EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0390

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2003 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-ħruġ fis-suq ta’ speċje ta’ annimali ta’ l-akwakultura li huma kkunsidrati li mhumiex suxxettibbli għal ċertu mard u l-prodotti tagħhom (mgħarrfa taħt dokument nru C (2003) 1641)Test b’rilevanza għall-EEE

OJ L 135, 3.6.2003, p. 19–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 039 P. 3 - 8
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 039 P. 3 - 8
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 039 P. 3 - 8
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 039 P. 3 - 8
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 039 P. 3 - 8
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 039 P. 3 - 8
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 039 P. 3 - 8
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 039 P. 3 - 8
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 039 P. 3 - 8
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 047 P. 139 - 145
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 047 P. 139 - 145

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Imħassar b' 32088R1251

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/390/oj

32003D0390



Official Journal L 135 , 03/06/2003 P. 0019 - 0024


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Mejju 2003

li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-ħruġ fis-suq ta’ speċje ta’ annimali ta’ l-akwakultura li huma kkunsidrati li mhumiex suxxettibbli għal ċertu mard u l-prodotti tagħhom

(mgħarrfa taħt dokument nru C (2003) 1641)

(Test b’rilevanza għall-EEE)

(2003/390/KE)

IL-KUMMISJONI TA’ KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 li għandha x’taqsam mal-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-ħriġ fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ l-akwakultura [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/45/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 14(1) u (3) u t-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 14(4) tiegħu.

Billi:

(1) Id-Direttiva 91/67/KEE tippreskrivi ħtiġijiet u dispożizzjonijiet għat-twaqqif ta’ kondizzjonijiet xierqa għall-ħruġ fis-suq f’żoni u rziezet b’programm jew stat approvat, ta’ ħut ħaj ikkultivat, molluski u krustaċji, il-bajd u l-gametes tagħhom, li ma jappartjenux għall-ispeċje suxxettibbli riferiti fl-Anness A, kolonna 2, lista II, ma’ dik id-Direttiva.

(2) Id-Direttiva 91/67/KEE tipprovdi għal deroga minn dawk il-ħtiġijiet għal speċje li ma jġorrux il-mard konċernat, jiġifieri fejn ikun muri li ma hemm l-ebda trasmissjoni passiva ta’ dak il-mard meta annimali ta’ l-akwakultura, il-bajd jew il-gametes tagħhom, li ma jappartjenux għall-ispeċje suxxettibbli, jitmexxew minn żona mhux approvata għal żona approvata. Dik id-Direttiva tipprovdi wkoll għat-twaqqif ta’ lista ta’ l-annimali ta’ akwakultura li għalihom għandha tapplika dik id-deroga.

(3) Hemm xhieda suffiċjenti li ċerti speċje ta’ molluski li mhumiex suxxettibbli għal u ma jitrasmettux b’mod passiv bonamiosis (Bonamia ostreae) u marteiliosis (Marteillia refringens). Għandhom għalhekk jiġu nklużi fil-lista.

(4) Id-Direttiva 91/67/KEE tipprovdi li ħut ħaj ikkultivat u molluski jridu jiġu akkompanjati minn dokumenti li jimxu fejn jiġu ntrodotti f’żoni u rziezet bi programm jew stat approvat. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/22/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1992 li tippreskrivi l-mudell tad-dokumenti li jimxu riferiti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE [3], tiddikjara dawk il-mudelli ta’ dokumenti li jimxu. Fl-interess taċ-ċarezza, il-mudell ta’ dokumenti li jimxu għandu jiġi aġġornat u d-Deċiżjoni 93/22/KEE għandha tiġi mibdula b’din id-Deċiżjoni.

(5) Id-Direttiva 91/67/KEE tipprovdi li l-ħruġ fis-suq ta’ molluski, riferiti fl-Anness A, kolonna 2, lista II ma’ dik id-Direttiva, trid tkun suġġetta għal garanziji addizzjonali, inklużi garanziji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-oriġini tal-molluski. L-applikazzjoni ta’ dawk il-garanziji twassal għal diffikultajiet fil-provvista tal-molluski. Għal din ir-raġuni, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/55/KEE [4], kif emendata bid-Deċiżjoni 93/169/KEE [5], temenda l-garanziji għall-introduzzjoni ta’ molluski f’żoni li għalihom programm għal dimostrazzjoni ta’ ħelsien minn Bonamia ostreae u Marteilia refringens ġie approvat. Id-dispożizzjonijiet ta’ Deċiżjoni 93/55/KEE għandhom jiġu aġġornati u fl-interess ta’ ċarezza mibdula bid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

(6) Din id-Deċiżjoni tqis fatti magħrufa (data) ġodda xjentifiċi u rakkomandazzjonijiet mill-uffiċċju Internazzjonali ta’ Mard Epiżotiku (UIE).

(7) Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal ħtiġijiet ta’ ċertifikazzjoni ta’ saħħa pubblika, u għalhekk il-mudell tad-dokument tagħha m’għandhiex tinħtieġ meta annimali ta’ l-akwakultura, il-bajd u l-gametes tagħhom, jinħarġu fis-suq direttament għall-konsum mill-bniedem.

(8) Perjodu taż-żmien suffiċjenti għandu jiġi provdut għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-ħtiġijiet ġodda ta’ ċertifikazzjoni.

(9) Il-miżuri provduti f’ din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Skop u kontenut tas-suġġett

1. Din id-Deċiżjoni tippreskrivi:

(a) kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali biex jinħarġu fis-suq annimali ta’ l-akwakultura, il-bajd u l-gametes tagħhom, li mhumiex suxxettibbli għall-mard riferit fl-Anness A, kolonna 1, lista II mad-Direttiva 91/67/KEE, f’żoni u rziezet bi programm jew stat approvat;

(b) mudell tad-dokument li jimxi provdut fl-Artikol 14(1) u (3) tad-Direttiva 91/67/KEE; u

(ċ) lista ta’ l-ispeċje ta’ l-annimali ta’ l-akwakultura li għalihom tapplika d-deroga provduta fl-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 14(4) ta’ dik id-Direttiva.

2. Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika fejn l-annimali ta’ l-akwakultura, il-bajd u l-gametes tagħhom, riferiti fil-paragrafu 1, jinħarġu fis-suq direttament għall-konsum tal-bniedem.

Artikolu 2

Għall-għan ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE, l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE ta’ l-24 ta’ Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut [6], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/288/KE [7], u l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE tat-22 ta’ Diċembru1995 li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta’ ċertu mard li jaffettwa l-molluski [8], kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/83/KE [9].

Artikolu 3

Dokumenti li jimxu

Meta jiddaħħlu f’żoni u rziezet bi programm jew stat approvat, l-annimali kollha ta’ l-akwalkultura koperti minn din id-Deċiżjoni, il-bajd u l-gametes tagħhom għandhom jiġu akkompanjati minn, u jikkonformaw mal-ħtiġijiet riferiti fil-mudell tad-dokument li jimxi dikjarat fl-Anness I, waqt li jitqiesu n-noti ta’ spjega fl-Anness II.

Artikolu 4

Speċje li ma jġorrux il-mard

Skond it-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 91/67/KEE, l-Anness III mad-Deċiżjoni jiddikjara l-lista ta’ l-ispeċje ta’ l-annimali ta’ akwakultura li għaliha hija applikabbli d-deroga riferita fl-ewwel sottoparagrafu tiegħu.

Artikolu 5

Ir-Revoka

Id-Deċiżjonijiet 93/22/KEE u 93/55/KEE huma mħassra. Ir-riferenzi għad-Deċiżjonijiet mħassra għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Applikabilita

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mit-2 ta’ Awissu 2003.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-23 ta’ Mejju 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1.

[2] ĠU L 189, tat-3.7.1998, p. 12.

[3] ĠU L 16, tal-25.1.1993, p. 8.

[4] ĠU L 14, tat-22.1.1993, p. 24.

[5] ĠU L 71, ta’ l-24.3.1993, p. 16.

[6] ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 23.

[7] ĠU L 99, ta’ l-10.4.2001, p. 11.

[8] ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 33.

[9] ĠU L 32, tas-7.2.2003, p. 13.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Noti ta’ spjega għal dokumenti li jimxu u għat-tikkettjar

(a) Id-dokumenti li jimxu għandhom jiġu prodotti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, ibbażati fuq il-mudell li jidher fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni waqt li jitqiesu l-ispeċje tal-kunsinja u l-istat tal-post tad-destinazzjoni.

(b) L-oriġinal ta’ kull dokument li jimxi għandu jikkonsisti minn paġna waħda, miż-żewġ naħat, jew fejn tinħtieġ aktar minn paġna waħda, għandu tkun f’forma li l-paġni kollha jiffurmaw parti minn oġġett sħiħ integrat u huma indiviżibbli.

Għandu, fuq in-naħa tal-lemin tan-naħa ta’ fuq ta’ kull paġna, jiġi markat bħala "oriġinal" u jġorr numru ta’ kodiċi speċifiku maħruġ mill-awtorita kompetenti. Il-paġni kollha tad-dokument li jimxi għandu jkollhom numru – (numru tal-paġna) ta’ (numru totali ta’ paġni)

(ċ) L-oriġinal tad-dokument li jimxi u t-tikketti riferiti fil-mudell tad-dokument li jimxi għandu jifassal f’mill-inqas lingwa waħda uffiċjali ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwi oħra, jekk ikun meħtieġ, akkompanjati minn traduzzjoni uffiċjali.

(d) L-oriġinal tad-dokument li jimxi jrid jitlesta, fil-jum tat-tagħbija tal-kunsinja, b’timbru uffiċjali u ffirmat minn spettur uffiċjali nominat mill-awtorita kompetenti. B’hekk, l-awtorita kompetenti ta’ l-Istat Membru ta’ l-orġini għandha tiżgura li l-prinċipji ta’ ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE huma segwiti (ĠU L 13, tas-16.1.1997, p. 28).

It-timbru, minbarra jekk abbozzat, u l-firma għandhom ikunu f’kulur differenti għal dak ta’ l-istampar.

(e) Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-oġġett tal-kunsinja, paġni addizzjonali jitwaħħlu mad-dokument li jimxi, dawn il-paġni għandhom jiġu kunsidrati bħala li jiffurmaw parti mill-oriġinal u għandhom jiġu firmati u stampati fuq kull paġna mill-ispettur uffiċjali li qed jiċċertifika.

(f) L-oriġinal tad-dokument li jimxi jrid jakkompanja l-kunsinja sakemm tasal fil-post tad-destinazzjoni.

(g) Id-dokument li jimxi għandu jkun validu għal 10t ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta’ trasport bil-bastiment, il-ħin ta’ validita huwa mtawwal bil-ħin tal-perjodu fuq il-bastiment.

(h) L-annimali akkwatiċi, il-bajd u l-gametes tagħhom, m’għandhomx jiġu trasportati flimkiem ma’ annimali akkwatiċi oħra jew il-bajd u l-gametes tagħhom li huma ta’ stat ta’ saħħa aktar baxxa. Barra minn hekk, ma jridux jiġu trasportati taħt xi kondizzjonijiet oħra li jbiddlu l-istat ta’ saħħa tagħhom.

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Lista ta’ speċje ta’ annimali ta’ akwakultura li huma kunsidrati bħala mhux suxxettibbli u mhux responsabbli għat-trasmissjoni ta’ ċertu mard

Mard tal-mollusk (patoġenu) | Speċje tal-mollusk |

Bonamiosis (Bonamia ostreae) | Pacific oyster Crassostrea gigas Mussels Mytilus edulis u M. galloprovincialis European native clam Ruditapes decussatus Manila clam Ruditapes philippinarum |

Marteiliosis (Marteilia refringens) | Pacific oyster Crassostrea gigas |

--------------------------------------------------

Top