EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0119

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE tal-5 ta’ Diċembru 2003 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-mesosulfuron, l-propoxycarbazone u l-zoxamide bħala sustanzi attiviTest b’rilevanza ŻEE

OJ L 325, 12.12.2003, p. 41–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 041 P. 354 - 356
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 041 P. 354 - 356
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 041 P. 354 - 356
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 041 P. 354 - 356
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 041 P. 354 - 356
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 041 P. 354 - 356
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 041 P. 354 - 356
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 041 P. 354 - 356
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 041 P. 354 - 356
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 051 P. 278 - 280
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 051 P. 278 - 280

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/119/oj

32003L0119



Official Journal L 325 , 12/12/2003 P. 0041 - 0043


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/119/KE

tal-5 ta’ Diċembru 2003

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE sabiex tinkludi l-mesosulfuron, l-propoxycarbazone u l-zoxamide bħala sustanzi attivi

(Test b’rilevanza ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 2003 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/84/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) B’konformità ma l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, l-awtoritajiet ta’ Franża irċevew fil-15 ta’ Diċembru 2000 applikazzjoni minn Aventis Cropscience (issa Bayer CropScience) għall-inklużjoni tas-sustanza attiva mesosulfuron (fil-għamla ta’ mesosulfuron methyl) fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/287/KE [3] tikkonferma li d-dossier kien "komplut" fis-sens li jista jkun meqjus bħala sodisfaċenti, fil-prinċipju, u li l-ħtiġiet tad-dettalji u l-informazzjoni ta’ l-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE.

(2) Il-Ġermanja irċievit applikazzjoni permezz ta’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fil-25 ta’ Jannar 2000, applikazzjoni minn għand Bayer AG (issa Bayer CropScience) li tikkonċerna il-propoxycarbazone (fil-għamla tas-sodju propoxycarbazone; isem preċedenti: MKH 65 61). Din l-applikazzjoni kienet iddikjarata bħala kompluta bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/463/KE [4].

(3) Ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni permezz ta’ l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fit-2 ta’ Ġunju 1999 minn għand Rohm & Haas France SA (issa: Dow AgroSciences) li tikkonċerna il-zoxamide (isem preċedenti: RH-7281). Din l-applikazzjoni kienet iddikjarata bħala kompluta bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/540/KE [5].

(4) Għal dawn is-sustanzi attivi, l-effetti fuq is-saħħa umana u l-ambjent kienu ġew assessjati, b’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użu kif ipproponut mill-applikanti. L-Istati Membri innominata bħala rapporteur ippreżentaw abbozz tar-rapport ta’ l-assessjar li jikkonċerna s-sustanzi lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Diċembru 2001 (mesosulfuron), fis-26 ta’ Marzu 2001 (propoxycarbazone) u fl-10 ta’ Awissu 2001 (zoxamide).

(5) L-abbozz tar-rapport ta’ l-assessjar kienu wasslu għand l-Istati Membri u il-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali. L-istudju kien finalizzat fit-3 ta’ Ottubru 2003 fil-format ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-mesosulfuron, għall-propoxycarbazone u għall-zoxamide.

(6) L-istudju dwar il-mesosulfuron, il-propoxycarbazone u il-zoxamide ma żvelax xi kwistjonijiet jew tħassib aperti, li kienu jkunu jeħtieġu konsultazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti.

(7) Kien jidher mid-diversi eżaminazzjonijiet li kienet saru, li l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanzi attivi kkonċernati jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, ġeneralment, il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, partikolarment f’dak li jirrigwardja l-użu li għalieh kienu eżaminati u kif dettaljat fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk xieraq li jkunu nklużi il-mesosulfuron, il-propoxycarbazone u il-zoxamide fl-Anness I, sabiex ikun assigurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjoni tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jikkonċernaw dawn is-sustanzi attivi jistgħu ikunu mogħtija b’komformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dik il-Direttiva.

(8) Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom ikollhom perijodu raġjonevoli sabiex jimplementaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE f’dak li jirrigwardja l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-mesosulfuron, il-propoxycarbazone u il-zoxamide u partikolarment sabiex ikunu reveduti l-awtorizzazzjonijiet proviżjonali eżistenti u, sat-tmiem ta’ dan il-perijodu l-aktar tard, sabiex jittrasformaw dawn l-awtorizzazzjonijiet f’awtorizzazzjonijiet sħaħ, sabiex jemendawhom jew inkella sabiex jirtirawhom b’komformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE.

(9) Għalhekk huwa xieraq li tkun emendata d-Direttiva 91/414/KEE kif xieraq.

(10) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva huma bi qbil ma l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-iStati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sat-30 ta’ Settembru 2004 l-aktar tard, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Ottubru 2004.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jirrevedu l-awtorizzazzjoni għal kull prodott tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih il-mesosulfuron, il-propoxycarbazone jew il-zoxamide sabiex jassiguraw li l-kondizzjonijiet relatati ma dawn is-sustanzi attivi kif stabbiliti fl-Anness u tad-Direttiva 91/414/KEE jkun hemm konformità magħhom. Meta meħtieġ, huma għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet bi qbil mad-Direttiva 91/414/KEE sat-30 ta’ Settembru 2004 l-aktar tard.

2. Għal kull prodott awtorizzat tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih il-mesosulfuron, il-propoxycarbazone jew il-zoxamide bħala l-unika sustanza attiva, l-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjoni mill-ġdid tal-prodott bi qbil mal-prinċipji uniformi li hemm provvediment dwarhom fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Anness III tagħha. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott ikunx jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Meta meħtieġ u sal-31 ta’ Awissu 2005 l-aktar, huma għandhom jemedaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni għal kull prodott tali tal-protezzjoni tal-pjanti.

3. Għal kull prodott tal-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih il-mesosulfuron, il-propoxycarbazone jew il-zoxamide flimkien ma waħda jew aktar sustanzi attivi li huma elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri għandhom iwettqu evalwazzjoni mill-ġdid tal-prodott bi qbil mal-prinċipji uniformi li hemm provvediment dwarhom fl-Anness VI ta’ dik id-Direttiva, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-Anness III tagħha. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott ikunx jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE. Meta meħtieġ, huma għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni għal kull prodott tali tal-protezzjoni tal-pjanti, sal-limitu ta’ żmien definit għal dawk emendati jew għat-tneħħija tagħhom kif tidher fid-Direttivi rispettivi li jemendaw l-Anness I sabiex iżidu s-sustanti relevanti miegħu. Meta d-Direttivi rispettivi jistabbilixxu limiti differenti ta’ żmien, il-limitu ta’ żmien għandu jkun dak l-aktar tard tad-dati definiti.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ April 2004.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Diċembru 2003.

Ghall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 247, tat-30.9.2003, p. 20.

[3] ĠU L 99, ta’ l-10.4.2001, p. 9.

[4] ĠU L 183, tat-22.7.2000, p. 21.

[5] ĠU L 230, tat-12.9.2000, p. 14.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"Fl-Anness I ir-ringieli li ġejjin għandhom ikunu miżjuda fit-tmiem tat-tabella:

Nru | L-isem komuni, in-numri ta' l-identifikazzjoni | L-isem IUPAC | Purità | Dħul fis-seħħ | Skadenza ta' l-inklużjoni | Dispożizzjonijiet speċifiċi |

76 | Mesosulfuron CAS No 400852-66-6 CIPAC Nru 441 | l-aċidu 2-[(4,6-dimethoxypyrimidin-2-ylcarbamoyl)sulfamoyl]-a-(methanesulfonamido)-p-toluic | 930 g/kg | L-1 ta' April 2004 | Il-31 ta' Marzu 2014 | L-użu biss bħala erbiċida jista jkun awtorizzat. Għall-implementazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-mesosulfuron, u partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-3 ta' Ottunru 2003 għandhom ikunu meqjusa. F'dan l-assessjar globali, l-Istati Membri: għandhom jagħtu attenzjoni partikolari dwar il-protezzjoni tal-pjanti akwatiċi;għandhom jagħtu attenzjoni partikolari dwar il-potenzal tal-mesosulfuron u l-mertaboliti tiegħudwar il-kontaminazzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata fir-reġjuni |

77 | Propoxycarbazone CAS No 145026-81-9 CIPAC Nru 655 | 2-(4,5-dihydro-4-methyl-5-oxo-3-propoxy-1H-1,2,4-triazol-1-yl)carboxamidosulfo-nylbenzoicacid-methylester | 974 g/kg (espress bħala propoxycarba-zone-sodium) | L-1 ta' April 2004 | Il-31 ta' Marzu 2014 | L-użu biss bħala erbiċida jista jkun awtorizzat. Għall-implementazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport tar-reviżjoni dwar il-propoxycarbazone, u partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu, kif finalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali fit-3 ta' Ottunru 2003 għandhom ikunu meqjusa. F'dan l-assessjar globali, l-Istati Membri:għandhom jagħtu attenzjoni partikolari dwar il-potenzal tal-propoxycarbazone u l-mertaboliti tiegħudwar il-kontaminazzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata fir-reġjuni li għandhom ħamrija vulnerabbli u/jew tal-kondizzjonijiet klimatiċi. |

78 | Zoxamide CAS No 156052-68-5 CIPAC Nru 640 | (RS)-3,5-Dichloro-N-(3-chloro-1-ethyl-1-methylacetonyl)-p-toluamide | 950 g/kg | L-1 ta' April 2004 | Il-31 ta' Marzu 2014 | L-użu biss bħala funġiċida jista jkun awtorizzat. Għall-implementazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżojoni dwar il-zoxamide, u partikolarment l-Appendiċi I u II tiegħu, |

--------------------------------------------------

Top