EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0072

2005/72/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/72/KE tal- 21 ta’ Ottubru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-chlorpyriphos, il-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb u l-metiram bħala sustanzi attivi Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

OJ L 279, 22.10.2005, p. 63–69 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 321M, 21.11.2006, p. 90–96 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 066 P. 157 - 163
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 066 P. 157 - 163

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/72/oj

21.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

90


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/72/KE

tal-21 ta’ Ottubru 2005

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-chlorpyriphos, il-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb u l-metiram bħala sustanzi attivi

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju ta’ l-1991 li tikkonċerna t-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni ta’ pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 tal-11 ta’ Diċembru ta’ l-1992 li jistipola regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti ta’ protezzjoni ta’ pjanti (2), jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu assessjati, bil-viżjoni għall-inklużjoni possibbli tagħhom fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi l-chlorpyrifos, il-chlorpyrifos-methyl (li jinkitbu chlorpyrifos u chlorpyrifos-methyl) il-mancozeb, il-maneb u l-metiram.

(2)

Għal dawk is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew meqjusa skond id-dispożizzjonijiet stipolati fir-Regolament (KEE) Nru 3600/92 għal firxa ta’ użi proposti minn min għamel in-notifika. Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 933/94 tas-27 ta’ April ta’ l-1994 li jistipola liema huma s-sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u jassenja l-Istati Membri Rapporteur għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3600/92 (3), ġew nominati l-Istati Membri Rapporteur li ġejjin, li kienu ssottomettew ir-rapporti ta’ assessjar u rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92. Għall-chlorpyrifos u l-chlorpyrifos-methyl l-Istat Membru Rapporteur kien Spanja u kull informazzjoni rilevanti ġiet sottomessa fis-16 ta’ Settembru ta’ l-1997 u fis-7 ta’ Mejju ta’ l-1999. Għall-mancozeb, għall-maneb u għall-metiram l-Italja ġiet nominata Stat Membru Rapporteur u kull informazjoni rilevanti ġiet sottomessa fit-3 ta’ Ottubru ta’ l-2000, fid-29 ta’ Novembru ta’ l-2000 u fit-22 ta’ Awissu ta’ l-2000 rispettivament.

(3)

Ir-rapporti ta’ l-assessjar ġew riveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal. Ir-reviżjonijiet ġew iffinalizzati fit-3 ta’ Ġunju ta’ l-2005 fil-format tar-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-chlorpyrifos, il-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb u l-metiram.

(4)

Ir-reviżjonijiet tal-chlorpyrifos, tal-chlorpyrifos-methyl, tal-mancozeb, tal-maneb u tal-metiram ma wasslu għal ebda mistoqsijiet miftuħa li għandhom jiġu indirizzati mill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti jew mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) li ħadet ir-rwol ta’ dak il-Kumitat.

(5)

Ħareġ ċar minn bosta eżaminazzjonijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlorpyrifos, il-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb u l-metiram jistgħu jissodisfaw, b’ mod ġenerali, il-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’ mod partikolari dwar l-użu għalihom li ġew eżaminati u imniżżla fid-dettal fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li jkunu inklużi dawn is-sustanzi attivi fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha, l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi, jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva.

(6)

Mingħajr preġudizzju għal dik il-konklużjoni, huwa xieraq li tinkiseb iktar informazzjoni dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipola li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tiġi soġġetta għal kondizzjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li jinħtieġ li l-chlorpyrifos, il-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb u l-metiram jiġu soġġetti għal aktar ittestjar għall-konferma ta’ l-assessjar tar-riskju għal organiżmi li mhumiex fil-mira tagħhom u fil-każ tal-maneb u l-mancozeb ukoll għat-tossiċità fl-iżvilupp, u li tali studji għandhom jiġu ppreżentati min-notifikanti.

(7)

Perijodu ta’ żmien raġonevoli għandu jiitħalla jgħaddi qabel is-sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u partijiet interessati jkunu jistgħu jitħallew jagħmlu l-preparamenti sabiex jilħqu l-kondizzjonijiet ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.

(8)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet stipolati mid-Direttiva 91/414/KEE konsegwenza ta’ l-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jiħallew għal perijodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni li jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti eżistenti li jikkuntienu l-chlorpyrifos, l-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb jew il-metiram sabiex jaċċertaw li l-kondizzjonijiet stipolati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’ mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kondizzjonijiet rilevanti stipolati fl-Anness I, jiġu ssodisfatti. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif xieraq, awtorizzazzjonijiet eżistenti, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz tad-deroga mil-limitu ta’ żmien stabilit hawn fuq, għandu jiġi pprovdut perijodu itwal għas-sottomissjoni u għall-assessjar ta’ dossier komplut ta’ Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skond il-prinċipji uniformi stipolati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(9)

L-esperjenza miksuba mill-inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE dwar sustanzi attivi assessjati fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 3600/92 uriet li diffikoltajiet jistgħu jinħolqu mill-interpretazzjoni tad-dmirijiet tal-pussessuri ta’ l-awtorizzazzjonijiet eżistenti fl-ambitu ta’ l-aċċess għad-data. Sabiex jiġu evitati aktar diffikoltajiet jidher neċessarju li jiġu ċċarati d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri, speċjalment id-dmir ta’ verifikar li l-pussessur ta’ awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal dossier li huwa f’ konformità mal-kondizzjonijiet ta’ l-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Iżda, din il-kjarfika ma timponix obligazzjonijiet ġodda fuq Stati Membri jew pussessuri ta’ awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemenda l-Anness I.

(10)

Huwa għalhekk xieraq li d-Direttiva 91/414/KEE tiġi emendata kif meħtieġ.

(11)

Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma in konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipolat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru ta’ l-2006 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa, l-iktar reċenti, sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom mingħajr dewmien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella korrispendenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom skond id-Direttiva 91/414/KEE, fejn huwa meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkkun fihom il-chlorpyrifos, il-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb jew il-metiram bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Diċembru ta’ l-2006. Sa dik id-data, huma għandhom b’mod partikolari jivverifikaw li jintlaħqu l-kondizzjoniet fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li jittrattaw il-chlorpyrifos, il-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb jew il-metiram, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjonijiet li jikkonċernaw dawk is-sustanzi attivi, u li d-detentur ta’ l-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal dossier li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ l-Anness II għal dik id-Direttiva skond il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13.

2.   Permezz ta’ deroga minn paragrafu 1, għal kull prodott tal-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li jikkuntieni l-chlorpyrifos, il-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb jew il-metiram bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li huma kollha elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ l-2006, l-Istati Membri jerġgħu jevalwaw mill-ġdid il-prodott skond il-prinċipji uniformi li hemm imsemmija fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Anness III ta’ dik id-Direttiva u tittieħed in konsiderazzjoni il-parti B tad-daħla fl-Anness i ta’ dik-id-Direttiva li tikkonċerna il-chlorpyrifos, il-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb u l-metiram rispettivament. Fuq bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma jridu jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfa l-kondizzjonijiet stipolati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jiddeterminaw dak, l-Istati Membri jridu:

(a)

fil-każ ta’ prodott li jkun fih l-chlorpyrifos, il-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb jew il-metiram bħala l-unika sustanza attiva, fejn hemm il-ħtieġa, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2010; jew

(b)

fil-każ ta’ prodott li fih il-chlorpyrifos, il-chlorpyrifos-methyl, il-mancozeb, il-maneb jew il-metiram bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, fejn hu meħtieġ, għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta’ Ġunju ta’ l-2010 jew sad-data ffissata, għal tali emendament jew l-irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li kien õabu fis-seħħ l-inklużjoni tas-sustanza jew tas-sustanzi in kwestjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skond liem waħda hi l-iktar reċenti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta’ Lulju ta’ l-2006.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Ottubru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Member of the Commission


(1)  ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 366, tal-15.12.1992, p. 10; Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 2266/2000 (ĠU L 259, tat-13.10.2000, p. 10).

(3)  ĠU L 107, tat-28.4.1994, p. 8. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2230/95 (ĠU L 225, tat-22.9.1995, p. 1).


ANNESS

Li ġej għandu jiġi inkluż fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

Nru

Isem Komuni,

Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purezza (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza ta’ żmien għall-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“112

Chlorpyrifos

CAS N°

2921-88-2

CIPAC N°

221

O, O-diethyl-O-3,5,6-trichloro-2-pyridyl phosphorothioate

≥ 970 g/kg

L-impurità o, o, o, o-tetraethyl dithiopyrophosphate (Sulfotep) ġiet kkunsidrata ta’ importanza tossikoloġika u ġie stabbilit livell massimu ta’ 3 g/Kg.

L-1 ta’ Lulju 2006

It-30 ta’ Ġunju 2016

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala insettiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar id-daminozide u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-3 ta’ Ġunju ta’ l-2005 għandhom jiġu kkunsidrati.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’ l-għasafar, tal-mammiferi, ta’ l-organiżmi akkwatiċi, tan-naħal u artropodi li mhumiex fil-mira u għandhom jaċċertaw li l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu miżuri ta’ trażżin tar-riskji, fejn huwa xieraq, bħalma huma żoni li jservu ta’ buffers.

L-Istati Membri għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’ iktar studji sabiex jikkonfermaw l-assessjar tar-riskju fl-għasafar u fil-mammiferi. Huma għandhom jaċċertaw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom il-chlorprifos ġie inkluż f’ dan l-Anness jipprovdu tali studji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

113

Chlorpyrifos-methyl

CAS N°

5598-13-0

CIPAC N°

486

O, O-dimethyl-O-3,5,6-trichloro-2-pyridyl phosphorothioate

≥ 960 g/kg

L-impuritajiet o, o, o, o-tetramethyl dithiopyrophosphate (Sulfotemp) u o, o, o-trimethyl-o-(3,5,6-trichloro-2-pyridinyl) diphosphorodithioate (Sulfotemp - ester) ġew kkunsidrati ta’ importanza tossikoloġika u ġie stabbilit livell massimu għal kull impurità ta’ 5 g/Kg.

L-1 ta’ Lulju 2006

It-30 ta’ Ġunju 2016

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala insettiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-chlorpyrifos-methyl u b’ mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-3 ta’ Ġunju ta’ l-2005 għandhom jiġu kkunsidrati.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’ l-għasafar, tal-mammiferi, ta’ l-organiżmi akkwatiċi, tan-naħal u artropodi li mhumiex fil-mira u għandhom jaċċertaw li l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu miżuri ta’ trażżin tar-riskji, fejn huwa xieraq, bħalma huma żoni li jservu ta’ buffers.

L-Istati Membri għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’ iktar studji sabiex jikkonfermaw l-assessjar tar-riskju fl-għasafar u fil-mammiferi meta jsir użu fil-miftuħ. Huma għandhom jaċċertaw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom il-chlorprifos-methyl ġie inkluż f’ dan l-Anness jipprovdu tali studji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

114

Maneb

CAS N°

12427-38-2

CIPAC N°

61

manganese ethylenebis (dithiocarbamate) (polymeric)

≥ 860 g/kg

L-impurità mill-manifattura ethylene thiourea hija kkunsidrata ta’ importanza tossikoloġika u m’ għandhiex teċċedi il-0.5 % tal-kontenut tal-maneb.

L-1 ta’ Lulju 2006

It-30 ta’ Ġunju 2016

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala fungiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-maneb u b’ mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-3 ta’ Ġunju ta’l-2005 għandhom jiġu kkunsidrati.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-potenzjal ta’ kontaminazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza attiva tiġi applikata fir-reġjuni li għandhom ħamrija vulnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċi estremi.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għar-residwi fl-ikel u għandhom jevalwaw l-espożizzjoni fid-dieta tal-konsumaturi.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’ l-għasafar, tal-mammiferi, ta’ l-organiżmi akkwatiċi u artropodi li mhumiex fil-mira u għandhom jaċċertaw li l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu miżuri ta’ trażżin tar-riskji.

L-Istati Membri għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’ iktar studji sabiex jikkonfermaw l-assessjar tar-riskju fl-għasafar u fil-mammiferi u għat-tossiċità fl-iżvilupp.

Huma għandhom jaċċertaw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom il-maneb ġie inkluż f’ dan l-Anness jipprovdu tali studji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

115

Mancozeb

CAS N°

8018-01-7 (formerly 8065-67-5)

CIPAC N°

34

Manganese ethylenebis (dithiocarbamate) (polymeric) complex with zinc salt

≥ 800 g/kg

l-impurità mill-manifattura ethylene thiourea hija kkunsidrata ta’ importanza tossikoloġika u m’ għandhiex teċċedi il-0.5 % tal-kontenut tal-mancozeb.

L-1 ta’ Lulju 2006

It-30 ta’ Ġunju 2016

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala fungiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-mancozeb u b’ mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-3 ta’ Ġunju ta’ l-2005 għandhom jiġu kkunsidrati.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-potenzjal ta’ kontaminazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza attiva tiġi applikata fir-reġjuni li għandhom ħamrija vulnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċi estremi.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għar-residwi fl-ikel u għandhom jevalwaw l-espożizzjoni fid-dieta tal-konsumaturi.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’ l-għasafar, tal-mammiferi, ta’ l-organiżmi akkwatiċi u artropodi li mhumiex fil-mira u għandhom jaċċertaw li l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu miżuri ta’ trażżin tar-riskji.

L-Istati Membri għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’ iktar studji sabiex jikkonfermaw l-assessjar tar-riskju fl-għasafar u fil-mammiferi u għat-tossiċità fl-iżvilupp.

Huma għandhom jaċċertaw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom il-mancozeb ġie inkluż f’ dan l-Anness jipprovdu tali studji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

116

Metiram

CAS N°

9006-42-2

CIPAC N°

478

Zinc ammoniate ethylenebis(dithiocarbamate) – poly[ethylenebis(thiuramdisulfide)]

≥ 840 g/kg

L-impurità mill-manifattura ethylene thiourea hija kkunsidrata ta’ importanza tossikoloġika u m’ għandhiex teċċedi il-0.5 % tal-kontenut tal-metiram.

L-1 ta’ Lulju 2006

It-30 Ġunju 2016

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala fungiċida.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-metiram u b’ mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali fit-3 ta’ Ġunju ta’ l-2005 għandhom jiġu kkunsidrati.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-potenzjal ta’ kontaminazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art meta s-sustanza attiva tiġi applikata fir-reġjuni li għandhom ħamrija vulnerabbli u/jew kondizzjonijiet klimatiċi estremi.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għar-residwi fl-ikel u għandhom jevalwaw l-espożizzjoni fid-dieta tal-konsumaturi.

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni ta’ l-għasafar, tal-mammiferi, ta’ l-organiżmi akkwatiċi u artropodi li mhumiex fil-mira u għandhom jaċċertaw li l-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni jinkludu miżuri ta’ trażżin tar-riskji.

L-Istati Membri għandhom jitolbu s-sottomissjoni ta’ iktar studji sabiex jikkonfermaw l-assessjar tar-riskju fl-għasafar u fil-mammiferi. Huma għandhom jaċċertaw li n-notifikanti li fuq talba tagħhom il-metiram ġie inkluż f’dan l-Anness jipprovdu tali studji lill-Kummissjoni fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport tar-reviżjoni.


Top