EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1946

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1946/2005 ta' l- 14 ta' Novembru 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi miżuri kummerċjali eċċezjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw jew huma marbuta mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea

OJ L 312, 29.11.2005, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 175M, 29.6.2006, p. 88–89 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 02 Volume 019 P. 17 - 18
Special edition in Romanian: Chapter 02 Volume 019 P. 17 - 18

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/01/2010; Impliċitament imħassar minn 32000R2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1946/oj

29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

88


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1946/2005

ta' l-14 ta' Novembru 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2007/2000 li jintroduċi miżuri kummerċjali eċċezjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw jew huma marbuta mal-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 (1) jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2005.

(2)

Ladarba l-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni għandhom ma ġewx konklużi mal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent, huwa xieraq li l-perjodu ta’ validità tar-Regolament (KE) Nru 2007/2000 jittawwal.

(3)

L-issuktar tal-ftuħ tas-suq huwa mistenni li jikkontribwixxi għall-proċess ta’ stabilizzazzjoni politika u ekonomika fir-reġjun filwaqt li ma joħloqx effetti negattivi għall-Komunità Għaldaqstant, dawn il-preferenzi japplikaw għal perjodu ulterjuri, mill-1 ta' Jannar 2006 sal-31 ta' Diċembru 2010.

(4)

Karta Kostituzzjonali kienet adottata fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja fl-4 ta' Frar 2003, li biddlet l-isem ta' dak il-pajjiż għal Serbja u Montenegro u li tistabbilixxi qsim ta' kompetenzi bejn l-Unjoni ta' Stati u ż-żewġ Repubbliki kostitwenti.

(5)

Il-miżuri kummerċjali previsti fir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni wkoll lir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Repubblika tas-Serbja u l-Kosovo, kif definiti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244 (1999), kull wieħed minnhom jikkostitwixxu territorji doganali separati.

(6)

Il-Komunità kkonkludiet Ftehim mar-Repubblika tas-Serbja dwar il-kummerċ fi prodotti tessili (2).

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 qiegħed huwa jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, (1) u (3), il-kliem “s-Serbja u l-Montenegro, inkluż il-Kosovo” irid jinbidel bil-kliem “it-territorji doganali tal-Montenegro, is-Serbja jew il-Kosovo”;

(2)

Fl-Artikolu 3, (1) u (2), “ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja” trid tinbidel bil-kliem “it-territorji doganali tal-Montenegro jew il-Kosovo”;

(3)

L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 2, punt d), il-kliem “fir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo” irid jinbidel bil-kliem “fit-territorji doganali tal-Montenegro, is-Serbja jew il-Kosovo”;

(b)

Fil-paragrafu 4, frażi introduttiva u, punt c), il-kliem “is-Serbja u l-Montenegro, inkluż il-Kosovo” irid jinbidel bil-kliem “it-territorji doganali tal-Montenegro, is-Serbja jew il-Kosovo”;

(4)

Fl-Artikolu 17, “31 ta’ Diċembru 2005” għandha tinbidel b’ “31 ta’ Diċembru 2010”.

(5)

Fl-Anness I, taħt il-kolonna bit-titlu “Benefiċjarji”, ir-referenzi kollha għar-“Repubblika Federali tal-Jugoslavja inkluż il-Kosovo” irid jinbidel b’ “territorji doganali tal-Montenegro, is-Serbja jew il-Kosovo”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2006.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar il-14 ta' Novembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

T. JOWELL


(1)  ĠU L 240, tat-23.9.2000, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 374/2005 (ĠU L 203, 4.8.2005, p. 6).

(2)  ĠU L 90, tat-8.4.2005, p. 36.


Top