill-programmi ntlaħqu;

(b)

rendikont tal-bidliet fil-programm ta’ ħidma;

(c)

fejn jixraq, indikazzjoni tal-fatturi li jridu jitqiesu fit-tfassil tal-programm ta’ ħidma li jmiss.

Artikolu 14

Spezzjonijiet fuq il-post

1.   L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li jintlaħqu l-kundizzjonijiet biex jingħata l-finanzjament Komunitarju, b’mod partikolari fir-rigward tal-konformità mal-aspetti li ġejjin:

(a)

konformità mal-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni;

(b)

implimentazzjoni tal-programmi ta’ xogħol approvati, b’mod partikolari l-miżuri ta’ investiment;

(c)

in-nefqa li fil-fatt ġiet implimentata kif imqabbla mal-għajnuna li għaliha saret l-applikazzjoni u għall-kontribut finanzjarju mill-operaturi taż-żebbuġ konċernati.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tintroduċi pjanijiet ta’ kontroll għall-ispezzjonijiet fuq il-post li jkopru kampjun tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi approvati skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 865/2004. L-awtorità kompetenti għandha tagħżel il-kampjun abbażi tal-analiżi tar-riskju b’tali mod li:

l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom ikunu kollha soġġetti għal spezzjonijiet fuq il-post talanqas wara li jsir il-pagament tal-ammont imħallas bil-quddiem u qabel il-pagament finali tal-finanzjament Komunitarju;

organizzazzjonijiet oħra tal-operaturi u organizzazzjonijiet bejn taqsima u oħra huma kollha ċċekkjati kull sena matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ kull programm ta’ ħidma approvat, sakemm ma jkunux ibbenefikaw minn pagament bil-quddiem matul dik is-sena, f’liema każ l-ispezzjoni se ssir wara d-data tal-pagament ta’ dak l-ammont bil-quddiem.

Jekk l-ispezzjonijiet juru xi irregolaritajiet, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel spezzjonijiet addizzjonali matul is-sena msemmija u għandha żżid in-numru ta’ organizzazzjonijiet tal-operaturi li jridu jiġu ċċekkjati matul is-sena li ġejja.

3.   L-ispezzjonijiet ma għandhomx ikunu mħabbra. Minkejja dan, sabiex tkun faċilitata l-organizzazzjoni prattika tal-ispezzjonijiet, tista’ tingħata twissija bil-quddiem ta’ mhux aktar minn 48 siegħa lill-organizzazzjoni tal-operaturi li trid tiġi ċċekkjata.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina liema organizzazzjonijiet tal-operaturi trid tiċċekkja abbażi ta’ analiżi tar-riskju bbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

(a)

l-ammont ta’ finanzjament għall-programm ta’ ħidma approvat;

(b)

in-natura tal-miżuri ffinanzjati skont il-programm ta’ ħidma;

(c)

l-ammont ta’ progress biex jiġu implimentati l-programmi ta’ ħidma;

(d)

sejbiet li saru waqt l-ispezzjonijiet jew il-verifikazzjonijiet fuq il-post ta’ qabel li saru matul il-proċedura tal-approvazzjoni;

(e)

kriterji oħra tar-riskju li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri.

5.   It-tul ta’ kull spezzjoni fuq il-post għandha tikkorrispondi mal-ammont ta’ progress biex jiġi implimentat il-programm ta’ ħidma approvat.

Artikolu 15

Rapporti ta’ spezzjoni

Kull spezzjoni fuq il-post għandha tkun soġġetta għal rapport ta’ spezzjoni dettaljat, li jindika b’mod partikolari:

(a)

id-data u t-tul tal-ispezzjoni;

(b)

lista ta’ dawk preżenti;

(c)

lista tal-irċevuti ċċekkjati;

(d)

numru ta’ referenzi tal-irċevuti magħżula mid-dokumenti tal-accounting (reġistru tal-bejgħ, jew tax-xiri, u tar-reġistru tal-VAT li fih l-irċevuti magħżula ġew reġistrati);

(e)

dokumenti tal-bank li jippruvaw il-pagament tal-ammonti magħżula;

(f)

indikazzjoni tal-miżuri li saru diġa li ġew analiżi speċifikament fuq il-post.

Artikolu 16

Korrezzjonijiet u penalitajiet

1.   Fejn l-irtirar tal-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) jirriżulta mill-fatt li l-organizzazzjoni tal-operaturi naqset deliberatament jew minħabba negliġenza serja biex tilħaq l-obbligi tagħha, l-organizzazzjoni tal-operaturi ma għandhiex tkun eliġibbli għall-finanzjament fir-rigward tal-programm ta’ ħidma kollu u għandha wkoll tħallas lill-awtorità kompetenti ammont ugwali għall-ammont ineliġibbli ta’ finanzjament.

2.   Jekk miżura partikolari ma tkunx ġiet implimentata b’konformità mal-programm ta’ ħidma, l-organizzazzjoni tal-operaturi ma għandhiex tkun eliġibbli għall-finanzjament tal-miżura konċernata. Din l-esklużjoni ma għandhiex tapplika jekk l-organizzazzjoni tal-operaturi tkun issottomettiet informazzjoni fattwalment korretta jew tista’ turi bi kwalunkwe mezz ieħor li ma għandhiex tort.

3.   Il-penali li ġejjin għandhom japplikaw għall-organizzazzjonijiet tal-operaturi fejn jinstabu irregolaritajiet fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma:

(a)

f’każ ta’ irregolarità kkawżata minħabba negliġenza, l-organizzazzjoni tal-operaturi:

(i)

ma għandhiex tkun eliġibbli għall-finanzjament tal-miżura konċernata;

(ii)

għandha tħallas ukoll lill-awtorità kompetenti ammont ugwali għall-ammont ineliġibbli tal-finanzjament;

(b)

f’każ ta’ irregolarità intenzjonata, inkluż dikjarazzjonijiet foloz, l-organizzazzjoni tal-operaturi:

(i)

ma għandhiex tkun eliġibbli għall-finanzjament fir-rigward tal-programm ta’ ħidma kollu;

(ii)

għandha tħallas ukoll lill-awtorità kompetenti ammont ugwali għall-ammont ineliġibbli ta’ finanzjament;

(iii)

ma għandhiex tkun eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju taħt l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 865/2004 għall-perjodu kollu ta’ tliet snin wara dak li fih ġiet skoperta l-irregolarità.

4.   L-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet jew tal-penali taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu lill-aġenzija tal-pagamenti responsabbli u hi għandha tnaqqashom min-nefqa iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija.

Artikolu 17

Irkuprar ta’ pagamenti li mhumiex dovuti

1.   L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru għandha tirkupra kull ammont li ma tħallasx kif imiss flimkien ma’, fejn jixraq, l-interessi kkalkulati skont il-paragrafu 2.

2.   L-interessi għandhom jiġu kkalkulati:

(a)

abbażi tal-perjodu li jiskadi bejn il-pagament u r-rimborż mill-benefiċjarju;

(b)

bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew lill-operazzjonijiet tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid ippubblikati fis-serje “Ċ” tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-seħħ fid-data li fiha jsir il-pagament mhux dovut, flimkien ma’ tliet punti ta’ persentaġġ.

3.   F’każ ta’ miżura li sussegwentement tinstab li mhix eliġibbli, u li ġiet implimentata b’konformità ma’ programm ta’ ħidma approvat, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li jħallas il-finanzjament rilevanti dovut jew ma jipproċedix bl-irkupru tal-ammonti li diġà tħallsu, jekk dik id-deċiżjoni hi permessa f’każijiet komparabbli ffinanzjati mill-baġit nazzjonali u jekk l-organizzazzjoni tal-operaturi ma aġixxitx b’negliġenza jew b’mod intenzjonat.

4.   L-ammonti irkuprati jew imħallsa taħt dan l-Artikolu għandhom jitħallsu lill-aġenzija tal-pagament u jitnaqqsu min-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija.

Artikolu 18

Komunikazzjonijiet mill-Istati Membri

1.   Mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru 2005 l-Istati Membri li jipproduċu ż-żejt taż-żebbuġ għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri nazzjonali li jimplimentaw dan ir-Regolament, u b’mod partikolari dawk marbuta ma’:

(a)

il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-operaturi msemmija fl-Artikolu 2(2);

(b)

il-kundizzjonijiet addizzjonali li jispeċifikaw il-miżuri eliġibbli adottati skont l-Artikolu 5(2);

(c)

il-miri u l-prijoritajiet tas-settur taż-żebbuġ imsemmija fl-Artikolu 9(1)(a) u l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi msemmija fl-Artikolu 9(1)(f);

(d)

l-arranġamenti għal sistema ta’ pagamenti bil-quddiem imsemmija fl-Artikolu 11 u, fejn jixraq, is-sistema għall-ħlas tal-finanzjament nazzjonali;

(e)

l-applikazzjoni tal-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 14 u tal-penali u l-korrezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 16;

(f)

il-perjodu msemmi fl-Artikolu 12(3);

2.   Mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju ta’ kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma approvat, l-Istati Membri għandhom jitrażmettu lill-Kummissjoni d-data dwar:

(a)

l-organizzazzjonijiet tal-operaturi approvati;

(b)

il-programmi ta’ ħidma u l-karatteristiċi tagħhom, maqsuma skont it-tip ta’ organizzazzjoni tal-operaturi, skont il-qasam tal-miżuri u skont iż-żona reġjonali;

(c)

l-ammont ta’ finanzjament allokat għal kull programm ta’ ħidma;

(d)

l-iskeda ppjanata ta’ finanzjament Komunitarju skont is-sena tal-baġit għall-perjodu totali kopert bil-programmi ta’ ħidma.

3.   Mhux aktar tard mill-10 ta’ Settembru ta’ kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programmi ta’ xogħol approvati, l-Istati Membri għandhom jitrażmettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jkun magħmul talanqas mill-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru ta’ programmi ta’ xogħol iffinanzjati, min jirċevihom, l-oqsma taħt is-siġar taż-żebbuġ, l-imtieħen, il-faċilitajiet tal-ipproċessar u l-volumi ta’ żejt u żebbuġ tal-mejda konċernati;

(b)

il-karatteristiċi tal-miżuri żviluppati f’kull wieħed mill-oqsma tal-miżuri;

(c)

kull diskrepanza bejn il-miżuri ppjanati u l-miżuri li fil-fatt saru, u l-implikazzjonijiet tagħhom fil-livell tan-nefqa;

(d)

deskrizzjoni u evalwazzjoni tar-riżultati, ibbażati b’mod partikolari fuq l-evalwazzjonijiet tal-programmi ta’ ħidma msemmija fit-tielet indenzjoni tal-Artikolu 12(2)(b)(iii);

(e)

statistika dwar l-ispezzjonijiet li saru skont l-Artikoli 14 u 15 u l-penali jew il-korrezzjonijiet applikati skont l-Artikolu 16;

(f)

in-nefqa skont il-programm u skont il-qasam tal-miżuri, u l-kontribut finanzjarju Komunitarju, nazzjonali u tal-operaturi.

4.   Il-komunikazzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu għandhom isiru b’mod elettroniku skont l-informazzjoni provduta mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

Artikolu 19

Dispożizzjoni tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu bil-quddiem il-finanzjament Komunitarju għall-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-programm.

2.   Dan il-pagament bil-quddiem irid ikun limitat esklussivament għall-ammont li jikkorrispondi ma’ dak il-finanzjament Komunitarju.

3.   In-nefqa li tirriżulta mill-pagament tas-somma bil-quddiem stipulata fil-paragrafu 2 għandha tiddaħħal fl-accounts bħala nefqa li nteħlet mis-16 sal-31 ta’ Ottubru 2006.

Artikolu 20

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2002 b’dan qed jiġi mħassar.

Minkejja dan, l-Artikolu 11(3) tiegħu għandu jibqa’ japplika fil-każ ta’ programmi ta’ ħidma li jkopru s-sena ta’ bejgħ 2004/05.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dik li fiha jiġi ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 161, 30.4.2004, p. 97, kif korrett bil-ĠU L 206, 9.6.2004, p. 37.

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 118/2005 (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 15).

(3)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 673/2004 (ĠU L 105, 14.4.2004, p. 17).

(4)  ĠU L 195, 24.7.2002, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar br-Regolament (KE) Nru 1331/2004 (ĠU L 247, 21.7.2004, p. 5).

(5)  ĠU L 172, 30.9.1966, p. 3025/66.

(6)  ĠU L 210, 28.7.1998, p. 32.


Top