EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R2152

Ir-Regolament (KE) Nru 2152/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 li jirrigwardja monitoraġġ ta' foresti u interazzjonijiet ambjentali tal-Komunità (Ċentru tal-Foresta Forest Focus)

OJ L 324, 11.12.2003, p. 1–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 041 P. 285 - 292
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 041 P. 285 - 292
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 041 P. 285 - 292
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 041 P. 285 - 292
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 041 P. 285 - 292
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 041 P. 285 - 292
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 041 P. 285 - 292
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 041 P. 285 - 292
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 041 P. 285 - 292
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 051 P. 208 - 215
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 051 P. 208 - 215

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32007R0614

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/2152/oj

32003R2152



Official Journal L 324 , 11/12/2003 P. 0001 - 0008


Ir-Regolament (KE) Nru 2152/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tas-17 ta' Novembru 2003

li jirrigwardja monitoraġġ ta' foresti u interazzjonijiet ambjentali tal-Komunità (Ċentru tal-Foresta Forest Focus)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Huma u jaġixxu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Foresti għandhom rwol multifunzjonali importati għas-soċjeta. Minbarra r-rwol sinifikanti tagħhom fl-iżvilupp ta' erji rurali, foresti għandhom valur maġġuri għal konservazzjoni tan-natura, jilgħabu rwol importanti fil-priservazzjoni ta' l-ambjent, huma elementi ewlenin fiċ-ċiklu tal-karbonju u carbon sinks sinifikanti, u jirrappreżentaw fattur kritiku fil-kontroll taċ-ċiklu idroloġiku.

(2) Il-kondizzjoni ta' foresti tista' tiġi affettwata serjament minn fatturi naturali bħal ma huma kondizzjonijiet estremi tat-temp, attakki minn parasiti u mard jew influwenzi tal-bniedem bħal ma huma bdil fil-klima, nirien u tniġġiż ta' l-arja. Dan it-theddid jista' jagħmel ħsara u anke jeqred il-foresti. Il-biċċa 'l kbira mill-fatturi naturali u antropatoġeniċi jaffettwaw foresti li għandhom effetti ta' qsim il-fruntiera.

(3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar strateġija ta' forestrija għall-Unjoni Ewropea enfasizzat il-bżonn li jiġu protetti l-ambjent naturali u l-wirt tal-foresti, biex il-foresti jitmexxew sostanzjalment u biex tiġi appoġġjatakoperazzjoni internazzjonali u pan-Ewropea li tirrigwardja l-protezzjoni ta' foresti, tagħmel riferenza għal monitorjar tal-foresta u l-promozzjoni ta' foresti bħala carbon sinks. Il-Kunsill, fir-resoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 1998 dwar strateġija ta' forestrija għall-Unjoni Ewropea [5], sejħet lill-Kummissjoni biex tevalwa u ttejjeb kontinwament l-effettivita tas-sistema Ewropea ta' monitorjar ta' saħħa tal-foresti u biex jitqiesu l-impatti potenzali fuq ekosistemi tal-foresti. Sejħet ukoll lill-Kummissjoni biex tagħti attenzjoni speċjali lill-iżvilupp tas-sistema ta' tagħrif dwar in-nirien fil-foresti tal-Komunità, li tippermetti li l-effettivita tal-miżuri ta' protezzjoni kontra nirien jiġu stmati aħjar.

(4) Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2002 li tippreskrivi s-sitt programm ta' azzjoni ambjentali fil-Komunità Ambjent [6] tidentifika l-bżonn li jiġu bażati t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' politika ambjentali fuq avviċinament ibbażat fuq it-tagħrif u, partikolarment, il-bżonn għall-monitorjar tar-rwoli moltipli ta' foresti f'linja mar-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Konferneza Ministerjali dwar il-Protezzjoni ta' Foresti fl-Ewropa u l-Forum tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Foresti u l-Konvenzjoni dwar il-Bijodiversita u forum-ijiet oħra.

(5) Il-Komunità u l-Istati Membri huma kommessi li jimplimentaw attivitajiet miftiehma internazzjonalment li għandhom x'jaqsmu mal-konservazzjoni u l-protezzjoni ta' foresti, partikolarment, il-proposti għal azzjonijiet tal-panel intergovernmentali u Forum dwar Foresti, il-programm imkabbar tax-xogħol dwar diversita bijoloġika tal-foresti tal-Konvenzjoni dwar id-Diversita Bijoloġika, kif ukoll il-Konvenzjoni tal-Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Bdil fil-Klima u l-Protokoll ta' Kyoto.

(6) Il-Komunità diġa ndirizzat tnejn mill-kawżi li qed jaffettwaw ħażin kondizzjonijiet ta' l-ekosistema tal-foresta permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3528/86 tas-17 ta' Novembru 1986 dwar il-protezzjoni tal-foresti fil-Komunità mit-tniġġiż ta' l-arja [7] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2158/92 tat-23 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni tal-foresti tal-Kumunita min-nirien [8].

(7) Iż-żewġ regolamenti skadew fil-31 ta' Diċembru 2002 u huwa fl-interess ġenerali tal-Komunità li tkompli u tiżviluppa aktar l-attivitajiet ta' monitorjar stabbiliti minn dawn ir-regolamenti billi jiġu ntegrati fi skema ġdida msejħa "Forest Focus".

(8) L-iskema għandha tiġi rikonċiljata ma' sistemi eżistenti nazzjonali, Ewropej u internazzjonali, wara li tiġi kunsidrata kif mistħoqq il-kompetenza tal-Komunità rigward foresti, bi qbil ma' l-istrateġija ta' forestrija tagħha u mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' sussidarjeta.

(9) Miżuri taħt l-iskema rigward il-monitorjar ta' nirien fil-foresti għandhom jikkumplimentaw dawk il-miżuri li jindaħlu għalihom, partikolarment, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/847/KE tad-9 ta' Diċembru 1999 li tistabbilixxi a program ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta' protezzjoni ċivili [9], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG)) [10] u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1615/89 tad-29 ta' Mejju 1989 li jistabbilixxi sistema Ewropea ta' tagħrif u komunikazzjoni dwar il-Foresti (SETKF) [11]

(10) L-iskema għandha tinkoraġġixxi l-iskambju ta' tagħrif dwar il-kondizzjoni ta' l-influwenzi ta' ħsara fuq foresti fil-Komunità u tgħin fl-evalwazzjoni ta' miżuri kontinwi biex jippromwovu l-konservazzjoni u l-protezzjoni ta' foresti għall-benefiċċju ta' żvilupp sostenibbli, b'enfażi partikolari fuq azzjonijiet meħuda biex jitnaqqsu impatti li jaffettwaw negattivament il-foresti.

(11) Il-protezzjoni ta' foresti minn nirien hija materja ta' importanza u urġenza partikolari sabiex, fost ħwejjeġ oħra, jiġġieldu kontra desertification u biex jiġu evitati l-effetti negattivi tagħhom fuq bdil fil-klima. Huwa kruċjali li tiġi evitata kull interruzzjoni ta' l-azzjonijiet imqiegħda mill-Istati Membri bi qbil mar-Regolament skadut (EEC) Nru 2158/92. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jkopri miżuri preventivi li mhumiex appoġjati mir-Regolament (KE) Nru 1257/99 u mhux inklużi fi programmi nazzjonali jew reġjonali ta' żvilupp rurali.

(12) Sabiex tippromwovi ftehim komprensiv tar-relazzjoni bejn foresti u l-ambjent, l-iskema għandha tinkludi wkoll monitorjar ta' fatturi oħra importanti bħal ma huma bijodiversita, sekwestrar tal-karbonju, bdil fil-klima, ħamrija u l-funzjoni protettiva ta' foresti. L-iskema għandha għalhekk tikkomprendi azzjonijiet sabiex tipprovdi għal firxa aktar wiesa' ta' għanijiet u implimentazzjoni flessibbli, waqt li tibni fuq il-kisbiet magħmula skond Regolamenti (KEE) Nru 3528/86 u (KEE) Nru 2158/92. Għandha tipprovdi għal monitorjar xieraq u aktar effiċjenti rigward l-ispiża ta' foresti u interazzjonijiet ambjentali.

(13) L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iskema premezz ta' programmi nazzjonali li jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni wara proċedura li trid tiġi mwaqqfa.

(14) Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tiżgura l-kordinazzjoni, il-monitorjar u l-iżvilupp ta' l-iskema u tirrapporta dwarha, partikolarment lill-Kumitat Permanenti ta' Forestrija mwaqqaf mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/367/KEE [12].

(15) Il-monitorjar ta' foresti u interazzjonijiet ambjentali jistgħu jipprovdu biss tagħrif ta' min joqgħod fuqu u komparabbli biex jiġu protetti foresti fil-Komunità jekk fatti magħrufa (data) jiġu miġbura fuq il-bażi ta' metodi armonizzati. Dan it-tagħrif komparabbli fuq livell tal-Komunità se jikkontribwixxi lejn l-istabbiliment ta' pjattaforma li tikkontjeni fatti magħrufa (data) spazjali li toħroġ minn sorsi varji ta' sistemi ta' tagħrif ambjentali komuni. Huwa għalhekk xieraq li jiġu preparati manwali li jippreskrivu l-metodi li jridu jintużaw għall-monitorjar tal-kondizzjoni ta' foresti, il-format tal-fatti magħrufa (data) u regoli għall-maniġġ bl-idejn ta' fatti magħrufa (data).

(16) Il-Kummissjoni għandha tuża l-fatti magħrufa (data) miġbura skond din l-iskema rigward sekwestrar tal-karbonju, bdil fil-klima u impatt fuq il-bijodiversita sabiex tikkontribbwixxi għall-irbit ta' rappurtaġġ skond il-konvenzjonijiet u l-protokol-ijiet rilevanti, konsistentement mad-dispożizzjonijiet tagħhom. Jekk jinħolqu problemi ta' inkonsistenza, il-Kummissjoni għandha tieħu kull azzjoni possibbli bil-ħsieb li tintlaħaq soluzzjoni posittiva.

(17) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikoperaw ma' korpi internazzjonali oħra fil-qasam ta' monitorjar tal-foresti fuq livell internazzjonali jew pan-Ewropew, u b'mod partikolari, il-programm koperattiv internazzjonali dwar l-istima u l-monitorjar ta' effetti ta' tniġġiż ta' l-arja fuq foresti (minn issa 'l quddiem msejħa "Foresti ICP"), sabiex jippromwovu l-konservazzjoni u l-protezzjoni ta' foresti għall-benefiċċju ta' żvilupp sostenibbli.

(18) Dan ir-Regolament jippreskrivi, għat-tul taż-żmien intier tal-programm, qafas finanzjarju li jikkostitwixxi r-riferenza ewliena, fit-tifsira ta' punt 33 tal-Ftehim Intra-istituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina fl-estimi u titjib tal-proċedura ta' l-estimi [13], għall-awtorita ta' l-estimi matul il-proċedura ta' l-estimi ta' kull sena.

(19) Huwa xieraq li jiġi stabbilit il-volum tal-kontribuzzjoni tal-Komunità għal attivitajiet finanzjati skond l-iskema.

(20) Sabiex tiġi żgurata l-kontinwita ta' attivitajiet ta' monitorjar hemm il-bżonn eċċezzjonaliment li nefqa miġrura mill-Istat Membru tkun tista' tkun eliġibbli għal ko-finanzjament jekk tirrelata ma' azzjonijiet li jkunu ġew varati wara l-1 ta' Jannar 2003 u qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, basta iżda li dawn l-azzjonijiet ma jkunux ġew imwettqa meta l-Kummissjoni tapprova l-programm nazzjonali relatat.

(21) L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet u l-aġenziji responsabbli għall-maniġġ bl-idejn u t-twassil ta' fatti magħrufa (data) u għall-amministrazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Komunità.

(22) L-Istati Membri għandhom ifasslu wkoll rapporti dwar attivitajiet varji ta' monitorjar, li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni.

(23) Il-fatti magħrufa (data) għandha tiġi mxerrda hija u titqies il-Konvenzjoni tan-NU/ECE ta' l-1998 dwar aċċess għal tagħrif, parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u aċċess għal ġustizzja f'materji ambjentali (Konvenzjoni Aarhus) u dispożizzjonijiet rilevanti tal-Komunità dwar aċċess għal tagħrif ambjentali.

(24) Il-miżuri ta' l-iskop ġenerali meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tippreskrivi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni [14].

(25) Il-Kumitat Permanenti tal-Forestrija għandu jgħin lill-Kummissjoni permezz ta' l-użu tal-proċedura regolatorja bi qbil mal-kriterji dikjarati fl-Artikolu 2(b) ta' dik id-Deċiżjoni.

(26) Huwa importanti li l-iskema tinżamm taħt reviżjoni u li tiġi stmata l-effettivita tagħha, sabiex jiġu identifikati bżonnijiet li jridu jiġu ndirizzati. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' l-iskema, partikolarment minħabba fil-kontinwita tagħha lil hinn mill-perjodu ta' implimentazzjoni fissat f'dan ir-Regolament.

(27) Ladarba li l-għanijiet ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-monitorjar ta' foresti, il-kondizzjoni u l-interazzjonijiet ambjentali, ma jistgħux jinkisbu b' mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju ta' sussidarjetà kif dikjarat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif dikjarat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk il-għanijiet.

(28) Il-Ftehimijiet Ewropej bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-banda waħda, u l-pajjiżi kandidati ta' l-Ewropa ċentrali u tal-punent, mill-banda l-oħra, jipprovdu għall-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fi programmi tal-Komunità, partikolarment fil-qasam ta' l-ambjent. L-iskema għandha tinfetaħ ukoll għal parteċipazzjoni minn pajjiżi Ewropej oħra.

(29) Fid-dawl ta' l-iskadenza ta' Regolamenti (KEE) Nru No 3528/86 u (KEE) Nru 2158/92 u sabiex jiġi evitat kull rikba jew nuqqas ta' kontinwita huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika mill-1 ta' Jannar 2003,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TAQSIMA 1 Għanijiet, kontenut u definizzjonijiet

Artikolu 1

1. Skema Komunitarja għall-monitorjar fuq bażi wiesa', armonizzat u komprensiv tal-kondizzjoni ta' foresti, (minn issa 'l quddiem msejħa "l-iskema") hija hawnhekk stabbilita li:

(a) tkompli u tiżviluppa aktar:

- monitorjar ta' tniġġiż ta' l-arja u efetti tat-tniġġiż ta' l-arja u ta' aġenti u fatturi oħra li għandhom impatt fuq foresti, bħal ma huma fatturi bijotiċi u abijotiċi u fatturi ta' oriġini antropoġenika,

- monitorjar ta' nirien fil-foresti u l-kawżi u l-effetti tagħhom,

- prevenzjoni ta' nirien fil-foresti;

(b) tistma l-ħtiġijiet għal u tiżviluppa l-monitorjar ta' ħamrija, sekwestrar tal-karbonju, effetti ta' bdil tfil-klima u bijodiversita, kif ukoll funzjonijiet protettivi ta' foresti;

(ċ) tevalwa kontinwament l-effiċjenza ta' l-attivitajiet ta' monitorjar fl-istima tal-kondizzjoni ta' foresti u aktar żvilupp ta' attivita ta' monitorjar.

L-iskema għandha tipprovdi fatti magħrufa (data) u tagħrif ta' min joqgħod fuqu u komparabbli dwar il-kondizzjoni ta' u influwenzi ta' ħsara fuq foresti fil-livell tal-Komunità. Għandha tgħin ukoll biex tevalwa miżuri kontinwi biex tippromwovi konservazzjoni u protezzjoni ta' foresti għall-benefiċċju ta' żvilupp sostenibbli, b'emfasi partikolari fuq azzjonijiet meħuda biex jitnaqqsu impatti li jaffettwaw negattivament lill-foresti. L-iskema se tqis, u fejn xieraq tingħaqad ma' mekkaniżmi ta' monitorjar nazzjonali, Ewropej u globali eżistenti u ppjanati u se tkun f'linja ma' ftehimijiet internazzjonali rilevanti.

2. Fejn tintgħamel riferenza għal foresti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri tista' tinkludi art oħra bis-siġar (wooded land). Fejn tintgħamel riferenza għal foresti fil-kuntest ta' nirien f'foresti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu b'żieda ma' dan jinkludu artijiet oħra.

3. Fi Franza, l-iskema m'għandhiex tkun applikabbli għad-dipartimenti lil hinn mill-baħar.

Artikolu 2

1. L-iskema għandha tipprovdi għal azzjonijiet nominati li:

(a) jippromwovu l-ġbir, il-maniġġ bl-idejn u l-istima armonizzati ta' fatti magħrufa (data);

(b) itejbu evalwazzjoni tal-fatti magħrufa (data) u jippromwovu evalwazzjoni integrata ta' fatti magħrufa (data) fil-livell tal-Komunità;

(ċ) itejbu l-kwalità ta' fatti magħrufa (data) u tagħrif miġbura skond l-iskema;

(d) jiżviluppaw aktar l-attivita ta' monitorjar ta' l-iskema;

(e) itejbu u jmexxu l-quddiem l-għarfien dwar foresti u, partikolarment, l-impatt ta' pressa (stresses) naturali u antropoġenika;

(f) jistudjaw id-dinamiċi ta' nirien fil-foresti u l-kawżi u l-impatti tagħhom fuq il-foresti;

(g) jiżviluppaw indikaturi kif ukoll metodoloġiji għal stima ta' riskju rigward pressa moltipla fuq foresti matul iż-żmien u l-ispazju.

2. L-azzjonijiet dikjarati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kumplimentarji għall-programmi ta' riċerka tal-Komunità.

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "foresta" tfisser art b' kopertura ta' qċaċet tas-siġar (tree crown cover) (jew livell ta' stocking ekwivalenti) ta' aktar minn 10 % u erja ta' aktar minn 0,5 ue. Is-siġar għandhom ikunu jistgħu jilħqu għoli massimu ta' 5m mal-maturita fuq il-post. Tista' tikkonsisti jew minn formazzjonijiet ta' foresti magħluqa fejn siġar ta' sulari (storeys) u undergrowth varji ikopru proporzjoni għoli ta' l-art, jew ta' formazzjonijiet ta' foresti miftuħa b'kopertura kontinwa ta' veġetazzjoni li fiha l-kopertura tal-qċaċet tas-siġar (tree crown cover) taqbeż l-10 %. Young natural stands u l-erji kollha ta' tħawwil stabbiliti għal għanijiet ta' forestrija li għad iridu jilħqu densita ta' qċaċet (crown) ta' 10 % jew għoli ta' siġar ta' 5m huma nklużi taħt foresta, kif inhuma erji li normalment jiffurmaw parti mill-erja tal-foresti li huma temporanjament mhux maħżuna minħabba f'intervent tal-bniedem jew kawżi naturali imma li huma mistennija li jsiru (revert to) foresti. Id-definizzjoni ta' "foresti" tinkludi: mixtliet ta' foresti u ġonna tal-frott għaż-żerriegħa li jikkostitwixxu parti integrali tal-foresta, toroq tal-foresti, cleared tracts, firebreaks u erji oħra żgħar miftuħa fil-foresta; foresti f'ġonna (parks) naturali, riservi naturali u erji oħra protetti bħal ma huma dawk ta' interess ambjentali, xjentifiku, storiku, kulturali jew spiritwali speċjali; windbreaks u shelterbelts ta' siġar b'erja ta' mhux aktar minn 0,5 ue u wisa' ta' mhux aktar minn 20 m. erji ta' tħawwil Rubberwood u cork oak stands huma nklużi. Madankollu, id-definizzjoni ta' "foresti" teskludi: art użata predominantement għal prattiċi agrikoli;

(b) "art oħra bis-siġar (other wooded land)" tifsser art jew b'kopertura ta' qċaċet tas-siġar (tree crown cover) (jew livell ta' stocking ekwivalenti) ta' 5 sa 10 % ta' siġar li jistgħu jilħqu għoli ta' 5 m mal-maturita fuq il-post, jew kopertura ta' qċaċet (crown cover) (jew livell ta' stocking ekwivalenti) ta' aktar minn 10 % ta' siġar li ma jistgħux jilħqu għoli ta' 5 m mal-maturita fuq il-post (p.e. siġar dwarf jew stunted) u koperturi ta' arbuxelli (shrub or bush). Id-definizzjoni ta' "art oħra bis-siġar (other wooded land)" teskludi: erji li għandhom il-kopertura ta' siġar jew arbuxelli (shrub or bush) speċifikata fuq imma ta' inqas minn 0,5 ue u wisa' ta' 20 m, li huma klassifikati taħt "art oħra"; art predominantement użata għal prattiċi agrikoli;

(ċ) "art oħra" tfisser art mhux klassifikata bħala foresta jew art oħra bis-siġar (other wooded land) kif definit f'dan ir-Regolament, imma li madankollu ġiet inkluża fi statistiċi ta' nirien fil-foresti skond liġi nazzjonali. Din l-art tista' tinkludi heathland, waste land jew art agrikola li tmiss ma' jew hija magħluq minn art tal-foresti;

(d) "nirien fil-foresti" jfissru nirien li jiftħu u jinfirxu fuq art tal-foresti u art oħra bis-siġar (other wooded land) jew li jiftħu fuq art oħra u jinfirxu lejn foresti u art oħra bis-siġar (other wooded land). Id-definizzjoni ta' "nirien fil-foresti" teskludi: ħruq preskritt jew kontrollat, normalment bil-għan li titnaqqas jew tiġi eliminata l-kwantita ta' karburant akkumulat fuq l-art;

(e) "geo-referenced" tfisser riferenza għal erja ġijografika speċifika li fiha l-fatti magħrufa (data) jew tagħrif ieħor huma miġbura. L-erja riferita tista' tkun akbar mill-erja jew il-punt li minnu l-fatti magħrufa (data)/tagħrif huma miġbura, per eżempju sabiex tiġi żgurata anonimita rigward is-sors tal-fatti magħrufa (data)/tagħrif miġbura.

TAQSIMA 2 Monitorjar u għodda biex titjieb u tiżviluppa l-iskema

Artikolu 4

1. Hija u tibni fuq il-kisbiet ta' Regolament (KEE) Nru 3528/86, l-iskema għandha:

(a) tkompli u tiżviluppa aktar ix-xibka sistematika ta' punti ta' osservazzjoni sabiex tikkonduċi inventorji perjodiċi sabiex tiġbor tagħrif rappreżentattiv dwar il-kondizzjoni ta' foresti;

(b) tkompli u tiżviluppa aktar ix-xibka ta' plottijiet ta' osservazzjoni, li fuqhom monitorjar intensiv u kontinwu ta' foresti huwa mwettaq.

2. Regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1 għandhomo jiġu preskritti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 5

1. Hija u tibni fuq il-kisbiet ta' Regolament (KEE) Nru 2158/92, l-iskema għandha tkompli u tiżviluppa aktar is-sistema ta' tagħrif sabiex tiġbor tagħrif komparabbli dwar nirien fil-foresti fil-livell tal-Komunità.

2. L-iskema għandha tippermetti lill-Istati Membri li jikkonduċu studji dwar l-identifikazzjoni tal-kawżi u d-dinamiċi ta' nirien fil-foresti, kif ukoll dwar l-impatti tagħhom fuq foresti. Dawk l-istudji għandhom jikkumplimentaw attivitajiet u miżuri rigward nirien fil-foresti li jindaħlu għalihom bi qbil mad-Deċiżjoni 1999/847/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u r-Regolament (KEE) Nru 1615/89.

B'żieda ma' u sal-31 ta' Diċembru 2005, kampanji li jqajmu l-għarfien tal-pubbliku u taħriġ speċjali għal aġenti nvoluti f'interventi ta' prevenzjoni tan-nar għandhom jiġu finanzjati separatament bi qbil ma' l-Artikolu 13(1), minbarra jekk dawn il-miżuri jkunu nklużi fil-programmi rurali ta' żvilupp.

3. Miżuri ta' prevenzjoni ta' nirien fil-foresti li kienu eliġibbli skond ir-Regolament (KEE) Nru 2158/92 għandhom jiġu finanzjati bi qbil ma' l-Artikoli 12(2)b u 13(1), basta iżda li mhumiex appoġġjati mir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u li mhumiex inklużi fil-programmi ta' żvilupp rurali nazzjonali/reġjonali.

4. L-Istati Membri jistgħu, mat-talba tagħhom, jipparteċipaw fil-miżuri u l-attivitajiet riferiti f'paragrafi 1 u 2.

5. Regoli dettaljati sabiex jiġu implimentati l-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu preskritti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 6

1. Biex jiġu realizzati l-għanijiet dikjarati fl-Artikolu 1(1)(b) l-iskema għandha tiġi żviluppata permezz ta' studji, esperimenti, proġetti ta' turija, testjar fuq bażi pilota u stabbiliment ta' attivitajiet ġodda ta' monitorjar. Il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, tiżviluppa l-iskema, partikolarment biex:

(a) ittejjeb u tmexxi l-quddiem l-għarfien dwar il-kondizzjoni ta' foresti u art oħra bis-siġar (other wooded land) kif ukoll ir-relazzjoni bejn il-kondizzjoni tagħhom u fatturi ta' pressa (stress) naturali u antropoġeniċi;

(b) tistma impatti ta' bdil fil-klima fuq foresti u art oħra bis-siġar (other wooded land), inklużi impatti fuq id-diversita bijoloġika tagħhom u r-relazzjoni tagħhom ma' sekwestrar tal-karbonju u l-ħamrija;

(ċ) hija u tqis l-indikaturi eżistenti rilevanti, tidentifika l-elementi ewlenija ta' l-ekosistema strutturali u funzjonali li jridu jintużaw bħala indikaturi għall-istima ta' l-istat u x-xejriet ta' diversita bijoloġika fil-foresti u l-funzjonijiet protettivi ta' foresti.

2. Parallelli mal-miżuri dikjarati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, mat-talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess, iwettqu studji, esperimenti, proġetti ta' turija jew fażi ta' monitorjar tat-test.

3. Il-miżuri dikjarati f'paragrafi 1 u 2 għandhom igħinu biex jidentifikaw għażliet għall-istabbiliment ta' attivitajiet ġodda ta' monitorjar skond l-iskema, li għandhom jikkontribbwixxu sostanzjalment għat-tagħrif u l-bżonnijiet ta' monitorjar fl-oqsma mniżżla f'lista taħt l-Artikolu 1(1)(b). L-implimentazzjoni ta' dawn l-attivitajiet għandha titqies bħala parti mir-reviżjoni riferita fl-Artikolu 18, Hija u tiżviluppa l-iskema, il-Kummissjoni għandha tqis bżonnijiet u restrizzjonijiet xjentifiċi kif ukoll finanzjarji.

4. Regoli dettaljati sabiex jiġu implimentati l-paragrafi 1, 2 u 3, inklużi deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ġodda ta' monitorjar, għandhom jiġu preskritti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 7

1. Biex jiġu realizzati l-għanijiet dikjarati fl-Artikolu 1(1)(ċ) u b'żieda ma' l-azzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni, f'koperazzjoni mill-viċin ma' l-Istati Membri, għandha tikkonduċi studji, esperimenti u proġetti ta' turija sabiex:

(a) tippromwovi l-ġbir, il-maniġġ bl-idejn u l-istima armonizzati ta' fatti magħrufa (data) fil-livell Komunità;

(b) ittejjeb evalwazzjoni ta' fatti magħrufa (data) fil-livell tal-Komunità;

(ċ) ittejjeb il-kwalità ta' fatti magħrufa (data) u tagħrif miġbura skond l-iskema;.

2. Biex jiġu realizzati l-għanijiet dikjarati fl-Artikolu 1(1)(c) u b'żieda ma' l-azzjonijiet dikjarati fl-Artikolu 6, l-Istati Membri jistgħu jintegraw fil-programmi nazzjonali tagħhom studji, esperimenti u proġetti ta' turija fl-erji deskritti taħt paragrafu 1.

3. Regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1 għandhom jiġu preskritti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 17(2).

TAQSIMA 3 Programmi nazzjonali, kordinazzjoni u koperazzjoni

Artikolu 8

1. L-attivitajiet provvduti fl-Artikoli 4, 5, 6(2) u (3) u 7(2) għandhom jiġu mplimentati skond programmi nazzjonali, li jridu jitfasslu mill-Istati Membri għal perjodi ta' sentejn.

2. Il-programmi nazzjonali għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni fi żmien sittin jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u wara dan qabel l-1 ta' Novembru fis-sena ta' qabel id-data tal-bidu ta' kull perjodu ta' tliet snin.

3. L-Istati Membri għandhom jadattaw il-programmi nazzjonali tagħhom ma' l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, partikolarment sabiex jippermettu l-estenzjoni ta' l-attivita ta' monitorjar, żviluppata bi qbil ma' l-Artikolu 6, meta stabbilita.

4. Il-programmi nazzjonali għandhom jiġu akkompanjati minn evalwazzjoni ex ante meta jingħataw lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll evalwazzjonijiet f'nofs l-iskond fl-aħħar tat-tielet sena tal-perjodu indikat fl-Artikolu 12 u evalwazzjonijiet ex post fl-aħħar ta' dak il-perjodu.

5. Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tal-programmi nazzjonali sottomessi, jew fuq il-bażi ta' kull adattament approvat ta' dawn il-programmi nazzjonali, tiddeċiedi dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ispejjeż eliġibbli.

6. Regoli dettaljati sabiex jiġu mplimentati l-paragrafi 1 sa 5 għandhom jiġu preskritti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 17(2), huma u jitqiesu mekkaniżmi ta' monitorjar nazzjonali, Ewropej u internazzjonali sabiex jiġi evitat kull piż amministrattiv addizzjonali.

Artikolu 9

1. Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tikordina, timmonitorja u tiżvilupaa l-iskema u għandha tirrapporta dwarha, partikolarment lill-Kumitat Permanenti ta' Forestrija.

2. The Commission, in cooperation with the Member States, shall assess data at Community level and shall ensure the evaluation of the collected data and information at Community level in accordance with Article 15. Il-Kummissjoni, f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, għandha tistma fatti magħrufa (data) fil-livell tal-Komunità u għandha tiżgura l-evalwazzjoni tal-fatti magħrufa (data) u t-tagħrif miġbura fil-livell tal-Komunità bi qbil ma' l-Artikolu 15.

3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp xjentifiku konsultattiv li għandu jgħin lill-Kumitat Permanenti ta' Forestrija fit-tħejjija tax-xogħol tiegħu, partikolarment biex jiżviluppa l-iskema kif riferita fl-Artikolu 6.

4. Biex jitwettqu x-xogħlijiet preskritti f'paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi korp xjentifiku ta' kordinazzjoni fiċ-Ċentru Konġunt ta' Riċerka, u tista' tikkonsulta u toħroġ kuntratt għal isitituti u esperti ta' riċerka, huma u jqisu bis-sħiħ il-firxa ta' ekosistemi differenti tal-foresti fil-Komunità.

5. Biex twettaq ix-xogħlijiet ta' rappurtaġġ tagħha preskritti fil-paragrafu 1 il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Aġenzija Ambjentali Ewropea.

6. Regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 3 għandhom jiġu preskritti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 10

1. Biex jiġu armonizzati l-attivitajiet riferiti fl-Artikoli 4, 5 u 6(3) u biex tiġi żgurata l-komparabilita ta' fatti magħrufa (data), manwali għandhom jispeċifikaw parametri mandatorji u b'għażla u jippreskrivu l-metodi ta' monitorjar kif ukoll il-formats tal-fatti magħrufa (data) li jridu jintużaw għat-trasmissjoni tal-fatti magħrufa (data). Manwali għandhom jibnu fuq sistemi eżistenti meta disponibbli u xierqa.

2. Regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1 għandhom jiġu preskritti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 11

1. Fil-kuntest ta' l-għanijiet dikjarati fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikoperaw u jrawwmu sinerġiji ma' korpi oħra f'livell internazzjonali jew pan-Ewropew sabiex jippromwovu l-konservazzjoni u l-protezzjoni ta' foresti għall-benefiċċju ta' żvilupp sostenibbli.

2. Fil-kuntest ta' l-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tikkolabora ma' l-Foresti ICP biex jilħqu obbligazzjonijiet dikjarati fil-qafas tal-Konvenzjoni dwar it-Tniġġiż ta' l-Artja fuq Firxa Twila Transboundary.

3. Għall-għan tal-koperazzjoni riferita f'paragrafi 1 u 2 il-Komunità tista' tappoġġja l-attivitajiet li ġejjin:

(a) stabbilizzazzjoni ta' rabtiet xierqa mal-korp xjentifiku ta' kordinazzjoni;

(b) studji u evalwazzjonijiet ta' fatti magħrufa (data).

TAQSIMA 4 Perjodu ta' eżekuzzjoni u aspetti finanzjarji

Artikolu 12

1. L-iskema għandha tgħodd għal perjodu ta' erba' snin mill-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2006.

2. Għall-għanijiet ta' l-iskema l-appoġġ finanzjarju massimu tal-Komunità għall-ispejjeż eliġibbli tal-programmi nazzjonali għandu jkun kif ġej:

(a) attivitajiet li jridu jitwettqu skond l-Artikolu 4: 50 %;

(b) attivitajiet li jridu jitwettqu skond l-Artikolu 5: 50 %;

(ċ) attivitajiet li jridu jitwettqu skond l-Artikolu 6(2): 75 %;

(d) attivitajiet li jridu jitwettqu skond l-Artikolu 6(3): 50 %;

(e) attivitajiet li jridu jitwettqu skond l-Artikolu 7(2): 50 %.

3. Il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-ispejjeż eliġibbli lill-Istati Membri.

4. Nefqa miġrura mill-Istati Membri fit-twettieq ta' programmi nazzjonali approvati mill-Kummissjoni għandha tkun eliġibbli eċċezzjonalment għal ko-finanzjament jekk dawk l-azzjonijiet ikunu ġew varati wara l-1 ta' Jannar 2003 u qabel id-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, basta iżda li dawn l-azzjonijiet mhumiex kompiti meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar programmi nazzjonali.

5. Il-Kummissjoni għandha tiffinanzja attivitajiet li jridu jitwettqu skond l-Artikoli 6(1), 7(1) u 9(1), (2) u (4) bi qbil mar-regoli applikabbli għal akkwist pubbliku.

6. Il-Komunità tista' tipprovdi kontribuzzjoni lill-Aġenzija Ambjentali Ewropea għat-twettieq tax-xogħlijiet dikjarati fl-Artikoli 9(5) u 18.

7. Il-Kummissjoni tista' tiffinanzja attivitajiet tal-grupp xjentifiku konsultattiv riferiti fl-Artikolu 9(3) għat-twettieq tax-xogħlijiet dikjarati fir-regoli dettaljati.

8. Il-Komunità tista' tipprovdi kontribuzzjoni lill-Foresti ICP sabiex jintlaħqu l-obbligazzjonijiet tal-Komunità dikjarati fl-Artikolu 11(2).

Artikolu 13

1. Il-qafas finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' l-iskema għall-perjodu 2003 sa 2006 għandu jkun 61 miljun EUR, li minnhom 9 miljun EUR jistgħu jintużaw għal miżuri ta' prevenzjoni ta' nirien.

2. Ir-risorsi finanzjarji fissati fil-paragrafu 1 għandhom jiżdiedu fil-każ ta' adeżjoni ta' Stati Membri ġodda ma' l-Unjoni Ewropea.

3. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorita ta' l-estimi fil-proċedura annwali ta' l-estimi u fil-limiti tal-perspettiva finanzjarja.

TAQSIMA 5 Eżekuzzjoni, rappurtaġġ mill-Istati Membri, Kumitat Permanenti ta' Forestrija

Artikolu 14

1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw il-korpijiet kompetenti biex imexxu l-attivitajiet inklużi fil-programmi nazzjonali approvati, fuq il-bażi tal-kapaċita finanzjarja u operazzjonali ta' dan il-korpijiet. Dawk il-korpijiet jistgħu jkunu jew amministrazzjonijiet nazzjonali jew entitajiet oħra, suġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta' entitajiet privati b'missjoni ta' servizz pubbliku li tipprovdi garanziji finanzjarji adegwati u tikkonforma mal-kondizzjonijiet provvduti fir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu.

2. Mingħajr preġudizzju għall-awtoritajiet kompetenti eżistenti, l-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet u l-aġenziji li għandhom l-poter li jwettqu l-miżuri adottati bi qbil ma' dan ir-Regolament.

3. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għat-tmexxija soda u effiċjenti tal-kontribuzzjoni tal-Komunità. Għal dan il-għan, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex:

(a) jiżguraw li l-attivitajiet finanzjati mill-Komunità huma fil-fatt imwettqa u li huma mwettqa fil-manjiera xierqa, għalhekk jiżguraw il-viżibilita tal-kontribuzzjoni tal-Komunità;

(b) jipprevjenu kull irregolarita;

(ċ) jirkupraw ħlasijiet mitlufa minħabba xi irregolarita jew negliġenza;

(d) jiżguraw li l-korpijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom sistemi interni ta' tmexxija u kontroll xierqa;

(e) jiżguraw li, jekk il-korpijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mhumiex entitajiet pubbliċi l-Istati Membri ikunu garanti għalihom.

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu meħtieġ u għandhom jagħmlu l-arranġamenti kollha li jistgħu jiffaċilitaw spezzjonijiet, inklużi l-ispezzjonijiet fuq il-post mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, li l-Kummissjoni tqis xieraq għall-għanijiet tat-tmexxija ta' finanzjament tal-Komunità. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull arranġament li jsir għal dan il-għan.

5. Regoli dettaljati sabiex jiġu implimentati l-paragrafi 1 sa 4 għandhom jiġu preskritti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 15

1. L-Istati Membri għandhom ta' kull sena, permezz ta' l-awtoritajiet u l-aġenziji nominati, jibgħatu lill-Kummissjoni l-fatti magħrufa (data) miġbura skond l-iskema, flimkien ma' rapport dwarhom.

Il-fatti magħrufa għandhom jiġu geo-referenced u trasmessi lill-Kummissjoni permezz ta' telekomunikazzjonijiet tal-kompjuter u/jew teknoloġija elettronika. Il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-viċin ma' l-Istati Membri, tistabbilixxi l-format u partikolaritajiet meħtieġa għal din it-trasmissjoni.

2. L-Istati Membri għandhom ixerrdu b'mod attiv il-fatti magħrufa (data) miġbura, fuq il-bażi ta' format-ijiet komuni u livelli stabbiliti u permezz ta' databases geo-referenced elettroniċi, li se jiġu amministrati bi qbil mal-prinċipji tal-Konvenzjoni Aarhus u dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti dwar aċċess għal tagħrif ambjentali.

3. Sabiex tippromwovi l-evalwazzjoni tal-fatti magħrufa (data) u biex jinkiseb il-valur miżjud l-aktar għoli mill-użu tal-fatti magħrufa (data), id-dritt tal-Kummissjoni li tuża u xxerred fatti magħrufa (data) bi qbil mal-prinċipji tal-Konvenzjoni Aarhus u dispożizzjonijiet Komunitarji rilevanti dwar aċċess għal tagħrif ambjentali għandhiex tkun ristretta. F'kull tixrid bħal dan ta' fatti magħrufa (data) miġbura minn Stati Membri, l-Istati Membri jridu jiġu akkreditati bħala s-sors.

4. Regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1 għandhom jiġu preskritti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 16

1. Kull Stat Membru għandu jfassal, partikolarment fuq il-bażi ta' l-attivitajiet dikjarati fl-Artikolu 4(1), rapport dwar is-sitwazzjoni nazzjonali rigward il-kondizzjoni ta' foresti.

Ir-rapport għandu jiġi trasmess lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005.

2. Kull Stat Membru li qed jipparteċipa fl-attivitajiet dikjarati fl-Artikolu 5 għandu jfassal rapport dwar is-sitwazzjoni nazzjonali rigward l-impatt ta' nirien fuq foresti.

Ir-rapport għandu jiġi trasmess lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2005 ta' kull sena, mill-2003.

3. Kull Stat Membru għandu jfassal rapport dwar is-sitwazzjoni nazzjonali rigward materji koperti mill-attivitajiet ta' monitorjar riferiti fl-Artikolu 6(3), meta stabbiliti.

Linji ta' gwida għar-rappurtaġġ u l-perjodu ta' rappurtaġġ għandhom jiġu preskritti bi qbil mal-proċedura riferita fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 17

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat Permanenti ta' Forestrija.

2. Fejn issir riferenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 li jinstabu fiha.

Il-perijodu ta' żmien preskritt fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahrejn.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

TAQSIMA 6 Rappurtaġġ mill-Kummissjoni, reviżjoni, pajjiżi kandidati

Artikolu 18

Sitt xhur mid-data dikjarata għat-trasmissjoni tar-rapporti riferiti fl-Artikolu 16(1) u wara li jkunu tqiesu r-rapporti kollha trasmessi skond l-Artikolu 16, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ambjentali Ewropea, għandha tissottometti rapport dwar l-implimentazzjoni ta' l-iskema lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jirrevedi l-effettivita ta' l-iskema sabiex tiġi provvduta bażi għal kull deċiżjoni dwar il-kontinwita ta' dawn l-attivitajiet wara l-2006, Għal dan il-għan, il-Kummissjoni hija mistiedna li tippreżenta proposta.

Artikolu 19

Qabel l-iskadenza tal-perjodu riferit fl-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' l-iskema, wara li tkun qieset ir-reviżjoni riferita fl-Artikolu 18.

Artikolu 20

Din l-iskema għandha tkun miftuħa għal parteċipazzjoni minn:

(a) il-pajjiżi kandidati ta' l-Ewropa ċentrali u tal-lvant, bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehimijiet Ewropej, fil-protokoll-ijiet addizzjonali tagħhom u fid-deċiżjonijet tal-kunsilli rispettivi ta' assoċjazzjoni;

(b) Ċipru, Malta u t-Turkija, fuq il-bażi ta' ftehimijiet bilaterali li jridu jiġu konklużi ma' dawn il-pajjiżi;

(ċ) pajjiżi Ewropej oħra, b'għażla, spejjeż tagħhom.

Artikolu 21

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2003.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Novembru 2003.

Għall-Parlament Ewropew

P. Cox

Il-President

Għall-Kunsill

G. Alemanno

Il-President

[1] ĠU C 20 E, tat-28.1.2003, p. 67.

[2] ĠU C 85, tat-8.4.2003, p. 83.

[3] ĠU C 128, tad-29.5.2003, p. 41.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2000 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2000 (ĠU C 233 E, tat-30.9.2003, p. 1) pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2003 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru.

[5] ĠU C 56, tas-26.2.1999, p. 1.

[6] ĠU L 242, ta’ l-10.9.2002, p. 1.

[7] ĠU L 326, tal-21.11.1986, p. 2. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 804/2002 (ĠU L 132, tas-17.5.2002, p. 1).

[8] ĠU L 217, tal-31.7.1992, p. 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 805/2002 (ĠU L 132, tas-17.5.2002, p. 3).

[9] ĠU L 327, tal-21.12.1999, p. 53.

[10] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

[11] ĠU L 165, tal-15.6.1989, p. 12. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1100/98 (ĠU L 157, tat-30.5.1998, p. 10).

[12] ĠU L 165, tal-15.6.1989, p. 14.

[13] ĠU C 172, tat-18.6.1999, p. 1.

[14] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

Top