EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0388

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' April 2004 dwar trasferiment intra-Komunitarju ta' dokument dwar l-isplussivi (notifikat taħt id-dokument numru K(2004)1332)

OJ L 120, 24.4.2004, p. 43–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 034 P. 135 - 139
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 034 P. 135 - 139
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 034 P. 135 - 139
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 034 P. 135 - 139
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 034 P. 135 - 139
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 034 P. 135 - 139
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 034 P. 135 - 139
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 034 P. 135 - 139
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 034 P. 135 - 139
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 043 P. 465 - 469
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 043 P. 465 - 469
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 025 P. 6 - 10

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/10/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/388/oj

32004D0388



Official Journal L 120 , 24/04/2004 P. 0043 - 0047


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-15 ta' April 2004

dwar trasferiment intra-Komunitarju ta' dokument dwar l-isplussivi

(notifikat taħt id-dokument numru K(2004)1332)

(2004/388/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1993/15/KEE tal-5 ta' April 1993 dwar l-armonizzazzjoni li jirrelataw mat-tqegħid fis-suq u s-superviżjoni ta' splussivi għal użi ċivili [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1) Is-sistema għat-trasferiment ta' splussivi ġewwa t-territorju tal-Komunità stabbilita bid-Direttiva 1993/15/KEE tipprovdi għall-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għaż-żoni ta' oriġini, transitu u destinazzjoni ta' l-isplussivi.

(2) Dokument mudell ligħandu jintuża għat-trasferiment ta' splussivi, li jkun fih l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' l-Artikolu 9(5) u (6) tad-Direttiva 93/15/KEE, għandu jiġi stabbilit sabiex jiffaċilita t-trasferimenti ta' splussivi bejn Stati Membri waqt li jiġu priservati l-ħtiġiet neċessari ta' sigurtà għat-trasferiment ta' dawn il-prodotti.

(3) Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni stabbilit skond l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 1993/15/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' l-Artikolu 9(5) u (6) tad-Direttiva 1993/15/KEE għandha tiġi pprovduta bl-użu tal-mudell "dokument tat-trasferiment intra-Komunitarju ta' splussivi" muri fl-Anness u n-noti ta' spjegazzjoni li jakkumpanjawh.

2. Il-mudell tad-dokument għandujiġi aċċettat mill-awtoritajiet kompetenti bħala dikument validu ta' trasferiment biex jakkumpanja l-isplussivi għal trasferimenti bejn Stati Membri sakemm l-isplusivi jaslu fid-destinazzjoni tagħhom.

3. Din id-Deċiżjoni ma tapplikax għall-munizzjon.

Artikolu 2

Id-dokument tat-trasferiment intra-Komunitarju ta' splussivi, hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "id-dokument", għandu jiġi stabbilit fi tlett kopji. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa, inklużi mezzi adegwati biex jiżguraw l-identifikazzjoni, biex jiżguraw li d-dokument ma jkunx jista' jiġi ffalsifikat.

Artikolu 3

Dan id-dokument għandu jiġi stampat fuq karta li tiżen ta' l-anqas 80 g/m2. Is-saħħa tal-karta għandha tkun tali li l-użu normali tagħha ma jġigħelx li titqatta' jew titkemmex.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Id-dħul fis-seħħ tagħha għandu jħalli l-approvazzjonijiet eżistenti ffissati perjodiċi għal trasferimenti moltipliċi validi sad-data li fiha jiskadu.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 121, tal-15.5.1993, p. 20. Direttiva emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

Dokument tat-trasferiment intra-Komunitarju ta' splussivi

(L-Artikolu 9(5) u (6) tad-Direttiva 93/15/KEE)

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top