EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0030

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE ta' l-10 ta' Marzu 2004 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-aċidu benżojku, l-flazasulfuron u l-pyraclostrobin bħala sustanżi radjoattiviTest b'relevanza għall-KEE

OJ L 77, 13.3.2004, p. 50–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 043 P. 196 - 199
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 043 P. 196 - 199
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 043 P. 196 - 199
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 043 P. 196 - 199
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 043 P. 196 - 199
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 043 P. 196 - 199
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 043 P. 196 - 199
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 043 P. 196 - 199
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 043 P. 196 - 199
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 054 P. 169 - 172
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 054 P. 169 - 172

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/30/oj

32004L0030



Official Journal L 077 , 13/03/2004 P. 0050 - 0053


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/30/KE

ta' l-10 ta' Marzu 2004

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-aċidu benżojku, l-flazasulfuron u l-pyraclostrobin bħala sustanżi radjoattivi

(Test b'relevanza għall-KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE il-Ġermanja rċeviet nhar il-25 ta' Mejju 1998 l-applikazzjoni minn Menno Chemie Vertriebs-Ges għall-inklużjoni ta' sustanzi ta' aċidu benżojku radjoattiv fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/676/KE [2] kkonfermat li d-dokument kien "komplut" fis-sens li seta' jiġi kkunsidrat bħala sodisfaċenti fil-prinċipju, id-data u l-kondizzjonijiet meħtieġa ta' l-Annessi II u III mad-Direttiva 91/414/KEE.

(2) Spanja rċeviet l-applikazzjoni taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE nhar is-16 ta' Diċembru 1996 mill-ISK Biosciences Europe SA li jikkonċerna l-flazasulfuron. Din l-applikazzjoni kienet iddikjarata kompluta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/865/KE [3].

(3) Il-Ġermanja rċeviet l-applikazzjoni taħt l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE nhar it-28 ta' Frar 2000 mill-BASF AG li jikkonċerna l-pyraclostrobin (magħruf qabel bħala: BAS 500F). Din l-applikazzjoni kienet iddikjarata kompluta mid-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 2000/540/KE [4].

(4) Għal dawk is-sustanzi radjoattivi, l-effetti fuq is-saħħa umana u fuq l-ambjent ġew assessjati, skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użu propost mill-applikanti. Ir-relatur maħtur mill-Istati Membri ssottometta abbozz ta' rapporti ta' stima li jikkonċerna s-sustanzi lill-Kummissjoni nhar it-22 ta' Novembru 2000 (aċidu benżojku), nhar 1 ta'Awissu 1999 (flazasulfuron) u nhar it-23 ta' Novembru 2001 (pyraclostrobin).

(5) L-abbozz ta' rapporti ta' stima ġew reveduti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali. Ir-reviżjoni ġiet iffinalizzata nhar it-3 t'Ottubru 2003 fil-format tar-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għall-aċidu benżojku, għall-flazasulfuron u għall-pyraclostrobin.

(6) Ir-reviżjoni ta' aċidu benżojku, ta' flazasulfuron u ta' pyraclostrobin ma rrevelax xi kwistjonijiet miftuħa jew tħassib, li kien ikollhom bżonn konsultazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti.

(7) Jidher mid-diversi spezzjonijiet li saru li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandhom is-sustanzi radjoattivi kkonċernati jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw b'mod ġenerali, l-kondizzjonijiet meħtieġa stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-użi li kienu spezzjonati u dettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk bix-xieraq li jiġu nklużi l-aċidu benżojku, il-flazasulfuron u l-pyraclostrobin fl-Anness I, sabiex jiġi assigurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinsabu f'dawn is-sustanzi jistgħu jingħataw skond id-disposizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(8) Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli sabiex jimplimentaw id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mal-prodotti li jħarsu l-pjanti li fihom l-aċidu benżojku, il-flazasulfuron jew il-pyraclostrobin u partikolarment li jiġu reveduti l-awtorizzazzjonijiet eżistenti provviżorji u, sa mhux aktar tard minn l-aħħar ta' dan il-perjodu, li jiġu ttrasformati dawk l-awtorizzazzjonijiet f'awtorizzazzjonijiet sħaħ, li jiġu emendati jew li jiġu rtirati skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE.

(9) Huwa għalhekk bix-xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE.

(10) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-ANNESS I mad-Direttiva 91/414/KEE emendat kif imniżżel fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri ser jadottaw u jippubblikaw sa' mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2004 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva. Huma ser jgħaddu minnufih lill-Kummissjoni l-materjal stampat ta' dawk id-disposizzjonijiet u lista ta' korrelazzjoni bejn dawk id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom jgħoddu dawk id-disposizzjonijiet mill-1 ta' Diċembru 2004.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, ser ikollhom referenza ma' din id-Direttiva jew ser ikunu akkompanjati minn referenza ta' din ix-xorta fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri ser jgħaddu lill-Kummissjoni l-materjal stampat tad-disposizzjonijiet l-aktar importanti tal-liġi taċ-ċittadini li huma jadottaw fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri ser jirrevedu l-awtorizzazzjoni għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-aċidu benżojku, il-flazasulfuron jew il-pyraclostrobin biex jassiguraw li l-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' dawn is-sustanzi radjoattivi mniżżla fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE huma mħarsa. Fejn hu meħtieġ ser jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet skond id-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2004.

2. Għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-aċidu benżojku, il-flazasulfuron jew il-pyraclostrobin bħala l-unika sustanza radjoattiva, l-Istati Membri ser jerġgħu jikkalkulaw il-prodotti skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI mad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' dokument li jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Anness III ma' dan. Fuq il-prinċipju ta' dik l-evalwazzjoni, huma ser jistabbilixxu jekk il-prodotti jissodisfawx il-kondizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Billi fejn hu meħtieġ u sa mhux aktar tard mit-30 ta' Novembru 2005, huma ser jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni għal kull prodott ta' din ix-xorta għall-protezzjoni tal-pjanti.

3. Għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l-aċidu benżojku, il-flazasulfuron jew il-pyraclostrobin flimkien ma' wieħed jew aktar sustanzi radjoattivi li huma kollha mniżżla fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri ser jerġgħu jikkalkolaw il-prodotti skond il-prinċipji uniformi previsti fl-Anness VI ma' dik id-Direttiva, ibbażata fuq id-dokument li jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa ta' l-Anness III ma' dan. Fuq il-prinċipju ta' dik l-evalwazzjoni, huma ser jistabbilixxu jekk il-prodotti jissodisfawx il-kondizzjonijiet meħtieġa mniżżla fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) jew (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Billi fejn meħtieġ, huma ser jemendaw jew jirtirat l-awtorizzazzjoni għal kull prodott ta' din ix-xorta li jħares il-pjanti sat-terminu perentorju definit għall-emenda ta' din ix-xorta jew għall-irtirar tad-Direttivi rispettivi li emendaw l-Anness I sabiex iżidu s-sustanzi rilevanti miegħu. Billi d-Direttivi rispettivi jniżżlu terminu perentorju differenti, it-terminu perentorju ser ikun ta' l-aħħar mid-dati msemmija.

Artikolu 4

Din id-Direttiva ser tidħol fis-seħħ nhar il-1 ta' Ġunju 2004.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, nhar l-10 ta' Marzu 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata Mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE (ĠU L 325, tat- 12.12.2003, pġ. 41).

[2] ĠU L 317, 26.11.98, pġ. 47.

[3] ĠU L 351, 23.12.97, pġ. 67.

[4] ĠU L 230, 12.9.00, pġ. 14.

--------------------------------------------------

ANNESS

Fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE il-fillieri li ġejjin huma miżjuda fl-aħħar tal-lista

"Nru | Isem komuni, numru ta' identifikazzjoni | Isem ta' l-IUPAC | Purità | Dħul fis-seħħ | Espirazzjoni ta' dħul | Disposizzjonijiet Speċifiċi |

80 | Aċidu Benżojku CAS Nru 65-850 CIPAC Nru 622 | Aċidu Benżojku | 990 g/kg | 1 ta' Ġunju 2004 | 31 ta' Mejju 2014 | L-użu ta' disinfettant biss huwa awtorizzat. Għall-implimentazzjoni ta' prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, fil-konkluzzjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni fuq l-aċidu benżojku, u partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinaliżżati fil-Kumitat Pemanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta' l- Annimali nhar it-28 ta' Novembru 2003 għandhom jiġu kkunsidrati. |

81 | Il-Flazasulfuron CAS Nru 104040-780 CIPAC Nru 595 | 1-(4,6-dimethoxypyrimidin-2-yl)- 3-(3-trifluoromethyl-2-pyridyl- sulphonyl)urea | 940 g/kg | 1 ta' Ġunju 2004 | 31ta' Mejju 2014 | L-użu ta' erbiċida biss huwa awtorizzat. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konkluzjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni fuq il-flazasulfuron, u partikolarment fl-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinaliżżati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta' l- Annimali nhar it-28 ta' Novembru 2003 għandhom jiġu kkonsidrati. F'din is- stima komplessiva l-Istati Membri għandhom joqogħdu attenti partikolarment għall-possibbiltà ta' kontaminazzjoni ta' l-ilma tat-tisqija, meta s-sustanza radjoattiva tintuża' f'reġjuni b'kondizzjonijiet ta' ħamrija u/jew klima vulnerabbli,għandhom joqogħdu attenti partikolarment għall-protezzjoni tal-pjanti li jgħixu fl-ilma.Fejn approprijat miæuri li jnaqqsu r-riskju ta' mitigazzjoni għandhom jiġu applikati. L-Istati Membri ser jinformaw il-Kummissjoni skond l- Artikolu 13(5) fuq speċifikazzjoni tal-materjal tekniku bħala fabbrikant kummerċjali. |

82 | Pyraclostrobin CAS Nru 175013-180 CIPAC Nru 657 | methyl N-(2-Ġ(1-(4-chloro-phenyl)-1H-pyrazol-3-yl)oxy-methylĦphenyl) N-methoxycarbamate | 975 g/kg Il- dime-thylsulfate (DMS) imniġġeż huwa kkunsidrat inkwetanti minħabba l-element tossikoloġiku u ma jistax jaqbeż konċentrazzjoni ta'0,0001 % fil- | 1ta' Ġunju 2004 | 31 ta' Mejju 2014 | L-uæu bħall-funguċida biss huwa awtorizzat. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konkluæjonijiet tar-reviæjoni tar-rapport fuq il-pyraclostrobin, u partikolarment l-Appendiċi I u II ma' dan, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Food Chain u s-Saħħa ta' l- Annimali nhar it-28 ta' Novembru 2003 għandhom jiġu kkunsidrati. F'din is-stima komplessiva l-Istati Membri. jridu joqogħdu attenti partikolarment għall- protezzjoni ta' l-organiæmi tal-baħar, speċjalment il-ħut,jiridu joqogħdu attenti partikolarment għall-protezjoni ta' l-artropodi u l-ħniex ta' l-art.Fejn approprijat miæuri li jnaqqsu r-riskju ta' mitigazzjoni għandhom jiġu applikati. L-Istati Membri ser jinformaw il- Kummissjoni skond l- Artikolu 13(5) fuq is-speċifikazzjonijiet tal-materjal tekniku bħala fabbrikant kummerċjali. |

--------------------------------------------------

Top