EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1654

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1654/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2062/94 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

OJ L 245, 29.9.2003, p. 38–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 004 P. 365 - 367
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 004 P. 365 - 367
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 004 P. 365 - 367
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 004 P. 365 - 367
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 004 P. 365 - 367
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 004 P. 365 - 367
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 004 P. 365 - 367
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 004 P. 365 - 367
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 004 P. 365 - 367
Special edition in Bulgarian: Chapter 05 Volume 006 P. 234 - 236
Special edition in Romanian: Chapter 05 Volume 006 P. 234 - 236
Special edition in Croatian: Chapter 05 Volume 004 P. 246 - 248

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 19/02/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0126

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1654/oj

32003R1654



Official Journal L 245 , 29/09/2003 P. 0038 - 0040


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1654/2003

tat-18 ta’ Ġunju 2003

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2062/94 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti ta’ l-Awdituri [3],

Billi:

(1) Ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol [4] għandhom jinġiebu f’ konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju ġenerali") [5], u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu.

(2) Il-prinċipji ġenerali u l-limiti li jirregolaw id-dritt għall-aċċess ta’ dokumenti kif provdut fl-Artikolu 255 tat-Trattat ġew preskritti bir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 li jirrigwarda l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [6].

(3) Meta r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 kien adottat, it-tliet istituzzjonijiet ftehmu f’dikjarazzjoni konġunta li l-aġenziji u korpi simili għandhom jimplimentaw regoli li jikkonformaw ma’ dawk ta’ dak ir-Regolament.

(4) Dispożizzjonijiet xierqa għandhom għalhekk jiġu nklużi fir-Regolament (KE) Nru 2062/94 biex ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jintgħamel applikabbli għall-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, kif ukoll tintgħamel dispożizzjoni dwar appelli kontra rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 2064/94 għandu għalhekk jiġi hekk emendat.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2062/94 huwa b’dan emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"L-Artikolu 6

Aċċess għal dokumenti

1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 li jirrigwarda l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [7] għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.

2. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta l-arranġamenti tal-protokoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1654/2003 tat-18 ta’ Ġunju 2003 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2062/94 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol [8].

3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 195 u 230 tat-Trattat rispettivament.";

2. L-Artikolu 10(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"2. Il-Bord Amministrattiv għandu jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet ta’ l-Aġenzija u jibgħatu l-aktar tard sal-15 ta’ Ġunju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, lill-Qorti ta’ l-Awdituri, lill-Istati Membri u lill-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

3. L-Aġenzija għandha tibgħat kull sena lill-awtorità ta’ l-estimi kull informazzjoni relevanti għar-riżultat tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni.";

3. L-Artikoli 13, 14 u 15 għandhom ikunu sostitwiti b’dan li ġej:

"L-Artikolu 13

Abbozz ta’ l-estimi – Adozzjoni ta’ l-estimi

1. Kull sena l-Bord Amministrattiv, fuq il-bażi ta’ l-abbozz imħejji mid-Direttur, għandu jipproduċi l-estimi tad-dħul u n-nefqa għall-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara. Dawn l-estimi li għandhom jinkludu abbozz tal-pjan stabbilit, għandhom jintbagħtu mill-Bord Amministrattiv lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu.

2. L-estimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (hawnhekk iżjedeil quddiem imsejjħa "l-awtorità ta’ l-estimi") flimkien ma’ l-abbozz ġenerali preliminari ta’ l-estimi ta’ l-Unjoni Ewropea.

3. Fuq il-bażi ta’ l-estimi, l-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz ġenerali preliminari ta’ l-estimi ta’ l-Unjoni Ewropea l-estimi li hi tqies meħtieġa għall-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jitħallas mill-estimi ġenerali, li għandha tqiegħed quddiem l-awtorità ta’ l-estimi skond l-Artikolu 272 tat-Trattat.

4. L-awtorità ta’ l-estimi għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija.

L-awtorità ta’ l-estimi għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għall-Aġenzija.

5. L-estimi ta’ l-aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord Amministrattiv. Għandhom isiru finali wara l-adozzjoni finali ta’ l-estimi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea. Fejn xiearq, għandhom jiġi aġġustati skond kif meħtieġ.

6. Il-Bord Amministrattiv għandu, kemm jista’ jkun malajr, jinnotifika lill-awtorità ta’ l-estimi bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta xi proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji fuq l-iffinanzjar ta’ l-estimi tiegħu, b’mod partikolari xi proġetti li jirrelataw ma’ proprjetà bħal kiri jew xiri ta’ bini. Huwa għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni.

Fejn fergħa ta’ l-awtorità ta’ l-estimi tkun innotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti opinjoni, hija għandha tibgħat l-opinjoni tagħha lill-Bord Amministrattiv f’perijodu ta’ sitt ġimgħat mid-data tan-notifikazzjoni tal-proġett.

Artikolu 14

Implimentazzjoni ta’ l-estimi

1. Id-Direttur għandu jimplimenta l-estimi ta’ l-aġenzija.

2. L-aktar tard sa l-1 ta’ Marzu wara s-sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet ta’ l-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji lill-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni flimkien ma’ rapport dwar l-amministrazzjoni ta’ l-estimi u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. L-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji skond l-Artikolu 128 tar-Regolament Finanzjarju Ġenerali.

3. L-aktar tard sal-31 ta’ Marzu wara s-sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontijiet tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji ta’ l-Aġenzija lill-Qorti ta’ l-Awdituri, flimkien ma’ rapport dwar l-amministrazzjoni ta’ l-estimi u dik finanzjarja għal dik is-sena finanzjarja. Ir-rapport dwar l-amministrazzjoni ta’ l-estimi u dik finanzjarja għandu wkoll jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji ta’ l-Aġenzija, skond l-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju ġenerali, id-Direttur għandu jħejji l-kontijiet finali ta’ l-Aġenzija taħt ir-responsabiltà tiegħu stess u jibgħathom lill-Bord Amministrattiv għal opinjoni.

5. Il-Bord Amministrattiv għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali ta’ l-Aġenzija.

6. Id-Direttur għandu, l-aktar tard sa l-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta’ l-Awdituri, flimkien ma’ l-opinjoni tal-Bord Amministrattiv.

7. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppublikati.

8. Id-Direttur għandu jibgħat lill-Qorti ta’ l-Awdituri tweġiba dwar l-osservazzjonijiet tagħha l-aktar tard sat-30 ta’ Settembru. Hu għandu wkoll jibgħat tweġiba lill-Bord Amministrattiv.

9. Id-Direttur għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew, fuq it-talba ta’ dan imsemmi l-aħħar, kull informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ disċarġ għas-sena finanzjarja in kwistjoni kif preskritt fl-Artikolu 146(3) tar-Regolament Finanzjarju Ġenerali.

10. Il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu, qabel it-30 ta’ April tas-sena N + 2, jagħti d-disċarġ lid-Direttur fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’l-estimi għas-sena N.

Artikolu 15

Regolament finanzjarju

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom ikunu adottati mill-Bord Amministrattiv wara li l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata. Ma jistgħux jiddevjaw mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar il-qafas tar-Regolament Finanzjarju għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej [9] sakemm mhux speċifikament meħtieġ għall-operazzjoni ta’ l-Aġenzija u bil-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbor fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-18 ta’ Ġunju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Drys

[1] ĠU C 331 E, tal-31.12.2002, p. 77.

[2] Opinjoni mogħtija fis- 27.3.2003 (għada mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 285, tal-21.11.2002, p. 4.

[4] ĠU L 216, ta’ l-20.8.1994, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1643/95 (ĠU L 156, tas-7.7.1995, p. 1).

[5] ĠU L 248, 16.9.02, p. 1 b’Corrigendum fil-.ĠU L 25, 30.1.03, p. 43.

[6] ĠU L 145, 31.5.01, p. 43.

[7] ĠU L 145, 31.5.01, p. 43.

[8] ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 38.

[9] ĠU L 357, tal-31.12.2002, p. 72, b’Corrigendum fil-ĠU L 2, tas-7.1.2003, p. 39.

--------------------------------------------------

Top