EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0851

Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard

OJ L 142, 30.4.2004, p. 1–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 008 P. 346 - 356
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 008 P. 346 - 356
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 008 P. 346 - 356
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 008 P. 346 - 356
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 008 P. 346 - 356
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 008 P. 346 - 356
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 008 P. 346 - 356
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 008 P. 346 - 356
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 008 P. 346 - 356
Special edition in Bulgarian: Chapter 15 Volume 011 P. 157 - 167
Special edition in Romanian: Chapter 15 Volume 011 P. 157 - 167
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 006 P. 93 - 103

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 26/12/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/851/oj

32004R0851



Official Journal L 142 , 30/04/2004 P. 0001 - 0011


Ir-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal-21 ta' April 2004

li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 152(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekomomiku u Soċjali Ewropew [1],

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

U aġixxew skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) Il-Komunità bħala priorità hi marbuta li tipproteġi u ttejjeb is-saħħa tal-bniedem permezz ta' prevenzjoni mill-mard tal-bniedem, partikolarment mard trasmissibbli, u li taħdem kontra t-theddid potenzali għas-saħħa bil-għan li tassigura livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. Rispons effettiv għat-tifqigħ ta' mard jeħtieġ approċċ koerenti fost l-Istati Membri u l-kontribut ta' esperti tas-saħħa pubblika b'esperjenza, ikkordinati fuq livell Komunitarju.

(2) Il-Komunità għandha tindirizza t-tħassib taċ-Ċittadini Ewropej dwar it-theddid għas-saħħa pubblika b'mod kordinat u koerenti. Bħalma l-protezzjoni tas-saħħa tista' tfisser azzjonijiet varji, minn preparazzjoni u miżuri ta' kontroll għall-prevenzjoni tal-mard tal-bniedem, l-għan ta' l-azzjonijiet għandu jitħalla wiesa'. Il-periklu ta' tixrid maħsub ta' aġenti wkoll jeħtieġ respons koerenti mill-Komunità.

(3) L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar mard trasmessibbli fi strutturi u/jew awtoritajiet innominati u xierqa, skond l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Settembru 1998 fejn ikun stabbilit network għas-sorveljanza epidemjoloġika u l-kontroll tal-mard trasmessibbli fil-Komunità [3], li teħtieġ analiżi xjentifika fil-ħin biex tittieħed azzjoni effettiva fil-Komunità.

(4) Id-deċiżjoni Nru 2119/98/EC titlob espressament it-titjib tas-servizz u l-effettività tan-networks iddedikati eżistenti bejn l-Istati Membri għas-sorveljanza tal-mard trasmessibbli li fuqhom għandhom jinbnew l-azzjonijiet tal-Komunità u l-bżonn ta' inkoraġġiment fil-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tas-saħħa pubblika, partikolarment biex tkun segwita kollaborazzjoni eqreb ma' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Għalhekk, iċ-Ċentru għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għandu jistabbilixxi proċeduri ċari ta' koperazzjoni mal-WHO.

(5) Aġenzija indipendenti, imsejħa ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għandha sservi bħala sors Komunitarju ta' parir xjentifiku indipendenti, għajnuna u ħila minn staff mediku, xjentifiku u epidemoloġiku mħarreġ mir-riżorsi proprja tiegħu jew minn dawk l-oqsma kompetenti rikonoxxuti li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet ta' l-istati membri responsabbli għas-saħħa tal-bniedem.

(6) Dan ir-Regolament ma jagħtix setgħat regolatorji liċ-Ċentru.

(7) Il-missjoni taċ-Ċentru għandha tkun li tidentifika, tivvaluta u tikkomunika danni attwali u li jistgħu jinqalgħu għas-saħħa tal-bniedem minn mard trasmessibbli. F'każ ta' tifqigħ ta' mard ta' oriġini mhux magħrufa li jista' jinfirex fi ħdan il-Komunità jew lill-Komunità, iċ-Ċentru għandu jkun imsaħħaħ biex jaġixxi fuq inizjattiva proprja tiegħu sakemm tkun magħrufa l-għajn tat-tifqigħa umbagħad, f'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti relevanti fuq livell nazzjonali jew Komunitarju, kif inhu xieraq.

(8) B'dan il-mod, iċ-Ċentru għandu jżid il-kapaċità tal-ħila xjentifika fil-Komunità Ewropea u jappoġġa l-pjanifikazzjoni tal-Komunità.. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa attivitajiet eżistenti, bħal programmi relevanti ta' azzjoni Komunitarji fis-settur tas-saħħa pubblika, ma' dak li għandu x'jaqsma mal-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard trasmessibbli, sorveljenza epidemjoloġika, programmi ta' taħriġ u mekkaniżmi ta' twissija bikrija u respons, u għandu jinkoraġġixxi l-iskambju ta' l-aħjar esperjenza u prattiki ma' dak li għandu x'jaqsam ma' programmi ta' vaċċinazzjoni.

(9) Bħal ma t-theddid għas-saħħa li jinqala' jista' jkollu konsegwenzi fuq is-saħħa mentali kif ukoll fiżika, iċ-Ċentru għandu jiġbor u janalizza informazzjoni fl-oqsma fi ħdan il-missjoni tiegħu fuq it-theddid u l-iżviluppi li jinqalgħu għas-saħħa pubblika bil-għan li jipproteġi s-saħħa pubblika fil-Komunità Ewropea permezz ta' preparazzjoni. Iċ-Ċentru għandu jgħin u jikkordina ma' l-Istati Membri fl-iżvilupp u ż-żamma tal-kapaċità biex jirreaġixxi fil-ħin. F'emerġenzi tas-saħħa pubblika, iċ-Ċentru għandu jaħdem b'kollaborazzjoni mill-qrib mas-servizzi tal-Kummissjoni u aġenziji oħra, ma' l-Istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(10) Iċ-Ċentru għandu jfittex li jżomm l-eċċellenza xjentifika l-ħin kollu fil-ħila proprja tiegħu u l-ħila fl-Istati Membri u għandu jinkoraġġixxi, jiżviluppa u jmexxi studji xjentifiċi applikati. B'dan il-mod, ikun qed itejjeb il-viżibilità u l-kredibilità tal-ħila xjentifika fil-Komunità. Barra minn hekk, ikun qed jappoġġa l-pjanifikazzjoni tal-Komunità, isaħħaħ il-komunikazzjoni ma' u bejn is-setturi kliniċi u tas-saħħa pubblika, isaħħaħ il-kapacità għal-laboratorju tas-saħħa pubblika għal dijanjosi rapida u jappoġġa u jikkordina programmi ta' taħriġ.

(11) Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jkun magħżul b'mod li jassigura l-ogħla livelli ta' kompetenzi u firxa wiesgħa ta' esperjenza relevanti disponibbli fost ir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.

(12) Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jkollu l-poteri neċessarji biex jistabbilixxi l-budget, jivverifika l-implimentazzjoni tiegħu, ifassal regoli interni, jassigura koerenza mal-politika tal-Komunità, jadotta r-regolament finanzjarju taċ-Ċentru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [4], hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ ir-" Regolament Finanzjarju', u jaħtar id-direttur wara seduta parlamentari tal-kandidat magħżul.

(13) Forum konsultattiv għandu jikkonsulta mad-direttur dwar il-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu/tagħha. Il-Forum għandu jkun jikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-oqsma kompetenti ta' l-Istati Membri li jobbligaw ruħhom għal kompiti simili ta' dawk taċ-Ċentru u minn rappreżentanti tal-partijiet interessati fuq livell Ewropew, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, oqsma professjonali jew professuri universitarji (ta' l-akkademja). Il-Forum Konsultattiv jikkostitwixxi mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni dwar riskji ta' potenzal u l-ġabra ta' għarfien, u għall-kontroll ta' l-eċċellenza xjentifika u l-indipendenza tax-xogħol taċ-Ċentru.

(14) Il-konfidenza ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità, il-pubbliku ġenerali u partijiet interessati fiċ-Ċentru, hija essenzali. Għal din ir-raġuni, huwa importanti li tassigura l-indipendenza tagħha, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza.

(15) L-indipendenza taċ-Ċentru u l-irwol tiegħu li jinforma lill-pubbliku tfisser, li għandu jkun kapaċi jikkomunika fuq l-inizjattiva proprja tiegħu fl-oqsma fi ħdan il-missjoni tiegħu, u l-għan tiegħu jkun li jipprovdi informazzjoni oġġettiva, ta' min joqgħod fuqha, u li tinftiehem faċilment biex itejjeb il-konfidenza taċ-ċittadini.

(16) Iċ-Ċentru għandu jkun iffinanzjat mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għall-prioritajiet miftiehma mill-awtorità dwar il-budget fi ħdan il-perspettiva finanzjarja. Il-proċedura dwar il-budget tal-Komunità tibqa' tgħodd f'dak li għandu x'jaqsam ma' sussidji mħallsa mill-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea u l-evalwazzjoni tagħhom ta' kull sena. Barra minn hekk, il-Qorti ta' l-Awdituri għandha tobbliga ruħha għall-awditjar tal-kontijiet.

(17) Huwa neċessarju li l-pajjiżi li ma humiex membri ta' l-Unjoni Ewropea u li kkonkludew ftehim li jobbligahom biex jittraspożitaw u jimplimentaw il-qasam tal-liġi tal-Komunità fil-qasam kopert minn dan ir-Regolament, jitħallew jipparteċipaw.

(18) Għandha ssir valutazzjoni esterna indipendenti biex issir stima ta' l-impatt taċ-Ċentru fuq il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem u l-ħtieġa possibbli biex tifrex l-iskop tal-missjoni taċ-Ċentru fuq attivitajiet oħra relevanti fuq livell Komunitarju fis-saħħa pubblika, partikolarment fil-kontroll tas-saħħa.

(19) Iċ-Ċentru għandu jkun ukoll kapaċi li jibda studji xjentifiċi neċessarji għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, filwaqt li jassigura li l-komunikazzjoni stabbilita minnu mal-Kummissjoni u l-Istati Membri tevita d-dupplikazzjoni ta' l-isforz. Dan għandu jsir b'mod miftuħ u trasparenti u ċ-Ċentru għandu jikkonsidra l-ħila tal-Komunità, l-istrutturi u l-aġenziji diġa' misjuba,

ADOTTATAW DAN IR-REGOLAMENT:

IL-KAPITOLU I DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Skop

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi aġenzija indipendenti Ewropea għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard, il-missjoni tagħha, il-kompiti u l-organizzazzjoni.

2. L-Aġenzija għandha tkun imsemmija ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa ċ-" Ċentru'.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "qasam kompetenti' għandu jfisser kull struttura, istituzzjoni, aġent jew qasam xjentifiku ieħor rikonoxxut mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri, li jipprovdi kapaċità jew parir tekniku u xjentifiku indipendenti għal azzjoni fil-qasam tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem;"

(b) "prevenzjoni u kontroll tal-mard tal-bniedem' għandha tfisser il-firxa tal-miżuri mittieħda mill-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri biex jipprevenu u jwaqqfu t-tixrid tal-mard;"

(ċ) "network ta' sorveljanza ddedikata' għandha tfisser kull network speċifiku fuq il-mard jew kwistjonijiet dwar saħħa speċjali, magħżula għas-sorveljanza epidemjoloġika bejn strutturi akkreditati u awtoritajiet ta' l-Istati Membri;"

(d) "mard trasmessibbli' għandha tfisser il-kategoriji tal-mard imsemmija fl-anness tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE;"

(e) "theddid għas-saħħa' għandha tfisser kondizzjoni, aġent jew inċident li, direttament jew indirettament, jista' jikkawża l-mard;"

(f) "sorveljanza epidemjoloġika' għandu jkollha t-tifsira bħalma hi definita mid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE."

(g) "network tal-Komunità' għandu jkollha t-tifsira bħal ma hi definita mid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE;"

(h) "sistema ta' twissija bikrija u tweġiba' għandha tfisser in-network skond id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trasmessibbli, ifformat billi tressaq il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti fis-saħħa pubblika f'kull Stat Membru f'komunikazzjoni permanenti ma' xulxin b'mod xieraq kif speċifikat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/57/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar is-sistema tat-twissija bikrija u tweġiba għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trasmessibbli taħt id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill [5]"

Artikolu 3

Missjoni u kompiti taċ-Ċentru

1. Sabiex iżżid il-kapaċità tal-Komunità u l-Istati Membri biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem, il-missjoni taċ-Ċentru għanha tkun li tidentifika, tagħmel stima u tikkomunika t-theddid attwali u li jista' jinqala' għas-saħħa tal-bniedem minn mard trasmessibbli. F'każ ta' tifqigħ ieħor ta' mard ta' oriġini mhux magħrufa li jista' jinfirex fi ħdan il-Komunità jew lill-Komunità, iċ-Ċentru għandu jaġixxi fuq inizjattiva proprja tiegħu sakemm tkun magħrufa l-għajn tat-tifqigħa. F'każ ta' tifqigħa li b'mod ċar mhix ikkawżata minn mard trasmessibbli, iċ-Ċentru għandu jaġixxi biss f'koperazzjoni ma' l-awtorita' kompetenti fuq talba ta' dik l-awtorita'. Fl-insegwiment tal-missjoni tiegħu, iċ-Ċentru għandu jikkonsidra r-responsabbiltajiet kollha ta' l-Istati Membri, il-Kummissjoni u aġenziji oħra tal-Komunità, kif ukoll ir-responsabbiltajiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fi ħdan l-oqsma tas-saħħa pubblika, sabiex jassigura l-kompletezza, il-koerenza u l-komplementarità ta' l-azzjoni.

2. Fi ħdan l-oqsma tal-missjoni tiegħu, iċ-Ċentru għandu:

(a) jfittex għal, jiġbor, jeżamina u jikkompara, jivvaluta u jxerred data xjentifika u teknika relevanti;

(b) jipprovdi opinjonijiet xjentifiċi u għajnuna xjentifika u teknika inkluż it-taħriġ;

(ċ) jipprovdi informazzjoni fil-ħin lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-aġenziji tal-Komunità u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fi ħdan il-qasam tas-saħħa pubblika;

(d) jikkordina n-network Ewropew ta' organiżmi li jaħdmu fl-oqsma fi ħdan il-missjoni taċ-Ċentru, inkluż networks li jinħolqu mill-attivitajiet tas-saħħa pubblika appoġġati mill-Kummissjoni u li jħaddmu n-networks tas-sorveljanza ddedikati (speċjalizzati);

u

(e) jbiddel informazzjoni, ħila u l-aħjar prattiki, u jiffaċilita l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet konġunti.

3. Iċ-Ċentru, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw biex jippromwovu koerenza effettiva bejn l-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 4

Obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri

L-Istati Membri għandhom:

(a) jipprovdu liċ-Ċentru fil-ħin għad-dispożizzjoni, data teknika u xjentifika relevanti għall-missjoni tiegħu;

(b) jikkomunikaw maċ-Ċentru dwar messaġġi mibgħuta lin-network tal-Komunità permezz ta' sistema ta' twissija bikrija u respons;

u

(ċ) jidentifikaw, fi ħdan il-qasam ta' ħidmet il-missjoni taċ-Ċentru, oqsma kompetenti rikonoxxuti u esperti tas-saħħa pubblika li jistgħu jkunu għad-dispożizzjoni biex jgħinu fir-respons Komunitarju għat-theddid għas-saħħa, bħal investigazzjonijiet dwar qasam f'każ ta' ġemgħat jew tifqigħ ta' mard.

IL-KAPITOLU 2 PROĊEDURI OPERAZZJONALI

Artikolu 5

Ħidma ta' networks ta' sorveljanza ddedikata(speċjalizzata) u attivitajiet tan-networks

1. Iċ-Ċentru, fil-ħidma tan-networks tas-sorveljanza ddedikata u l-provediment tal-ħila xjentifika u teknika lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, għandu jappoġġa l-attivitajiet tan-network ta' l-oqsma kompetenti rikonoxxuti mill-Istati Membri.

2. Iċ-Ċentru għandu jassigura l-ħidma integrata ta' networks ta' sorveljanza ddedikata ta' awtoritajiet u strutturi maħtura taħt id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, billi huwa neċessarju ma' l-għajnuna ta' wieħed jew aktar min-networks tas-sorveljanza. Partikolarment għandu:

(a) jipprovdi assigurazzjoni ta' kwalità billi jikkontrolla u jevalwa attivitajiet ta' sorveljanza ta' networks bħal dawn dwar sorveljanza ddedikata biex jassigura l-aħjar ħidma;

(b) iżomm bażi/jiet ta' tagħrif għal sorveljanza epidemjoloġika bħal din;

(ċ) jikkomunika r-riżultati ta' l-anilisi ta' l-informazzjoni man-network tal-Komunità: u

(d) jarmonizza u jagħti spjegazzjoni loġika dwar il-metodoloġiji ta' kif jaħdmu.

3. Bl-inkoraġġiment tal-koperazzjoni bejn laboratorji speċjalizzati u dawk ta' referenza, iċ-Ċentru għandu jinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kapaċità suffiċjenti fi ħdan il-Komunità għad-dijanjosi, l-iskoperta, l-identifikazzjoni u l-karatterizzazzjoni ta' aġenti li jittieħdu li jistgħu jheddu s-saħħa pubblika. Iċ-Ċentru għandu jżomm u jifrex din il-koperazzjoni u jappoġġa l-implimentazzjoni ta' skemi dwar l-assigurazzjoni ta' kwalità.

4. Iċ-Ċentru għandu jikkopera ma' l-oqsma kompetenti rikonoxxuti mill-Istati Membri, partikolarment fuq xogħol preparatorju għal opinjonijiet xjentifiċi, għajnuna teknika u xjentifika, ġabra ta' informazzjoni u identifikazzjoni ta' theddid għas-saħħa li jista' jinqala'.

Artikolu 6

Studji u opinjonijiet xjentifiċi

1. Iċ-Ċentru għandu jipprovdi opinjonijiet xjentifiċi indipendenti, parir, data u informazzjoni esperti.

2. Iċ-Ċentru għandu jfittex li jżomm dejjem eċċellenza xjentifika fl-aħjar ħila disponibbli. Billi ħila xjentifika indipendenti mhix disponibbli min-networks dwar sorveljanza ddedikata eżistenti, iċ-Ċentru jista' jistabbilixxi gruppi xjentifiċi ad hoc indipendenti.

3. Iċ-Ċentru jista' jippromwovi u jibda studji xjentifiċi neċessarji għall-prestazzjoni tal-missjoni tiegħu u proġetti u studji xjentifiċi applikati dwar il-fattibiltà, l-iżvilupp u l-preparazzjoni ta' l-attivitajiet tiegħu. Iċ-Ċentru għandu jevita d-dupplikazzjoni mal-programmi ta' riċerka tal-Komunità jew ta' l-Istati Membri.

4. Iċ-Ċentru għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni f'dak li għandu x'jaqsam dwar il-pjanifikazzjoni u t-tfassil ta' priorità tar-riċerka u l-istudji tas-saħħa pubblika.

Artikolu 7

Proċedura għal opinjonijiet xjentifiċi

1. Iċ-Ċentru għandu joħroġ opinjoni xjentifika:

(a) fuq it-talba tal-Kummissjoni, f'kull materja fi ħdan il-missjoni tiegħu, u fil-każijiet kollha billi l-leġislatura tal-Komunità tħalli liċ-Ċentru jkun ikkonsultat;

(b) fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew ta' Stat Membru, fuq materji li jaqgħu taħt il-missjoni tiegħu;

u

(ċ) fuq inizjattiva proprja tiegħu, fuq materji li jaqgħu taħt il-missjoni tiegħu.

2. It-talbiet imsejħa fil-paragrafu 1 għandhom ikollhom informazzjoni bażika li fiha jkun hemm spjegazzjoni dwar il-kwistjoni xjentifika li għandha tkun indirizzata, kif ukoll l-interess tal-Komunità.

3. Iċ-Ċentru għandu joħroġ opinjonijiet xjentifiċi f'qafas ta' ħin bi ftehim reċiproku.

4. Billi talbiet differenti jsiru fuq l-istess kwistjonijiet jew billi t-talba mhix skond paragrafu 2, jew mhix ċara, iċ-Ċentru jista', jew jirrifjuta, jew jipproponi emendi għal talba ta' opinjoni b'konsultazzjoni ma' l-istituzzjoni jew Stat(i) Membru(i) li għamlu t-talba. Ġustifikazzjonijiet għar-rifjut għandhom jingħataw lill-istituzzjoni jew l-Istat(i) Membru(i) li għamlu t-talba.

5. Billi ċ-Ċentru jkun diġa' ta opinjoni xjentifika fuq suġġett speċifiku f'talba u jikkonkludi li ma hemmx elementi xjentifiċi li jiġġustifikaw eżami mill-ġdid, għandha tingħata informazzjoni li tappoġġa dik il-konklużjoni lill-istituzzjoni jew l-Istat(i) Membru(i) li għamlu t-talba.

6. Ir-regoli interni taċ-Ċentru għandhom jispeċifikaw il-kondizzjonijiet dwar il-format, l-isfond magħmul biex jispjega u l-pubblikazzjoni ta' opinjoni xjentifika.

Artikolu 8

Ħidma dwar sistema ta' twissija bikrija u tweġiba

1. Iċ-Ċentru għandu jappoġġa u jgħin lill-Kummissjoni billi jħaddem is-sistema ta' twissija bikrija u tweġiba u billi jassigura ma' l-Istati Membri l-kapaċità li jirrispondi b'manjiera kordinata.

2. Iċ-Ċentru għandu janalizza l-kontenut tal-messaġġi li jirċievi permezz tas-sistsema ta' twissija bikrija u t-tweġiba. Iċ-Ċentru għandu jipprovdi informazzjoni, ħila, parir u stima ta' riskju. Iċ-Ċentru għandu wkoll jieħu azzjoni biex jassigura li s-sistema ta' twissija bikrija u tweġiba hija effiċjenti u kkomunikata b'mod effettiv ma' sistemi oħra għall-alert tal-Komunità (eż. is-saħħa ta' l-annimal, l-ikel u l-għalf u l-protezzjoni ċivili).

Artikolu 9

Għajnuna teknika u xjentifika u taħriġ

1. Iċ-Ċentru għandu jipprovdi ħila teknika u xjentifika lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u aġenziji oħra tal-Komunità fl-iżvilupp, reviżjoni regolari u aġġornar ta' pjanifikazzjoni, u wkoll fl-iżvilupp ta' l-istrateġiji għall-intervent fl-oqsma fi ħdan il-missjoni tiegħu.

2. Il-Kummissjoni, l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali (partikolarment il-WHO) jistgħu jitolbu liċ-Ċentru biex jipprovdi għajnuna teknika u xjentifika f'kull qasam fi ħdan il-missjoni tiegħu. Għajnuna teknika u xjentifika mogħtija miċ-Ċentru tista' tkun ibbażata fuq teknoloġija u xjenza ibbażati fuq l-evidenza (il-prova). Din l-assistenza tista' tinkludi għajnuna lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw linji gwidi tekniċi fuq prattika tajba u fuq miżuri protettivi li jittieħdu bħala respons għat-theddid tas-saħħa tal-bniedem, tingħata għajnuna esperta u jkun hemm ċaqliq u kordinazzjoni ta' timijiet għall-investigazzjoni. Iċ-Ċentru għandu jirrispondi fil-mandat u l-kapaċità finanzjarja tiegħu.

3. Talbiet għal għajnuna teknika u xjentifika liċ-Ċentru għandu jkollhom terminu perentorju (skadenza stabbilita) li għandhom ikunu miftiehma maċ-Ċentru.

4. F'każ ta' din it-talba għall-għajnuna mill-Kummissjoni, l-Istati Membri, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, billi l-kapaċità finanzjarja taċ-Ċentru mhix xierqa biex tittratta dik it-talba, iċ-Ċentru għandu jagħmel stima tat-talba u jesplora l-possibbiltajiet għal respons direttament jew permezz ta' mekkaniżmi oħra tal-Komunità.

5. Iċ-Ċentru għandu jinforma dwar talba bħal din u dwar l-intenzjonijiet tiegħu lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien, fil-qafas tan-networks tal-Komunità stabbiliti mid-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE.

6. Bħal ma hu xieraq, iċ-Ċentru għandu jappoġġa u jikkordina programmi ta' taħriġ sabiex jgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex ikollhom numru suffiċjenti ta' speċjalisti mħarrġa, partikolarment fis-sorveljanza epidemjoloġika u fil-qasam ta' l-investigazzjonijiet, u jkollhom kapaċità biex jiddefinixxu miżuri ta' saħħa biex jikkontrollaw it-tifqigħ ta' mard.

Artikolu 10

Identifikazzjoni ta' theddid għas-saħħa li jista' jinqala'

1. Fi ħdan l-oqsma tal-missjoni tiegħu u b'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, iċ-Ċentru għandu jistabbilixxi proċeduri biex jagħmel riċerka, jiġbor, jiċċekkja u jikkompara u janalizza b'mod sistematiku l-informazzjoni u d-data bil-għan li jidentifika t-theddid għas-saħħa li jista' jinqala' u li jista' jkollu konsegwenzi fuq is-saħħa fiżika kif ukoll mentali u li jista' jaffettwa lill-Komunità.

2. Iċ-Ċentru għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, evalwazzjoni ta' kull sena tat-theddid għas-saħħa attwali u li jista' jinqala' fil-Komunità.

3. Iċ-Ċentru għandu wkoll jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri malajr kemm jista' jkun dwar sejbiet li jeħtieġu l-attenzjoni immedjata tagħhom.

Artikolu 11

Ġabra u analiżi ta' data

1. Iċ-Ċentru għandu jikkordina ġabra ta' kollezzjoni, validità, analiżi u tixrid ta' data fuq livell tal-Komunità, inkluż fuq strateġiji tal-vaċċinazzjoni. L-element statistiku ta' din il-ġabra ta' data jkun żviluppat b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri b'użu, fejn hu neċessarju, tal-programm statistiku tal-Kommnità, biex jippromwovi sinerġiji u jevita d-dupplikazzjoni.

2. Għall-għan ta' paragrafu 1, iċ-Ċentru għandu:

- jiżviluppa proċeduri biex jiffaċilita l-konsultazzjoni u t-trasmissjoni tad-data u l-aċċess (adeżjoni) u dan jagħmlu ma' l-oqsma kompetenti ta' l-Istati Membri utal-Kummissjoni

- imexxi evalwazzjoni xjentifika u teknika ta' miżuri ta' prevenzjoni u kontroll fuq livell komunitarju:

u

- jaħdem f'koperazzjoni mill-qrib ma' l-oqsma kompetenti ta' l-organizzazzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tal-ġabra tad-data mill-Komunità, mill-pajjiżi terzi, mill-WHO, u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra.

3. Iċ-Ċentru għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni, informazzjoni miġbura relevanti bħal ma msejħa f'paragrafi 1 u 2 ta' l-Istati Membri b'mod oġġettiv, ta' min joqgħod fuqha u li tkun aċċessibbli faċilment.

Artikolu 12

Komunikazzjonijiet dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru

1. Iċ-Ċentru għandu jikkomunika fuq l-inizjattiva proprja tiegħu fl-oqsma fi ħdan il-missjoni tiegħu, u dan wara li jkun ingħata informazzjoni minn qabel lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Iċ-Ċentru għandu jassigura li l-pubbliku u partijiet kull parti oħra interessata jingħataw rapidament, informazzjoni oġġettiva, ta' min joqgħod fuqha u aċċessibbli faċilment ma' dak li għandu x'jaqsam mar-riżultati tal-ħidmiet tiegħu. Sabiex jakkwista dawn l-għanijiet, iċ-Ċentru għandu jqiegħed l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali, inkluż permezz ta' websajt iddedikata (speċjali). Iċ-Ċentru għandu wkoll jippublika l-opinjonijiet tiegħu prodotti skond l-Artikolu 6.

2. Iċ-Ċentru għandu jaġixxi f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jippromwovu l-koerenza neċessarja fil-proċess riskjuż tal-komunikazzjoni dwar it-theddid għas-saħħa.

3. Iċ-Ċentru għandu jikkopera kif xieraq ma' l-oqsma kompetenti fl-Istati Membri u partijiet oħra interessati f'dak li għandu x'jaqsam mal-kampanji ta' l-informazzjoni pubblika.

IL-KAPITOLU 3 ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 13

Oqsma taċ-Ċentru

Iċ-Ċentru għandu jinkludi:

(a) bord ta' l-amministrazzjoni:

(b) direttur u l-istaff tiegħu/tagħha:

(ċ) forum konsultattiv.

Artikolu 14

Bord ta' l-Amministrazzjoni

1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jkun magħmul minn membru nnominat minn kull Stat Membru, żewġ membri nnominati mill-Parlament Ewropew u tliet membri li jirrappreżentaw u maħtura mill-Kummissjoni.

2. Il-membri tal-Bord għandhom ikunu maħtura b'mod li jkunu assigurati l-ogħla livelli ta' kompetenza u firxa wiesgħa ta' ħila relevanti.

Nies oħra li jirrapreżentaw lill-membru fin-nuqqas tiegħu/tagħha, għandhom ikunu maħtura bl-istess proċedura.

Iż-żmien ta' kariga tal-membri għandu jkun ta' erba' snin u jista' jkun imtawwal.

3. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta r-regoli interni taċ-Ċentru fuq il-bażi ta' proposta mid-direttur. Dawn ir-regoli għandhom ikunu ppubblikati.

Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jeleġġi wieħed mill-membri tiegħu bħala l-President tiegħu għal perjodu ta' sentejn, li għandu jkun imtawwal.

Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jiltaqa', ta' l-inqas, darbtejn fis-sena fuq stedina tal-President, jew fuq it-talba, ta' l-inqas, ta' terz mill-membri tiegħu.

4. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

5. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu:

(a) jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-direttur u jaħtar jew ikeċċih/ha skond l-artikolu 17;

(b) jassigura li ċ-Ċentru jwettaq il-missjoni tiegħu u jwettaq il-kompiti mogħtija lilu taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament inkluż fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet regolari indipendenti u esterni li għandhom jitwettqu kull ħames snin;

(ċ) jiġbor lista ta' oqsma kompetenti msejħa fl-Artikolu 5 u tkun ippubblikata;

(d) qabel il-31 ta' Jannar ta' kull sena, jadotta l-programm taċ-Ċentru tas-sena lit kun ġejja. Għandu jadotta wkoll program multiannwali rivedut. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jassigura li dawn il-programm huma konsistenti mal-prioritajiet leġislattivi u politiċi tal-Komunità fiż-żona tal-missjoni tiegħu. Qabel it-30 ta' Marzu ta' kull sena, il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta r-rapport ġenerali dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru għas-sena ta' qabel;

(e) jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għaċ-Ċentru wara li tkun ikkonsultata l-Kummissjoni. Huma jistgħu ma jibdewx mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 fuq il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-oqsma msejħa fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [6], kemm-il darba jkun speċifikament meħtieġ għall-ħidma taċ-Ċentru u mal-kunsens ta' qabel tal-Kummissjoni;

(f) b'unanimità tal-membri tiegħu, jistabbilixxi r-regoli li jirregolaw il-lingwi taċ-Ċentru, inkluż il-possibbiltà ta' distinzjoni bejn ix-xogħlijiet interni taċ-Ċentru u l-komunikazzjoni esterna, filwaqt li jikkonsidra l-ħtieġa li jassigura aċċess għal, u parteċipazzjoni fix-xogħol taċ-Ċentru mill-partijiet kollha interessati fiż-żewġ każijiet.

6. Id-direttur għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, mingħajr drittijiet tal-vot, u għandu jipprovdi lis-segretarjat.

Artikolu 15

Votazzjoni

1. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza sempliċi tal-membri kollha. Maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha għandha tkun meħtieġa għall-adozzjoni tar-Regoli tiegħu ta' Proċedura, ir-regoli interni ta' ħidma taċ-Ċentru, il-budget, il-programm ta' ħidma ta' kull sena u l-ħatra u t-tneħħija tad-direttur.

2. Kull wieħed minn dawn il-membri għandu jkollu vot wieħed. Id-direttur taċ-Ċentru ma għandux jivvota.

3. Fin-nuqqas ta' membru, persuna alternata għalih/a għandha tkun intitolata biex teżerċita d-dritt tiegħu/tagħha li tivvota.

4. Ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti ta' votazzjoni l-aktar iddettaljati, partikolarment, il-kondizzjonijiet għal membru biex jaġixxi f'isem membru ieħor.

Artikolu 16

Direttur

1. Iċ-Ċentru għandu jkun immexxi mid-direttur tiegħu, li għandu jkun kompletament indipendenti fil-prestazzjoni tad-dmirijiet tiegħu/tagħha, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u l-Bord ta' l-Amministrazzjoni.

2. Id-direttur għandu jkun ir-rappreżentant legali taċ-Ċentru u għandu jkun responsabbli għal:

(a) l-amministrazzjoni ta' kuljum taċ-Ċentru;

(b) jistabbilixxi abbozz ta' programmi ta' ħidma;

(ċ) preparazzjoni ta' diskussjonijiet fi ħdan il-Bord ta' l-Amministrazzjoni;

(d) jimplimenta l-programmi ta' ħidma u d-deċiżjonijiet adottati mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni;

(e) jassigura l-proviżjoni ta' appoġġ xieraq xjentifiku, tekniku u amministrattiv għall-Forum Konsultattiv;

(f) jassigura li ċ-Ċentru jwettaq il-kompiti tiegħu skond il-bżonnijiet ta' l-utenti tiegħu, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-eċċellenza xjentifika u indipendenza ta' attivitajiet u opinjonijiet, is-sodisfazzjoni tas-servizzi mogħtija u l-ħin li jittieħed;

(g) jipprepara l-prospett ta' l-introjtu (dħul) u l-infiq u jesegwixxi l-budget taċ-Ċentru;

(h) il-materji kollha ta' l-istaff, partikolarment l-eserċitu tas-setgħat stabbiliti fl-Artikolu 29(2).

3. Kull sena, id-direttur għandu jgħaddi lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni għall-approvazzjoni:

(a) abbozz ta' rapport ġenerali li jkopri l-attivitajiet kollha taċ-Ċentru fis-sena ta' qabel;

(b) abbozz dwar programmi ta' ħidma;

(ċ) l-abbozz tal-kontijiet ta' kull sena għas-sena ta' qabel;

(d) l-abbozz tal-budget għas-sena li ġejja.

4. Wara l-adozzjoni mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni, id-direttur għandu, sal-15 ta' Ġunju ta' l-inqas, jibgħat ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ta' kull sena, iċ-Ċentru għandu jibgħat kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċeduri dwar l-evalwazzjoni lill-awtorità dwar il-budget.

5. Id-direttur għandu jirrapporta dwar l-attivitajiet taċ-Ċentru lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni.

Artikolu 17

Il-ħatra tad-direttur

1. Id-direttur għandu jkun maħtur mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni fuq il-bażi ta' lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni wara kompetizzjoni miftuħa, u wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u x'imkien ieħor għal sejħa ta' espressjonijiet ta' interess, għal perjodu ta' ħames snin, li jista' jkun imtawwal darba għal aktar perjodu sa ħames snin.

2. Qabel il-ħatra, il-kandidat innominat mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jkun mistieden mingħajr dewmien biex jagħmel prospett quddiem il-Parlament Ewropew u li jwieġeb mistoqsijiet magħmula mill-membri ta' dik l-istituzzjoni.

Artikolu 18

Forum Konsultattiv

1. Il-Forum Konsultattiv għandu jkun magħmul minn membri minn oqsma teknikament kompetenti fl-Istati Membri li jwettqu kompiti simili għal dawk taċ-Ċentru, fuq il-bażi ta' rappreżentant innominat minn kull Stat Membru rikonoxxut għal ħila xjentifika tiegħu/tagħha, kif ukoll tliet membri mingħajr id-dritt għall-vot innominati mill-Kummissjoni u jirrappreżentaw partijiet interessati fuq livell Ewropew, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi li jirrappreżentaw pazjenti, oqsma professjonali jew professuri ta' l-università. Ir-rappreżentatni jistgħu jieħdu posthom nies oħra, maħtura fl-istess ħin.

2. Membri tal-Forum Konsultattiv ma għandhomx ikunu membri tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni.

3. Il-Forum Konsultattiv għandu jappoġġa lid-direttur fl-assigurazzjoni ta' l-eċċellenza xjentifika u l-indipendenza ta' l-attivitajiet u l-opinjonijiet taċ-Ċentru.

4. Il-Forum Konsultattiv għandu jikkostitwixxi mekkaniżmu għal skambju ta' informazzjoni dwar theddid għas-saħħa u l-ġabra ta' għarfien. Għandu jassigura koperazzjoni mill-qrib bejn iċ-Ċentru u l-oqsma kompetenti fl-Istati Membri, partikolarment fil-punti li ġejjin:

(a) koerenza ta' l-istudji xjentifiċi taċ-Ċentru ma' l-Istati Membri;

(b) f'dawk iċ-ċirkostanzi billi jikkoperaw iċ-Ċentru u qasam nazzjonali;

(ċ) il-promozzjoni, il-bidu u s-sorveljanza tan-networks Ewropej fi ħdan l-oqsma tal-missjoni taċ-Ċentru;

(d) billi ċ-Ċentru jew Stat Membru jidentifika theddid għas-saħħa pubblika li jista' jinqala';

(e) li jkunu stabbiliti gruppi miċ-Ċentru;

(f) prioritajiet xjentifiċi u pubbliċi dwar is-saħħa għandhom ikunu indirizzati fil-programm ta' ħidma.

5. Il-Forum Konsultattiv għandu jkun ippresedut mid-direttur jew, fin-nuqqas tiegħu/tagħha, minn deputat minn ġewwa ċ-Ċentru. Għandu jiltaqa' regolarment fuq l-istedina tad-direttur, jew fuq it-talba ta' l-inqas ta' terz mill-membri tiegħu, u mhux inqas minn erba' darbiet fis-sena. Il-proċeduri ta' ħidma tiegħu għandhom ikunu speċifikati fir-regoli interni taċ-Ċentru u għandhom ikunu ppubblikati.

6. Rappreżentanti mid-dipartimenti tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw fix-xogħol tal-Forum Konsultattiv.

7. Iċ-Ċentru għandu jipprovdi l-appoġġ loġistiku u tekniku neċessarju għall-Forum Konsultattiv u jipprovdi u jipprovdi segretarjat għal-laqgħat tiegħu.

8. Id-direttur jista' jistieden esperti jew rappreżentanti ta' oqsma xjentifiċi jew professjonali, jew organizzazzjonijiet mhux governattivi b'esperjenza rikonoxxuta f'dixxiplini relatati max-xogħol taċ-Ċentru biex jikkoperaw f'ħiliet speċifiċi u jieħdu parti fl-attivitajiet relevanti tal-Forum Konsultattiv.

IL-KAPITOLU 4 TRASPARENZA U KONFIDENZALITÀ

Artikolu 19

Dikjarazzjoni ta' interess

1. Il-membri tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, il-membri tal-Forum Konsultattiv, gruppi xjentifiċi u d-direttur għandhom jaħdmu biex jaġixxu fl-interess pubbliku.

2. Il-membri tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, id-direttur, il-membri tal-Forum Konsultattiv, kif ukoll esperti esterni li jipparteċipaw f'gruppi xjentifiċi għandhom jagħmlu dikjarazzjoni ta' rabta u dikjarazzjoni ta' interessi fejn jindikaw jew in-nuqqas ta' xi interessi li jistgħu jkunu kkonsidrati preġudikanti għall-indipendenza tagħhom jew xi interessi diretti jew indiretti li jistgħu jkunu kkonsidrati preġudizzjali għall-indipendenza tagħhom. Dawk id-dikjarazzjonijiet għandhom isiru ta' kull sena bil-miktub.

3. Id-direttur, il-membri tal-Forum Konsultattiv, kif ukoll esperti esterni li jipparteċipaw f'gruppi xjentifiċi, f'kull laqgħa għandhom jiddikkjaraw interessi li jistħu jkunu kkonsidrati preġudikanti għall-indipendenza tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-punti fuq l-aġenda. F'dawn il-każijiet, dawn il-persuni għandhom jiskwalifikaw ruħhom minn diskussjonijiet u deċiżjonijiet relevanti.

Artikolu 20

Trasparenza u protezzjoni ta' l-informazzjoni

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess (adeżjoni) pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [7] għandhom jgħoddu għal dokumenti miżmuma miċ-Ċentru.

2. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jadotta l-arranġamenti prattiċi biex jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3. Deċiżjonijiet meħuda miċ-Ċentru skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jista' joħloq għal ħolqien ta' ilment lill-Ombudsman jew jifforma s-suġġett ta' azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.

4. Id-data personali ma għandhiex tkun ipproċessata jew ikkomunikata ħlief f'każijiet billi hu strettament neċessarju għat-twettiq tal-missjoni taċ-Ċentru. I F'każijiet bħal dawn, għandu jgħodd ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u oqsma tal-Komunità, u dwar il-moviment ħieles ta' din l-informazzjoni [8].

Artikolu 21

Kunfidenzalità

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, iċ-Ċentru ma għandux ixerred informazzjoni konfidenzali li jirċievi, lil terzi parti għal-liema trattament konfidenzali ikun intalab u ġġustifikat, ħlief informazzjoni li għandha tkun ippubblikata jekk iċ-ċirkostanzi hekk jitolbu, sabiex jipproteġu s-saħħa pubblika. Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, jekk l-informazzjoni konfidenzali tkun ingħatat minn Stat Membru, din l-informazzjoni ma tistax tkun żvelata mingħajr il-konsensus minn qabel ta' dak l-Istat Membru.

2. Membri tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni, id-direttur, kif ukoll esperti esterni li jipparteċipaw fil-gruppi xjentifiċi, membri tal-Forum Konsultattiv, u membri mill-istaff taċ-Ċentru, ukoll jekk id-dmirijiet tagħhom ikunu ntemmu, għandhom ikunu bla ħsara għall-kondizzjonijiet tal-konfidenzalità skond l-artikolu 287 tat-Trattat.

3. Il-konklużjonijiet ta' l-opinjonijiet xjentifiċi mogħtija miċ-Ċentru li għandhom x'jaqsmu ma' effetti prevedibbli ta' saħħa, ma għandhom bl-ebda mod, jinżammu konfidenzali.

4. Fir-regoli interni tiegħu, iċ-Ċentru għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex jimplimenta r-regoli tal-konfidenzalità msejħa f'paragrafi 1 u 2.

IL-KAPITOLU 5 DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 22

It-tfassil tal-budget

1. L-estimi ta' l-introjtu u l-infiq kollu taċ-Ċentru għandu jkun ippreparat għal kull sena finanzjarja, li jikkorrespondu għas-sena kalendarja, u għandhom jintwerew fil-budget taċ-Ċentru.

2. L-introjtu u l-infiq murija fil-budget taċ-Ċentru għandu jkun ibbalanċjat.

3. Mingħajr preġudizzju għal risorsi oħra, l-introjtu taċ-Ċentru għandu jikkomprometti:

(a) sussidju mill-Komunità mdaħħal fil-budget ta' l-Unjoni Ewropea (taqsima tal-Kummissjoni);

(b) ħlasijiet riċevuti għal servizzi mogħtija;

(ċ) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-oqsma kompetenti msejħa fl-Artikolu 5;

(d) kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri.

4. L-infiq taċ-Ċentru għandu jinkludi remunerazzjoni ta' l-istaff, spejjeż amministrattivi u ta' l-infrastruttura, infiq tal-ħidma u nfiq li jirriżulta minn appalti li fihom imdaħħla ma' l-istituzzjonijiet jew ma' terzi partijiet.

5. Kull sena, il-Bord ta' l-Amministrazzjoni, fuq il-bażi ta' abbozz imfassal mid-direttur, għandu jipproduċi stima ta' introjtu u spejjeż għaċ-Ċentru għas-sena finanzjarja ta' wara. L-istima, li għandha tinkludi pjan ta' abbozz stabbilit, għandha tintbagħat mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni sal-31 ta' Marzu, l-iktar tard.

6. L-istima għandha tintbagħat mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (hawnhekk iżjed "il quddiem msejħa l-awtorità tal-budget) flimkien ma' abbozz preliminari tal-budget ta' l-Unjoni Ewropea."

7. Fuq il-bażi ta' l-istima, u fl-abbozz preliminari tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandħa ddaħħal l-estimi li hi tqis neċessarji għall-pjan stabbilit u l-ammont ta' sussisdju li jrid jitħallas mill-budget ġenerali, li għandha tqiegħed quddiem l-awtorità tal-budget skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

8. L-awtorità tal-budget għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju taċ-Ċentru. L-awtorità tal-budget għandha tadotta l-pjan stabbilit għaċ-Ċentru.

9. Il-budget taċ-Ċentru għandu jkun adottat mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni. Għandu jkun finali wara l-adozzjoni finali tal-budget ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea. Meta approprjat, għandu jkun adattat kif xieraq.

10. Kemm jista' jkun possibbli, il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jinforma (jinnotifika) lill-awtorità tal-budget dwar l-intenzjonijiet tiegħu biex jimpliment kull proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-fond tal-budget tiegħu, partikolarment proġetti li għandhom x'jaqsmu ma' proprjetà bħall-kiri u x-xiri tal-bini. Il-Bord għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni.

Billi taqsima ta' l-awtorità tal-budget tkun innotifikat l-intenzjonijiet tagħha biex tagħti opinjoni, din għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni fi żmien perjodu ta' sitt ġimgħat mid-data tan-notifika tal-proġett.

Artikolu 23

Implimentazzjoni tal-budget taċ-Ċentru

1. Id-direttur għandu jimplimenta l-budget taċ-Ċentru.

2. Sa l-1 ta' Marzu, l-iktar tard, wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet taċ-Ċentru għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma' rapport dwar l-amministrazzjoni finanzjarja u tal-budget għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji ta' l-istituzzjonijiet u oqsma diċentralizzati skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju.

3. Sal-31 ta' Marzu, l-iktar tard, wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji taċ-Ċentru lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' rapport dwar l-amministrazzjoni finanzjarja u tal-budget għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni finanzjarja u tal-budget għal dik is-sena finanzjarja għandu wkoll jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Fuq ir-riċevuta ta' l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta' l-Awdituri' dwar il-kontijiet provviżorji taċ-Ċentru, skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju, id-direttur għandu jfassal il-kontijiet finali taċ-Ċentru taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu/tagħha u jibgħathom lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni għall-opinjoni.

5. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali taċ-Ċentru.

6. L-iktar tard sa l-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, id-direttur għandu jibgħat il-kontjiet finali lill-Parlament Ewroew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoi u lill-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien ma' l-opinjoni tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni.

7. Il-kontijiet finali għandhom ikunu ppubblikati.

8. Id-direttur għandu jibgħat lill-Qorti ta' l-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tiegħu sat-30 ta' Settembru, l-iktar tard. Hu/hi għandu/ha wkoll j/tibgħat din it-tweġiba lill-Bord ta' l-Amministrazzjoni.

9. Id-direttur għandu jagħti lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta' l-aħħar, kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ħafifa tal-proċedura għas-sena finanzjarja fil-kwistjoni, bħal ma hi stabbilita fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju.

10. Il-Parlament Ewropew, fuq rikommandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata, għandu, qabel it-30 ta' April tas-sena N + 2, jagħti sensja lid-direttur fl-implimentazzjoni tal-budget għas-sena N.

Artikolu 24

Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju

L-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju għandu jgħodd biex jissensja l-budget taċ-Ċentru, ir-regoli tal-verifika u tal-kontijiet tiegħu.

Artikolu 25

Kumbatt dwar il-frodi

1. Biex jikkumbattu l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet oħra kontra l-liġi, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li jirrigwardaw l-investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) [9] għandhom jgħoddu mingħajr ma jirrestrinġu għaċ-Ċentru.

2. Iċ-Ċentru għandu jaċċedi għall-Ftehim Inter-istituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 li jirrigwarda l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) [10] u għandu joħroġ, mingħajr dewmien, id- dispożizzjonijiet xierqa li jgħoddu għall-istaff kollu tiegħu.

3. Id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-fondi u l-ftehim implimentati u l-istrumenti li jirriżultaw minn hemm, għandhom jistipulaw espliċitament li l-Qorti ta' l-Awdituri u l-OLAF jistgħu jagħmlu, jekk neċessarju, sorveljanza fuq il-post tar-reċipjenti tal-fondi taċ-Ċentru u l-aġenti responsabbli għall-allokazzjoni tiegħu.

IL-KAPITOLU 6 DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 26

Privileġġi u personalità legali

1. Iċ-Ċentru għandu jkollu personalità legali. Fl-Istati Membri kollha, iċ-Ċentru għandu jgawdi l-usa' setgħat mogħtija bil-liġi lill-persuni legali. Partikolarment, jista' jakkwista u jiddisponi minn proprjetà (beni) mobbli jew immobbli u proċeduri ġudizzjarji ta' l-istituzzjoni

2. Il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej għandhom jgħoddu għaċ-Ċentru.

Artikolu 27

Responsabbiltà

1. Ir-responsabbiltà ta' l-appalti taċ-Ċentru għandha tkun irregolata bil-liġi li tgħodd għall-appalti fil-kwestjoni.

2. F'każ ta' responsabbiltà mhux appalti, iċ-Ċentru għandu, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat minnu jew mill-impjegati tiegħu fil-prestazzjoni tad-dmirijiet tagħhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha l-ġurisdizzjoni f'kull kwestjoni relatata ma' kumpens għal dannu bħal dan.

3. Ir-responsabbiltà personali ta' l-impjegati tiegħu lejn iċ-Ċentru għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet relevanti li jgħoddu għall-istaff taċ-Ċentru.

Artikolu 28

Eżami tal-legalità

1. L-Istati Membri, il-membri tal-Bord ta' l-Amministrazzjoni u terzi partijiet involuti direttament u personalment, jistgħu jirreferu lill-Kummissjoni kull azzjoni taċ-Ċentru, kemm espressa jew implikata, għall-Kummissjoni biex teżamina l-legalità ta' dik l-azzjoni.

2. Ir-riferenza għandha ssir lill-Kummissjoni fi żmien 15-il ġurnata li fiha l-parti konċernata ġiet konxja l-ewwel tar-reat fil-kwestjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahar. Jekk ma tkun ittieħdet l-ebda deċiżjoni fi żmien dan il-perjodu, il-każ għandu jitqies bħala rriġettat.

4. Azzjoni għall-annulament tad-deċiżjoni espliċita u impliċita tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3 biex ma tilqax l-appell, tista' tinġieb quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 230 tat-Trattat.

Artikolu 29

Staff

1. L-istaff taċ-Ċentru għandu jkun bla ħsara għar-regoli u r-regolamenti li jgħoddu għall-uffiċċjali u staff ieħor tal-Komunitajiet Ewropej.

2. Għall-istaff tiegħu, iċ-Ċentru għandu jeżerċita s-setgħat li jkunu għaddew lill-awtorità maħtura.

3. Ikun hemm inkoraġġiment fi ħdan il-qafas tar-regolamenti eżistenti għall-perjodu ta' żmien definit biex bħala transfer temporanju għaċ-Ċentru ta' esperti fis-saħħa pubblika, fosthom epidjemoloġisti, jinkisbu xi kompiti speċifiċi taċ-Ċentru.

Artikolu 30

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi

1. Iċ-Ċentru għandu jkun miftuħ għall-parteċipanti ta' pajjiżi, li kkonkludew il-ftehim mal-Komunità bil-virtu li jkunu adottaw u applikaw leġislazzjoni ta' effett ekwivalenti għal-leġislazzjoni tal-Komunità fil-qasam kopert b'dan ir-Regolament.

2. Għandhom isiru l-arranġamenti taħt id-dispożizzjonijiet relevanti ta' dawk il-ftehim, li partikolarment jispeċifikaw in-natura, l-estent u l-manjiera li fihom dawn il-pajjiżi għandhom jipparteċipaw fil-ħidma taċ-Ċentru, inkluż id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-parteċipazzjoni tan-networks imħaddma miċ-Ċentru, inklużjoni fil-lista ta' organizzazzjonijiet kompetenti li għalihom għandu jkunu fdati ċerti kompiti miċ-Ċentru, kontribuzzjonijiet finanzjarji u staff.

IL-KAPITOLU 7 DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 31

Klawsola tar-reviżjoni

1. Sa l-20 ta' Mejju 2007, iċ-Ċentru għandu jikkommissjona evalwazzjoni indipendenti esterna tal-ksib tiegħu fuq il-bażi ta' termini ta' referenza maħruġa mill-Bord ta' l-Amministrazzjoni bi ftehim mal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tagħmel stima:

(a) il-ħtieġa possibbli biex jinfirex l-iskop tal-missjoni taċ-Ċentru lil attivitajiet oħra relevanti fuq il-livell tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika, partikolarment fil-kontrollar tas-saħħa:

u

(b) iż-żmien għal aktar reviżjonijiet bħal dawn.

Dan ir-rendikont għandu jikkonsidra l-kompiti taċ-Ċentru, il-prattiki ta' xogħol u l-impatt taċ-Ċentru fuq il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-bniedem, u għandu jinkludi analiżi ta' l-effetti tas-sinerġija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' firxa bħal din. L-evalwazzjoni għandha tikkonsidra l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, fuq livell kemm nazzjonali kif ukoll komunitarju.

2. Il-Bord ta' l-Amministrazzjoni għandu jeżamina l-konklużjonijiet ta' l-evalwazzjoni u jagħti lill-Kummissjoni dawn ir-rakommandazzjonijiet skond kemm hu neċessarju dwar tibdil fiċ-Centru, il-prattiki tax-xogħol tiegħu u l-għan tal-missjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' l-evalwazzjoni u r-rakommandazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tippubblikahom. Wara stima tar-rapport ta' l-evalwazzjoni u r-rakommandazzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tagħti kull proposta għal emendi ta' dan ir-Regolament li hi tqis bħala neċessarju.

Artikolu 32

Bidu ta' ħidmet iċ-Ċentru

Iċ-Ċentru għandu jibda jopera sa l-20 ta' Mejju 2005.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun jgħodd (applikabbli) direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburg, fil-21 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

D. Roche

[1] ĠU C 32, 05.02.04, p. 57.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Frar 2004 (għada mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta' Marzu 2004.

[3] ĠU L 268, tat-3.10.1998, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[4] Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1).

[5] ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32.

[6] ĠU L 357, 31.12.02, p. 72.

[7] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

[8] ĠU L 8, 12.01.01, p. 1.

[9] ĠU L 136, 31.05.1999, p. 1.

[10] ĠU L 136, 31.05.99, p. 15.

--------------------------------------------------

Top