EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0017

Id-Direttiva 2003/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2003 li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżilTest b’rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 76, 22.3.2003, p. 10–19 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 031 P. 160 - 169
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 031 P. 160 - 169
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 031 P. 160 - 169
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 031 P. 160 - 169
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 031 P. 160 - 169
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 031 P. 160 - 169
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 031 P. 160 - 169
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 031 P. 160 - 169
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 031 P. 160 - 169
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 039 P. 144 - 153
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 039 P. 144 - 153
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 055 P. 46 - 55

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/17/oj

32003L0017



Official Journal L 076 , 22/03/2003 P. 0010 - 0019


Id-Direttiva2003/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-3 ta’ Marzu 2003

li temenda d-Direttiva 98/70/KE dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat tal-Konċiljazzjoni fil-20 ta’ Jannar 2003,

Billi:

(1) Id-Direttiva 98/70/KE [4] tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet ambjentali għall-karburanti tas-suq.

(2) L-Artikolu 95 tat-Trattat jipprovdi illi l-proposti tal-Kummissjoni li għandhom bħala l-għan tagħhom li jiġi stabbilit u jiffunzjona s-suq intern u fejn jirrigwarda, fost ħwejjeġ oħra, l-protezzjoni tas-saħħa u ta’ l-ambjent, għandhom jieħdu bħala bażi livell għoli tal-protezzjoni u li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom wkoll ifittxu li jiksbu dan il-għan.

(3) Hija prevista reviżjoni tad-Direttiva 98/70/KE sabiex tissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-i standards Komunitarji tal-kwalità ta’ l-arja u għanijiet li għandhom x’jaqsmu magħhom u sabiex jiġu inkorporati speċifikazzjonijiet addizzjonali sabiex jikkuplimentaw dawk l-ispeċifikazzjonijiet mandatorji diġà stabbiliti fl-Anness III u l-Anness IV tad-Direttiva.

(4) Tnaqqis fil-kontenut tal-kubrit fil-petrol u l-karburant tad-diżil ġie identifikat bħala mezz li jikkontrobwixxi għall-kisba ta’ dawn il-għanijiet.

(5) L-effett negattiv tal-kubrit fil-petrol u l-karburanti tad-diżil fuq l-effikaċja tat-teknoloġiji katalitiċi ta’ wara t-trattament tal-gassijiet ta’ l-exhaust huwa stabbilit sewwa għall-vetturi ta’ fuq it-triq u b’mod jiżdied fuq il-makkinarju mhux mobbli li mhux ta’ fuq it-triq.

(6) Il-vetturi tat-triq qegħdin isiru dejjem iktar dipendenti fuq il-mezzi katalitiċi ta’ wara t-trattament sabiex jiksbu l-limiti ta’ l-emissjonijiet stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE tal-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġiż ta’ l-arja bl-emissjonijiet mill-vetturi bil-magna [5] u d-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emmisjonijiet ta’ l-inkwinanti fil-forma ta’ gass u tal-partikoli mill-magni compression ignition fil-vetturi, u l-emissjonijiet ta’ l-inkwinanti fil-forma ta’ gass mill-magni positive ignition li jieħdu karburanti tal-gass naturali jew gass tal-petroleum likwifikat għall-użu fil-vetturi [6]. Għalhekk tnaqqis fil-kontenut tal-kubrit fil-petrol u l-karburant tad-diżil x’aktarx li jkollu impatt ikbar fuq l-emissjonijiet ta’ l-exhaust mill-bdil għal parametri oħra ta’ karburanti.

(7) Id-dħul tal-karburanti b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg itejjeb l-effiċjenza tal-karburant li jista’ jinkiseb bit-teknoloġiji l-ġodda li qegħdin jinħolqu rigward il-karburant u għandu jiġi eżaminat fil-każ tal-makkinarji mobbli li ma jimxux fuq it-triq u għandu jwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ l-inkwinanti konvenzjonali ta’ l-arja meta wżati fil-vetturi eżistenti. Dawn il-benefiċċji għandhom jikkumpensaw għall-emissjonijiet miżjuda tal-CO2 assoċjati mal-produzzjoni tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil b’kubrit iktar baxx.

(8) Huwa għalhekk approprjat li jiġu stabbiliti miżuri li jiżguraw id-dħul u d-disponibbiltà tal-karburanti b’kontenut massimu tal-kubrit ta’ 10 mg/kg. F’dan ir-rigward, inċentivi fiskali ġew murija li huma effettivi fil-promozzjoni tad-dħul minn kmieni tal-karburanti ta’ kwalità ogħla skond il-ħtiġiet u l-prijoritajiet nazzjonali u sabiex inaqqsu l-perjodu taż-żmien tat-transizzjoni għal meta żewġ kwalitajiet differenti jitqassmu fis-suq. L-użu ta’ miżuri fiskali, fil-livell approprjat nazzjonali jew Komunitarju, għandu jitmtmexxa l quddiem u jiġi inkoraġġit.

(9) Id-disponibbiltà wiesgħa tal-karburanti b’kontenut massimu tal-kubrit ta’ 10 mg/kg għandha tipprovdi bażi lill-fabbrikanti tal-karozzi li jagħmlu progress addizzjonali sinifikanti lejn it-titjib ta’ l-effiċjenza tal-karburant tal-vetturi l-ġodda. Il-kontribuzzjoni potenzjali tal-karburanti f’kontenut massimu tal-kubrit ta’ 10 mg/kg lejn il-mira Komunitarja ta’ 120 g/km għall-emissjonijiet mdji tal-CO2 tal-flotta l-ġdida tal-karozzi għandha tiġi stmata meta jiġu rivisti l-impenji ambjentali korrenti mal-fabbrikanti tal-karozzi fis-sena 2003.

(10) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li jkunu disponibbli kwantitajiet biżżejjed tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil mill-1 ta’ Jannar 2005 fuq bażi ġeografiku bbilanċjat b’mod approprjat sabiex jippermetti ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-vetturi l-ġodda li jkunu jeħtieġu dawn il-karburanti filwaqt li jiġi żgurat illi t-tnaqqis fl-emissjoniet tal-CO2 mill-vetturi l-ġodda ikun ikbar minn dawk l-emissjonijiet addizzjonali assoċjati mal-produzzjoni ta’ dawn il-kaburanti.

(11) Il-penetrazzjoni sħiħa tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil b’kontenut massimu tal-kubrit ta’ 10 mg/kg għandha tiġi pprovvduta mill-1 ta’ Jannar 2009 sabiex tipprmeti lill-industrija tal-fabbrikazzjoni tal-karburanti żmien biżżjed għalbiex tagħmel l-invstimentri meħtieġa sabiex taddatta l-pjani tagħha tal-produzzjoni. B’żieda ma’ dan, id-dħul sħiħ tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil b’kontenut massimu tal-kubrit ta’ 10 mg/kg mill-1 ta’ Jannar 2009 għandu inaqqas l-emissjonijiet ta’ l-inkwinanti konvenzjonali mill-flotta eżistenti tal-vetturi li jwassal għat-titjib fil-kwalit ta’ l-arja, filwaqt li jiġi żgurat illi ma jkun hemm l-ebda żieda ġenerali fl-emissjonijiet tal-gass fis-serra globali. F’dan il-kuntest ikun meħtieġ li din id-data tiġi kkonfermata fil-każ tal-karburanti tad-diżil mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2005.

(12) Sabiex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem u/jew l-ambjent f’agglomerazzjonijiet speċifiċi jew f’żoni speċifiċi sensittivi għall-ekoloġija jew għall-ambjent bi problemi speċjali ta’ inkwinament, l-Istati Membri gandhom jiġu pemessi, bla ħsara għal proċedura stabbilita f’din id-Direttiva, li jeħtieġu illi l-karburanti jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk jikkonformaw ma’ speċifikazzjonijiet iktar stretti, li jkollhom x’jaqsm ma’ l-inkwinanti ta’ tħassib, minn dawk stabbiliti taħt din id-Direttiva. Din il-proċedura hija deroga mill-proċedura tat-tagħrif stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment ta’ l-informazzjoni fil-qasam ta’ l-i standards u r-regolamenti tekniċi dwar is-servizzi tas-soċjet ta’ l-informatika [7].

(13) L-emissjonijiet mill-magni stallati fil-makkinarju mobbli li ma jimxix fuq it-triq u tratturi għall-agrikoltura u l-forestrija għandhom jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fid-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Mwembri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri kontra l-emissjonijiet ta’ l-inkwitanti fil-forma ta’ gass u tal-partikoli mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu stallati fil-makkinarju mobbli li ma jimxix fuq it-triq [8] u fid-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2000 dwar l-azzjoni li għandha tittieħed kontra l-emissjoni ta’ l-inkwinanti fil-forma ta’ gass u tal-partikoli mill-magni maħsuba biex iħaddmu u tratturi għall-agrikoltura u l-forestrija [9]. Il-limiti tal-kisba ta’ dawn l-emissjonijiet għandhom jsiru dejjem iktar dipendenti fuq il-kwalit taż-żjut tal-gass minn dawn il-magni u għalhekk huwa importanti li tiġi inkluża definizzjoni ta’ dawn il-karburanti fid-Direttiva 98/70/KE.

(14) Huwa approprjat li tiġi pprovvduta sistema uniformi li timmonitorja l-kwalità tal-karburanti jew sistemi nazzjonali li jiżguraw kunfidenza ekwivalenti u sistemi tar-rappurtaġġ sabiex jistmaw il-konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet mandati tal-kwalità ambjentali tal-karburanti.

(15) Għandha tiġi stabbilita proċedura sabiex taġġorna l-metodi tal-kejl użati sabiex jiżguraw il-konformità ma’ l-ispeċifikazzjonijiet mandati tal-kwalità tal-karburant.

(16) Il-miżuri meħtieġa sabiex tiġi implimentata d-Direttiva 90/70/KE għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri kkonferiti fuq il-Kummissjoni [10].

(17) Għandha ssir dispożizzjoni għal rivista tad-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 98/70/KE sabiex titqies il-leġislazzjoni ġdida Komunitarja dwar il-kwalità ta’ l-arja u għanijiet ambjentali li għandhom x’jaqsmu magħhom, bħalma huma l-ħtieġa li jiġu inkoraġġiti karburanti alternattivi, inklużi l-bijo-karburanti, l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda li jnaqqsu t-tniġġis u l-impatt ta’ l-additivi metalliċi u kwistjonijiet oħra rilevanti dwar it-twettiq tax-xogħol tagħhom u sabiex jikkonfermaw, jew le, id-data tad-dħul sħiħ tal-karburanti tad-diżil b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg sabiex jiġi żgurat illi ma jkunx hemm żieda ġenerali fl-emissjonijiet tal-gassijiet tas-serra globali.

(18) Għandha tiġi midħula għaliha rivista komprensiva tal-karburanti alternattivi, inklużi l-bijo-karburanti, li tinkludi d-diskussjoni tal-ħtieġa ta’ leġislazzjoni speċifika.

(19) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/70/KE u jiżguraw illi jiġu implimentati.

(20) Id-Direttiva 98/70/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 98/70/KE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Artikolu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 2

Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

1. "petrol"; ifisser kull żejt minerali volatili maħsub għall-operat tal-magni tal-kombustjoni interna positive ignition għall-propulsjoni tal-vetturi li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 27101141, 27101145, 27101149, 27101151 u 27101159 [11];

2. "karburanti tad-diżil"; ifissru ż-żjut tal-gass li jidħlu fil-kodiċi tan-NM27101941 [12] u jiġu wżati għall-vetturi li jimxu bil-qawwa tagħhom infushom kif riferiti fid-Direttiva 70/220/KEE u d-Direttiva 88/77/KEE;

3. "żjut tal-gass maħsuba għall-użu mill-makkinarju mobbli li ma jimxix fuq it-triq u t-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija"; ifissru kull likwidu dderivat mill-petroleum, li jidħlu fil-kodiċijiet tan-NM 27101941 u 27201945 [13], maħsub għall-użu fil-magni riferiti fid-Direttivi 97/68/KE [14] u 2000/25/KE [15];

4. "reġjuni l-iktar il barra"; ifissru Franza rigward id-Dipartimenti Franċiżi lil hemm mill-baħar, il-Portugall rigward l-Azores u Madeira, u Spanja rigward il-Ġżejjer Kanarji.

Għall-Istati Membri b’kondizzjonijiet xitwin arktiċi jew ħorox il-punt massimu tad-distillazzjoni ta’ 65 % f’temperatura a 250oC għall-karburanti tad-diżil u ż-żjut tal-gass jista’ jiġi mibdul b’punt massimu tad-disrillazzjoni ta’ 10 % (vol/vol) f’temperatura ta’ 180oC.";

2. għandhom jiżdiedu s-sotto-paragrafi li ġejjin ma’ l-Artikolu 3(2):

"(d) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (ċ), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħieġa għalbiex jiżguraw illi iż-żmien f’waqtu, mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2005, jitqiegħed fis-suq ġewwa t-territorji tagħhom il-petrol mingħajr ċomb b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dan il-petrol mingħajr ċomb ikun disponibbli fuq bażi ġeoġgrafiku bbilanċjat b’mod approprjat u li jikkonforma fl-apetti kollha ma’ l-ispeċifikazzjonijiet iddikjarati fl-Anness III.

Madankollu, rigward ir-reġjuni l-iktar’ il barra, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet speċifiċi sabiewx idaħħlu l-petrol b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandjom jgħarrfu lill-Kummissjoni kif jixraq. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida sabiex tirrakkona x’jikkostitwixxi d-disponibbiltà ta’ bażi ġeografiku bbilanċjat b’mod approprjat, għall-għanijiet ta’ dan is-subparagrafu.

(e) Mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-perol mingħajr ċomb jista’ jitqiegħed is-suq fit-territorju tagħhom biss jekk jikkonforma ta’ l-ispeċifikazzonijiet ambjentali ddikjarati fl-Anness III għajr għall-kontenut tal-kubrit li għandu jkun ta’ massimu ta’ 10 mg/kg.";

3. fl-Artikolu 4:

(a) is-sotto-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-paragrafu 1:

"(d) Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (ċ), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għalbiex jiżguraw illi fiż-żmien f’waqtu, u mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2005, jitqiegħed fis-suq ġewwa t-territorji tagħhom il-karburant tad-diżil b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. l-Istati Membri għandhom jiżguraw illi dan il-karburant tad-diżil ikun disponibbli fuq bażi ġeografiku bbilanċjat b’mod approprjat u li jikkonforma fl-aspetti l-oħra kollha ma l-ispeċifikazzjonijiet iddikjarati fl-Anness IV.

Madankollu, rigward ir-reġjuni l-iktar ’il barra, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex idaħħlu l-karburant tad-diesek b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-dispożizzjoni għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kif jixraq.

(e) Mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9(1)(a), illi l-karburant tad-diżil jista’ jitqiegħed is-suq fit-territorju tagħhom biss jekk jikkonforma ta’ l-ispe1ifikazzonijiet ambjentali ddikjarati fl-Anness IV għajr għall-kontenut tal-kubrit li għandu jkun ta’ massimu ta’ 10 mg/kg.";

(b) għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5. L-Istati membri għandhom jiżguraw illi ż-żjut tal-gass sabiex jintużaw mill-makkinarju mobbli li ma jimxix fit-triq u l-vetturi tal-ġbid fil-biedja u l-forestrija mqiegħda fis-suq fit-territorju tagħhom ikun fihom inqas minn 2000 mg/kg ta’ kubrit. L-iktar tard sa’ l-1 ta’ Jannar 2008, il-kontenut massimu permissibbli tal-kubrit fiż-żjut tal-gass maħsuba għall-użu mill-makkinarju mobbli li ma jimxix fit-triq u l-vetturi tal-ġbid fil-biedja u l-forestrija għandu jkun ta’ 1000 mg/kg. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu limitu iktar baxx ta’ l-istess kontenut ta’ kubrit fil-karburanti tad-diżil stabbiliti f’din id-Direttiva.";

4. fl-Artikolu 6:

(a) il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Bħala deroga mill-Artikoli 2, 4 u 5 u skond l-Artikolu 95(10) tat-Trattat, Stat Membru jista’ jieħu miżuri sabiex jeħtieġ illi f’żoni speċifiċi, ġewwa t-territorju tiegħu, il-karburanti jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk jikkonformaw ma’ speċifikazzjoniet ambjenali iktar stretti minn dawk ipprovduti f’din id-Direttiva għall-flotta kollha tal-vetturi jew parti minnha bil-ħsieb li jippoteġi s-saħħa tal-popolazzjoni f’agglomerazzjoni speċifika jew l-ambjent f’żona speċifika sensittiva għall-ekoloġija jew l-ambjent f’dan l-Istat Membru, jekk t-tniġġis atmosferiku jew ta’ l-ilma tal-qiegħ jikkostitwixxi, jew jista’ jkun mistenni raġjonevolment li jikkostitwixxi, problema gravi u rikorrenti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent.";

(b) il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"3. L-Istati Membri involuti għandhom jipprovdu lill-Kummissjon l-informazzjoni ambjentali rilevanti rigward l-agglomerazzjoni jew iż-żona fil-kwistjoni kif ukoll l-effetti mbassra rigward l-ambjent tal-miżuri proposti.";

(ċ) il-paragrafi 7 u 8 għandhom jitħassru;

5. L-Artikolu 8 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 8

Il-konformità tal-monitoraġġ u r-rappurtaġġ

1. L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-konformità mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolui 3 u 4, rigward il-petrol u l-karburant tad-diżil, fuq il-bażi tal-metodi analitiċi riferiti fl-i standards Ewropej EN 228:1999 u EN 590:1999 rispettivament.

2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema tal-monitoraġġ tal-kwalità tal-karburant skond il-ħtiġiet ta’ l-i standard rilevanti Ewropew. Jista’ jiġi permess l-użu ta’ sistema alternattiva ta’ monitoraġġ tal-kwaalità tal-karburant sakemm din is-sistema tiżgura riżultati ta’ fiduċja ekwivalenti.

3. Kull sena sat 23 ta’ Ġunju, l-Istati Membri għandhom jissottomettu rapport bl-informazzjoni nazzjonali rigward il-kwalità tal-karburanti għas-sena kalndarja ta’ qabel. L-ewwel rapport għandu jiġi ssottomess sat-30 ta’ Ġunju 2002. Mill-1 ta Jannar 2004, il-format ta’ dan ir-rapport għandu jkun konsistenti ma’ dak deskritt fl-i standard Ewropew rilevanti. B’żieda ma’ dan, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-volumi totali tal-karburanti tal-petrol utad-diżil imqiegħda fis-suq fit-territorji tagħhom u l-volumi tal-karburanti tal-petrol mingħajr ċomb u tad-diżil imqiegħda fis-suq b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg. Barra minnhekk, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena d-disponibbiltà fuq bażi geografiku bbilanċjat b’mod approprjat tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg imiegħda fis-suq fit-territorju tagħhom.

4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura ili t-tagħrif issottomess skond il-paragrafu 3 jintagħmel disponibbli fil-pront permezz tal-mezzi approprjati. Il-Kummissjoni għandha tippubblika kull sena, u għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2004, rapport dwar il-kwalità attwali tal-karburanti fl-Istati Membri differenti u l-firxa ġeografika tal-karburanti b’kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg, bil-mira li tipprovdi veduta ġenerali ta’ informazzjoni dwar il-kwalità tal-karburanti fl-Istati Membri differenti.";

6. L-Artikolu 9 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 9

Il-proċedura tar-rivista

1. L-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni għandha tagħmel rivista ta’ l-ispeċifikazzonijiet tal-karburanti ta’ l-Annessi III u IV bl-eċċezzjoni tal-kontenut tal-kubrit u tipproponi emendi, jekk approprjat, f’linja mal-ħtiġiet korrenti u futuri tal-legislazzjoni Komunitarja dwar l-emissjonijiet tal-vetturi u l-kwalità ta’ l-arja u l-għanijiet li għandhom x’jaqsmu magħhom. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:

(a) il-ħtieġa ta’ kull bidla fid-data finali għad-dħul sħiħ tal-karburant tad-diżil, b’kontenut massimu ta’ 10 mg/kg, sabiex tiżgura illi ma jkun hemm l-ebda żieda ġenerali fl-emissjonijit tal-gassijiet tas-serra globali. Din l-analiżi għandha tikkunsidra l-iżviluppi fit-teknoloġiji tal-proċessar tar-raffineriji, it-titjib mistenni fl-ekonomija tal-karburanti fil-vetturi u r-rata li biha jiddaħħlu t-teknoloġiji l-ġodda ta’ l-ekonomija tal-karburant fil-flotta tal-vetturi;

(b) l-implikazzjonijiet tal-leġislazzjoni l-ġdida Komunitarja li tiffisa l-i standards tal-kwalità ta’ l-arja għal sustanzi bħall-idrokarbonji poliċikliki aromatiċi;

(ċ) ir-riżultat tar-rivista deskritta fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta’ April 1999 li għandha x’taqsam mal-valuri tal-limiti tad-diossidu tal-kubrit, id-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, il-materjali tal-partikoli u ċ-ċomb fl-arja ambjentali [16];

(d) ir-riżultat tar-rivista ta’ l-impenji varji mill-fabbrikanti Ġappuniżi [17], Koreani [18] u Ewropej [19] tal-karozzi sabiex inaqqsu l-konsum tal-karburanti u l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri fid-dawl tal-bidliet fil-kwalità tal-karburanti imdaħħla b’din id-Direttiva u l-progress lejn il-mira Komunitarja ta’ 120 g/kg tal-emissjonijiet tal-CO2 għall-vettura medja;

(e) ir-riżultat tar-rivista meħtieġa bl-Artikolu7 tad-Direttiva 1999/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar it-tqarrib tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ l-inkwinanti fil-forma ta’ gass u tal-partikoli mill-magni li jaqbdu bil-kompressjoni għall-użu fil-vetturi, u l-emissjonijiet ta’ l-inkwinanti fil-forma ta’ gass mill-magni tal-qbid pożittiv li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass tal-petroleun likwifikat sabiex jintużaw fil-vetturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE [20] u l-konferma ta’ li standard mandatorju ta’ l-emissjonjiet tan-NOx għall-vetturi tqal tax-xogħol;

(f) il-funzjonament effettiv tat-teknoloġiji l-ġodda li jnaqqsu t-tniġġis u l-impatt ta’ l-additivi metalliċi u kwistjonijiet oħa rilevanti dwar it-twetiq tagħhom tax-xogħol u l-iżviluppi li jaffettwaw is-suq internazzjonali tal-karburanti;

(g) il-ħtieġa li jiġi inkoraġġit id-dħul ta’ karburanti alternattivi, inklużi l-bijo-karburanti, kif ukoll il-ħtieġa li jiddaħħlu modifiki għal parametri oħra fl-ispeċifikazjonijiet tal-karburanti, kemm għall-karburanti konvenzjonali u kemm għal dawk alternattii, pre eżempju il-modifika tal-limiti massimi tal-volatilità tal-petrol li tinsab f’din id-Direttiva meħtieġa sabiex jiġu applikati fit-taħlitiet tal-bijo-etanol mal-petrol u kull bidla sossegwenti ta’ l-EN 228:1999.

2. Meta tikkunsidra l-proposta tagħha għall-istadju li jkun imiss ta’ l-i standards għall-magni tal-qbid bil-kompressjni f’applikazzjonijiet mhux tat-triq, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi b’mod parallel il-kwalità meħtieġa tal-karburant. Meta tagħmel dan, il-Kummissjon għandha tqis l-importanza ta’ l-emissjonijiet minn dan is-settur, il-benefiċċji ġenerali ambjentali u tas-saħħa, l-implikazzjonijiet fl-Istati Membri li jirrigwardaw id-distribuzzjoni tal-karburant u l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ livell iktar restrittiv ta’ kubrit minn dak meħtieġ bħalissa għall-karburanti meħtieġa fil-magni tal-qbid bil-kompressjoni f’applikazzjonijiet mhux tat-triq, u għandha mbagħad tallinea l-ħtiġiet approprjati tal-kwalità tal-karburanti għal applikazzjonijiet mhux tat-triq mas-settur ta’ fuq it-triq sa ċerta data, bħalissa mistennija li tkun l-1 ta’ Jannar 2009, li għandha tiġi kkonfermata jew emendata mill-Kummisjoni fir-rivista tagħha fis-sena 2005.

3. B’żieda mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista, fost ħwejjeġ oħra, tressaq:

- proposti li jieħdu f’konsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari tal-flotot impenjati u l-ħtieġa li jiġu proposti l-liveli ta’ l-ispeċifikazzjonijiet għall-karburanti speċjali li jużaw,

- proposti li jiffissaw il-livelli ta’ l-ispeċifikazjonijiet li japplikaw għall-gass tal-petroleum likwidu, il-gassijiet naturali u l-bijo-karburanti.";

7. għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"L-Artikolu 9a

Il-Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-multi li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Il-multi stabbilii għandhom jkunu effettivi, ipproporzjonati u dissważivi.";

8. l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10 għandu jiġi mibdul b’li ġej:

"1. Il-metodi tal-kejl li għandhom jiġu applikati fejn jidħlu l-parametri speċifikati fl-Annessi I u III għandhom ikunu dawk il-metodi analitiċi ffissati fl-i standard Ewropew EN 228:1999. Il-metodi tal-kejl li għandhom jiġu applikati fejn jidħlu l-parametri speċifikati fl-Annessi II u IV għandhom ikunu dawk il-metodi analitiċi ffissati fl-i standard Ewropew EN 590:1999. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodi analitiċi speċifikati biex jieħdu l-post ta’ l-i standards EN 228:1999 jew EN 590:1999, kif approprjat, jekk jistgħu jiġu murija li għall-inqas jagħtu l-istess eżattezza u mill-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni daqs il-metodi analitiċi li jittieħed posthom. Fil-każ li jkun meħtieġ addattament tal-metodi analitiċi permessi għall-progress tekniku, jistgħu jiġu adottati emendi mill-Kummissjoni skond il-proċedura riferita fl-Artikolu 11(2).";

9. l-Artikolu 11 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"L-Artikolu 11

Il-proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 96/62/KE [21].

2. Meta ssir referenza għal dan l-Artikolu, japplikaw l-Artikolu 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 Ġunju li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ l-implimentazzjoni kkonferiti fuq il-Kummissjoni [22], filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta’ Proċedura.";

10. L-Annessi minn I sa IV għandom jiġu mibdula bit-test fl-Anness ma’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-30 ta’ Ġunju 2003. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mil-1 ta’ Jannar 2004.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi dwar kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-3 ta’ Marzu 2003.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il-President

A.-A. Tsochatzopoulos

[1] ĠU C 213 E, tal-31.7.2001, p. 255.

[2] ĠU C 36, tat-8.2.2002, p. 115.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Novembru 2001 (ĠU C 153 E, tas-27.6.2002, p.253). Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta’ April 2002 (ĠU C 145 E, tat-18.6.2002, p. 71) u d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta Settembru 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-0Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ Jannar 2003 u d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 2003.

[4] ĠU L 350, tat-28.12.1998, p. 58. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/71/KEE (ĠU L 287, ta’ l-14.11,2000, p. 46).

[5] ĠU L 76, tas-6.4.1970, p. 1; Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/100/KE tal-Parlamentr Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, tat-18.1.2002, p. 32).

[6] ĠU L 36, tad-9.2.1998, p. 33; Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/27/KE (ĠU L 107, tat-18.4.2001, p. 10).

[7] ĠU L 204, tal-21.7.1978, p. 37; Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 98/48/EC (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

[8] ĠU L 59, tas-27.2.1998, p. 1. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2001/63/KE (ĠU L 227, tat-23.8.2001, p. 41).

[9] ĠU L 173, tat-12.7.2000, p. 1.

[10] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[11] Il-għoti tan-numri lil dawn il-koiċijiet tan-NM kif speċifikat fis-CCT, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 2031/2001 (ĠU L 279, tat-23.10.2001, p. 1).

[12] Il-għoti tan-numri lil dawn il-kodiċijiet tan-NM kif speċifikat fis-CCT, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 2031/2001 (ĠU L 279, tat-23.10.2001, p. 1).

[13] Il-għoti tan-numri lil dawn il-kodiċijiet tan-NM kif speċifikat fis-CCT, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) No 2031/2001 (ĠU L 279, tat-23.10.2001, p. 1).

[14] ĠU L 59, tas-27.2.1998, p. 1; Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/63/KE (ĠU L 227, tat-23.8.2001, p. 41).

[15] ĠU L 173, tat-12.7.2000, p. 1.

[16] ĠU L 163, tad-29.5.1999, p. 41; Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/744/KE (ĠU L 278, tat-23.8.2001, p. 35).

[17] ĠU L 100, tal-20.4.2000, p. 57.

[18] ĠU L 100, tal-20.4.2000, p. 55.

[19] ĠU L 40, tat-13.2.1999, p. 49.

[20] ĠU L 44, tas-16.2.2000, p. 1.

[21] ĠU L 296, tal-21.11.1996, p. 55.

[22] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

L-ANNESS 1

L-ISPEĊIFIKAZZJONIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW FIL-VETTURI MGĦMMRA B’MAGNI TAL-QBID POŻITTIV

Tip: Il-Petrol

Il-Parametru [1] | L-Unità | [2]Il-Limiti |

Il-Minimu | Il-Massimu |

In-Numru ta’ l-ottan tar-riċerka | 95 [3] | – |

In-Numru ta’ l-ottan tal-mutur | | 85 | – |

Il-Pressa tal-fwar, fiż-żmien tas-sajf [4] | kPa | — | 60,0 [5] |

Id-Distillazzjoni | | | |

—il-perċentwal evaporat f’temperatura ta’ 100oC | % v/v | 46,0 | — |

—il-perċentwal evaporat f’temperatura ta’ 150oC | % v/v | 75,0 | — |

L-Analiżi ta’ l-idrokabonju: | | | |

—l-olefini | % v/v | — | 18,0 [6] |

—l-aromatiċi | % v/v | — | 42,0 |

—il-benżene | % v/v | — | 1,0 |

Oxygen content | % m/m | – | 2,7 |

Il-Kontenut ta’ l-ossiġenu | | | |

L-Ossiġenati.— Il-Metanol (għandhom jiġu miżjuda l-aġenti stabbilizzanti) | % v/v | — | 3 |

—Il-Metanol (jisgħu jkunu meħtieġa l-aġenti stabbilizzanti) | % v/v | — | 5 |

—L-Alkol iso-propil | % v/v | — | 10 |

—L-Alkol tert — butil | % v/v | — | 7 |

—L-Alkol iso-butil | % v/v | — | 10 |

—l-Eteri li jkun fihom ħames atomi tal-karbonju jew iktar għal kull molekula | % v/v | — | 15 |

—L-Ossiġenati l-oħra [7] | % v/v | — | 10 |

Il-Kontenut tal-kubrit | mg/kg | — | 150 |

Il-Kontenut taċ-ċomb | g/l | — | 0,005 |

L-ANNESS II

L-ISPEĊIFIKAZZJONIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW FIL-VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI COMPRESSION IGNITION

Tip: Il-Karburant tad-diżil

Il-Parametru [1] | L-Unità | [2]Il-Limiti |

Il-Minimu | Maximum Il-Massimu |

In-Numru taċ-Ċetan | 51,0 | — |

Id-Densità f’temperatura ta’ 15oC | kg/m3 | — | 845 |

Id-Distillazzjoni | | | |

—95 % (v/v) irkuprati fi | oC | — | 360 |

L-Idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi | % m/m | — | 11 |

Il-Kontenut tal-kubrit | mg/kg | — | 350 |

L-ANNESS III

L-ISPEĊIFIKAZZJONIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW FIL-VETTURI MGĦMMRA B’MAGNI POSITIVE IGNITION

Tip: Il-Petrol

Il-Parametru [1] | L-Unità | [2]Il-Limiti |

Il-Minimu | Maximum Il-Massimu |

In-Numru ta’ l-ottan tar-riċerka | 95 [3] | — |

In-Numru ta’ l-ottan tal-mutur | | 85 | — |

Il-Pressa tal-fwar, fiż-żmien tas-sajf [4] | kPa | — | 60,0 [5] |

Id-Distillazzjoni | | | |

—il-perċentwal evaporat f’temperatura ta’ 100 oC | % v/v | 46,0 | — |

—il-perċentwal evaporat f’temperatura ta’ 150 oC | % v/v | 75,0 | — |

L-Analiżi ta’ l-idrokabonju: | | | |

—l-olefini | % v/v | — | 18,0 |

—l-aromatiċi | % v/v | — | 35,0 |

—il-benżene | % v/v | — | 1,0 |

Il-Kontenut ta’ l-ossiġenu | % m/m | — | 2,7 |

L-Ossiġenati | | | |

—Il-Metanol (għandhom jiġu miżjuda l-aġenti stabbilizzanti) | % v/v | — | 3 |

—Il-Metanol (jistgħu jkunu meħtieġa l-aġenti stabbilizzanti) | % v/v | — | 5 |

—L-Alkol iso-propil | % v/v | — | 10 |

—L-Alkol tert — butil | % v/v | — | 7 |

—L-Alkol iso-butil | % v/v | — | 10 |

—l-Eteri li jkun fihom ħames atomi tal-karbonju jew iktar għal kull molekula | % v/v | — | 15 |

—L-Ossiġenati l-oħra [6] | % v/v | — | 10 |

Il-Kontenut tal-kubrit | mg/kg | — | 150 |

mg/kg | — | 10 [7] |

Il-kontenut taċ-ċomb | g/l | — | 0,005 |

L-ANNESS IV

L-ISPEĊIFIKAZZJONIET AMBJENTALI GĦALL-KARBURANTI TAS-SUQ LI GĦANDHOM JINTUŻAW FIL-VETTURI MGĦAMMRA B’MAGNI TAL-QBID BIL-KOMPRESSJONI

Tip: Il-Karburant tad-diżil

Il-Parametru [1] | L-Unità | [2]Il-Limiti |

Il-Minimu | Maximum Il-Masimu |

In-Numru taċ-Ċetan | 51,0 | — |

Id-Densita f’temperatura ta’ 15 °C | kg/m3 | — | 845 |

Id-Distillazzjoni | | | |

—95 % (v/v) irkuprati fi | °C | — | 360 |

L-Idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi | % m/m | — | 11 |

Sulphur content Il-Kontenut tal-kubrit | mg/kg | — | 50 |

mg/kg | — | 10 [3] |

"

[1] Il-Metodi tat-testijiet għandhom ikunu dawk speċifikati fl-EN 228:1999. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-metodu analitiku speċifikat biex jieħu post l-i standard EN 228:1999 jekk jista’ jiġi muri li għall-inqas jagħti l-istess eżattezza u mill-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni daqs il-metodu analitiku li jittieħed postu.

[2] Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma "valuri veri". Meta ġew stabbiliti l-limiti tagħhom tal-valuri, kienu applikati t-termini ta’ l-ISO 4259"Il-Prodotti tal-petroleum — Kif tiġi stabbilita u applikata l-informazzjoni tal-preċiżjoni fejn jidħlu l-metodi tat-testijiet" u meta ġie ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero (R = ir-riproduċibbiltà). Ir-riżultati tal-kejl individwali għandhom jiġu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti fl-ISO 4259 (ippubblikati fis-sena 1995).

[3] Il-petrol mingħajr ċomb tal-grad regolari jista’ jitqiegħed fis-suq b’numru minimu ta’ ottan tal-mutur (NMO) ta’ 81 u numru minimu ta’ ottan tar-riċerka (NOR) ta’ 91.

[4] Iż-żmien tas-sajf għandu jibda mhux iktar tard mill-1 ta’ Mejju u ma għandux jintemm qabel it-30 ta’ Settembru. Għall-Istati Membri b’kondizzjonijiet xitwin arktiċi jew ħorox, iż-żmien tas-sajf għandu jibda mhux iktar tard mill-1 ta’ Ġunju u ma għandux itemm qabel il-31 ta’ Awissu.

[5] Għall-Istati Membri b’kondizzjonijiet xitwin arktiċi jew ħorox, il-pressa tal-fwar ma għandhiex taqbeż is-70 kPa matul iż-żmien tas-sajf.

[6] Il-petrol mingħajr ċomb tal-grad regolari jista’ jitqiegħed fis-suq b’kontenut massimu ta’ olefin ta’ 21 % v/v.

[7] Mono-alkoli u eteri oħra b’punt finali tal-għali mhux ogħla minn dak iddikjarat fl-EN 228:1999.

[1] Il-metodi tat-testijiet għandhom ikunu dawk speċifikati fl-EN 590:1999. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat biex jieħu l-post ta’ l-i standard EN 590:1999 jekk jista’ jiġi muri illi għall-inqas jagħti l-istess eżattezza u mill-inqas l-istess livell ta’ preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jittieħed postu.

[2] Il-valuri kkwotati fl-ispeċifikazzjoni huma "valuri veri". Meta ġew stabbiliti l-limiti tagħhom tal-valuri, kienu applikati t-termini ta’ l-ISO 4259"Il-Prodotti tal-petroleum — Kif tiġi stabbilita u applikata l-informazzjoni tal-preċiżjoni fejn jidħlu l-metodi tat-testijiet" u meta ġie ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero (R = ir-riproduċibbiltà). Ir-riżultati tal-kejl individwali għandhom jiġu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti fl-ISO 4259 (ippubblikati fis-sena 1995).

[1] Il-metodi tat-testijiet għandhom ikunu dawk speċifikati fl-EN 228:1999. L-Istati Membri jistgħu jadottaw il-metodu analitiku speċifikat biex jieħu l-post ta’ l-i standard EN 228:1999 jekk jista’ jiġi muri li għall-inqas jagħti l-istess eżattezza u mill-inqas l-istess preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jittieħed postu.

[2] Il-valuri kkwotat fl-ispeċifikazzjoni huma "valuri veri". Meta ġew stabbiliti l-limiti tagħhom tal-valuri, kienu applikati t-termini ta’ l-ISO 4259"Il-Prodotti tal-petroleum — Kif tiġi stabbilita u applikata l-informazzjoni tal-preċiżjoni fejn jidħlu l-metodi tat-testijiet" u meta ġie ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero (R = ir-riproduċibbiltà). Ir-riżultati tal-kejl individwali għandhom jiġu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti fl-ISO 4259 (ippubblikati fis-sena 1995).

[3] L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jissoktaw jippermettu t-tqegħid fis-suq tal-petrol mingħajr ċomb tal-grad regolari b’numru minimu ta’ l-ottan tal-mutur (NMO) ta’ 81 u numru mininu ta’ l-ottan tar-riċerka (NOR) ta’ 91.

[4] Il-perjodu tas-sajf għandu jibda mhux iktar tard mill-1 ta’ Mejju u ma jispiċċax qabel it-30 ta’ Settembru. Għall-Istati Membri b’kondizzjonijiet artiċi jew ta’ xtiewi severi, il-perjodu tas-sajf għandu jibda mhux iktar tard mill-1 ta’ Ġunju u ma jispiċċax qabel il-31 ta’ Awissu.

[5] Għall-Istati Membri b’kondizzjonijiet xitwin arktiċi jew ħorox, il-pressa tal-fwar ma għandhiex taqbeż is-70 kPa matul iż-żmien tas-sajf.

[6] Mono-alkoli u eteri oħra b’punt finali tal-għali mhux ogħla minn dak iddikjarat fl-EN 228:1999.

[7] Skond l-Artikolu 3(2), mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2005, il-peterol mingħajr ċomb b’kontenut massimu tal-kubrit ta’ 10 mg/kg għandu jitqiegħed fis-suq u jkun disponibbli fuq bażi ġeografiku bbillanċjat b’mod approprjat ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru. Sa l-1 ta’ Jannar 2009, il-petrol kollu mingħajr ċomb li jitqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru għandu jkollu kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg.

[1] Il-metodi tat-testijiet għandhom ikunu dawk speċifikati fl-EN 590:1999. L-Istati Membri jistgħu jadpttaw metodu analitiku speċifikat biex jieħu l-post ta’ l-istandard EN 590:1999 jekk jista’ jiġi muri illi għall-inqas jagħti l-istess eżattezza u mill-inqas l-istess preċiżjoni bħall-metodu analitiku li jittieħed postu.

[2] Il-valuri kkwotat fl-ispeċifikazzjoni huma "valuri veri". Meta ġew stabbiliti l-limiti tagħhom tal-valuri, kienu applikati t-termini ta’ l-ISO 4259 "Il-Prodotti tal-petroleum — Kif tiġi stabbilita u applikata l-informazzjoni tal-preċiżjoni fejn jidħlu l-metodi tat-testijiet" u meta ġie ffissat valur minimu, tqieset differenza minima ta’ 2R ’il fuq miż-żero (R = ir-riproduċibbiltà). Ir-riżultati tal-kejl individwali għandhom jiġu interpretati fuq il-bażi tal-kriterji deskritti fl-ISO 4259 (ippubblikati fis-sena 1995).

[3] Skond l-Artikolu 4(1), mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2005, il-karburant tad-diżil mingħajr ċomb b’kontenut massimu tal-kubrit ta’ 10 mg/kg għandu jitqiegħed fis-suq u jkun disponibbli fuq bażi ġeografiku bbillanċjat b’mod approprjat ġewwa t-territorju ta’ Stat Membru. B’żieda ma’ dan, u bla ħsara għar-rivista fl-Artikolu 9(10, sa l-1 ta’ Jannar 2009, il-karburant kollu tad-diżil imqiegħed fis-suq fit-territorju ta’ Stat Membru għandu ikollu kontenut massimu ta’ kubrit ta’ 10 mg/kg.

--------------------------------------------------

Top