EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0869

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 869/2004 tas-26 ta' April 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1936/2001 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll applikabli għas-sajd ta' ċerti stokkijiet ta' ħut ferm migratorji

OJ L 162, 30.4.2004, p. 8–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 04 Volume 007 P. 133 - 142
Special edition in Estonian: Chapter 04 Volume 007 P. 133 - 142
Special edition in Latvian: Chapter 04 Volume 007 P. 133 - 142
Special edition in Lithuanian: Chapter 04 Volume 007 P. 133 - 142
Special edition in Hungarian Chapter 04 Volume 007 P. 133 - 142
Special edition in Maltese: Chapter 04 Volume 007 P. 133 - 142
Special edition in Polish: Chapter 04 Volume 007 P. 133 - 142
Special edition in Slovak: Chapter 04 Volume 007 P. 133 - 142
Special edition in Slovene: Chapter 04 Volume 007 P. 133 - 142
Special edition in Bulgarian: Chapter 04 Volume 007 P. 192 - 201
Special edition in Romanian: Chapter 04 Volume 007 P. 192 - 201
Special edition in Croatian: Chapter 04 Volume 011 P. 68 - 77

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/869/oj

32004R0869



Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0008 - 0017


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 869/2004

tas-26 ta' April 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1936/2001 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll applikabli għas-sajd ta' ċerti stokkijiet ta' ħut ferm migratorji

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn ta' l-Atlantiku (min hawn il-quddiem referuta bħala il-ICCAT) adottat numru ta' rakkommandazzjonijiet u l-Kummissjoni dwar it-Tonn ta' l-Oċean Indjan (minn hawn il-quddiem referuta bħala il-IOTC) adottat numru ta' reżoluzjonijiet ta' l-obbligi tal-kontroll u u s-sorveljanza, li kienu ġew ittrasportati fir-Regolament (KE) Nru 1936/2001 [2].

(2) Il-ICCAT fis-7 il-laqgħa tagħha fil-2001 u fit-13 il-laqgħa speċjali tagħha fil-2002 u l-IOTC fis-6 u fis-7 laqgħat regolari tagħha fil-2001 u fil-2002 irrakkommandaw miżuri ġodda ta' kontroll dwar ċerti stokkijiet ta' ħut ferm migratorji. Dawn ir-rakkommandazzjonijiet u reżoluzjoniet huma ta' natura li jorbtu fuq il-Komunità u għalhekk għandhom ikunu implementati.

(3) Ir-Reġolament (KE) Nru 1936/2001 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1936/2001 huwa b'hekk emendat kif ġej:

1. fl-Artikolu 3, ilpunti li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

"(g) "simmna": it-tkabbir ta' individwi f'gaġġeġ għaż-żieda tal-piż tagħhom jew tal-kontenut tax-xaħam bil-għan tal-kummerċ;

(h) "tqegħid fil-gaġġi": it-tqegħid ta' individwi ferjali ta' kwalunkwe tip fi strutturi magħluqa (gaġġeg) għas-simna;

(i) "razzet tas-simmna": impriża li tkabbar individwi ferjali fil-gaġġeg għas-simna;

(j) "dgħajsa tat-trasport": dgħajsa li tirċievi individwi ferjali u titrasporthom ħajjin lejn l-irziezet tas-simna."

2. dawn l-Artikoli li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

"L-Artikolu 4a

Attivitajiet ta' dgħajjes li jipparteċipaw f'operazzjonijiey relatati mas-simna tat-tonn tal-pinna kaħlanija

1. Kull kaptan ta' dgħajsa tal-Komunità li jittrasferixxi tonn tal-pinna kaħlanija għas-simmna lejn dgħajsa tat-trasport, għandu jikteb fil-logbook tiegħu:

- il-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija li jkun ittrasferixxa u n-numru ta' ħut,

- iż-żona fejn seħħet il-qabda,

- id-data u l-posizzjoni tat-trasferiment tat-tonn tal-pinna kaħlanija,

- l-isem tad-dgħajsa tat-trasport, il-bandiera tagħha, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-call sign internazzjonali tar-radju,

- l-isem(ismijiet) tar-razzet(irziezet) tas-simmna tad-destinazzjoni tal-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija li jkun ittrasferixxa.

2. Kull kaptan ta' dgħajsa tat-trasport ta' fejn ikun ġie ittrasferit it-tonn tal-pinna kaħlanija għandu jikteb:

(a) il-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija trasferit għal kull dgħajsa tas-sajd u n-numru ta' ħut;

(b) l-isem tad-dgħajsa li tkun qabdet il-kwantitajiet referuti fi (a), flimkien mal-bandiera, n-numru tar-reġistrazzjoni u l-call sign internazzjonali tar-radju;

(ċ) id-data u l-posizzjoni tat-trasferiment tat-tonn tal-pinna kaħlanija;

(d) l-isem(ismijiet) tar-razzet(irziezet) tad-destinazzjoni tat-tonn tal-pinna kaħlanija.

3. Il-kaptan għandu jkun eżentat mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 jekk dik il-kitba tku mibdulha b'kopja tad-dikjarazzjoni tat-trasbord li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 jew kopja tad-dokument T2M referut fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jindika l-informazzjoni referuta fil-paragrafu 2(ċ) ta' dan l-Artikolu.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li tonn tal-pinna kaħlanija kollu li jitqgħied fil-gaġġeg mid-dgħajjes li jtajjru l-bandiera tagħhom ikunu irreġistrati ma l-awtorità kompetenti. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bi qbil ma l-Artikolu 5, il-kwantitajiet ta' tonn tal-pinna kaħlanija maqbuda u mqiegħda fil-gaġġeġ minn dgħajjes li jtajjru l-bandiera tagħhom (dover I kif definit mill-ICCAT).

Għall-esportazzjoni u l-importazzjoni tat-tonna tal-pinna kaħlanija intiżi għas-simmna fi Stat Membru għandhek tibgħat lejn il-Kummissjoni in-numru u d-dati tad-dokumenti tal-istatistika indikati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1984/2003 tat-8 ta' April li introduċa sistema għall-monitoraġġ tal-istatistika dwar il-kummerċ fit-tonn tal-pinna kaħlanija, tal-pixxispad u tat-tonn ta' għajnu kbira li jkun seħħ fi ħdan il-Komunità [3], validati minnhom u jistqarru il-pajjiż terz tad-dikjarazzjoni kif iddikjarata.

5. L-Istati Membri għandhom b'mezz elettroniku jibgħatu lejn il-Kummissjoni lista tad-dgħajjes kollha li jtajjri l-bandiera tagħhom u li huma irreġistrati fil-Komunità li jkunu jistadu għat-tonn tal-pinna kaħlanija sabiex ikun imsemmen. In-notifika għandha ssir sat-30 ta' April ta' kull sena, u l-informazzjoni li ġejja għandha tkun mogħtija:

(a) in-numru intern tad-dgħajsa kif definit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 [4];

(b) l-isem u l-indirizz tas-sid, l-operatur jew tal-kerrej.

6. L-Istati Membri għandhom b'mezz elettroniku jibgħatu lejn il-Kummissjoni lista tad-dgħajjes kollha awtorizzati minnhom li jipprovdu jew li jittrasferixxu t-tonn tal-pinna kaħlanija sabiex ikun imsemmen. In-notifika għandha ssir sat-30 ta' April ta' kull sena, u l-informazzjoni li ġejja għandha tkun mogħtija:

(a) l-isem tad-dgħajsa, il-bandiera tagħha u n-numru tar-reġistrazzjoni tagħha;

(b) xi bnadar preċedenti li kienet ittajjar;

(ċ) it-tip (tanker tal-ħut, barkun irmunkat, eċċ.) it-tul u t-tunnellaġġ gross;

(d) il-call sign internazzjoni tar-radjo;

(e) l-isem u l-indirizz tas-sid, ta' l-operatur jew tal-kerrej.

Artikolu 4b

Attivitajiet tal-irziezet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija

1. L-Istati Membri għandhom jaġixxu sabiex jasiguraw li l-irziezet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li huma taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jippreżentaw dikjarazzjoni dwar il-gaġġeġ kif referuta fl-Anness 1a lejn l-awtorità kompetenti tagħhom, 72 siegħa wara t-tmiem ta' kull operazzjoni tat-tqegħid fil-gaġġeġ minn dgħajsa tas-sajd jew tat-trasport. IL-preżentazzjoni ta' tali dikjarazzjonijiet, li jkun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa permezz ta' dan l-Artikolu, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-irziezet tas-simmna approvati mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jaġixxu sabiex jasiguraw li l-irziezet tas-simmna kif indikati fil-paragrafu 1, jippreżentawlhom sa l-1 ta' Lulju ta' kull sena, dikjarazzjoni tal-kummerċ tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkunu semmnu.

3. Id-dikjarazzjoni tal-kummerċ għat-tonn tal-pinna kaħlanija imsemmna indikata fil-paragrafu 2 għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja:

- l-isem tar-razzet,

- l-idirizz,

- il-propjetarju,

- il-kwantità ta' tonn tal-pinna kaħlanija (f'tunnellati) li jkun ġie kummerċjalizzar fis-sena preċedenti,

- id-destinazzjoni tat-tonn (isem ix-xerrej, il-pajjiż, id-data tal-bejgħ),

- għall-esportazzjoni u l-importazzjoni, in-numri u d-dati tal-validazzjoni tad-dokumenti tal-istatistika indikati fir-Regolament (KE) Nru 1984/2003,

- it-tul taż-żmien tat-tonn kummerċjalizzat (f'xhur), meta possibbli,

- id-daqs medju tat-tonn kummerċjalizzat.

4. Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni ippreżentata permezz tal-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri għandhom, b'mod elettroniku, jinnotifikaw lill-Kummissjonu, sa l-1 ta' Awissu ta' kull sena:

- il-kwanitajiet ta' tonn tal-pinna kaħlanija li huma jkun poġġew fil-gaġġeġ matul is-sena preċedenti,

- il-kwanitajiet ta' tonn tal-pinna kaħlanija li huma jkun ikkummerċajlizzaw matul is-sena preċedenti.

Artikolu 4ċ

Reġistru tal-irziezet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija

1. Wabel it-30 ta' April 2004 kull Stat Membru għandu jibngħat lejn il-Kummissjoni, b'mod elettroniku, lista tal-irziezet tas-simmna li jkunu taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu li huwa jawtorizza li jwettqu l-operazzjonijiet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni.

2. Il-lista referuta fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

- l-isem tar-razzet, in-numru tar-reġistrazzjoni nazzjonali tiegħu,

- il-lokalità tar-razzet,

- il-kapaċità tar-razzet (f'tunnellati).

3. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT qabel il-31 ta' Awissu 2004 sabiex l-irziezet tas-simmna ikkonċernati jkunu miktuba fir-reġistru tal-ICCAT ta' dawk l-irziezet li huma awtorizzati li jwettqu l-operazzjonijiet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.

4. Xi tibdil li jkun sar għal-lista indikata fil-paragrafu 1 għandu jkun notifikat lejn il-Kummissjoni għal trasmissjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT, bl-istess disposizzjonijiet applikabli, mill-anqas 10 tijiem utili qabel ma l-irziezet jibdew bl-attivitajiet tas-simna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li huma jkunu ġew maqbuda fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.

5. L-irzizet tas-simmna taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru li ma jkunux inklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ma jistgħux iwettqu l-attivitajiet tas-simmna tat-tonn tal-pinna kaħlanija li jkun inqabad fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT."

3. L-Artikolu 5 għandu jkun emendat kif ġej:

(a) il-pararafu 1 għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"1. L-Istati Membri għandhom jibgħatu b'mod elettroniku lejn il-Kummissjoni, li għandha imbagħad tgħaddi din l-informazzjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT, id-dettalji tal-qabda nominali ta' kull sena (id-dover I kif definit mill-ICCAT) għall-ispeċje elenkati fl-Anness II. Mhux aktar tard mit-30- ta' Ġunju tas-sena ta' wara, l-Istati Membri għandhom jitrasmettu lejn il-Kummissjoni, għal skopijiet xjentifiċi, l-estimi definiti għas-sena ntiera, jew, meta dan ma jkux possibli, l-estimi preliminarji."

(b) Fil-aragrafu 2, is-sentenza introduttorja għandha tkun mibdula b'dan li ġej:

"2. Mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jittrasmetti dawn id-dettalji li ġejjin (id-dover II kif definit mill-ICCAT) b'għamla elettronika, lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT, b'aċċess elettroniku għall-Kummissjoni."

4. il-paragrafu li ġej għandu jidħol fl-Artikolu 6:

"1(a) L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lejn is-Segretarjat Eżekutiv, b'għamla elettronika, b'aċċess elettroniku għall-Kummissjoni, għal skopijiet xjentifiċi, id-dettalji dwar il-qabdiet u l-isforz kif definit mill-ICCAT, estimi partikolari tar-rimi ta' porbeagle, mako tal-pinna l-qasira i tal-klieb il-baħar il-koħol."

5. L-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

"L-Artikolu 6a

Informazzjoni dwar qabdiet tal-marlini bojod u koħol

1. Il-kaptani tad-dgħajjes tal-Komunità għandhom jirreġistraw ta' kull jum fil-log book tagħhom, l-informazzjoni dwar ir-rilaxx tal-marlin abjat u l-marlin ikħal, kemm ħajj jew mejjet, bis-settur li ma jeċċedix 5o ta' lonġetudini bi 5o ta' latitudini, u għandhom jindikaw fl-istqarrijiet tal-ħatt imwettaq minnhom, in-numru jew il-piż tal-marlin abjed jew tal-marlin ikħal li jkunu ħattew l-art.

2. Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu b'għamla elettronika lejn il-Kummissjoni, għal skopijiet xjentifiċi, l-estimi finali għas-sena intiera preċedenti, jew jekk dawn ma jkunux jistgħu jinbgħatu, l-estimi preliminarji, tad-dettalji tal-qabdiet, inklużi ir-rilaxxi, u l-ħatt l-art tal-marlin abjad u l-marlin ikħal."

6. dawn l-Artikoli li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

"L-Artikolu 8a

Reġistru tad-dgħajjes awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni

1. Qabel l-1 ta' Ġunju 2003 kull Stat Membru għandu jibgħat lejn il-Kummissjoni b'mod elettroniku lista tad-dgħajjes ta' aktar minn 24 metri ta' tul totali li jtajjru il-bandiera tiegħu u irreġistrati fit-territorju tiegħu li huwa jawtorizza li jistadu għat-tonn u għal ħut simili għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT bil-ħruġ ta' liċenza speċjali tas-sajd.

2. Il-lista indikata fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) in-numru intern tad-dgħajsa kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2090/98;

(b) xi bnadar preċedenti li kienet ittajjar;

(ċ) xi informazzjoni dwar it-tneħħija minn reġistri oħrajn;

(d) l-isem u l-indirizz tal-padrun(i) u l-operatur(i);

(e) l-apparat użat;

(f) il-perijodu awtorizzat għas-sajd u/jew it-trasbord.

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat din l-informazzjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv ICCAT qabel l-1 ta' Lulju 2003 hekk li dawn id-dgħajjes jistgħu jkunu nklużi fir-reġistru ICCAT tad-dgħajjes ta' aktar minn 24 metrru fit-tul totali li huma jawtorizzaw sabiex jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT (minn hawn il-quddiem referut bħala r-reġistru ICCAT).

4. Xi tibdil li jkun sar għal-lista indikata fil-paragrafu 1 għandu jkun notifikat lejn il-Kummissjoni għal trasmissjoni lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT, bl-istess disposizzjonijiet applikabli, mill-anqas 10 tijiem utili qabel ma d-dgħajjes jibdew bl-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni.

5. Id-dgħajjes tas-sajd tal-Komunità ta' aktar minn 24 metru fit-tul totali li ma humiex elenkati fil-lista indikata fil-paragrafu 1 ma jistgħux jistadu, jżommu abord, jagħmlu trasbord jew iħottu l-art, tonn jew ħut li jixbaħ it-tonn, fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.

6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li:

(a) Id-dgħajjes biss li jtajjru l-bandiera tagħhom li huma nklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 u li jkollhom abbord liċenza speċjali tas-sajd maħruġa minnhom huma awtorizzati, fuq l-istes termini tal-liċenżja, li jwettqu l-attivitajiet tas-sajd referuti fl-Artikolu 1 fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT;

(b) l-ebda liċenza speċjali ma tkun maħruġha għal dgħajjes li jkunu wettqu sajd illegali, mhux regolat u mhux rapportat fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT (is-sajd IUU), kif indikat fl-Artikolu 19b, sakemm il-propjetarji l-ġodda ma jipprovdux evidenza dokumentarja adekwata li s-sidien u l-operaturi preċedenti la jistgħu aktar milli jkollhom xi interss legalim banefiċjarju jew finanzjarju fiha, u anqas ma jeżerċitaw xi kontroll fuqhom, jew li d-dgħajjes tagħhom la jistgħu jieħdu sehem u l-anqas ma huma assoċċjati mas-sajd IUU;

(ċ) meta possibbli, il-leġislazzjoni l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom tipprojbixxi lis-sidien u lil-operaturi ta' dgħajjes li jtajjru il-bandiera tagħhom li huma nklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1 milli jieħdu sehem fil, jew li jkunu assoċċjali ma' l-attivitajiet tas-sajd għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT minn dgħajjes li ma humiex fir-reġistru ICCAT;

(d) meta possibbli, il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom tkun teħtieġ li s-sidien tad-dgħajjes li jtajjru l-bandiera tagħhom li huma nklużi fil-lista indikata fil-paragrafu 1, li jkunu ċittadini ta' Stat Membru.

7. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprojbixxu s-sajd, iż-żamma abord, it-trasbord u l-ħatt l-art tat-tonn u ħut simili tat-tonn maqbud fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT minn dgħajjes ta' aktar minn 24 metru fit-tul totali li ma humiex fir-reġistru ICCAT.

8. L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jgħaddu lejn il-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni li turi li jkun hemm raġunijiet serji sabiex jissospettaw li d-dgħajjes ta' minn 24 metru fit-tul li ma humiex fir-reġistri ICCAT li jkunu jistadu jew li jwettqu t-trasbord tat-tonn jew ta' ħut simili għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT.

Artikolu 8b

Il-kiri ta' dgħajjes tas-sajd tal-Komunità

1. Qabel it-30 ta' April ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lejn il-Kummissjoni, lista tad-dgħajjes li jtajjru l-bandiera tagħhom li jkunu mikrija minn partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ICCAT għas-sena kurrenti, flimkien ma xi kambjamenti li jkunu saru fi kwalunkwe żmien għal din il-lista.

2. Il-lista kif indikata fil-paragrafu 1 għandha jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a) in-numru intern tad-dgħajsa kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2090/98;

(b) l-isem u l-indirizz tas-sidien tad-dgħajjes;

(ċ) l-ispeċje koperti bil-kirja u l-kwota allokata bil-kuntratt tal-kiri;

(d) it-tul tal-ftehim tal-kiri;

(e) l-isem tal-kerrej;

(f) Il-kunsens tal-Istat Membru għall-ftehim tal-kiri;

(g) il-pajjiż li fih id-dgħajsa kienet ġiet mikrija.

3. Fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim tal-kiri, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-ICCAT u jinforma lil-Kummissjoni dwar:

(a) Il-kunsens tiegħu għall-ftehim tal-kiri;

(b) l-azzjoni li jkun ħa sabiex jassigura li d-dgħajje mikrija li jtajjru l-bandiera tiegħu ikunu konformi mad-disposizzjonijiet tal-konservazzjoni u l-amministrazzjoni ICCAT.

4. Meta l-ftehim tal-kiri jkun spiċċa, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jinforma lis-Segretarjat Eżekuttiv ICCAT bid-data tat-terminazzjoni u jinforma lil-Kummissjoni.

5. L-Istat Membru għandu jaġixxi sabiex jassigura li:

(a) id-dgħajsa ma tkun awtorizzata li tistgħad matul il-perijodu tal-kiri permezz tal-kwota jew tal-possibbiltajiet tas-sajd allokati lilu;

(b) ma tkunx awtorizzata li tistgħad permez ta' aktar minn ftehim wieħed tal-kiri matul l-istess perijodu;

(ċ) li l-qadbiet tagħha jkunu irreġistrati separatament min dawk tad-dgħajjes l-oħrajn li jtajjru l-bandiera tiegħu;

(d) li din tkun konformi mal-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni adottati mill-ICCAT.

Artikolu 8ċ

Trasbord

Dgħajjsr li jtajjru l-bandiera ta' Stat Membru li għandhom qies ta' aktar minn 24 metru fit-tul totali, li jitstgħadu bil-konz u li jidhru fil-lista tal-IKOKOAT indikata fl-Artikolu 8(a) (1) ma jistgħux iwettqu trasbord fiż-żona tal-Konvenzjoni IKOKOAT apparti milli bl-awtorizzazzjoni preċedenti mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera."

7. fl-Artikolu 9(1), il-"15 ta' Ġunju" għandu jkun midul bi il-"15 ta' Awissu";

8. dan l-Artikolu li ġej għandu jkun miżjud:

"L-Artikolu 9a

Stqarrija annwali dwar l-applikazzjoni tan-normi ta' l-amministrazzjoni IKOKOAT minn dgħajjes kbar tas-sajd bil-konz

Qabel l-1 ta' Settembru ta' kull sena, l-Istati Membri b'dgħajjes tas-sajd bil-konz ta' tul totali ta' aktar minn 24 metru li huma awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-Konvenzjoni għandhom jittrasmettu lejn il-Kummissjoni stqarrija annwali dwar l-applikazzjoni tan-normi ta' l-amministrazzjoni tal-IKOKOAT minn dgħajjes kbar tas-sajd bil-konz, bl-użu tal-kampjun kif elenkat fl-Anness IV;"

9. dawn l-Artikoli li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

"L-Artikolu 19a

Azzjoni għal ġlieda kontra s-sajd IUU

Kull Stat Membru għandu jagħmel sforz, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, sabiex jassigura li l-importaturi tiegħu u l-operaturi l-oħrajn, li jibqgħu lura milli jinnegorjaw fi, jew li jwettqu trasbord tat-tonn jew ħut simili għat-tonn li jkun inqabad minn dgħajjes li jwettqu s-sajd IUU, partikolarment f'xi sajd b'kunflitt mal-miżuri tal-konservazzjoni u anninistrazzjoni tal-IKOKOAT.

Artikolu 19b

Informazzjoni dwar dgħajjes meqjusa bħala li jkunu wettqu sajd IUU

1. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, dgħajsa li ttajjar il-bandiera ta' parti mhux-kontraenti hija meqjusa bħala li tkun wettqet sajd IUU jekk ikun muri mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li hija:

(a) taqbad tonn jew ħut simili għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni IKOAAT imma li ma tkun fir-reġistru tal-IKOKOAT,

(b) taqbat ton jew ħut simili għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni IKOKOAT li dwarha l-Istat Membru tal-bandiera ma jkollu l-ebda kwota, taqbad il-limitu jew l-isforz ta' l-allokazzjoni permezz tal-miżuri tal-konservazzjoni u l-amministrazzjoni tal-IKOKOAT;

(ċ) li la tireġistra u anqas tiddikjara il-qabdiet tagħha fiż-żona tal-Konvenzjoni IKOKOAT jew li tagħmel dikjarazzjoni falza;

(d) tiġbor jew tħott l-art ħut ta' daqs żgħir b'kontravenzjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni u amministrazzjoni IKOKOAT;

(e) tistad matul perijodi magħluqin tas-sajd jew f'żoni magħluqin bi kontravenzjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni jew l-amministrazzjoni IKOKOAT;

(f) tuża apparat tas-sajd ipprojbit b'kontravenzjoni tal-miżuri ta' konservazzjoni u ta' l-amministrazzjoni IKOKOAT;

(g) twettaq trasbord ma dgħajjes fil-lista indikata fil-paragrafu 5;

(h) twettaq qabdiet mhux awtorizzati ta' tonn jew ta' ħut simili tat-tonn f'inħra taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali fiż-żona tal-Konvenzjoni IKOKOAT ta' pajjiżi kostali jew li twettaq kontravenzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti tagħhom;

(i) tkun mingħajr sta u taqbgħad tonn jew ħut simili għat-tonn fiż-żona tal-Konvenzjoni IKOKOAT;

(j) tkun involuta f'attività tas-sajd b'kunflitt ma xi miżura oħra ta' konservazzjoni u amministrazzjoni IKOKOAT.

2. Fuq il-bażi ta' l-informazzjoni akkwista mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, l-Istati Membri għandhom, qabel il-15 ta' Ġunju, jinnotifikaw lil-Kummisjoni b'lista ta' dgħajjes li jtajjru il-bandiera ta' parti mhux-kontraenti li jkunu preżunti li jkunu wettqu sajd IUU matul is-sena kurrenti jew is-snin preċedenti. Din għandha tkun akkumpanjata b'dokumenti ta' appoġġ.

Sal-15 ta' Lilju, il-Kummissjoni għandha twassal l-informazzjoni akkwistatha min għand l-Istati Membri lejn is-Segretarjat Eżekuttiv tal-IKOKOAT.

3. Mal-wassla għand is-Segretarjat Eżekuttiv IKOKOAT ta' l-abozz tal-lista ta' dgħajjes tal-partijiet mhux-kontraenti preżunti li jkunu wettqu sajd IUU, li tħejjit mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tgħaddi kopja lill-Istati Membri. Huma għandhom immedjetament jiskrutinizzaw din il-lista sabiex jaċċertaw l-attivitajiet ta' dawn id-dgħajjes jew ta' xi tibdil fl-isem, il-bandiera jew il-padronanza.

4. Sat-30 ta' Settembru, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lejn il-Kummissjoni xi informazzjoni oħra li aktarx tkun relevanti għall-istabbeliment tal-lista indikata fil-paragrafu 5.

5. Il-Kummissjoni għandha ta' kull sena, meta tirċievi minn għand il-IKOKOAT il-lista ta' dgħajjes identifikati bħala li jwettqu s-sajd IUU (minn hawn il-quddiem referuta bħal il-"lista IUU") u tgħaddiha lill-Istati Membri.

Artikolu 19ċ

Azzjoni dwar dgħajjes meqjusa bħala li jkunu wettqu sajd IUU

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, bi qbil mal-leġislazzjoni nazzjonali jew mal-liġi tal-Komunità, sabiex jassiguraw li:

(a) dgħajjes inklużi fil-lista IUU li voluntarjament jidħlu f'port u li ma humiex awtorizzati li jħootu jew li jgħamlu t-trasbord hemmhekk;

(b) il-bandiera tagħhom ma tkunx mogħtija lill-dgħajjes fil-lista IUU sakemm id-dgħajsa ma tkuns biddlet is-sid u s-sid il-ġdid ikun jista juri b'konvizzjoni li s-sid jew l-operatur preċedenti la jkun għad baqgħalu xi interss legali, finanzjarju jew interess reali ieħor fid-dgħajsa u l-anqas ma jeżerċita xi kontroll fuqha, jew inkella, wara li jkun ikkonsidra il-fatti relevanti kollha, l-Istat tal-bandiera jikkonsidra li jagħti l-bandiera lill-dgħajsa ma jkunx sejjer iwassal għal sadj IUU;

(ċ) l-importaturi, it-trasportaturi u l-operaturi l-oħrajn ikunu nkorraġġiti li ma jwettqusx negozju jew li jeffetwaw trasbord fit-tonn jew f'ħut simili għat-tonn miġbut minn dgħajjes fil-lista IUU;

(d) l-informazzjoni relevanti kollha tkun akwistata jew skambjata mal-partijiet kontraenti l-oħrajn u mal-partijiet mhux kontraenti li jikkoperaw, l-entitajiet u l-entitajiet tas-sajd għall-iskop tas-sejbien u l-prevenzjoni ta' l-użu ta' liċenzi foloz tal-importazzjoni/esportazzjoni għal tonn u ħut simili għat-tonn minn dgħajjes fil-lista IUU.

2. Dan li ġej għandu jkun ipprojbit:

(a) trasbord bejn dgħajjes tas-sajd, vapuri paterni jew dgħajjes tat-trasport li jtajjru l-bandiera ta' Stat Membru u r-reġistrati fil-Komunità u d-dgħajjes fil-lista IUU;

(b) il-kiri ta' dgħajsa fil-lista IUU;

(ċ) l-importazzjoni, il-ħatt jew it-trasbord ta' tonn jew ħut simili għat-tonn min dgħajjes fil-lista IUU;"

10. Il-Kapitolu II għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

"KAPTOLU II

MIŻURI TA' KONTROLL U SORVELJANZA APPLIKABBLI FIŻ-ŻONA 2

SEZZJONI 1

Miżuri ta' kontroll

Artikolu 20

Prinċipji ġenerali

L-Istati Membri għandhom jaġixxu sabiex jasiguraw li dgħajjes li jtajjru il-bandiera tagħhom ikunu jirrispettaw id-disposizzjonijiet applikabli għal dik iż-żona.

Artikolu 20a

Reġistru tad-dgħajjes awtorizzati li jistgħadu fiż-żona IOTKO

L-Artikolu 8a għandhu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 20b

Trasbord

L-Artikolu 8ċ għandhu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 20ċ

L-immarkar ta' l-appart tas-sajd

1. L-apparat użat minn dgħajjes tal-Komunità awtorizzati li jistadu fiż-żona għandu jkun immarket kif ġej: it-truf tax-xbieki, ix-xolfa u l-apparat l-eħorfil-baħar għandu jkun mgħammar b'bandiera jew bagi ta' rifless tar-radar u mtul il-lejl b'bagi bid-dawl li jindikaw il-posizzjoni u l-medda tagħhom.

2. Bagi tal-immarkar u oġġetti similu taż-żubrun li jindikaw il-posizzjoni ta' l-apparat fiss tas-sajd għandhom fi kwalunkwe waqt jindikaw kjarament l-ittra(i) u/jew in-numru(i) tad-dgħajsa/dgġajjes li jappartienu għalihom.

3. Apparati aggregati tas-sajd għandhom ikunu kjarament immarkati il-ħin kollu bl-ittra(i) u/jew in-numru)i) tad-dgħajsa(dgħajjes) li għalihom jappartienu.

Artikolu 20d

Notifika tal-istatistika għal skopijiet xjentifiċi

1. L-Istati Membri għandhom jittrasmettu din id-data tal-istatistika kig ġejja f'għamla elettronika, b'aċċess elettroniku mill-Kummissjoni, lejn is-Segretarjat IOTKO, b'konformità mal-proċeduri għall-preżentazzjoni tal-istatistika kif referuti fl-Anness V:

(a) l-isforzi tas-sajd u tal-qabdiet tal-ispeċje referuti fl-Artikolu 1, dwar is-sena preċedenti;

(b) il-qisien tal-ispeċje referuti fl-Artikolu 1, dwar is-sena preċedenti;

(ċ) is-sajd għat-tonn bl-użu ta' żubruni, inklużi l-apparati aggregati għas-sajd.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu database komputerizzata li jkun fiha d-data tal-istatistika li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 1, b'aċċess elettroniku għall-Kummissjoni.

SEZZJONI 2

Proċeduri ta' l-ispezzjoni fil-port

Artikolu 20e

L-Artikoli 10, 12, 13 14 u 15 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

SEZZJONI 3

Dgħajjes mingħajr stat jew dgħajjes ta' partijiet mhux-kontraenti

Artikolu 21

Osservazzjoni

1. Il-kaptani tad-dgħajjes tal-Komunità li huma awtorizzati li jistadu fiż-żona għandhom jibgħatu, lejn l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom, l-osservazzjonijiet tagħhom dwar dgħajjes ta' partijiet mhux-kontraenti preżenti jew magħrufa li jkunu jistadu għal tonn ta' l-għajn kbira, għal tonn tal-pinna safra jew għall-palamit.

2. L-Istati Membri għandhom mingħajr ebda dewmien jibgħatu din l-informazzjoni lejn il-Kummissjoni, li għandha tgħaddiha lill-IOTKO.

Artikolu 21a

Kontroll ta' l-attivitajiet tas-sajd

L-Artikoli 18 għandhu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 21b

Dgħajjes IUU

L-Artikolu 19b għandhu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 21ċ

Miżuri li jikkonċernaw dgħajjes meqjusa bħala li jkunu wettqu sajd IUU

L-Artikoli 19ċ għandhu japplika mutatis mutandis."

11. it-test stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għandu jkun miżjud bħala l-Anness Ia;

12. it-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandu jkun miżjud bħala l-Annessi IV u V.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fis-26 ta' April 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Walsh

[1] Opinjoni mogħtija fid-13 ta' Jannar 2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 263, tat-3.10.2001, p. 1.

[3] ĠU L 295, tat-13.11.2003, p. 1.

[4] ĠU L 266, ta' l-1.10.1998, p. 27. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 26/2004 (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 25).

--------------------------------------------------

ANNESS I

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

Zieda II

"

L-ANNESS IV

+++++ TIFF +++++

ANNESS V

Data dwar il-qabda u l-isforz

Sajd tal-wiċċ: dettalji tal-qabda f'piż nominali tal-qabda u dettalji tal-isforz f'jiem tas-sajd (xbieki bit-toqob irqaq, boil-lixka, bit-troll, u bit-tkarkir) għandhom ikunu ipprovduti mill-IOTKO b'żona maqsuma bi gradija ta' 1° u bis-saffi tax-xahar. Dettalji tas-sajd bix-xbieki bit-toqob irqaq għandu jkun stratifikat skond it-tip tal-ġilba tal-ħut. Dawk id-dettalji għandhom preferibbilment ikunu mmexxija mal-qabdiet nazzjonali ta' kull xahar għal kull tip ta' apparat. Il-fattur ta' l-għerfieh użati, li jikkorrespondu għall-koperta fil-logbook, għandhom ikunu mgħoddija b'mod ta' rutina lejn il-IOTKO.

Sajd bil-lixka bit-troll fit-tul: id-dettalji tal-qabda u l-isforz tas-sajd bil-lixka tat-troll fit-tul għandhom ikunu mogħtija lill-IOTKO bi gradilja ta' 5° skond iż-żona u s-saffi tax-xahar, preferibbilment bin-numri u l-piżijiet. L-isforzi tas-sajd għandhom ikunu mogħtija skond in-numru ta' snanar. Dawk id-dettalji għandhom preferibbilment ikunu mmexxija mal-qabdiet nazzjonali ta' kull xahar. Il-fattur ta' l-għerfieh użati, li jikkorrespondu għall-koperta fil-logbook, għandhom ikunu mgħoddija b'mod ta' rutina lejn il-IOTKO.

Il-qabdiet, l-isforzi u l-qisien tas-sajd mis-sajjieda tas-sengħa, fuq skala żgġir u għall-passatemp għandhom ikunu ippreżentati fuq il-bażi ta' xull xahar, imma bl-użu ta' l-aħjar żoni ġeografiċi użati għall-ġbir u l-ipproċessar ta' dawk id-dettalji.

Dettalji tal-qisien

Meqjusa li d-dettalji tal-daqs huma ta' importanza kruċjali għall-ħafna mill-kalkolazzjoni tar-riżorsi tat-tonn, dettalji dwar it-tul, inkluż in-numri totali ta' ħut imkejjel, għandhom ikunu ippreżentati b'mod ta' rutina lejn il-IOTKO fuq il-bażi ta' gradilja 5° biż-żona u l-bażi ta' kull xahar, bl-apparat u l-metodu tas-sajd (e.g. ħut imferrex/ġilba tal-ħut għax-xbieki bit-toqob żgħar). Id-dettalji tad-daqs għandhom ikunu ipprovduti għall-apparati kollha u għall-ispeċje kollha koperti mill-IOTKO. Id-dettalji tal-kampjunar tad-daqs għandhom preferibbilment ikunu mwettqa mingħajr ordni partikolari b'deskrizzjoni stretta u deskritta sewwa skond skemi ta' kampjunar li huma meħtiġa sabiex jipprovdu figuri mingħajr preġudizzju għal qisien miġbura. Il-livell eżatt rakkommandat tal-kampjunar jista' jvarja bejn speċje (bħala funzjoni tal-parametri varji), imma l-livell speċifiku rakkommandat tal-kampjun meħtieġ li jkun stabbilit mill-grupp ta' ħidma dwar l-istatistika. Aktar informazzjoni dettaljata tal-qisien, per eżempju tal-qies b'kampjunu ndividwali, għandha tkun disponibli għall-IOTKO meta mitlubha mill-gruppi ta' ħidma speċifiċi, imma skond ir-regoli stretti ta' kunfidenzalità.

Is-sajd għat-tonn bl-użu ta' żubruni, inklużi l-apparati aggregati għas-sajd. (FAD)

Għal rikonoxximent aħjar mill-IOTKO ta' għamliet li jinbidlu fl-isforz effettiv tas-sajd minn flotot li joperaw fiż-żona tal-kompetenza tagħha, aktar informazzjoni għandha tkun akkwistata. La darba l-attivitajiet tad-dgħajjes tal-forniment u l-użu ta' l-apparati aggregati għas-sajd (FAD) huma parti integrali mill-isforz tas-sajd minn flotta li tutiliżża xbieki bit-toqob żgħar, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun ippreżentatha bħala rutina lejn il-IOTKO:

Numru u karatteristiċi tad-dgħajjes tal-forniment: (i) li joperaw taħt il-bandiera tagħhom, (ii) li jgħinu dgħajjes tat-tkarkir bl-użu ta' xbieki bit-toqob żgħar li joperaw taħt il-bandiera tagħhom, jew (iii) li huma liċenzali li joperaw fiż-żoni ekonomiċi esklussivim u li jkunu preżenti fiż-żona tal-kompetenza IOTKO.

Livelli ta' l-attività tad-dgħajjes ta' forniment; inklużi l-jiem attwalment fuq il-baħar, bil-bażi taż-żona ta' gradilja 1° u ta' kull xahar.

B'żieda, il-partijiet kontraenti u l-partijiet mhux-kontraenti li jikkoperaw għandhom jagħmlu l-aħjar almu tagħhom sabiex jipprovdu dettalji tan-numru totali u t-tip ta' sajd bl-apparati aggregati għas-sajd (FAD) li jkunu operati mil-flotta, fuq il-bażi taż-żona bi gradilja 5° u ta' kull xahar.

L-importanza taż-żmien għall-preżentazzjoni lejn il-IOTKO

Huwa essenzali li l-informazzjoni kollha dwar is-sajd tkun disponibli għas-Segretarjat IOTKO fi żmien xieraq sabiex tippermetti għall-monitoraġġ tar-riżorsi u l-analiżi ta' l-informazzjoni. Għalhekk huwa rakkomandat li dawn ir-regoli li ġejjin ikunu applikati bħala normi ta' obbligi:

Flotot tas-sajd fil-wiċċ u flotot oħrajn li joperaw f'żoni kostali (inklużi d-dgħajjes tal-forniment) għandhom jipprovdu d-dattalji dwar is-sajd tagħhom fid-data l-aktar kmieni possibbli imma mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju ta' kull sena (id-dettalji dwar is-sena preċedenti).

Flotot tas-sajd bit-troll fit-tul fl-ibħra internazzjonali għandhom jipprovdu dettalji proviżorji tas-sajd f'data l-aktar kmieni, imma mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju (dettalji tas-sena preċedenti). Għandhom jipprovdu l-estimi finali tad-dettalji tas-sajd tagħhom qabel it-30 ta' Diċembru ta' kull sena (dettalji tas-sena preċedenti).

Il-limiti taż-żmien preżentament permissibbli għall-preżentazzjoni tal-istatistika għandhom ikunu mnaqqsa fil-ġejjieni skond kif il-proċessar tat-teknoloġiji tad-data jsiru dejjem aktar imħaffa, li għandhom inaqsu id-dewmien preżenti tal-ipproċessar tad-data.

"

--------------------------------------------------

Top