EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0834

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 834/2004 tat-28 ta’ April 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora slavaġ billi jkun regolat il-kummerċ bihom

OJ L 127, 29.4.2004, p. 40–42 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 15 Volume 008 P. 343 - 345
Special edition in Estonian: Chapter 15 Volume 008 P. 343 - 345
Special edition in Latvian: Chapter 15 Volume 008 P. 343 - 345
Special edition in Lithuanian: Chapter 15 Volume 008 P. 343 - 345
Special edition in Hungarian Chapter 15 Volume 008 P. 343 - 345
Special edition in Maltese: Chapter 15 Volume 008 P. 343 - 345
Special edition in Polish: Chapter 15 Volume 008 P. 343 - 345
Special edition in Slovak: Chapter 15 Volume 008 P. 343 - 345
Special edition in Slovene: Chapter 15 Volume 008 P. 343 - 345

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/834/oj

32004R0834



Official Journal L 127 , 29/04/2004 P. 0040 - 0042


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 834/2004

tat-28 ta’ April 2004

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora slavaġ billi jkun regolat il-kummerċ bihom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora slavaġ billi jkun regolat il-kummerċ bihom [1], u partikolarment Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 iniżżel speċi ta’ annimali u pjanti fir-rigward ta’ liema kummerċ gie restritt jew ikkontrollat. Dawk il-listi jinkorporaw il-listi stabbiliti fl-annessi tal-Konvenzjoni dwar Kummerċ Internazzjonali fi Speċi ta’ Fawna u Flora Slavag li Qegħdin fil-Periklu, hawnhekk iżjed "il quddiem imsemmija" l-Konvenzjoni CITES.

(2) L-Anness A tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 jinkludi l-ispeċi mniżżlin fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni għal liema l-Istati Membri m’għamlux riserva u minħabba f’hekk Varanus nebulosus għandu jiġi inkluż f’dak l-Anness.

(3) Emendi għall-Appendiċi III tal-Konvenzjoni magħmulin skond id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu XVI tal-Konvenzjoni għandhom jiġu riflessi fl-Anness I Ċ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 338/97 u fin-"Noti dwar l-interpretazzjoni ta’ l-Annessi A, B, Ċ u D". Partikolarment, hu meħtieġ li jitniżżlu l-Arġentina, l-Awstralja, l-Indoneżja, l-Messiku, in-New Zealand u l-Peru bħala Stati ta’ limitu ta’ speċi inklużi fl-Appendiċi III tal-Konvenzjoni.

(4) L-annotazzjoni relatata ma’ xi speċi tal-koral teħtieġ li tiġi adattata sabiex tinkorpora xi wħud mit-termini tar-Riżoluzjoni Conf. CITES. 11.10 dwar tifsiriet ta’ ramel tal-korall u frak tal-korall, skond it-tifsira ta’ "kampjuni" mogħtija minn Artikolu 2(t) tar-Regolament (KE) Nru 338/97; l-annotazzjoni fir-rigward ta’ l-Aloe spp. teħtieġ li tagħmel referenza espliċita għall-ispeċi mniżżlin fl-Anness A; u l-annotazzjoni għall-Guaiacum spp. teħtieġ li tinbidel sabiex jiġu deskritti l-partijiet u derivattivi li ġew deċiżi fit-12-il Konferenza.

(5) Il-Grupp ta’ Reviżjoni Xjentifika stabbilixxa, fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti f’Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 338/97, li ċerti speċi għandhom jiġu rtirati mil-lista ta’ annimali li l-importazzjoni tagħhom għal ġol-Komunità għandha, minħabba l-volum in-kwistjoni, tiġi kontrollata, filwaqt li ċerti speċi oħra għandhom jiġu miżjuda ma dik il-lista.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 338/97 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(7) Il-miżuri previsti f’dan ir-Rgolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ fil-Fawna u l-Flora Slavaġ stabbilita skond Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 338/97,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) 338/97 hu emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-wieħed u għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, it-28 April 2004.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 61, tat-3.3.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1497/2003 (ĠU L 215, tas-27.8.2003, p. 3).

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 338/97 hu emendat kif ġej:

1. Fin-Nota Nru 9 tan-"Noti dwar l-interpretazzjoni ta’ l-Annessi A, B, Ċ u D", id-daħliet li ġejjin huma inseriti:

(a) "AR (l-Arġentina)" u "AU (l-Awstralja)" qabel id-dħul "BO (il-Bolivia)";

(b) "ID (l-Indoneżja)" wara d-dħul "IN (l-Indja)";

(ċ) "MX (il-Messiku)" wara d-dħul "MU (il-Mawrizju)";

(d) "NZ (in-New Zealand)" u "PE (il-Peru)" wara d-dħul "NP (in-Nepal)"

2. il-kolonna intitolata "l-Anness A" hi emendata kif ġej:

ir-Renju: FAWNA Phylum: CHORDATA, Klassi: REPTILIA, Ordni: SAURIA hi emendata kif ġej:

b’referenza għall-familja "Varanidae", id-daħla "Varanus nebulosus" hi miżjuda wara d-daħla "Varanus komodoensis"

3. il-kolonna intitolata "l-Anness B" hi emendata kif ġej:

(a) fir-Renju: FAWNA

Phylum

:

CNIDARIA

(Koralli, Koralli tan-Nar,

Anemones

tal-Baħar) il-kliem

"(fossili m’humiex suġġetti għad- dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament)"

huma mibdulin kullimkien b’li ġej:

"Dawn li ġejjin m’humiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament:

Fossili

Ramel tal-korall, jiġifieri materjal li jikkonsisti fl-intier tiegħu jew in parti fi frak imfarrak b’mod fin ta’ korall mejjet mhux akbar minn 2 mm fid-djametru u li jistgħu jkunu jinsabu fih, fost affarijiet oħrajn, il-fdal ta’ Foraminifera, mollusk u qoxra krustaċja, u alka korallina.

Frak tal-korall (inkluż żrar u biċċiet tal-ġebel), jiġifieri frak mhux ikkonsolidat ta’ korall mejjet bħal difer li hu mkisser u materjal ieħor bejn 2 u 30 mm fid-dijametru."

(b) ir-Renju: FLORA hi emendata kif ġej:

(i) b’referenza għall-familja

"LILIACEAE"

, it-test fil-parentesi wara d-daħla

"Aloe spp."

hu mibdul minn dan li ġej:

"(Ħlief għall-ispeċi inklużi fl-Anness A u ħlief għall-Aloe vera; mogħtija referenza wkoll bħala Aloe barbadensis, li m’hix inkluża fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament) REFERENZA GĦAL GRAFIKA 1"

(ii) b’referenza għall-familja "ZYGOPHYLLACEAE", id-daħla "Guaiacum spp. REFERENZA GĦAL GRAFIKA 1" hi mibdula minn "Guaiacum spp. REFERENZA GĦAL GRAFIKA 2".

4. Fil-kolonna intitolata

"L-Anness C’, fir-Renju:FAWNA dan li ġej hu miżjud qabel il-

Phylum CNIDARIA

:

""Phylum: ECHINODERMATA (Stilla tal-baħar, Brittle Stars, Rizzi u Ħjarat tal-Baħar)"

Klassi: HOLOTHUROIDEA (Ħjarat tal-Baħar)

Ordni: ASPIDOCHIROTIDA (Beche de mer, Trepang eċċ.)

Familja: Stichopodidae (Ħjarat tal-Baħar)

Isostichopus fuscus (sinonimu: Stichopus fuscus) (III KE) Ħjara tal-Baħar""

5. Il-kolonna intitolata "l-Anness D" hi emendata kif ġej:

(a) ir-Renju: FAWNA Phylum: CHORDATA, Klassi: REPTILIA, Ordni: SAURIA hi emendata kif ġej:

(i) b’referenza għall-familja "Gekkonidae", id-daħla "Geckolepis maculata" hi mħassra;

(ii) b’referenza għall-familja "Agamidae", id-daħla "Acanthosaura armata" hi mħassra;

(iii) b’referenza għall-familja "Cordylidae", id-daħliet "Zonosaurus laticaudatus" u "Zonosaurus madagascariensis" huma mħassra;

(iv) b’referenza għall-familja "Scincidae", id-daħliet "Tiliqua gerrardii", ’ "Tiliqua gigas" u ’"Tiliqua scincoides" huma mħassra;

(b) l-Ordni: SERPENTES hu emendat kif ġej:

(i) b’referenza għall-familja "Xenopeltidae", id-daħla "Xenopeltis unicolor §1" hi mħassra;

(ii) b’referenza għall-familja "Acrochordidae", id-daħla "Acrochordus granulatus §1" hi mħassra;

(iii) b’referenza għall-familja "Colubridae", id-daħliet li ġejjin huma mħassra:

Ahaetulla prasina §1

Boiga dendrophila §1

Enhydris chinensis §1

Enhydris enhydris §1

Enhydris plumbea §1

Rhabdophis chrysargus §1

Zaocys dhumnades §1

(iv) b’referenza għall-familja "Elapidae", id-daħliet li ġejjin huma mħassra:

Bungarus candidus §1

Laticauda colubrine §1

Laticauda crockery §1

Laticauda laticaudata §1

Laticauda schisorhynchus §1

Laticauda semifasciata §1

(v) b’referenza għall-familja "Hydrophiidae", id-daħliet li ġejjin huma mħassra:

Hydrophis atriceps §1

Hydrophis belcheri §1

Hydrophis bituberculatus §1

Hydrophis brookii §1

Hydrophis caerulescens §1

Hydrophis cantoris §1

Hydrophis coggeri §1

Hydrophis cyanocinctus §1

Hydrophis czeblukovi §1

Hydrophis elegans §1

Hydrophis fasciatus §1

Hydrophis geometricus §1

Hydrophis gracilis §1

Hydrophis inornatus §1

Hydrophis klossi §1

Hydrophis lamberti §1

Hydrophis lapemoides §1

Hydrophis macdowelli §1

Hydrophis mamillaris §1

Hydrophis melanocephalus §1

Hydrophis melanosoma §1

Hydrophis obscurus §1

Hydrophis ornatus §1

Hydrophis pacificus §1

Hydrophis parviceps §1

Hydrophis semperi §1

Hydrophis spiralis §1

Hydrophis stricticollis §1

Hydrophis torquatus §1

Hydrophis vorisi §1.

(ċ) fir-Renju: FLORA, id-daħla li ġejja hi miżjuda qabel il-familja

PORTULACACEAE

:

"Familja: PEDALIACEAE (Ġulġlien, Devil’s claw) Harpagophytum spp. (Devil’s claw)"

--------------------------------------------------

Top