EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0622

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-RadjuTest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 198, 27.7.2002, p. 49–51 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 029 P. 504 - 506
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 029 P. 504 - 506
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 029 P. 504 - 506
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 029 P. 504 - 506
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 029 P. 504 - 506
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 029 P. 504 - 506
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 029 P. 504 - 506
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 029 P. 504 - 506
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 029 P. 504 - 506
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 036 P. 53 - 55
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 036 P. 53 - 55
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 038 P. 83 - 85

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 01/07/2019; Imħassar b' 32019D0612(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/622/oj

32002D0622



Official Journal L 198 , 27/07/2002 P. 0049 - 0051


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-26 ta' Lulju 2002

li tistabbilixxi Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/622/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ.

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea [1] (hawnhekk iżjed 'il quddiem id-Deċiżjoni ta' l-Ispettru tar-Radju) tistabbilixxi politika u qafas legali fil-Komunità għal politika ta' l-ispettru spettru tar-radju biex tassiġura l-koordinament ta' l-atitudni tal-politika u, fejn xieraq, kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti ta' l-ispettru tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u l-iffunzjonar tas-suq intern fiż-żoni tal-politika tal-Komunità bħall-komunikazzjoni elettronika, trasport u Riċerka u Żvilupp.

(2) Id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju tfakkar li l-Kummissjoni tista' torganizza konsultazzjonijiet biex tikkunsidra l-fehmiet ta' l-Istati Membri, ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità, ta' l-industrija u ta' l-utenti kollha ta' l-ispettru tar-radju involuti, kemm kummerċjali u kemm mhux kummerċjali, kif ukoll il-partijiet l-oħra interessati dwar l-iżviluppi teknoloġiċi tas-suq u regolatorji li jistgħu jirrelataw ma' l-użu ta' l-ispettru tar-radju.

(3) Grupp konsultattiv li għandu jissejjaħ il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (hawnhekk iżjed 'il quddiem il-Grupp) għandu jkun stabbilit. Il-Grupp għandu jassisti u jagħti konsulenza lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tal-politika dwar l-ispettru tar-radju bħal disponibbiltà ta' l-ispettru tar-radju, il-provvista ta' informazzjoni li tikkonċerna l-allokazzjoni, id-disponibbiltà u l-użu ta' l-ispettru tar-radju, metodi għall-għoti ta' drittijiet għall-użu ta' l-ispettru, tqassim mill-ġdid, rilokazzjoni, valutazzjoni u użu effiċjenti ta' l-ispettru tar-radju kif ukoll il-protezzjoni tas-saħħa umana.

(4) Il-Grupp għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità li tikkonsidra mhux biss il-parametri tekniċi imma wkoll konsiderazzjonijiet ekonomiċi, politiċi, kulturali, strateġiċi, tas-saħħa u soċjali, kif ukoll il-ħtiġiet varji potenzjalment konfliġġenti ta' l-utenti ta' l-ispettru tar-radju bil-ħsieb li jiġi assigurat li jinkiseb bilanċ ġust, mhux diskriminatorju u proporzjonat.

(5) Il-Grupp għandu jiġbor esperti ta' livell għoli tal-gvern mill-Istati Membri u rappreżentant ta' livell għoli tal-Kummissjoni. Il-Grupp jista' jinkludi wkoll osservaturi u jistieden persuni oħra biex jattendu laqgħat, kif xieraq, inklużi regolaturi, awtoritajiet tal-kompetizzjoni, parteċipanti fis-suq, gruppi ta' utenti jew tal-konsumaturi. Il-Grupp għandu għalhekk jippermetti kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni b'tali mod li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern.

(6) Bħala l-punt ċentrali fejn jiġu ttrattati kwistjonijiet tal-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-kuntest ta' kull politika relevanti tal-Komunità, għandhom jinżammu rabtiet operazzjonali mill-qrib bejn il-Grupp u l-gruppi speċifiċi jew kumitati stabbiliti għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tal-Komunità inkluża l-politika tat-trasport, il-politika tas-suq intern għat-tagħmir tar-radju, il-politika awdjoviżiva, il-politika ta' l-ispazju, u l-komunikazzjoni.

(7) Id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju ħolqot Kumitat għall-Ispettru tar-Radju biex jassisti lill-Kummissjoni fl-elaborazzjoni ta' miżuri implimentattivi li jorbtu li jittrattaw il-kondizzjonijiet armonizzati għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti ta' l-ispettru tar-radju. Ix-xogħol tal-Grupp m'għandux ifixkel ix-xogħol tal-Kumitat.

(8) Biex ikunu garantiti diskussjonijiet effettivi, kull delegazzjoni nazzjonali li tattendi il-Grupp għandu jkollha fehma nazzjonali konsolidata u koordinata ta' kull politika li taffettwa l-użu ta' l-ispettru tar-radju f'dak l-Istat Membru f'dak li għandu x'jaqsam mhux biss mas-suq intern imma wkoll ma' l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika, il-protezzjoni ċivili u l-politika ta' difiża peress li l-użu ta' l-ispettru tar-radju għal dik il-politika jista' jinfluwenza l-organizzazzjoni ta' l-ispettru tar-radju kollu kemm hu. Fil-preżent, dipartimenti tal-gvern nazzjonali differenti għandhom ir-responsabbiltà fuq partijiet differenti ta' l-ispettru tar-radju.

(9) Il-Grupp għandu jikkonsulta estensivament u b'mod li jħares lejn il-futur dwar l-iżviluppi teknoloġiċi, tas-suq u regolatorji fir-rigward ta' l-użu ta' l-ispettru tar-radju ma' l-utenti kollha involuti ta' l-ispettru tar-radju, kemm kummerċjali u kemm mhux kummerċjali, kif ukoll ma' kull parti interessata oħra.

(10) L-użu ta' l-ispettru tar-radju ma jiqafx fil-fruntieri u minħabba l-adeżjoni li ġejja ta' Stati Membri addizzjonali, il-Grupp jista' jinfetaħ għal dawn il-pajjiżi u għal pajjiżi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea.

(11) Is-CEPT (Konferenza Ewropea ta' l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni, li tinkludi 44 pajjiż Ewropew) għandha tkun mistiedna bħala osservatur max-xogħol tal-Grupp minħabba l-impatt ta' l-attivitajiet tal-Grupp fuq l-ispettru tar-radju fuq livell pan-Ewropew u minħabba l-kompetenza teknika miksuba mis-CEPT u l-korpi affiljati tagħha fit-treġija ta' l-ispettru tar-radju. Huwa wkoll xieraq li tkun tuża din il-kompetenza fuq il-bażi ta' mandati li għandhom jingħataw skond id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju minħabba l-iżvilupp ta' miżuri implimentattivi tekniċi fl-oqsma ta' l-allokazzjoni u d-disponibbiltà ta' informazzjoni dwar l-ispettru tar-radju. Minħabba l-importanza ta' l-istandardizzazzjoniEwropea għall-iżvilupp ta' tagħmir li juża l-ispettru tar-radju, huwa daqstant importanti li jkun assoċjat bħala osservatur l-Istitut Ewropew ta' l-Istandardizzazzjonitat-Telekomunikazzjoni (ETSI),

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

L-Artikolu 1

Il-materja tas-suġġett

Grupp ta' konsulenza dwar il-politika dwar l-ispettru tar-radju, imsejjaħ il-Grupp għal Politika dwar l-Ispettru tar-Radju (hawnhemm iżjed 'il quddiem imsejjaħ il-Grupp), huwa b'dan stabbilit.

L-Artikolu 2

Għanijiet

Il-Grupp għandu jassisti u jagħti konsulenza lill-Kummissjoni fuq il-kwistjonijiet tal-politika dwar l-ispettru tar-radju, dwar koordinazzjoni ta' l-approċċ tal-politika u, fejn xieraq, dwar kondizzjonijiet armonizzati fir-rigward tad-disponibilità u l-użu effiċjenti ta' l-ispettru tar-radju meħtieġa għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

L-Artikolu 3

Sħubija

Il-Grupp għandu jkun magħmul minn espert ta' livell għoli tal-gvern minn kull Stat Membru kif ukoll minn rappreżentant ta' livell għoli mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tipprovvdi s-segretarjat għall-Grupp.

L-Artikolu 4

Arranġamenti operazzjonali

Fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, il-Grupp għandu jadotta opinjonijiet li għandhom ikunu indirizzati lill-Kummissjoni, b'konsensus jew, jekk mhux possibbli, fuq bażi ta' maġġoranza sempliċi, b'kull membru jkollu vot għajr il-Kummissjoni li m'għandhiex tivvota. Opinjonijiet kuntrarji għandhom ikunu mehmuża ma' l-opinjonijiet adottati.. Osservaturi jistgħu jipparteċipaw fid-deliberazzjoni imma m'għandhomx jivvutaw.

Il-Grupp għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu. Il-Kummissjoni tista' torganizza ix-xogħol tal-Grupp f'subgruppi u fi gruppi ta' ħidma ta' esperti, kif xieraq.

Il-Kummissjoni għandha ssejjaħ il-laqgħat tal-Grupp permezz tas-segretarjat bi ftehim mal-president. Il-Grupp għandu jadotta ir-regoli ta' proċedura tiegħu fuq proposta mill-Kummissjoni, b'konsensus jew, f'nuqqas ta' konsensus, bil-maġġoranza ta' żewġ terzi, b'vot wieħed minn kull Stat Membru, suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Il-Grupp jista' jistieden osservaturi, inklużi dawk mill-Istati taż-ŻEE u dawk l-Istati li huma kandidati għall-adeżjoni ma l-Unjoni Ewropea, kif ukoll mill-Parlament Ewropew, CEPT u ETSI, biex jattendu għall-laqgħat tiegħu u jista' jisma' esperti u partijiet interessati.

L-Artikolu 5

Konsultazzjoni

Il-Grupp għandu jikkonsulta b'mod estensiv u fi stadju bikri mal-parteċipanti fis-suq, konsumaturi u utenti finali b'mod miftuħ u trasparenti.

L-Artikolu 6

Kunfidenzjalità

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 287 tat-Trattat, meta l-Kummissjoni tinfurmahom li l-opinjoni mitluba jew il-kwistjoni mqajma hija dwar kwistjoni ta' natura kunfidenzjali, il-membri tal-Grupp kif ukoll l-osservaturi u kull persuna li tattendi għandha tkun taħt obbligazzjoni li ma tiżvelax informazzjoni li ġiet fl-għarfien tagħhom permezz tax-xogħol tal-Grupp, is-subgrupp tiegħu jew il-gruppi ta' ïdma ta' esperti. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi f'każi bħal dawn li l-membri tal-Grupp biss ikunu preżenti fil-laqgħa.

L-Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-Grupp għandu jassumi d-dmirijiet tiegħu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Lulju 2002.

Għall-Kummissjoni

Erkki Liikanen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 108, ta' l-24.4.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

Top