EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0956

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2002 li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi

OJ L 333, 10.12.2002, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 006 P. 66 - 67
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 006 P. 66 - 67
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 006 P. 66 - 67
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 006 P. 66 - 67
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 006 P. 66 - 67
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 006 P. 66 - 67
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 006 P. 66 - 67
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 006 P. 66 - 67
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 006 P. 66 - 67
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 006 P. 35 - 36
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 006 P. 35 - 36
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 003 P. 103 - 104

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/11/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/956/oj

32002D0956



Official Journal L 333 , 10/12/2002 P. 0001 - 0002


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Novembru 2002

li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Protezzjoni ta' Figuri Pubbliċi

(2002/956/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1)(a) u (ċ) u l-Artikolu 34(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju ta' Spanja [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi:

(1) Barra mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi skala komuni għall-istima ta' theddid lejn il-figuri pubbliċi li jżuru l-Unjoni Ewropea [3], l-ebda leġislazzjoni ta' l-Unjoni, standards jew manwali ta' natura ġenerali ma jeżistu biex tkun regolata l-protezzjoni tal-figuri pubbliċi, kemm jekk huma figuri pubbliċi nazzjonali jew dawk tal-Komunità jew ta' oriġini barranija.

(2) Il-possibbiltà ta' assalti jew attakki fuq dawk il-figuri ma tistax tkun eskluża.

(3) Il-protezzjoni ta' figuri pubbliċi hi r-responsabbiltà ta' l-Istat Membru li jkun qiegħed jilqa'. Il-miżuri protettivi ta' l-Istat Membru li qiegħed jilqa' huma bbażati biss fuq id-disposizzjoniet legali fis-seħħ fl-Istat Membru u l-ftehim internazzjonali relevanti.

(4) Iż-żieda fl-ivvjaġġar ta' figuri pubbliċi ġewwa l-Unjoni tirrikjedi mezz formali għall-komunikazzjoni u konsultazzjoni bejn Awtoritajiet nazzjonali,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. Network Ewropew għall-protezzjoni ta' figuri pubbliċi, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "in-Network", qed jinħoloq permezz ta' din id-Deċiżjoni.

2. In-Network għandu jkun jikkonsisti minn servizzi tal-pulizija nazzjonali u servizzi oħrajn responsabbli għall-protezzjoni tal-figuri pubbliċi. Kull Stat Membru għandu jinnomina punt wieħed ta' referenza. Informazzjoni dwar il-punti ta' referenza nazzjonali, inkluzi modifikazzjonijiet sussegwenti, għandhom jiġu trasmessi lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li għandu jippubblika l-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, "figura pubblika" għandha tfisser kull persuna li għaliha jkun assenjat servizz ta' protezzjoni skond il-leġislazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru jew skond ir-regolamenti ta' organizzazzjoni jew istituzzjoni internazzjonali jew supranazzjonali.

Artikolu 3

1. L-attività tan-Network għandha tkun promossa mill-Istat Membru li jkun qiegħed jippresiedi l-Kunsill.

2. Il-pajjiżi kandidati u l-Europol jistgħu wkoll jinnominaw punt ta' referenza biex jipparteċipa fin-Network.

Il-Presidenza għandha tikkonsidra, skond il-każ, il-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fl-attivitajiet tan-Network kif issir referenza għalih fl-Artikolu 4(a), (b), (ċ) u (d).

Artikolu 4

In-Network għandu jkollu dawn l-għanijiet li ġejjin:

(a) li jippromwovi l-iskambju ta' informazzjoni bejn id-dipartiment li jkunu qed jipparteċipaw fin-Network, b'mod partikolari:

- informazzjoni ġenerali u teknika u esperjenza dwar il-protezzjoni ta' figuri pubbliċi,

- informazzjoni dwar l-aktar kriterji xierqa għall-għażla u taħriġ ta' persunal adattat tas-servizzi li jkunu responsabbli għall-protezzjoni tal-figuri pubbliċi;

(b) li jippromwovi l-iżvilupp ta' sett ta' l-aħjar prattiċi komuni fejn jirrigwarda attivitajiet operazzjonali li jkunu ntrabtu li jwettqu d-dipartimenti li jkunu qed jipparteċipaw fin-Network;

(ċ) li jippromwovi l-iskambju reċiproku ta' uffiċjali tad-dipartimenti li qed jipparteċipaw fin-Network;

(d) li jħallu lid-dipartimenti li qed jipparteċipaw fin-Network li jiskambjaw informazzjoni, li jikkomunikaw u li jiżviluppaw opinjonijiet komuni fuq:

- il-proċeduri u talbiet għal awtorizzazzjoni mill-Istat Membru li qed jistieden għall-preżenza fit-territorju tiegħu ta' servizzi ta' protezzjoni ta' l-Stat li qed jagħmel it-talba li jakkumpanja figura pubblika,

- metodi ta' azzjoni komuni għall-prevenzjoni ta' assalti u attakki, inkluż il-mod kif uffiċjali u riżorsi jkun jistgħu jiġu mqassma,

- Protokoll dwar il-prijorità li għandha tiġi mogħtija lill-protezzjoni ta' figura pubblika waqt il-movimenti tad-delegazzjonijiet,

- kollaborazzjoni mas-servizzi relevanti ta' nfurzar tal-liġi u dipartimenti pubbliċi oħra,

- rakkomandazzjonijiet dwar il-Media;

(e) li jiffavorixxi l-iskambju, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, ta' informazzjoni operazzjonali, kemm permezz ta' punti ta' referenza jew permezz ta' kuntatti diretti bejn is-servizzi responsabbli, kif komunikat mill-punti ta' referenza, fejn jikkonċerna l-applikazzjoni ta' sigurta' f'każi fejn il-protezzjoni ta' figura pubblika għandha tkun assigurata fi tnejn jew aktar Stati Membri.

Artikolu 5

In-Network għandu jissottometti rapport annwali lill-Kunsill fuq l-iżvilupp ta' l-attivitajiet tagħha. Il-Kunsill għandu jevalwa l-attivitajiet tan-Network kull tliet snin.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik ta' l-adozzjoni tagħha mill-Kunsill.

Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Novembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

B. Haarder

[1] ĠU C 42, tal-15.2.2002, p. 14.

[2] Opinjoni mogħtija fit-30 ta' Mejju 2002 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 356, ta' l-14.12.2001, p. 1.

--------------------------------------------------

Top