EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0639

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 6 ta' Settembru 2004 li tniżżel il-kondizzjonijiet ta' importazzjoni tas-semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3364) Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 267M, 12.10.2005, p. 121–130 (MT)
OJ L 292, 15.9.2004, p. 21–30 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 060 P. 3 - 12
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 060 P. 3 - 12

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2011; Imħassar b' 32011D0630

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/639/oj

12.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

121


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-6 ta' Settembru 2004

li tniżżel il-kondizzjonijiet ta' importazzjoni tas-semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2004) 3364)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2004/639/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tniżżel ir-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità tas-semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (1), l-Artikolu 10 (2) u l-Artikolu 11 (2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/14/KEE (2) tniżżel il-lista ta' pajjiżi terzi li minnhom is-semen ta' l-ifrat jista' jiġi importat.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/277/KEE (3) tniżżel miżuri ta' protezzjoni tas-saħħa fir-rigward ta' importazzjoni ta' semen ta' l-ifrat iffriżat mill-Iżrael.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/577/KE (4) tniżżel il-kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta' semen ta' l-ifrat minn pajjiżi terzi.

(4)

Wara t-tibdil tad-Direttiva 88/407/KEE bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/43/KE (5) hija meħtieġa l-kitba mill-ġdid tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni relatati ma' l-importazzjoni tas-semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat.

(5)

Il-listi taċ-ċentri ta' ġbir u ħażna tas-semen li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tas-semen li joriġina mill-pajjiżi terzi huma stabbiliti u aġġornati skond l-Artikolu 9 (1) tad-Direttiva 88/407/KEE li jara li verżjoni aġġornata tal-listi kollha tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Dawn il-listi jinsabu fl-indirizz http://europa.eu.int/ċomm/food/index_en.htm.

(6)

Id-Direttiva 2003/43/KE li temenda d-Direttiva 88/407/KEE issemmi li mill-1 ta' Jannar 2005, is-semen ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat għandu jinġabar, ikun proċessat u maħżun skond id-disposizzjonijiet ġodda introdotti bid-Direttiva 2003/43/KE sabiex ikun eleġibbli għall-importazzjoni.

(7)

Madankollu, huwa xieraq li tkun awtorizzata l-importazzjoni kontinwa ta' l-istokks tas-semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 88/407/KEE, qabel il-modifika introdotta bid-Direttiva 2003/43/KE.

(8)

Għaldaqstant, l-Artikolu 2 paragrafu 2 tad-Direttiva 2003/43/KE issemmi li:

sal-31 ta' Diċembru 2004, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat miġbur, proċessat u maħżun qabel il-31 ta' Diċembru 2004 u akkumpanjat b'ċertifikat skond il-mudelli msemmija qabel l-emendi introdotti bid-Direttiva 2003/43/KE.

wara din id-data, l-Istati Membri m'għandhomx jawtorizzaw importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat skond id-dispożizzjonijiet preċedentement fis-seħħ kemm-il darba dan ma jkunx miġbur, proċessat u maħżun qabel il-31 ta' Diċembru 2004.

(9)

Konsegwentement, huwa neċessarju li jiġi provdut mudell taċ-ċertifikat għall-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat miġbur, proċessat u maħżun qabel il-31 ta' Diċembru 2004 u li se jintuża mill-1 ta' Jannar 2005.

(10)

Huwa iktar konvenjenti li tinġabar, fl-istess att, l-informazzjoni kollha relatata ma' l-importazzjoni tas-semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat (lista ta' pajjiżi terzi awtorizzati, rekwiżiti veterinarji li japplikaw għall-importazzjoni u listi taċ-ċentri approvati f'dawk il-pajjiżi terzi), u li jkunu revokati d-Deċiżjonijiet 90/14/KEE, 91/277/KEE u 94/577/KE skond dan.

(11)

Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness I ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat li jikkonforma mal-kundizzjonijiet imniżżla fil-mudell taċ-ċertifikat ta' saħħa ta' l-annimali f'Anness II, Parti 1 u akkumpanjat b'ċertifikat bħal dan kompletat b'mod korrett.

2.   Madankollu, mill-1 ta' Jannar 2005, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni mill-pajjiżi terzi elenkati f'Anness I ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta' l-ifrat, miġbur, proċessat u maħżun qabel il-31 ta' Diċembru 2004, b'mod konformi mal-kondizzjonijiet imniżżla fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali f'Anness II, Parti 2 u akkumpanjat b'ċertifikat bħal dan kompletat b'mod korrett.

3.   Is-semen imsemmi f'paragrafu 1 għandu jinġabar wara d-data ta' approvazzjoni taċ-ċentru mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-pajjiżi terzi konċernati.

Artikolu 2

Id-Deċiżjonijiet 90/14/KEE, 91/277/KEE u 94/577/KE huma revokati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-jum/xahar/sena [Daħħal id-data 3 ijiem wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fis-6 ta' Settembru 2004.

Għall-Kummissjoni

David BYRNE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 194, tat-22.7.1988, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/101/KE (ĠU L 30, ta'l-4.2.2004, p. 15).

(2)  ĠU L 8, tal-11.1.1990, p. 71. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/52/KE (ĠU L 10, tas-16.1.2004, p. 67).

(3)  ĠU L 135, tat-30.5.1991, p. 60.

(4)  ĠU L 221, tas-26.8.1994, p. 26. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/52/KE (ĠU L 10, tas-16.1.2004, p. 67).

(5)  ĠU L 143, tal-11.6.2003, p. 23.


ANNESS I

Kodiċi ISO

Pajjiż

AU

Awstralja

CA

Kanada

CH

Svizzera

NZ

New Zealand

RO

Rumanija

US

Stati Uniti ta' l-Amerika


ANNESS II

MUDELL TA' ĊERTIFIKATI VETERINARJI GĦALL-IMPORTAZZJONI

PARTI 1

Il-mudell taċ-ċertifikat li ġej huwa applikabbli għall-importazzjoni tas-semen miġbur skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE kif emendata bid-Direttiva 2003/43/KE.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

PART 2

Il-mudell taċ-ċertifikat li ġej huwa applikabbli mill-1 ta' Jannar 2005 għal importazzjoni ta' stokks ta' semen miġbur, proċessat u maħżun qabel il-31 ta' Diċembru skond il-kondizzjonijiet preċedenti tad-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, u importat wara dik id-data skond l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva 2003/43/KE.

Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

Top