EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0848

Id-Deċiżjoni Nru 848/2004/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tad-29 ta’ April 2004 li tistabbilixxi programm ta’ azzjoni tal-Komunità biex jippromwovi organizzazzjonijiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa

OJ L 157, 30.4.2004, p. 18–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 005 P. 29 - 34
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 005 P. 29 - 34
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 005 P. 29 - 34
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 005 P. 29 - 34
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 005 P. 29 - 34
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 005 P. 29 - 34
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 005 P. 29 - 34
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 005 P. 29 - 34
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 005 P. 29 - 34

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/848/oj

32004D0848



Official Journal L 157 , 30/04/2004 P. 0018 - 0032


Deċiżjoni Nru 848/2004/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill

tad-29 ta' April 2004

li tistabbilixxi programm ta' azzjoni tal-Komunità biex jippromwovi organizzazzjonijiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari, l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) Il-prinċipju ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa huwa prinċipju fundamentali tal-liġi tal-Komunità, preskritt fl-Artikolu 2 u l-Artikolu 3(2) tat-Trattat u kjarifikat permezz ta' każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej. Taħt it-Trattat l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hija waħda mill-kompiti u miri speċifiċi tal-Komunità u l-Komunità għandha attivament tippromwovi dik l-ugwaljanza fl-oqsma kollha ta' azzjoni tal-Komunità.

(2) L-Artikolu 13(1) tat-Trattat jikkonferixxi fuq il-Kunsill is-setgħa li jieħu azzjoni xierqa biex jiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata, fost ħwejjeġ oħra, fuq is-sess. Skond l-Artikolu 13(2), fejn il-Kunsill jadotta miżuri ta' inċentiv tal-Komunità, eskluża xi armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti tal-Istati Membri, biex isostni azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu għall-ksib ta' dik il-mira, huwa għandu jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Tratta.

(3) L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-unjoni Ewropea jipprojbixxi kull diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' sess u l-Artikolu 23 jippreskrivi l-prinċipju ta' ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-oqsma kollha.

(4) L-esperjenza ta' azzjoni fil-livell tal-Komunità wriet li l-promozzjoni ta' l-ugwaljanza tas-sess titlob fil-prattika għal kombinazzjoni ta' miżuri u, b'mod partikolari, ta' leġislazzjoni u azzjoni prattika maħsuba biex isaħħu lil xulxin.

(5) Il-Karta Bajda tal-Kummissjoni dwar il-Governanza Ewropea hija favur il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini biex jifformaw u jimplimentaw il-politika, l-involviment tas-soċjeta ċivili u organizzazzjonijiet tas-soċjeta ċivili, u konsultazzjoni aktar effettiva u trasparenti tal-partijiet interessati.

(6) Ir-Raba' Konferenza Dinjija dwar in-Nisa miżmuma f'Beijing adottat fil-15 ta' Settembru 1995 Dikjarazzjoni u Bażi għall-Azzjoni li titlob lill-Gvernijiet, lill-komunità internazzjonali u lis-soċjeta ċivili biex jieħdu azzjoni strateġika biex jeliminaw kemm id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-ostakoli għall-ugwaljanza tas-sess.

(7) Bid-Deċiżjoni 2001/51/KE [3], il-Kunsill stabbilixxa programm ta' azzjoni tal-Komunità li jirrelata ma' qafas ta' strateġija tal-Komunità dwar l-ugwaljanza tas-sess. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu supplimentati permezz ta' miżuri ta' appoġġ fl-oqsma konċernati.

(8) L-intestaturi tal-Budget A-3 03 7 (No ABB 040501) u A-3 0 4 6 (Nru ABB 040503) tal-Budget ġenerali ta' l-unjoni Ewropea għas-sena 2003 u għas-snin ta' qabel kienu maħsuba biex isostnu Grupp Ewropew tan-Nisa u organizzazzjonijiet tan-nisa biex jaħdmu għall-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [4], hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju", jeħtieġ l-adozzjoni ta' att bażiku għall-miżuri eżistenti ta' sostenn li jkunu skond id-disposizzjonijiet tiegħu.

(10) L-attivitajiet ta' ċerti organizzazzjonijiet jgħinu biex jippromwovu l-ugwaljanza tas-sess, partikolarment fil-każ ta' miżuri tal-Komunità immirati speċifikament lejn in-nisa.

(11) Il-Grupp Ewopew tan-Nisa, b'mod partikolari, li jikkomprendi l-parti l-kbira ta' l-organizzazzjonijiet tan-nisa fil-15-il Stat Membru u li għandu 'l fuq minn 3000 membru, jilgħab parti mportanti fil-promozzjoni, l-immonitorjar u t-tixrid ta' miżuri tal-Komunità mmirati lejn in-nisa bil-ħsieb tal-ksib ta' ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. L-attivitajiet tiegħu jservu l-interess ġenerali Ewropew.

(12) B'konsegwenza, għandu jiġi adottat programm strutturat biex jipprovdi assistenza finanzjarja lil dawk l-organizzazzjonijiet fil-forma ta' għotja ta' operazzjoni għal attivitajiet b'miri ta' interess ġenerali Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza tas-sess, jew b'mira li tifforma parti mill-politika ta' l-unjoni Ewropea f'dan il-qasam u fil-forma ta' ċerti għotjiet għall-azzjoni.

(13) Dan il-programm ikopri żona wiesa' ġeografika minħabba l-fatt li t-Trattat il-ġdid ta' l-adeżjoni kien iffirmat fis-16 ta' April 2003 u li l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jipprovdi għal koperazzjoni miżjuda fil-qasam ta' l-ugwaljanza tas-sess bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, mill-parti 'l waħda, u l-pajjiżi ta' l-assoċjazzjoni Ewropea dwar Kummerċ Ħieles (EFTA), mill-oħra, Il-Ftehim ŻEE jippreskrivi l-proċeduri għall-parteċipazzjoni tal-Istati EFTA parti għall-Ftehim ŻEE fil-programmi tal-Komunità f'dan il-qasam. U aktar, dan il-programm għandu jinfetaħ għall-parteċipazzjoni mir-Rumanija u l-Bulgarija, skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-Patti ta' Ftehim tagħhom Ewropa, fil-Protokolli Addizzjonali tagħhom u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsilli rispettivi ta' Assoċjazzjoni, u lit-Turkija skond il-kondizzjonijiet preskritti fil-Qafas tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fil-programmi tal-Komunità [5].

(14) In-natura speċifika ta' organizzazzjonijiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam tal-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għandu jingħata kont tagħha meta jiġu preskritti l-proċeduri għall-għoti ta' dik l-għajnuna.

(15) Din id-Deċiżjoni tippreskrivi, għat-tul kollu tal-programm, qafas finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, skond it-tifsira tal-punt 33 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-Budget u t-titjib tal-proċedura tal-Budget [6], għall-awtorita tal-Budget matul il-proċedura ta' kull sena tal-Budget.

(16) Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2003 dwar l-atti bażiċi għall-għotjiet tipprovdi, fuq bażi eċċezzjonali, għal klawżoli transitorji li jikkonċernaw il-perjodu tal-eliġibilità tan-nefqa li għandha tiġi introdotta f'dan il-programm,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan tal-programm

1. Din id-Deċiżjoni b'dan tistabbilixxi programm ta' azzjoni tal-Komunità (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-programm") biex jippromwovi organizzazzjonijiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irgiel u n-nisa.

2. L-għan ġenerali tal-programm huwa li jsostni l-attivitajiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet, li tagħhom programm ta' xogħol dejjem għaddej jew azzjoni speċifika sservi l-interess ġenerali fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jew tfittex għan li huwa parti mill-politika ta' l-unjoni Ewropea f'dan il-qasam.

3. Dan il-programm għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2004 u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2005.

Artikolu 2

Aċċess għall-programm

1. Sabiex tkun eliġibbli għall-għotja, organizzazzjoni attiva fil-livell Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tikkonforma mad-disposizzjonijiet preskritti fl-Anness u l-attivitajiet tagħha għandhom:

(a) jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' l-azzjonijiet tal-Komunità biex jippromwovu ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;

(b) ikunu skond il-prinċipji li jirfdu, u d-disposizzjonijiet legali li jirregolaw, l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-politika ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa;

(ċ) ikollhom potenzal transnazzjonali.

2. L-organizzazzjoni in kwistjoni għandha tkun ilha legalment stabbilita għal aktar minn sena, taġixxi weħidha jew fil-forma ta' assoċjazzjonijiet varji kordinati.

Artikolu 3

Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi

B'żieda ma' l-organizzazzjonijiet stabbiliti fl-Istati Membri, il-parteċipazzjoni fil-programm għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa li huma stabbiliti:

(a) fil-pajjiżi li ser jissieħbu li ffirmaw it-Trattat ta' l-adeżjoni fis-16 ta' April 2003;

(b) il-pajjiżi EFTA/ŻEE, skond il-kondizzjonijiet preskritti fil-Ftehim ŻEE;

(ċ) ir-Rumanija u l-Bulgarija, fuq il-bażi li l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tagħhom jiġu preskritti skond il-Patti ta' Ftehim Ewropej, il-Protokolli addizzjonali tagħhom u d-deċiżjonijiet tal-Kunsilli rispettivi ta' Assoċjazzjoni;

(d) it-Turkija, fuq il-bażi li l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tagħha jiġu preskritti skond il-Qafas tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija fuq il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Turkija fi programmi tal-Komunità.

Artikolu 4

Għażla tal-benefiċjarji

1. L-għotjiet ta' operazzjoni għandhom jingħataw direttament lill-benefiċjarji msemmija fil-punt 2.1 ta' l-anness.

2. L-għoti ta' għotja ta' operazzjoni fuq il-bażi ta' programm tax-xogħol dejjem għaddej, jew l-għoti ta' għotja għal azzjoni speċifika, lil organizzazzjoni li ssegwi l-mira ta' interess ġenerali Ewropew li jifforma parti mill-politika ta' l-unjoni Ewropea tal-promozzjoni ta' l-ugwaljanza bejn l-irgiel u n-nisa għandhom jikkonformaw mal-kriterji ġenerali preskritti fl-Anness. L-organizzazzjonijiet intitolati li jirċievu għotjiet skond il-punti 2.2 u 2.3 ta' l-anness għandhom jintgħażlu wara sejħa għall-proposti.

Artikolu 5

Għoti tal-għotja

1. L-għotjiet ta' operazzjoni mogħtija skond il-punti 2.1 u 2.2 ta' l-anness lil organizzazzjonijiet attivi f'livell Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa jistgħu jkopru mhux aktar minn 80 % tan-nefqa totali eliġibbli ta' l-organizzazzjoni għas-sena kalendarja li għaliha tingħata l-għotja.

2. Skond l-Artikolu 113(2) tar-Regolament Finanzjarju, u minħabba n-natura ta' l-organizzazzjonijiet koperti b'din id-Deċiżjoni, għandha tingħata deroga mill-prinċipju tad-digressività għall-għotjiet mogħtija taħt il-programm.

Artikolu 6

Disposizzjonijiet finanzjarji

1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu 2004 sal-2005 għandu jkun ta' Ewro 2,2 miljun.

2. L-approprjazzjonijiet ta' kull sena għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità tal-Budget fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

Artikolu 7

Klawżoli tranżitorji

Għal għotjiet mogħtija fl-2004, għandu jkun possibbli li l-perjodu ta' eliġibilità tan-nefqa li jibda fl-1 ta' Jannar 2004, kemm-il darba n-nefqa ma tkunx saret qabel id-data li fiha kienet intbgaħtet l-applikazzjoni għall-għotja jew id-data li fiha tibda s-sena tal-Budget tal-benefiċjarju.

Matl l-2004, fil-każ ta' benefiċjarji li s-sena tal-Budget tagħhom tibda qabel l-1 ta' Marzu, tista' tingħata eċċezzjoni għall-obbligu li jiġi ffirmat il-ftehim tal-għotja fl-ewwel erba' xhur tal-bidu tas-sena tal-Budget tal-benefiċjarju, kif imsemmi fl-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju. F'dan il-każ, il-ftehim tal-għotja għandu jiġi ffirmat l-aktar tard sat-30 ta' Ġunju 2004.

Artikolu 8

Monitorjar u evalwazzjoni

L-aktar tard sal-31 ta' Diċembru 2006, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kisba tal-miri tal-programm. Dak ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq ir-riżultati miksuba mill-benefiċjarji u għandu jistma, b'mod partikolari, l-effettività tagħhom fil-kisba tal-miri stipulati fl-Artikolu 1 u fl-Anness.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tgħodd mill-1 ta' Jannar 2004.

Magħmula fi Strasbourg, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU C 80, tat-30.3.2004, p. 115.

[2] Opinjonji tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2003 (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Posizzjoni Komuni tal-Kunsill tas-6 ta' Frar 2004 (ĠU C 95 E, ta' l-20.4.2004, p. 1), Posizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Marzu (għada mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2004.

[3] ĠU L 17, tad-19.1.2001, p. 22.

[4] ĠU L 248, tas-16.9.2002, p. 1.

[5] ĠU L 61, tat-2.3.2002, p. 29.

[6] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni 2003/429/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 147, ta' l-14.6.2003, p. 25).

--------------------------------------------------

ANNESS

1. Attivitajiet li għandhom jiġu sostnuti

Il-mira prinċipali preskritta fl-Artikolu 1 hija li ssaħħaħ l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-effettività ta' dik l-azzjoni billi toffri sostenn finanzjarju lill-organizzazzjonijiet attivi fil-livell Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, inkluż il-Grupp Ewropew tan-Nisa.

1.1. L-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa li jistgħu jgħinu biex tissaħħaħ u tiżdied l-effettività ta' l-azzjoni tal-Komunità għandhom jinkludu dan li ġej:

- ir-rappreżentazzjoni tal-partijiet interessati fil-livell tal-Komunità,

- attivitajiet li jqajjmu kuxjenza mmirati lejn il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza tas-sess, b'mod partikolari, permezza ta' studji, kampanji u laqgħat ta' diskussjoni,

- it-tixrid ta' informazzjoni dwar l-azzjoni tal-Komunità biex tippromwovi l-ugwaljanza tas-sess,

- azzjoni li tippromwovi, fost ħwejjeġ oħra, ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja, l-involviment tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet, il-ġlieda kontra l-vjolenza relatata mas-sess, l-isterjotipar u d-diskriminazzjoni tas-sess fuq ix-xogħol,

- miżuri li jrawwmu l-koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet tan-nisa f'pajjiżi terzi u li jqajjmu kuxjenza tas-sitwazzjoni tan-nisa mad-dinja kollha.

1.2. L-attivitajiet imwettqa mill-Grupp Ewropew tan-Nisa fir-rappreżentazzjoni u l-kordinazzjoni ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi, u fit-tixrid ta' informazzjoni dwar in-nisa f'istituzzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet mhux governattivi, għandhom jinkludu dan li ġej:

- l-insegwiment tal-Bażi ta' Beijing għall-Azzjoni (Nazzjonijiet Uniti),

- li jaħdmu biex tittejjeb il-leġislazzjoni Ewropea dwar l-ugwaljanza tas-sess u l-inklużjoni tan-nisa fl-oqsma kollha tal-politika,

- il-parteċipazzjoni f'laqgħat u konferenzi dwar l-ugwaljanza tas-sess,

- it-teħid ta' azzjoni biex jiġi żgurat li l-idejat u l-interessi tan-nisa jiġu nklużi fil-politika nazzjonali u Ewropea, b'mod partikolari billi titħajjar il-parteċipazzjoni tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet,

- it-tisħiħ ta' l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fil-proċess tat-tkabbir ta' l-UE u l-iżvilupp ta' koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet tan-nisa fl-Istati membri li ser jissieħbu.

2. Twettieq ta' l-attivitajiet li għandhom jiġu sostnuti

L-attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet li huma eliġibbli biex jirċievu għotja tal-Komunità taħt il-programm għandhom jaqgħu taħt waħda mill-klassijiet li ġejjin:

2.1. Klassi 1: attivitajiet dejjem għaddejjin tal-Grupp Ewropew tan-Nisa, li l-membri tiegħu huma fost ħwejjeġ oħra, organizzazzjonijiet tan-nisa fl-Istati membri ta' l-unjoni Ewropea, bla ħsara għat-tħaris tal-prinċipji li ġejjin:

- għandu jkun ħieles biex jagħżel il-membri tiegħu,

- għandu jkun ħieles li jsegwi l-attivitajiet tiegħu skond il-punt 1.2.

2.2. Klassi 2: azzjonijiet speċifiċi ta' organizzazzjoni li ssegwi mira ta' interess ġenerali Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza tas-sess jew għan li jifforma parti mill-politika ta' l-unjoni Ewropea f'dan il-qasam.

Skond l-Artikolu 2, dan jgħodd għal korp li ma jagħmilx profitt li jwettaq l-attivitajiet tiegħu esklussivament biex jippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel jew organizzazzjoni b'mira aktar wiesa li twettaq parti mill-attivitajiet tagħha esklussivament biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

Għotja ta' kull sena ta' operazzjoni tista' tingħata biex issostni l-implimentazzjoni tal-programm tax-xogħol dejjem għaddej ta' dik l-organizzazzjoni.

2.3. Klassi 3: azzjonijiet speċifiċi ta' organizzazzjoni li ssegwi mira ta' interess ġenerali Ewropew fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel jew għan li jifforma parti mill-politika ta' l-unjoni Ewropea f'dan il-qasam.

3. Għażla tal-benefiċjarji

3.1. Għotja ta' operazzjoni tista' tingħata lill-Grupp Ewropew tan-Nisa taħt il-Klassi 1 tal-programm ma' l-approvazzjoni tal-pjan tax-xogħol u l-Budget adattat.

3.2. L-organizzazzjonijiet intitolati li jirċievu għotja ta' operazzjoni taħt il-Klassi 2 tal-programm għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' sejħiet għall-proposti.

3.3. L-organizzazzjonijiet intitolati li jirċievu għotja ta' speċifiċi taħt il-Klassi 3 tal-programm għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' sejħiet għall-proposti.

4. Verifiki u verifikar

4.1. Il-benefiċjarju taż għotja ta' operazzjoni għandu jżomm disponibbli għall-Kummissjoni id-dokumenti kollha ta' sostenn, inkluż il-prospett finanzjarju verifikat, fir-rigward tas-sena magħmula matul is-sena tal-għotja, għal perjodu ta' ħames snin li jiġi wara l-aħħar ħlas. Il-benefiċjarju ta' għotja għandu jiżgura li, fejn jgħodd, d-dokumenti ta' sostenn fil-pussess tal-imsieħba jew membri ta' l-organizzazzjonijiet jintgħamlu disponibbli għall-Kummissjoni.

4.2. Il-Kummissjoni tista' tirranġa għal verifika ta' l-użu magħmul mill-għotja li għandu jitwettaq jew mill-impjegati tagħha stess jew minn xi korp ieħor barrani kwalifikat tal-għażla tagħha. Dawn il-verifiki jistgħu jitwettqu f'kull żmien matul il-perjodu tal-ftehim tal-għotja u matul perjodu ta' ħames snin mid-data tal-ħlas tal-bilanċ. Fejn xieraq, is-sejbiet tal-verifika jistgħu jwasslu għal deċiżjonijiet ta' rkupru mill-Kummissjoni.

4.3. L-impjegati tal-Kummissjoni u l-persunal barrani awtorizzat mill-Kummissjoni għandu jkollhom id-dritt xieraq ta' aċċess, b'mod partikolari għall-uffiċċju tal-benefiċjarju u għal dik l-informazzjoni kollha, nkluża informazzjoni f'format elettroniku, hekk kif jista' jkun meħtieġ sabiex jitwettqu dawk il-verifiki.

4.4. Il-Qorti ta' l-awdituri u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi għandhom igawdu l-istess drittijiet, speċjalment dawk ta' aċċess, bħal Kummissjoni.

4.5. Sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u rregolaritajiet oħra, il-Kummissjoni tista' twettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet taħt il-programm skond ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) ruo 2185/96 [1]. Fejn meħtieġ, l-investigazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) u dawn għandhom ikunu regolati mir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2].

[1] ĠU L 292, tal-15.11.1996, p. 2.

[2] ĠU L 136, tal-31.5.1999, p. 1.

--------------------------------------------------

Top