EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0913(01)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (2003/C 218/01)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ C 218, 13.9.2003, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 004 P. 285 - 288
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 004 P. 285 - 288
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 004 P. 285 - 288
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 004 P. 285 - 288
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 004 P. 285 - 288
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 004 P. 285 - 288
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 004 P. 285 - 288
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 004 P. 285 - 288
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 004 P. 285 - 288
Special edition in Bulgarian: Chapter 05 Volume 006 P. 161 - 164
Special edition in Romanian: Chapter 05 Volume 006 P. 161 - 164
Special edition in Croatian: Chapter 05 Volume 006 P. 108 - 111

Legal status of the document In force

32003D0913(01)



Official Journal C 218 , 13/09/2003 P. 0001 - 0004


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta’ Lulju 2003

li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol

(2003/C 218/01)

(Test b’relevanza għall-ftehim EE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 202 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, presentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

Billi:

(1) Il-protezzjoni kontra aċċidenti tax-xogħol u mard huma fost l-obbjettivi tat-Trattat.

(2) It-trasformazzjoni profonda fil-metodi ta’ produzzjoni fis-setturi kollha ta’ l-ekonomija u t-tixrid ta’ teknika perikoluża u materjali ħolqu problemi ġodda għas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fil-post tax-xogħol tagħhom.

(3) Korp permanenti għandu jkun maħsub li jgħin lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni u implimentazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-sigurtà u s-saħħa fil-post tax-xogħol u biex jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn amministrazzjonijiet nazzjonali, trejdjunjins u organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem.

(4) Kummissjoni ta’ Sigurtà fil-Minjieri kienet twaqqfet permezz ta’ deċiżjonijiet meħuda mir-Rappresentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill Speċjali tal-Ministri fis-36 u 42 sessjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 1956 u d-9 u l-10 ta’ Mejju 1957, li r-remissjoni tagħha kienet ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill Speċjali tal-Ministri fid-9 ta’ Lulju 1957 dwar it-termini ta’ referenza u r-regoli ta’ proċedura tal-Kummissjoni ta’ Sigurtà fil-Minjieri [1], u li r-responsabbiltajiet tagħha ġew estiżi bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/326/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1974 [2].

(5) B’żieda, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 74/325/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1974 dwar l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol [3] waqqfet ukoll kumitat permanenti għall-attivitajiet ekonomiċi kollha, ħlief għall-industriji estrattivi u l-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema kontra l-perikli li jirriżultaw minn radjazzjoni li tijonizza.

(6) Il-bidliet radikali li seħħew matul l-aħħar ftit snin fil-ħajja tax-xogħol u fil-proġett Ewropew, speċifikament bħala riżultat ta’ l-inkorporazzjoni ta’ protokoll soċjali fit-Trattat ta’ Amsterdam, u l-prospetti ġodda li nfetħu permezz tal-proċess kurrenti tat-tkabbir jeħtieġu ri-eżami kritiku u kostruttiv tal-proċess ta’ konsultazzjoni u l-korpi mwaqqfa għal dan il-għan fil-Komunità.

(7) Fil-komunikazzjoni tagħha dwar programm tal-Komunita fil-qasam tas-sigurtà, l-iġjene u l-protezzjoni tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol (1996-2000), il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa biex tirfina l-operazzjoni taż-żewġ kumitati ta’ konsulenza – il-Kumitat ta’ Konsulenza għas-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u l-Kummissjoni tas-Sigurtà u s-Saħħa fil-Minjieri u Industriji oħra Estrattivi – billi għaqqdithom, naqqset in-numru ta’ membri u tagħthom segretarjat wieħed.

(8) Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "Adattazzjoni għal bidla fix-xogħol u fis-soċjetà: strateġija ġdida tal-Komunità dwar is-sigurtà u s-saħħa 2002-2006" tinnota wkoll li l-implimentazzjoni effettiva tal-liġi tal-Komunità teħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri u li din il-kooperazzjoni tkun aħjar u aktar sempliċi jekk iż-żewġ kumitati ta’ konsulenza jkollhom jingħaqdu f’Kumitat wieħed ta’ Konsulenza.

(9) L-istruttura tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà, l-Iġjene u l-Protezzjoni tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għandha tinżamm u jsiru bidliet biex jirfinaw l-operazzjoni tiegħu u b’dikjarazzjoni ċara ta’ natura orizzontali tal-kompetenzi tiegħu biex ikopru s-setturi pubbliċi u privati kollha ta’ attività skond il-kap ta’ applikazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Komunità dwar saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. L-għerf u l-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni dwar is-Sigurtà u s-Saħħa għall-Industrija tal-Minieri u Industriji oħra Estrattivi għandhom ukoll jiġu salvagwardati billi jitwaqqfu gruppi permanenti tax-xogħol għal setturi speċifiċi fi ħdan dan il-Kumitat ta’ Konsulenza.

(10) Din ir-riforma għandha tkun inkorporata f’deċiżjoni ġdida li twaqqaf Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u tirrevoka d-Deċiżjoni 74/325/KEE.

(11) Id-Deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-Kummissjoni dwar is-Sigurtà fil-Minjieri, id-Deċiżjoni li tikkonċerna t-termini ta’ referenza u regoli ta’ proċedura tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà fil-Minjieri u d-Deċiżjoni 74/326/KEE għandhom ukoll jiġu revokati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kumitat ta’ Konsulenza għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ" il-Kumitat) "huwa b’dan imwaqqaf."

Artikolu 2

1. Il-Kumitat għandu jkollu l-kompitu li jassisti lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni, implimentazzjoni u evalwazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Dan il-kompitu għandu jkopri s-setturi pubbliċi u privati ta’ l-ekonomija.

2. Speċifikament, il-Kumitat għandu:

(a) jwettaq, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli għalih, bdil ta’ idejat u esperjenzi fir-rigward ta’ regolamenti eżistenti jew ippjanati;

(b) jgħin biex tinħoloq attitudni komuni għall-problemi fl-oqsma tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u jidentifika l-prijoritajiet tal-Komunità kif ukoll il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom;

(ċ) jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għaż-żoni li fihom hemm ħtieġa ċara għal għerf ġdid u għal taħriġ adattat u miżuri ta’ riċerka;

(d) jiddefinixxi, fil-qafas tal-programmi ta’ azzjoni tal-Komunità:

- il-kriterji u l-miri għal prevenzjoni ta’ aċċidenti fuq ix-xogħol u l-perikoli għas-saħħa fi ħdan l-impriża;

- metodi li jippermettu lill-impriżi u lill-impjegati tagħhom li jevalwaw u jtejjbu l-livell ta’ protezzjoni;

(e) jikkontribwixxu, flimkien ma "l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, billi jżommu nfurmati amministrazzjonijiet nazzjonali, trejdjunjins u organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem bil-miżuri tal-Komunità sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni u jiġu mħajjra kull inizjattivi mill-parti tagħhom biex jibdlu l-esperjenzi u jistabbilixxi kodiċi ta’ prattika;"

(f) jagħtu opinjoni dwar il-pjani ta’ inizjattivi tal-Komunità li jeffettwaw is-sugurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol;

(g) jagħtu opinjoni dwar il-programmi annwali u l-programm ta’ erba "snin li jdur ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol."

3. Sabiex jitwettqu l-kompiti ta’ hawn fuq, il-Kumitat għandu jikkoopera mal-Kumitati l-oħra li huma kompetenti fis-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, fost oħrajn mal-Kumitat ta’ l-Ispetturi Anzjani tax-Xogħol u l-Kumitat Xjentifiku għall-Limiti ta’ Esposizzjoni fuq ix-Xogħol ta’ Aġenti Kimiċi, prinċipalment billi jibdlu l-informazzjoni.

Artikolu 3

1. Il-Kumitat għandu jikkonsisti fi tliet membri sħaħ għal kull Stat Membru, u jkun hemm rappreżentant wieħed għal kull wieħed mill-gvernijiet nazzjonali, trejdjunjins u organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem.

2. Żewġ membri alternattivi jistgħu jiġu maħtura għal kull membru sħiħ.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(3), membru alternattiv għandu jattendi l-laqgħat tal-Kumitat biss meta l-membru li jkun qed jissostitwixxi ma jkunx jista’ jkun preżenti.

3. Il-membri sħaħ u alternattivi għandhom jinħatru mill-Kunsill. Meta jibgħatu l-lista tal-kandidati lill-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jagħmlu minn kollox biex jiżguraw li l-komposizzjoni tal-Kumitat tirrifletti b’mod ġust is-setturi ekonomiċi varji kkonċernati u l-proporzjon ta’ irġiel u nisa fil-popolazzjoni tax-xogħol.

4. Il-lista tal-membri sħaħ u alternattivi għandha tiġi ppubblikata mill-Kunsill fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għall-għanijiet ta’ informazzjoni.

Artikolu 4

1. It-terminu tal-kariga għall-membri sħaħ u alternattivi għandu jkun ta’ tliet snin. Dan it-terminu jista’ jiġġedded.

2. Malli jiskadi t-terminu tal-kariga tagħhom, il-membri sħaħ u alternattivi għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew it-terminu tagħhom jiġġedded.

3. It-terminu tal-kariga ta’ membru għandu jintemm qabel ma jiskadi l-perijodu ta’ tliet snin jekk jirriżenja jew wara komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat li tindika li t-terminu tal-kariga ġie mitmum.

Għall-bqija tat-terminu tal-kariga, il-membru għandu jiġi sostitwit skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 3.

Artikolu 5

1. Fi ħdan il-Kumitat, għandu jkun hemm tliet gruppi ta’ interess, magħmula mir-rappreżentanti ta’ gvernijiet nazzjonali, trejdjunjins u organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem rispettivament.

2. Kull grupp ta’ interess għandu jagħżel wieħed mill-membri tiegħu biex jitkellem għalih.

3. Kull grupp ta’ interess għandu jinnomina koordinatur li għandu jieħu parti fil-laqgħat tal-Kumitat, l-Uffiċċju u l-grupp ta’ interess.

4. L-Uffiċċju għandu jkun iffurmat biex jorganizza l-attivitajiet tal-Kumitat, magħmul minn żewġ rappeżentanti tal-Kummissjoni u l-persuni li jitkellmu u l-koordinaturi nominati mill-gruppi ta’ interess.

Artikolu 6

1. Il-Kumitat għandu jkun ippresedut mid-Direttur Ġenerali inkarigat mill-politika soċjali fil-Kummissjoni jew, fejn hu/hi ma j/tkunx j/tista "j/tagħmel dan u bħala eċċezzjoni, minn wieħed mid-Direttorati tad-diretturi ġenerali nominati minnu/ha. Il-President m’għandux jivvota."

2. Il-Kumitat għandu jiltaqa "meta jissejjaħ mill-President, jew fuq l-inizjattiva ta’ dan imsemmi l-aħħar jew fuq it-talba ta’ għallinqas terz mill-membri tiegħu."

3. Il-President jista "fuq l-inizjattiva tiegħu/tagħha, jistieden sa żewġ esperti biex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat."

Kull grupp ta’ interess jista "jkun akkumpanjat b’mhux aktar minn żewġ esperti, b’dan illi hekk jinforma lill-President ta’ l-anqas tliet ijiem qabel il-laqgħa tal-Kumitat."

4. Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi tax-xogħol li għandhom ikunu ppresieduti minn membru tal-Kumitat jew minn membru alternattiv. Kull grupp tax-xogħol għandu jkun magħmul minn erba esperti għal kull grupp ta’ interess.

Kumitat permanenti tax-xogħol magħmul minn 5 esperti għal kull grupp ta’ interess għandu jkun stabbilit fi ħdan il-Kumitat biex jittratta fuq bażi regolari ma’ kwistjonijiet li jirrelataw ma’ l-industriji tal-minjieri u dawk estrattivi.

Il-Presidenti ta’ dawn il-gruppi tax-xogħol għandhom jibgħatu r-riżultati tal-proċedimenti tagħhom fil-forma ta’ rapport f’laqgħa tal-Kumitat.

5. Ir-rappreżentanti ta’ xi dipartiment ikkonċernat tal-Kummissjoni għandhom jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat u fil-gruppi tax-xogħol. Is-servizzi ta’ segretarji għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni.

6. Dawn li ġejjin jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-Kumitat bħala osservaturi:

- id-Direttur ta’ l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol;

- id-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fil-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol;

- rappreżentant għal kull grupp ta’ interess ta’ l-Istati Membri taż-żona Ekonimika Ewropea.

7. Il-President jista’ fuq il-bażi ta’ l-opinjoni raġunata ta’ l-Uffiċċju, jawtorizza osservaturi oħra biex jattendu għall-laqgħat tal-Kumitat.

Artikolu 7

1. Opinjoni mogħtija mill-Kumitat m’għandhiex tkun valida sakemm ma jkunx hemm preżenti żewġ terzi tal-membri tiegħu. Il-membri biss jistgħu jivvutaw.

2. Opinjoni mogħtija mill-Kumitat għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom kienet ibbażata, għandha tingħata b’maġġoranza assoluta tal-voti validi mitfugħa. Għandha tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni bil-miktub tal-veduti espressi mill-minorità, jekk dawn imsemmija l-aħħar hekk jitolbu.

3. Il-Kumitat għandu jfassal proceduri rapidi għat-teħid tad-deċiżjonijiet li għalihom għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet ta’ (1) u (2) mutatis mutandis.

Artikolu 8

Il-Kumitat għandu, wara li jkun irċieva opinjoni mill-Kummissjoni, jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura li għandhom jistipulaw l-arranġamenti prattiċi għall-attivitajiet tagħhom u, b’mod partikolari, dawk għat-teħid tad-deċiżjonijiet b’mod rapidu u kooperazzjoni mal-Kumitati l-oħra li huma kompetenti għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, fost oħrajn mal-Kumitat ta’ l-Ispetturi Anzjani tax-Xogħol u l-Kumitat Xjentifiku għall-Limiti ta’ Esposizzjoni fuq ix-Xogħol għal Aġenti Kimiċi. Ir-regoli ta’ proċeduri għandhom jiġu trasmessi għal skopijiet ta’ informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; dan ta’ l-aħħar għandu jkollu d-dritt li jirrispondi.

Artikolu 9

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 287 tat-Trattat, il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu meħtieġa li ma jikxfux informazzjoni li jkunu akkwistaw aċċess għaliha permezz tal-proċeduri tal-Kumitat jew ta’ grupp tax-xogħol, jekk il-Kummissjoni tinfurmahom li l-opinjoni mitluba jew il-kwistjoni mqajjma tkun ta’ natura kunfidenzjali. F’dawk il-każi, l-membri tal-Kumitat biss u r-rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jattendu l-laqgħat konċernati.

Artikolu 10

Id-Deċiżjonijiet li jwaqqfu l-Kummissjoni tas-Sigurtà tal-Minjieri meħuda fis-36 u t-42 sessjoni tal-Kunsill fid-9 ta’ Settembru 1956 u fid-9 u l-10 ta’ Mejju 1957, id-Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill Speċjali tal-Ministri tad-9 ta’ Lulju 1957 li tikkonċerna t-termini ta’ referenza u r-regoli ta’ proċedura tal-Kummissjoni tas-Sigurtà tal-Minjieri u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 74/325/KEE u 74/326/KEE huma b’dan revokati.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2004.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Lulju 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Alemanno

[1] ĠU C 57, tal-31.8.1957, p. 487. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994.

[2] ĠU L 185, tad-9.7.1974, p. 18. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994.

[3] ĠU L 185, tad-9.7.1974, p. 15. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994.

--------------------------------------------------

Top