EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0511

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 10 ta' Ġunju 2004 li tikkonċerna r-rappreżentanza tal-poplu ta' Ċipru fil-Parlament Ewropew fil-każ ta' ftehim dwar il-problema ta' Ċipru

OJ L 211, 12.6.2004, p. 22–23 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 142M, 30.5.2006, p. 58–59 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 01 Volume 005 P. 125 - 126
Special edition in Romanian: Chapter 01 Volume 005 P. 125 - 126
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 017 P. 74 - 75

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/511/oj

30.5.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

58


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-10 ta' Ġunju 2004

li tikkonċerna r-rappreżentanza tal-poplu ta' Ċipru fil-Parlament Ewropew fil-każ ta' ftehim dwar il-problema ta' Ċipru

(2004/511/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 10 dwar Ċipru ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-2003, u partikolarment l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta minn għand il-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew ripetutament issottolineja il-preferenza qawwija tiegħu għall-adeżjoni ta' Ċipru bħala pajjiż magħqud. S'issa, għandu ma ntlaħaqx ftehim komprensiv għall-problema ta' Ċipru u l-għaqda mill-ġdid tal-gżira.

(2)

Skond l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Parlament Ewropew jikkonsisti fir-rappreżentanti tal-popli ta' l-Istati li jingħaqdu flimkien fil-Komunità. Il-Membri tal-Parlament Ewropew jiġu eletti b'suffraġju universali dirett bi qbil ma' l-Artikolu 190 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-Artikolu 108 tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom (1), kif emendat b'Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom (2). (minn issa msejjaħ “l-Att ta' l-1976”).

(3)

Il-Membri tal-Parlament Ewropew għat-terminu li jmiss li jkopri l-perjodu bejn l-2004 u l-2009 ser ikunu eletti fl-elezzjonijiet li għandhom isiru bejn l-10 u t-13 ta' Ġunju 2004. Skond l-Artikolu 11 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, in-numru ta' rappreżentanti eletti f'Ċipru mill-bidu tat-terminu 2004-2009 għandu jkun ta' sitta. Iżda l-elezzjonijiet għal dan it-terminu 2004-2009 mhumiex ser isiru fil-parti ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv.

(4)

Biex tiġi ggarantita r-rappreżentanza u d-drittijiet elettorali taċ-Ċiprijotti kollha, fil-każ ta' ftehim komprensiv, huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għall-għeluq kmieni tal-mandat tar-rappreżentanti tal-poplu ta' Ċipru fil-Parlament Ewropew eletti fl-2004 jew f'elezzjonijiet sussegwenti u li jsiru elezzjonijiet straordinarji f'Ċipru kollu għat-terminu taż-żmien li jkun baqa' tal-Parlament Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-eventwalità tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim komprensiv għall-problema ta' Ċipru, id-disposizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw b'deroga minn Artikolu 190 (3) tat-Trattat tal-KE kif ukoll l-Artikolu 5 u l-Artikolu 10 (1) u l-Artikolu 11 (2) ta' l-Att ta' l-1976:

(a)

Il-mandat tar-rappreżentanti eletti tal-poplu ta' Ċipru fil-Parlament Ewropew għandu jintemm mall-ftuħ ta' l-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet kif imsemmija fil-punt (b).

(b)

Elezzjonijiet straordinarji tar-rappreżentanti tal-poplu ta' Ċipru fil-Parlament Ewropew għandhom isiru f'Ċipru kollu għall-bqija tat-terminu 2004 — 2009 jew xi terminu sussegwenti tal-Parlament Ewropew fil-ġurnata tal-Ħadd li tiġi wara t-tmiem tal-perjodu ta' erba' xhur wara l-adozzjoni mill-Kunsill, bi qbil ma' l-Artikolu 1 (2) tal-Protokoll Nru. 10 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003, ta' l-ewwel deċiżjoni ta' l-irtirar tas-sospensjoni ta' l-applikazzjoni ta' l-acquis.

(ċ)

Il-mandat tal-membri tal-Parlament Ewropew eletti fl-elezzjonijiet imsemmija f'(b) għandu jibda mall-ftuħ ta' l-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet imsemmija f'(b) u għandu jintemm mall-ftuħ ta' l-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew wara l-elezzjoni li jkun imiss.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, nhar il-10 ta' Ġunju 2004.

Għall-Kunsill

Il-President

D. AHERN


(1)  ĠU L 278, tat-8.10.1976, p. 1.

(2)  ĠU L 283, tal-21.10.2002, p. 1.


Top