EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0999

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered.

OJ L 147, 31.5.2001, p. 1–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 032 P. 289 - 328
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 032 P. 289 - 328
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 032 P. 289 - 328
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 032 P. 289 - 328
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 032 P. 289 - 328
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 032 P. 289 - 328
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 032 P. 289 - 328
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 032 P. 289 - 328
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 032 P. 289 - 328
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 037 P. 213 - 252
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 037 P. 213 - 252
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 015 P. 3 - 42

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/999/oj

32001R0999



Official Journal L 147 , 31/05/2001 P. 0001 - 0040


Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001

tat-22 ta' Mejju 2001

li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered.

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 152(4)(b) dwar dan,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw il-fehma tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li aġixxew skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Diversi enċefalopatiji sponġiformi distinti li jinxterdu (TSE) għal bosta snin ġew rikonoxxuti li jseħħu separatament fil-bnedmin u fl-annimali. L-enċefalopatija sponġiformi ta’ l-ifrat (BSE) ġiet għall-ewwel darba rikonoxxuta f'annimali ta’ l-ifrat fl-1986 u fis-snin ta' wara ġiet magħrufa li tinsab ukoll fi speċi oħra ta' annimali. Varjant ġdid tal-Marda Creutzfeldt-Jakob (MCJ) ġiet deskritta fl-1996. Evidenza tkompli tissaħħaħ bis-similarità bejn l-aġent ta' BSE u dak tal-varjant il-ġdid tal-Marda Creutzfeld-Jakob.

(2) Sa mill-1990 il-Komunità adottat kull serje ta' miżuri biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u s-saħħa ta' l-annimali mir-riskju ta’ BSE. Dawk il-miżuri kienu msejsa fuq disposizzjonijiet ta’ salvagwardja tad-Direttivi dwar miżuri fuq saħħet-l annimali. Huwa xieraq, in vista tal-kobor tar-riskju involut għas-saħħa tal-bnedmin u l-annimali minn ċertu TSE, li jiġu adottati regoli speċifiċi għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni.

(3) Dan ir-Regolament jikkonċerna direttament is-saħħa pubblika u huwa rilevanti għall-ħidmet-is suq intern. Huwa jkopri prodotti li huma inklużi fl-Anness I tat-Trattat kif ukoll prodotti li mhumiex. Konsegwentement, huwa xieraq li jintgħażel l-Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat bħala s-sisien legali.

(4) Il-Kummissjoni kisbet fehmiet xjentifiċi, b’mod partikolari mill-Kumitat ta' Ġestjoni Xjentifiku u l-Kumitat Xjentifiku dwar Miżuri Veterinarji dwar Saħħa Pubblika, fuq diversi aspetti ta' TSE. Dawk il-fehmiet jinkludu pariri dwar miżuri biex jitnaqqas ir-riskju potenzjali għall-bnedmin u l-annimali li jirriżulta minn espożizzjoni għal prodotti ta' annimali infettati.

(5) Dawn ir-regoli għandhom japplikaw għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' annimali ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali. Madankollu, mhuwiex meħtieġ li jgħoddu għal prodotti kożmetiċi jew prodotti mediċi, tagħmir mediku jew il-prima materja tagħhom jew prodotti bejjiena, li għalihom jgħoddu regoli speċifiċi oħra, b’mod partikolari dwar in-nuqqas ta' użu ta' materjal riskjuż speċifikat. Lanqas m 'għandhom jgħoddu għal prodotti li joriġinaw mill-annimali li ma fihomx riskju għas-saħħa ta' l-annimali jew bnedmin, minħabba li huma maħsuba għal skopijiet oħra minbarra l-produzzjoni ta' ikel, ġwież jew fertilizzant. Huwa xieraq li jiġi aċċertat li prodotti li joriġinaw mill-annimali esklużi mill-iskop ta' dan ir-Regolament jinżammu separati minn dawk koperti minnu kemm-il darba ma jilħqux għall-inqas l-istess standards tas-sanità bħal dan ta' l-aħħar.

(6) Għandu jsir provvediment biex jittieħdu miżuri ta' salvagwardja mill-Kummissjoni f'każijiet fejn kull riskju minn kull TSE ma ġiex indirizzat adegwatament mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru jew pajjiż terz.

(7) Kull proċedura għandha tiġi stabbilita għad-determinazzjoni ta’ l-istat epidemjoloġiku ta' kull Stat Membru, kull pajjiż terz u wieħed mir-reġjuni tagħhom, minn hawn ’il quddiem riferut bħala "pajjiżi jew reġjuni" fir-rigward għall-BSE, abbażi tal-propagazzjoni inċidentali u riskju ta' espożizzjoni tal-bniedem, bl-użu ta' informazzjoni disponibbli. L-Istati Membri u pajjiżi terzi li jagħżlu li ma japplikawx għall-istat tagħhom sabiex jiġi stabbilit għandhom jiġu kklasifikati f'kategorija mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' l-informazzjoni għaliha disponibbli.

(8) L-Istati Membri għandhom iwaqqfu programmi ta’ edukazzjoni għal dawk involuti fil-prevenzjoni u l-kontroll ta' TSE, kif ukoll għal veterinarji, bdiewa u ħaddiema involuti fl-ivvjaġar, tqegħid fis-suq u qalta ta' annimali tar-razzett.

(9) L-Istati Membri għandhom iwettqu kull sena programm għas-sorveljanza ta' BSE u scrapie u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar ir-riżultati u l-ħruġ ta' kull TSE ieħor.

(10) Ċertu tessuti tar-ruminanti għandhom jiġu indikati bħala materjal ta' riskju speċifiku abbażi tal-patoġenesi ta' TSE u l-istat epidemjoloġiku tal-pajjiż jew r-reġjun ta' oriġini jew residenza ta' l-annimal ikkonċernat. Il-materjal ta' riskju speċifikat għandu jitneħħa u jintrema b'mod li jevita kull riskju lis-saħħa tal-bnedmin jew annimal. B’mod partikolari, m'għandux jitqiegħed f'suq biex jintuża fil-produzzjoni ta' ikel, ġwież jew fertilizzant. Madankollu, disposizzjoni għandha ssir għal kull livell ekwivalenti ta' ħarsien tas-saħħa permezz ta' prova ta' screening għal TSE mwettaq fuq annimali individwali malli jkun ġie validat kompletament. Metodi tekniċi ta' qatla li jippreżentaw kull riskju li jġiegħlu materjal tal-moħħ li jikkontamina tessuti oħra m'għandhomx jiġu permessi f'pajjiżi jew reġjuni barra dawk li jippreżentaw l-iktar riskju baxx ta' ESB.

(11) Miżuri għandhom jittieħdu biex tiġi impedita t-trasmissjoni ta' TSE lil bnedmin jew annimali bil-projbizzjoni ta' magħlef ta' ċertu kategoriji ta' proteini ta’ annimali lil ċertu kateogirji ta' annimali, u bil-projbizzjoni ta' l-użu ta' ċertu materjal ruminanti fl-ikel. Dawk il-projbizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati għar-riskji involuti.

(12) Il-preżenza suspettuża ta' kull TSE f'kull annimal għandu jiġi avżat lill-awtorità kompetenti, li għandha minnufih tieħu kull pass xieraq, inkluż it-tqiegħid ta' l-annimal sospettat taħt restrizzjonijiet dwar ċaqliq waqt li jistenna r-riżultati ta' l-investigazzjoni jew li jinqatel taħt sorveljanza uffiċjali. Jekk l-awtorità kompetenti ma tistax teskludi l-possibbiltà ta' TSE, għandha jkollha l-investigazzjonijiet xierqa mwettqa u żżomm il-karkassa taħt sorveljanza uffiċjali sakemm kull dijanjosi tkun saret.

(13) F'każ ta' konfermazzjoni uffiċjali tal-preżenza ta' kull TSE, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż il-qerda tal-karkassa, twettaq kull investigazzjoni sabiex tidentifika l-annimali kollha f’riskju u tirrestrinġi l-moviment ta' l-annimali u l-prodotti ta' oriġini ta’ l-annimali identifikati bħala tali. Il-proprjetarji għandhom jiġu kompensati, mill-aktar fis possibbli, għat-telf ta' l-annimali u l-prodotti mill-annimali meqruda skond dan ir-Regolament.

(14) L-Istati Membri għandhom jagħmlu pjan ta' kontinġenza għall-miżuri nazzjonali li għandhom jiġu implimentati f'każ ta' epidemija tal-BSE. Dawk il-pjanijiet għandhom jiġu approvati mill-Kummissjoni. Provvediment għandu jsir biex dan il-provvediment jiġi estiż għal TSE oltre l-BSE.

(15) Disposizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti li jkopru fis-suq ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Regoli tal-Komunità eżistenti dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ta’ l-ifrat jipprovdu għal kull sistema li tippermetti l-annimali jiġu traċċati lura lid-dama u l-merħla ta' oriġini skond standards internazzjonali. Għandhom jiġu provduti garanziji ekwivalenti għal annimali ta’ l-ifrat importati minn pajjiżi terzi. L-annimali u l-prodotti mill-annimali koperti mir-regoli tal-Komunità, li jiċċaqalqu f'kummerċ intra-Komunitarju jew importati minn pajjiżi terzi, għandhom jiġu akkumpanjati miċ-ċertifikati mitluba minn dawk ir-regoli, supplimentati fejn xieraq skond dan ir-Regolament.

(16) It-tqegħid fuq is-suq ta' ċertu prodotti mill-annimali derivati minn annimali ta’ l-ifrat f'reġjuni b'riskju għoli għandu jiġi pprojbit. Madankollu, dik il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika għal ċertu prodotti mill-annimali prodotti taħt kondizzjonijiet ikkontrollati minn annimali li jista' jiġi stabbilit li mhumiex ta’ riskju għoli ta' infezzjoni b'TSE.

(17) Huwa meħtieġ, sabiex jiġi żgurat li r-regoli dwar il-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' TSE huma osservati, għal kampjuni biex jittieħdu fil-laboratorju għal provi abbażi ta' kull protokoll stabbilit li jagħti kull ritratt epidemjoloġiku tas-sitwazzjoni dwar TSE. Sabiex jiġu garantiti proċeduri uniformi ta’ ittestjar u riżultati nazzjonali u Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali tal-Komunità u metodi xjentifiċi ta’ min joqgħod fuqhom, inklużi testijiet rapidi speċifikament għal TSE għandhom jiġu stabbiliti. Fejn ikun possibbli għandhom jiġu użati testijiet rapidi.

(18) Spezzjonijiet fil-Komunità għandhom jitwettqu fl-Istati Membri sabiex tiġi aċċertata l-implimentazzjoni uniformi tal-ħtiġiet dwar il-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' TSE u għandhom isiru wkoll disposizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ verifika. Sabiex jiġi aċċertat illi jiġu provduti garanziji ekwivalenti għal dawn applikati mill-Komunità minn pajjiżi terzi u importati fil-Komunità annimali ħajjin u prodotti mill-annimali, għandhom jitwettqu spezzjonijiet u verifiki fuq il-lok tal-Komunità sabiex jiġi vverifikat illi l-kondizzjonijiet ta' l-importazzjoni jintlaħqu minn pajjiżi terzi esportaturi.

(19) Miżuri kummerċjali għal TSE għandhom ikunu bbażati fuq standards internazzjonali, linji ta’ gwida jew rakkomandazzjonijiet, fejn dawn jeżistu. Madankollu, miżuri ġġustifikati xjentifikament li jirriżultaw f'livell ogħla ta' ħarsien tas-saħħa għandhom jiġu adottati jekk miżuri msejsa fuq standards internazzjonali rilevanti, linji ta’ gwida jew rakkmandazzjonijiet ma jilħqux livell xieraq ta' ħarsien tas-saħħa.

(20) Dan ir-Regolament għandu jerġa' jiġi eżaminat mill-ġdid meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida xjentifika.

(21) Il-miżuri transitorji meħtieġa b’mod partikolari għar-regolament ta' l-użu ta' materjal speċifikat riskjuż għandu jkun previst fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

(22) Il-miżuiri meħtieġa sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati b'mod konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta Ġunju 1999 li jistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta' implimetazzjoni mgħoddija fuq il-Kummisjoni [3],

(23) Sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament, għandhom jitwaqqfu proċeduri li jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti Veterinarju, il-Kumitat Permanenti fuq Ġwież, u l-Kumitat Permanenti fuq l-Ikel.

(24) Billi d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament huma miżuri ġenerali skond it-tifsira ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja mwaqqfa fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Skop

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' l-enċefalopatija sponġiformi li tittieħed (TSE) fl-annimali. Għandha tgħodd għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' annimali ħajjin u prodotti mill-annimali u f'ċertu każijiet speċifiċi għall-esportazzjoni tagħhom.

2. Dan ir-Regolament m' għandux japplika għal:

(a) Prodotti kożmetiċi jew mediċinali jew tagħmir mediku, jew għall-materjal tal-bidu tagħhom jew prodotti intermedjarji;

(b) Prodotti li mhumiex maħsuba għall-użu fl-ikel tal-bnedmin, ġwież ta' l-annimali jew fertilizzanti, jew għall-materjali tal-bidu jew prodotti intemedjarji tagħhom.

(ċ) Prodotti mill-annimali maħsuba għall-wiri, tagħlim, riċerka xjentifika, studji jew analiżi speċjali, kemm-il darba dawn il-prodotti mhumiex eventwalment ikkonsmati jew użati mill-bnedmin minbarra dawk miżmuma għall-proġett ta' riċerka in kwistjoni;

(d) Annimali ħajjin uzati għal jew maħsuba għall-użu fir-riċerka.

Artikolu 2

Separazzjoni ta' annimali ħajjin u prodotti mill-annimali

Sabiex tiġi evitata kontaminazzjoni inkroċjata jew sostituzzjoni bejn l-annimali ħajjin jew tal-prodotti mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(1) u l-prodotti mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(2)(a), (b) u (ċ), jew l-annimali ħajjin li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(2)(d), għandhom jiżammu separati f' kull ħin kemm-il darba dawn l-annimali jew prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali jiġu prodotti ta’ l-anqas taħt l-istess kondizzjonijiet ta' ħarsien tas-saħħa fir-rigward ta’ TSEijiet.

Għandhom jiġu adottati regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu b’mod konformi mal-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1. Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) TSE: kull enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu minbarra dawk il jiġru fil-bniedem;

(b) it-tqegħid fis-suq ta’ kull operazzjoni li l-għan tagħha huwa li jinbiegħu annimali ħajjin jew prodotti mill-annimali koperti minn dan ir-Regolament lil terz fil-Komunità, jew f’kull forma oħra ta' provvista bi ħlas jew b' xejn għal tali terz jew ħażna sabiex jiġi provdut lit-tali terz;

(ċ) prodotti mill-annimali: kull prodott derivat minn jew li jkun jinsab fih prodott derivat minn xi annimali kopert mid-disposizzjonijiet tad-Direttiva 89/662/KEE [4] jew id-Direttiva 90/425/KEE [5];

(d) materjali tal-bidu: materjal prima jew kull prodott ieħor mill-annimali li minnu, jew li bl-għajnuna tiegħu, il-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) jiġu prodotti;

(e) awtorità kompetenti: l-awtorità ċentrali ta' kull Stat Membru kompetenti li taċċerta konformità mal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament jew kull awtorità li lilha dik l-awtorità ċentrali tkun iddelegat dik il-kompetenza, b’mod partikolari għall-kontroll tal-ġwież; għandha tinkludi wkoll, fejn xieraq, l-awtorità korrispondenti f'kull pajjiż

(f) kategorija: waħda mill-kategoriji ta’ klassifika li għaliha saret referenza f’Kapitolu Ċ ta’ l-Anness II;

(g) materjal speċifikat riskjuż: It-tessuti speċifikati fl-Anness V; kemm-il darba mhux indikat mod ieħor, ma jinkludix prodotti li jkun jinsab fihom jew ikunu derivati minn dawk it-tessuti;

(h) annimali suspettati bħala infettati b'kull TSE: annimali ħajjin, maqtula jew mejta, li juru jew urew diżordnijiet newroloġiċi jew ta' komportament jew deterjorazzjoni progressiva tal-kondizzjoni ġenerali abbinata ma' nuqqas fis-sistema nervuza ċentrali u li għalihom l-informazzjoni miġbura abbażi ta' eżami kliniku, risposta għal trattament, kull eżami post-mortem jew kull analiżi ante jew post mortem fil-laboratorju ma jippermettux li tiġi stabbilita kull dijanjosi alternattiva. L-enċefalopatija sponġiformi ta’ l-ifrat (BSE) għandha tkun suspettata f'annimali ta’ l-ifrat li pproduċew riżultat pożittiv minn kull prova rapida speċifikament għall-BSE;

(i) azjenda: kull post li fih jinżammu, jitrabbew jew jintwerew lill-pubbliku annimali koperti minn dan ir-Regolament;

(j) kampjonament: it-teħid ta' kampjuni, li jaċċertaw kull rappreżentanza statistikament korretta, minn annimali jew l-ambjent tagħhom, jew minn prodotti mill-oriġini ta’ annimali, għall-għan li jiġi stabbilit kull djanjosi ta' marda, relazzjonijiet familjali, għas-sorveljanza tas-saħħa, jew għas-sorveljanza ta' l-assenza ta' aġenti mikrobioloġiċi jew ċertu materjali fi prodotti mill-annimali;

(k) fertilizzanti: kull sostanza li jkun jinsab fiha prodotti mill-annimali utilizzati fl-art sabiex ittejjeb it-tkabbir tal-veġetazzjoni; tista' tinkludi residwi tad-diġestjoni minn prodotti tal-bio-gas jew komposjar;

(l) testijiet rapidi: il-metodi ta' analiżi li għalih saret referenza fl-Anness X, Kapitolu Ċ, punt 4, u li għalih ir-riżultati huma magħrufa fi żmien 24 siegħa.

(m) test alternattiv: it-testijiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 8(2) li jintużaw bħala alternativ għall-irtirar ta' materjal speċifikat riskjuż.

2. Jgħoddu wkoll id-definizzjonijiet speċifiċi fl-Anness I.

3. Billi t-termini f'dan ir-Regolament m’humiex definiti fil-paragraafu 1 jew l-Anness I, id-definizzjonijiet rilevanti mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 [6] u dawk mogħtija fi jew skond id-Direttivi 64/432/KEE [7], 89/662/KEE, 90/425/KEE u 91/68/KEE [8] għandhom jgħoddu fejn issir riferenza għalihom f'dan it-test.

Artikolu 4

Miżuri ta’ Salvagwardja

1. Dwar l-implimentazzjoni ta' miżuri ta’ salvagwardja, għandhom jgħoddu l-prinċipji u d-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 89/662/KEE, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE, l-Artikolu 18 tad-Direttiva 91/496/KEE [9] u l-Artikolu 22 tad-Direttiva 97/78/KE [10].

2. Il-miżuri ta’ salvagwardja għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2) u għandhom jiġu avżati fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew, bir-raġunijiet.

KAPITOLU II

DETERMINAZZJONI TA' L-ISTAT TAL-BSE

Artikolu 5

Klassifika

1. L-istat ta' l-ESB ta' kull Stat Membru, ta' kull pajjiż terz, jew wieħed mir-reġjuni tagħhom (minn issa msemmi bħala 'pajjiżi jew reġjuni') jistgħu jiġu determinati biss abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness II, Kapitolu A, u r-riżultat ta' kull analiżi ta’ riskju abbażi tal-fatturi potenzjali kollha għad-dehra ta' l-enċifalopatija sponġiformi ta’ l-ifrat kif definit fl-Anness II, Kapitolu B, u l-iżvilupp tagħhom maż-żmien.

L-Istati Membri, u pajjiżi terzi li jixtiequ jinżammu fil-lista ta' pajjiżi terzi approvati ghall-esportazzjoni fil-Komunità ta' l-annimali ħajjin jew prodotti koperti minn dan ir-Regolament, ghandhom jagħtu lill-Kummissjoni kull applikazzjoni għad determinazzjoni ta’ l-istat tagħom ta' ESB, sostenut bl-informazzjoni rilevanti dwar il-kriterji stabbiliti fl-Annes II, Kapitolu A, u dwar il-fatturi ta' riskju potenzjali specifikati fl-Anness II, Kapitolu B, u l-iżvilupp tagħhom biż-żmien.

2. Kull deċiżjoni fuq kull applikazzjoni, li tqiegħed lill-Istat Membru jew pajjiż terz jew reġjun ta' l-Istat Membru jew pajjiż terz li ssottometta l-applikazzjoni f'waħda mill-kategoriji definiti fl-Anness II, Kapitolu Ċ, għandha tiġi adottata, akkont meħud tal-kriterji u fatturi ta' riskju potenzjali stabbilit fil-paragrafu 1, skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

Din id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni u l-informazzjoni rilevanti li għaliha saret referenza fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1. Jekk il-Kummissjoni ssib li x-xhieda li tappoġġja ma tinkludix informazzjoni stabbilita fl-Anness II, Kapitoli A u B, għandha titlob informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi provduta fi żmien speċifikat. Id-deċiżjoni finali għandha mbagħad tittieħed fi żmien sitt xhur mill-għoti ta’ kull informazzjoni.

Wara li l-Uffiċċju Internazzjonali ta' Mard Epiżootiku (UIE) ikun waqqaf kull proċedura għall-klassifika ta' pajjiżi skond il-kategorija u jekk ikun qiegħed il-pajjiż applikant f'waħda minn dawn il-kategoriji, kull stima mill-ġdid tal-kategorizzazzjoni tal-Komunità tal-pajjiż konċernat b’mod konformi ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jjista’ jiġi deċiż, kif xieraq, skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

3. Jekk il-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni mogħtija minn kull Stat Membru jew pajjiż terz skond l-Anness II, Kapitoli A u B, mhux biżżejjed jew mhux ċar, tista', skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2), tistabbilixxi l-istat ta’ l-ESB ta' l-Istat Membru jew pajjiż terz konċernat abbażi ta' kull analiżi sħiħa tar-riskji.

Tali analiżi tar-riskji għandha tinkludi kull stħarriġ statistiku konklużiv tas-sitwazzjoni epidemjoloġika dwar EST fl-Istat Membru jew pajjiż terz applikant, abbażi ta' l-użu, f’kull proċedura ta' screening, ta' testijiet rapidi. Il-Kummissjoni għandha tieħu akkont tal-kriterji ta' klassifika użati mill-UIE.

It-testijiet rapidi għandhom jiġu approvati għal dak l-għan skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2) u mdaħħla f’kull lista stabbilita fl-Anness X, Kapitolu Ċ, punt 4.

Tali proċedura ta' screening tista' wkoll tintuża mill-Istati Membri jew pajjiżi terzi li jixtiequ li jkollhom il-klassifika li wettqu fuq dak is-sisien approvat mill-Kummissjoni - skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

L-ispejjeż ta' tali proċedura ta' screening għandhom ikunu fuq l-Istat Membru jew pajjiż terz konċernat.

4. L-Istati Membri jew pajjiżi terzi li ma ssottomettewx kull applikazzjoni skond il-paragrafu 1 fi żmien sitt xhur mill-1 ta' Lulju 2001 għandhom, dwar dispaċċ mit-territorju tagħhom ta' annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-annimali, jigu kkunsidrati bħala pajjiżi fil-kategorija 5, li għaliha saret referenza fl-Anness II, Kapitolu Ċ, sakemm ikunu ssottomettew din l-applikazzjoni.

5. L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni malajr kemm jista' jkun dwar kull evidenza epidemjoloġika jew informazzjoni oħra li tista' twassal għal tibdil fl-istat ta' ESB, b’mod partikolari r-riżultati ta' programmi ta’ sorveljanza kif previsti fl-Artikolu 6.

6. Iż-żamma ta' kull pajjiż terz fuq waħda mill-elenki li għalihom hemm previst fir-regoli tal-Komunità għall-iskop li jitħalla jesporta fil-Komunità annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għalih dan ir-Regolement jipprovdi regoli speċifiċi għandu jiġi deċiż skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2) u tkun tiddependi - fid-dawl ta' l-informazzjoni disponibbli jew fejn ikun preżunt EST huwa preżenti – fuq l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1 li qed tiġi fornuta. F' każ ta' rifjut ta' provvista ta' l-informazzjoni msemmija fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba tal-Kummissjoni, għandhom jgħoddu d-disposizzjonijiet tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu sakemm tingħata l-informazzjoni u tiġi fornuta skond il-paragrafi 2 jew 3.

L-eliġibbiltà ta' pajjiżi terzi biex jesportaw fil-Komunità annimali ħajjin, jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għalihom dan ir-Regolament jipprovdi regoli speċifiċi, taħt kondizzjonijiet ibbażati fuq il-kategorjia tagħhom kif stabbilit mill-Kummissjoni, jiddependi fuq is-sottoskrizzjoni tagħhom li javżaw 'il dan ta' l-aħħar bil-miktub mill-aktar fis possibbli dwar kull evidenza epidemjoloġika jew xorta oħra li tista' twassal għal tibdil fl-istat ta’ l-ESB.

7. Kull deċiżjoni tista’ tittieħed taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2), li tinbidel il-klassifika ta' ESB ta' kull Stat Membru jew pajjiż terz, jew wieħed mir-reġjuni tiegħu, skond ir-riżultati tal-verifiki li għalihom hemm previst fl-Artikolu 21.

8. Id-deċiżjonijiet li għalihom hemm referenza fil-paragrafi 2, 3, 4, 6 u 7 għandhom ikunu bbażati fuq kull stima ta' riskju, billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-kriterji ta' rakkmandazzjoni stabbiliti fl-Anness II, Kapitoli A u B.

KAPITOLU III

PREVENZJONI TA' EST

Artikolu 6

Sistema ta' sorveljanza

1. Kull Stat Membru għandu jwettaq programm annwali għas-sorveljanza ta' ESB u scrapie skond l-Anness III, Kapitolu A. Dak il-programm għandu jinkludi kull proċedura ta' screening bl-użu ta' testijiet rapidi.

It-testijiet rapidi għandhom jiġu approvati għal dak l-iskop skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2) u elenkati fl-Anness X, Kapitolu Ċ, punt 4.

2. Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, fil-Kumitat Veterinarju Permanenti, dwar l-emerġenza ta' EST minbarra l-ESB.

3. Kull investigazzjoni uffiċjali u l-eżaminazzjonijiet laboratorji għandhom jiġu reġistrati b’mod konformi ma’ l-Anness III, Kapitolu B.

4. L-Istati Membri għandhom jagħtu kull rappport annwali lill-Kummissjoni li jkopri għall-inqas l-informazzjoni li għaliha hemm referenza fl-Anness III, Kapitolu B, Parti I. Ir-rapport għal kull sena kalendarja għandu jingħata mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena segwenti. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sommarju tar-rapporti nazzjonali li jkopri għall-inqas l-informazzjoni li għaliha saret referenza fl-Anness III, Kapitolu B, Parti II, lill-Kumitat Veterinarju Permanenti fi żmien tliet xhur mill-irċevuta tar-rapporti msemmija.

Artikolu 7

Projbizzjonijiet dwar tmigħ ta' l-annimali

1. It-tmigħ ta' ruminanti ta' proteini derivati minn mammiferi huwa pprojbit.

2. Barra minn hekk, il-projbizzjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 għandha tiġi estiża għal annimali u prodotti mill-annimali b’mod konformi mal-punt 1 ta' l-Anness IV.

3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jgħoddu mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 ta' l-Anness IV.

4. L-Istati Membri, jew reġjuni minn dawn, fil-kategorija 5 m’għandhom jitħallew jesportaw jew jaħżnu ikel maħsub għal annimali ta’ l-irziezet li jkun jinsab fihom proteini ġejjin minn mammiferi għal ikel maħsub għal mammiferi, ħlief klieb u qtates, li jkun jinsab fihom proteini pproċessati minn mammiferi.

Pajjiż terzi, jew reġjuni minn tagħhom, fil-kategorija 5 m' għandhomx jitħallew jesportaw fil-Komunità ġwież maħsub għal annimali ħajjin li jkun jinsab fih proteini derivati minn mammiferi jew ġwież maħsub għall-mammiferi, ħlief għall-klieb u l-qtates, li jkun jinsab fih proteini pproċessati derivati mill-mammiferi.

5. Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, b’mod partikolari regoli dwar il-prevenzjoni ta' kontaminazzjoni inkroċjata u dwar il-metodi ta' kampjonaġġ u analiżi meħtieġa biex tiġi verifikata l-konformità ma' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2)

Artikolu 8

Materjal riskjuż speċifikat

1. Il-materjal riskjuż speċifikat għandu jitneħħa u jinqered b’mod konformi mal-punti 2, 3, 4 u 8 ta' l-Anness V.

Dak il-materjal riskjuż speċifikat jew materjal proċessat minnu jista' jitqiegħed fis-suq jew, jekk jinħtieġ, jiġi esportat biss għal qerda finali skond il-punti 3 u 4 jew kif jixraq 7(ċ) jew 8 ta' l-Anness V. Ma jistax jiġi importat fil-Komunità. L-ivvjaġġar ta' materjal riskjuż speċifikat minn territorju tal-Komunità għandu jsir skond il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/496/KEE.

2. Il-paragrafu 1 ma jgħoddx għat-tessuti ta' annimali li sarilhom test alternattiv approvat għal dak l-għan distint skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2) u elenkati fl-Anness X, Kapitolu Ċ, punt 5, u applikat taħt il-kondizzjonijiet elenkati fil-punt 5 ta' l-Anness V - u fejn ir-riżultati tat-test kienu negattivi.

L-Istati Membri li jawtorizzaw dak it-test alternativ għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

3. Fl-Istati Membri, jew reġjuni tagħhom, imqiegħda fil-kategoriji 2, 3, 4 u 5 li għalihom saret referenza fl-Anness II, Kapitolu Ċ, il-laċerazzjoni, wara stunning, ta’ tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ kull strument imtawwal f'forma ta' lasta introdott fil-kavità kranjali m' għandhiex tintuża fuq annimali ta’ l-ifrat, nagħaġ jew mogħoż li l-laħam taghhom huwa destinat għall-konsum mill-bnedmin jew annimali.

4. Il-fatti magħrufa ('data') dwar l-età stabbiliti fl-Anness V għandhom jiġu aġġustati regolarment. Dawn l-aġġustamenti għandhom ikunu bbażati fuq sejbiet xjentifiċi ppruvati dwar il-probabbiltà statistika dwar l-okkorrenza ta' kull EST fil-gruppi ta' età rilevanti tal-popolazzjoni tal-Komunità ta’ l-ifrat, nagħaġ u mogħoż.

5. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 sa 4, kull deċiżjoni tista’ tiġi adottata, skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2), dwar id-data ta' inforzar effettiv ta' l-Artikolu 7(1) jew, kif xieraq, fil-pajjiżi terzi, id-data li jiġi pprojbit l-użu ta' proteini mammiferi fil-ġwież għar-ruminanti f'kull pajjiż jew reġjun fil-kateogrija 3 jew 4, sabiex tiġi limitata l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għal annimali mwielda qabel dik id-data f'dawk il-pajjiżi jew reġjuni.

Bħal dan, permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 sa 4, wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku xieraq u abbażi ta' stima tar-riskju ta' inċidenti, propagazzjoni u espożizzjoni umana, kull deċiżjoni tista’ tiġi adottata skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2) biex jiġi permess l-użu għall-ikel, ġwież u fertilizzanti tal-kolonna vertebrali u ta' ganglia ta’ l-għerq dorsali minn annimali ta’ l-ifrat fi jew li ġej minn kull pajjiż jew reġjun tiegħu mqiegħed fil-kategorija 5.

6. Għandhom jiġu adottati regoli sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu b’mod konformi mal-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 9

Prodotti li joriġinaw mill-annimali derivati minn jew li jkun jinsab fihom materjal ruminanti.

1. Il-prodotti li joriġinaw mill-annimali elenkati fl-Anness VI m'għandhomx jiġu prodotti minn materjali ruminanti minn pajjiżi jew ir-reġjuni tagħhom li jkunu fil-kategorija 5 kemm-il darba ma jiġux prodotti b’mod konformi mal-proċessi tal-produzzjoni approvati skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

2. Għadam tar-ras, u kolonni vertebrali ta' annimali ta’ l-ifrat, mogħoż u nagħaġ minn pajjiżi, jew ir-reġjuni tagħhom, imqiegħda fil-kategoriji 2, 3, 4 jew 5, m' għandhomx jintużaw għall-produzzjoni ta' laħam rikoverat mekkanikament.

3. Il-paragrafi 1 u 2 ma jgħoddux, fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-punt 5 ta' l-Anness V, għal ruminanti li ġew sottoposti għal kull test alternattiv li ġie rikonoxxut skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2), fejn ir-riżultati tat-test kienu negativi.

4. Għandhom jiġu adottati regoli sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 10

Programmi ta' edukazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impjegati ta' l-awtorità kompetenti, ta' laboratorji djanjostiċi u kulleġġi ta' mediċina agrikolturali u veterinarja, veterinarji uffiċjali, prattikanti veterinarji, ħaddiema fil-biċċeriji u min irabbi l-annimali, min iżomm jew jimmaniġġja l-annimali li ngħataw taħriġ fis-sinjali kliniċi, epidemjoloġija u, fil-każ ta' impjegati responsabbli għall-verifiki, fl-interpretazzjoni tar-riżultati laboratorji ta' EST.

2. Biex tiġi aċċertata implimentazzjoni effettiva tal-programmi ta' edukazzjoni previsti fil-paragrafu 1, tista' tingħata assistenza finanzjarja mill-Komunità. L-ammont ta' din l-assistenza għandha tiġi stabbilita skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

KAPITOLU IV

KONTROLL U ERADIKAZZJONI TA' EST

Artikolu 11

Notifika

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 82/894/KEE [11], l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull annimal suspettat li huwa infettat b'EST jiġi nnotifikat minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni regolarment dwar każijiet notifikati ta' EST.

L-awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' miżuri oħra meħtieġa.

Artikolu 12

Miżuri fir-rigward ta’ annimali suspettati

1. Kull annimal suspettat li huwa infettat minn EST għandu jitqiegħed taħt restrizzjoni ta' ċaqlieq uffiċjali sakemm ikunu magħrufa r-riżultati ta' kull eżami kliniku u epidemjoloġiku mwettaq mill-awtorità kompetenti, jew jinqatlu għal eżaminazzjoni laboratorja taħt kontroll uffiċjali.

Jekk hija suspettata l-ESB f'annimal ta’ l-ifrat f'azjenda f’kull Stat Membru, kull annimal ta’ l-ifrat ieħor minn dik l-azjenda għandu jitqiegħed taħt kull restrizzjoni uffiċjali ta' ċaqlieq sakemm ikunu disponibbli r-riżultati ta' l-eżami.

Jekk hija suspettata l-ESB f'kull annimal tal-familja tan-nagħaġ jew mogħoż f'kull azjenda f’kull Stat Membru abbażi ta' evidenza oġġettiva bħalma huma riżultati ta' testijiet li kapaċi jiddistingwu b'mod prattiku bejn EST differenti, l-annimali l-oħra tal-familji tan-nagħaġ u mogħoż minn dik l-azjenda għandhom jitqiegħdu taħt kull restrizzjoni uffiċjali ta' ċaqlieq sakemm ikunu disponibbli r-riżultati ta' l-eżami.

Jekk hemm xhieda li l-intrapriża fejn kien preżenti l-annimal meta ġie ssuspettat ESB x'aktarx m’hijiex l-azjenda fejn l-annimal seta’ ġie espost għall-ESB, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l-annimal suspettat li huwa infettat għandu jitqiegħed taħt kull restrizzjoni ta’ ċaqlieq uffiċjali. Jekk jitqies meħtieġ, l-awtorità kompetenti tista' wkoll tiddeċiedi li azjendi oħra jew l-azjendi esposti biss għandhom jitqiegħdu taħt kontroll uffiċjali skond l-informazzjoni epidemjoloġika disponibbli.

Taħt il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2) u permezz ta’ deroga mill-ħtiġiet tat-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi ta' dan il-paragrafu, kull Stat Membru jista' jiġi eżentat mill-applikazzjoni ta' restrizzjonijiet uffiċjali dwar iċ-ċaqlieq ta' annimali jekk japplika miżuri li joffru salvagwardji ekwivalenti.

2. Fejn l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li ma tistax telimina l-possibbiltà ta' infezzjoni b'EST, l-annimal għandu jinqatel, jekk għadu ħaj; il-moħħ u kull tessut ieħor kif stabbilit mill-awtorità kompetenti għandu jitneħħa u mibgħut f’kull laboratorju approvat kif previst fl-Artikolu 19(1) jew il-laboratorju ta’ riferiment tal-Komunità kif hemm previst fl-Artikolu 19(2), għall-eżaminazzjoni b’ mod konformi mal-metodi ta' ittestjar stabbilit fl-Artikolu 20.

3. Kull parti tal-ġisem ta' l-annimal suspettat inkluż il-ġilda għandha tinżamm taħt kontroll sakemm kull dijanjosi negattiva tiġi imwettqa jew tiġi meqruda b’mod konformi ma’ l-Anness V, punt 3 jew 4.

4. Regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 13

Miżuri wara l-konferma tal-preżenza ta' EST

1. Meta tiġi kkonfermata uffiċjalment il-preżenza ta' EST, għandhom jiġu applikati l-miżuri segwenti mill-aktar fis possibbli:

(a) kull parti tal-ġisem ta' l-annimal għandha tinqered kompletament b’mod konformi ma’ l-Anness V minbarra materjal li jinżamm għar-rekord skond l-Anness III, Kapitolu B, III, 2;

(b) kull inkjesta għandha titwettaq biex jiġu identifikati l-annimali kollha taħt riskju skond l-Anness VII, punt 1;

(ċ) kull annimal u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Anness VII, punt 2, li ġew identifikati bħala taħt riskju mill-inkjesta li għaliha saret referenza f’(b) għandhom jinqatlu u jinqerdu kompletament b’mod konformi ma’ l-Anness V, punti 3 u 4.

Permezz ta’ deroga minn dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw miżuri oħra li joffru livell ta' protezzjoni ekwivalenti, jekk dawk il-miżuri ġew approvati skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

2. Sakemm issir l-implimentazzjoni tal-miżuri li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1(b) u (ċ), l-azjenda li fuqha l-annimal kien preżenti meta ġiet konfermata l-preżenza ta' EST għandha titqiegħed taħt kontroll uffiċjali u kull ċaqlieq ta' annimali suxxettibbli għal EST u prodotti mill-annimali derivati minnhom minn jew sa l-azjenda jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti, sabiex jiġi żgurat l-intraċċar u l-identifikazzjoni immedjata ta' l-annimali u l-prodotti ta’ oriġini mill-annimali konċernati.

Jekk hemm xhieda li l-azjenda fejn l-annimal affettwat kien preżenti meta ġiet konfermata l-EST li x'aktarx m’hijiex l-azjenda fejn l-annimal ġie espost għall-EST, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ż-żewġ azjendi jew l-azjenda fejn ġie espost titqiegħed taħt kontroll uffiċjali.

3. L-Istati Membri li implimentaw kull skema sostituta li toffri salvagwardji ekwivalenti li għalihom hemm previst fil-ħames subparagrafu ta' l-Artikolu 12(1) jistgħu, permezz ta’ deroga mill-ħtiġiet tal-paragrafu 1(b) u (ċ), jiġu eżentati skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2) mill-ħtiġiet li japplikaw restrizzjonijiet uffiċjali fuq iċ-ċaqlieq ta' annimali u mill-ħtiġiet li joqtlu u jeqirdu l-annimali.

4. Il-proprjetarji għandhom jiġu kkompensati mingħajr dewmien għat-telf ta' annimali li nqatlu jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali meqruda skond l-Artikolu 12(2) u l-paragrafu 1(a) u (ċ) ta' dan l-Artikolu.

5. Mingħajr preġudizzju għal din id-Direttiva 82/894/KEE, il-preżenza kkonfermata ta' kull EST minbarra ESB għandha tiġi avżata lill-Kummissjoni fuq kull bażi annwali.

6. Regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi adottat b’mod konformi mal-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 14

Pjan ta’ kontinġenza

1. L-Istati Membri għandhom ifasslu – b’mod konformi mal-kriterji ġenerali tar-regoli tal-Komunità dwar il-kontroll ta' mard ta' l-annimali – linji gwida li jispeċifikaw il-miżuri nazzjonali li għandhom jiġu implimentati u jindikaw il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet fil-każijiet fejn tiġi kkonfermata l-preżenza ta' EST.

2. Fejn meħtieġ biex leġislazzjoni tal-Komunita tista' tiġi applikata b'mod uniformi, il-linji gwida jistgħu jiġu armonizzati b’mod konformi mal-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

KAPITOLU V

IT-TQEGĦID FIS-SUQ U ESPORTAZZJONI

Artikolu 15

Annimali ħajjin, is-semene, l-embrijuni u l-ova tagħhom.

1. It-tqegħid fis-suq jew, jekk meħtieġ, esportazzjoni ta' annimali ta’ l-ifrat, nagħaġ u mogħoż u s-semene, l-embrijuni u l-ova tagħhom għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VIII, jew, f'każijiet ta' importazzjoni, għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX. L-annimali ħajjin u l-embrijuni u l-ova tagħhom għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikati tas-saħħa ta' l-annimali xierqa kif meħtieġ minn liġijiet tal-Komunità, skond l-Artikolu 17 jew, f' każijiet ta' importazzjoni, l-Artikolu 18.

2. It-tqegħid fis-suq ta' wild ta’ l-ewwel ġenerazzjoni, semene, embrijuni u ova ta’ annimali suspettati jew ikkonfermati b'EST għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VIII, Kapitolu B.

3. Regoli għall-implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu b’mod konformi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 16

It-tqegħid fis-suq ta' prodotti derivati minn annimali

1. Il-prodotti segwenti derivati minn annimali minn ruminanti b'saħħithom m’għandhomx ikunu suġġetti għal restrizzjonijiet dwar tqegħid fis-suq, jew jekk meħtieġ, esportazzjoni skond dan l-Artikolu, ta' l-Anness VIII, Kapitoli Ċ u D, u ta' l-Anness IX, Kapitolu A, Ċ, F u G:

(a) Prodotti dervati mill-annimali koperti mill-Artikolu 15, u b’mod partikolari semene, embrjoni u ova;

(b) (i) (i) ħalib verġni fis-sens tad-Direttiva 92/46/KEE [12];

(ii) ħalib għall-iffabbrikar ta' prodotti bbażati fuq il-ħalib fis-sens ta' Direttiva 92/46/KEE;

(iii) ħalib għax-xorb trattat bis-sħana fis-sens ta' Direttiva 92/46/KEE;

(iv) di-calcium phosphate (mingħajr l-ebda traċċa ta' proteini jew grass);

(v) (b) (i) ġlud fis-sens tad-Direttiva 92/118/KEE [13];

(vi) ġelatina fis-sens tad-Direttiva 92/118/KEE, derivati mill-ġlud li għalihom saret referenza fil-punt (v);

(vii) kollaġen derivat mill-ġlud li għalihom saret referenza fil-punt (v).

2. Prodotti derivati mill-annimali importati minn kull pajjiż terz imqiegħed fil-kategoriji 2, 3, 4 u 5 għandhom jiġu minn annimali ta’ l-ifrat, nagħaġ u mogħoż b'saħħithom, li ma ġewx suġġetti għal kull laċerazzjoni tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali li għaliha saret referenza fl-Artikolu 8(3) jew maqtula permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali.

3. Prodotti derivati mill-annimali li jkun fihom materjal miksub minn annimali ta’ l-ifrat li joriġinaw f’kull Stat Membru, kull reġjun ta' kull Stat Membru jew kull pajjiż terz ikklassifikat fil-kateogrija 5 m' għandhomx jitqiegħdu fis-suq kemm-il darba ma jiġux minn:

(a) annimali mwiedla wara d-data li minnha l-projbizzjoni dwar tmigħ lil ruminanti ta' proteini ta’ annimali derivati mill-mammiferi; jew

(b) annimali li twieldu, trabbew u baqgħu f' merħliet bi storja ċċertifikata ta' ħelsien minn ESB għal ta’ l-anqas seba' snin.

Barra minn hekk, prodotti derivati mill-annimali m'għandhomx jintbagħtu minn kull Stat Memrbu jew kull reġjun ta' kull Stat Membru kklassifikat fil-kategorija 5 lil Stat Membru ieħor jew jiġu importati minn kull pajjiż terz ikklassifikat fil-kategorija 5. Dik il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika għal prodotti derivati mill-annimali elenkati fl-Anness VIII, Kapitolu Ċ, u li jaderixxu għar-rekwiżiti ta' l-Anness VIII, Kapitolu Ċ. Għandhom jiġu akkumpanjati minn kull ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali maħruġ minn veterinarju uffiċjali li jattesta li ġew prodotti b’konformità ma’ dan ir-Regolament.

4. Meta kull annimal jiċċaqlaq minn kull pajjiż jew kull reġjun għal pajjiż jew reġjun li hu inkluż f'kategorija oħra, għandu jiġi kklassifikat fl-ogħla kategorija tal-pajjiżi jew reġjuni li jkun qagħad fih iktar minn erbgħa u għoxrin siegħa kemm-il darba garanziji xierqa jistgħu jinġiebu li jattestaw li l-annimal ma rċeviex ġwież mill-pajjiż jew reġjun ikklassifikat fl-ogħla kategorija.

5. Prodotti dderivati mill-annimali li għalihom dan l-Artikolu jistabbilixxi regoli speċifiċi għandu jkun akkumpanjat miċ-ċertifikati ta’ saħħa ta' l-annimali jew id-dokumenti kummerċjali xierqa kif meħtieġ minn leġislazzjoni tal-Komunità skond l-Artikoli 17 u 18 jew, jekk dawn iċ-ċertifikati jew dokumenti m’humiex previsti mill-liġijiet tal-Komunità, minn ċertifikat ta’ saħħa jew dokument kummerċjali li l-mudelli tagħhom għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

6. Għall-iskopijiet ta' importazzjoni fil-Komunità, prodotti derivati mill-annimali għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IX, Kapitoli A, Ċ, F u G.

7. B’mod konformi mal-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2), id-disposizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6 jisgħtu jiġu estiżi għal prodotti oħra derivati mill-annimali. Regoli dwar l-implimentazzjoni ta' dan Artikolu għandhom jiġu adottati bl-istess proċedura

Artikolu 17

Skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2), iċ-ċertifikati tas-saħħa li għalihom saret referenza fl-Anness F għad-Direttiva 64/432/KEE, Mudelli II u III fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE u ċ-ċertifikati tas-saħħa xierqa stabbiliti mill-liġijiet tal-Komunità dwar kummerċ fis-semene, embrijuni u ova ta' annimali ta’ l-ifrat, nagħaġ jew mogħoż għandhom jiġu supplimentati, fejn meħtieġ, b'kull referenza għall-kategorija u speċifikazzjoni tal-klassifika ta' l-Istat Membru jew ir-reġjun ta' l-oriġini mogħtija skond l-Artikolu 5.

Dokumenti kummerċjali xierqa dwar il-kummerċ f'prodotti derivati mill-annimali għandhom jiġu supplimentati, fejn meħtieġ, b'kull riferenza għall-kategorjia ta' l-Istat Membru jew reġjun ta' oriġini mogħtija mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 5.

Artikolu 18

Iċ-ċertifikati tas-saħħa xierqa dwar importazzjonijiet previsti mill-liġijiet tal-Komunità għandhom, taħt il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2), jiġu ssupplimentati fir-rigward għal pajjiżi terzi kklassifikati f'kategorija skond l-Artikolu 5 mill-ħtiġiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness IX, malli tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar dik il-klassifika.

KAPITOLU VI

LABORATORJI TA’ RIFERIMENT, KAMPJUNAR, PROVI U KONTROLLI

Artikolu 19

Laboratorji ta’ riferiment

1. Il-laboratorji nazzjonali ta’ riferiment f'kull Stat Membru u l-funzjonijiet u d-dmirjiet tagħhom huma dawk indikati fl-Anness X, Kapitolu A.

2. Il-laboratorju ta’ riferiment tal-Komunità u l-funzjonijiet u d-doveri tiegħu huma dawk stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu B.

Artikolu 20

Metodi ta' kampjonaġġ u tal-laboratorju

1. Il-kampjonaġġ u ttestjar tal-laboratorju għall-preżenza ta' EST għandhom jitwettqu bl-użu tal-metodi u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu Ċ.

2. Fejn meħtieġ biex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, regoli għall-implimentazzjoni, inkluż il-metodu biex tiġi kkonfermata l-ESB f'annimali tal-familji tan-nagħaġ u tal-mogħoz, għandha tiġi adottata skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 21

Kontrolli tal-Komunità

1. Esperti mill-Kummissjoni jistgħu jagħmlu verifiki fuq il-lok b'kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, sa fejn dan huwa meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament. L-Istat Membru li fit-territorji tiegħu jsiru l-verifiki għandu jipprovdi lill-esperti b’kull għajnuna meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti bir-riżultati tat-testijiet magħmula.

Ir-regoli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u b’mod partikolari dawk li jirregolaw il-proċedura għall-kooperazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

2. Verifiki tal-Komunità dwar pajjiżi terzi għandhom jitwettqu skond l-Artikolu 20 u 21 tad-Direttiva 97/78/KE.

KAPITOLU VII

DISPOSIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI

Artikolu 22

Miżuri transizzjonali dwar materj riskjuż speċifikat

1. Id-disposizzjonijiet ta' l-Anness XI, Parti A għandhom jgħoddu għal kull żmien ta' mhux inqas minn sitt xhur mill-1 ta' 1 Lulju 2001 u jieqfu jgħoddu immedjatament wara d-data ta' l-adozzjoni ta' kull deċiżjoni skond l-Artikolu 5(2) jew (4), f'liema data jidħol fis-seħħ l-Artikolu 8.

2. Ir-riżultati ta' kull stħarriġ statistiku konklussiv imwettaq skond l-Artikolu 5(3) matul il-perijodu transizzjonali għandu jintuża biex jikkonfermaw jew jinqelbu l-konklużjonijiet ta' analiżi tar-riskji li għalihom saret referenza fl-Artikolu 5(1), waqt li jittieħed kont tal-kriterji tal-klassifika mfissra mill-UIE.

3. Wara konsultazzjoni tal-kumitat xjentifiku xieraq, għandhom jiġu adottati regoli dettaljati dwar dak l-stħarriġ statistiku b’mod konformi mal-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

4. Il-kriterji minimi li għandhom jintlaħqu minn dan l-stħarriġ statistiku għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti B ta' l-Anness XI.

Artikolu 23

Emendi ta' l-annessi u l-miżuri transitorji

Wara konsultazzjoni tal-kumitat xjentifiku xieraq dwar kull kwistjoni li jista' jkollha impatt fuq is-saħħa pubblika, l-annessi għandhom jiġu emendati jew supplementati u kull miżura transizzjonali xierqa għandha tiġi adottata skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

B’ mod konformi ma’ dik il-proċedura, għandhom jiġu adottati miżuri transizzjonali għal kull żmien massimu ta' sentejn sabiex jippermettu t-tibdil mill-arranġamenti preżenti għal arranġamenti stabbiliti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 24

Kumitati

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Veterinarju Permanenti. Madankollu, għal materja li tikkonċerna esklussivament ġwież ta' l-annimali, il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Permanenti fuq il-Ġwież u, għal miżuri li jikkonċernaw esklussivament l-ikel, mill-Kumitat Permanenti fuq l-Ikel.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KEE.

Il-perijodu li għalih saret referenza fl-Artikolu 5(6) ta' dik id-Deċiżjoni huwa ta' tliet xhur u, fil-każ ta' miżuri ta’ salvagwardja li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, 15-il jum.

3. Kull Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 25

Konsultazzjoni tal-kumitati xjentifiċi

Il-kumitati xjentifiċi xierqa għandhom jiġu kkonsultati dwar kull materjal fl-għan ta' dan ir-Regolament li jista' jkollha impatt fuq is-saħħa pubblika.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Lulju 1991.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u jkun direttament applikabbli f’kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussel, 22 ta' Mejju 2001.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

M. Winberg

[1] ĠU Ċ 45, tad- 19.2.1999, p. 2 u ĠU C 120 E, ta’ l-24.4.2001, p. 89.

[2] ĠU C 258, ta’ l-10.9.1999, p. 19.

[3] Fehma tal-Parlament Ewropew ta’ l-17 ta' Mejju 2000 (ĠU C 59, tal-23.2.2001, p. 93), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2001 (ĠU C 88, tal-20.7.2000, p. 1) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2001.

[4] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

[5] Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar verifiki veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju b’kull għan ta' tlestija tas-suq intern (ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13). Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49).

[6] Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar verifiki veterinarji u żootekniċi li jgħoddu fil-Kummerċ intra-Komunitarju f'ċertu annimali ħajjin u prodotti b’kull għan ta' tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, tat-30.18.1990, p. 29). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE.

[7] Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jwaqqaf sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali tal-fart u rigward it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u ta' prodotti mill-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KC) Nru 820/97 (ĠU L 204, tal-11.8.2000, p.1).

[8] Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi ta’ saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-bhejjem ta’ l-ifrat u l-ħnieżer (ĠU 12l tad- 29.7.1964, p.1977/64). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, ta' l-4.7.2000, p. 35).

[9] Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f'annimali tar-razza tal-mogħoż u nagħaġ (GU L 46, tad-19. 2. 1991, p. 19). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/953/KE (ĠU L 371, tal-31.12.1994, p. 14).

[10] Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabblixxi l-prinċipji li jirregolaw l- organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq annimali deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta' l-1.7.1996, p. 1).

[11] Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l- organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq prodotti deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9).

[12] Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta' Diċembru 1982 dwar in-notifika dwar mard ta' l-annimali fil-Komunità (ĠU L 378, tal-31.12.1982, p. 58). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni Tal-Kummissjoni 2000/556/KE (ĠU L 235, tad-19.09.2000, p. 27).

[13] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta’ saħħa dwar il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ħalib mhux ipproċessat nej, ħalib trattat bis-sħana u prodotti abbażi ta’ ħalib (ĠU Nru L 268, ta' l-14. 9. 1992, p. 1). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/23/KE (ĠU L 23.5.1996, p.10).

--------------------------------------------------

ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

Għall-għan ta' dan ir-Regolament:

(a) "Każ indiġenu ta' ESB" ifisser kull każ ta' l-enċifalopatija sponġiformi ta’ l-ifrat li ma ġiex dimostrat b'mod ċar li hu dovut għal infezzjoni qabel l-importazzjoni bħala annimal ħaj, embrio, jew ovum.

(b) "tessut adipoż diskret" ifisser grass tal-ġisem intern u estern imneħħi waqt il-proċess ta' qtil u taqtigħ, b’mod partikolari grass frisk mill-qalb, borqom, kliewi u miżenterija ta' annimali ta’ l-ifrat, u grass mill-kmamar tat-taqtigħ;

(ċ) "ko-orti" ifisser kull grupp ta' annimali ta’ l-ifrat li jew twieldu fl-istess merħla bħal, u fi żmien 12-il xahar qabel jew wara it-twelid ta', il-baqra affettwata jew imrobbija flimkien ma' l-annimal affettwat f'kull żmien matul l-ewwel sena ta' ħajjithom u li setgħet ikkunsmat l-istess ġwież bħall-annimal affettwat matul l-ewwel sena ta' ħajjitha;

(d) "terraferma artifiċjali" tfisser kull post fejn jintrema l-iskart kif definit mid-Direttiva 1999/31/KE [1].

[1] Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-terraferma artifiċjali ta' l-iskart (ĠU L 182, tas-16.7.1999, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS II

DETERMINAJJONI TA' L-ISTAT TA' ESB

KAPITOLU A

L-istat ta' ESB ta' kull Stat Membru jew kull pajjiż terz jew reġjun minn tagħhom, minn issa ’l quddiem imsemmi bħala "pajjiż jew reġjun", għandu jiġi determinat abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) ir-riżultat ta' kull analiżi ta' riskju li jidentifika l-fatturi potenzjali kollha għad-dehra ta' ESB li għaliha saret referenza fil-Kapitolu B u l-iżvilupp tagħhom maż-żmien;

(b) kull programm ta' edukazzjoni għall-veterinarji, min irabbi u minn jittrasporta, jagħmel il-kummerċ u joqtol annimali ta’ l-ifrat, li jinkoraġġihom li jirrapportaw kull każ ta' manifestazzjoni newroloġika f'annimali adulti ta’ l-ifrat;

(ċ) ir-rappurtaġġ u l-eżaminazzjoni obbligatorji ta' l-annimali tal-fart kollha li juru sinjali kliniċi ta' ESB;

(d) kull sistema ta' sorveljanza u monitoraġġ kontinwu ta' ESB b'riferenza partikolari għar-riskji deskritti fil-Kapitolu B, akkont meħud tal-linji gwida fit-tabella tal-Kapitolu A ta' l-Anness III jew skond l-istandards internazzjonali xierqa; ir-rapporti dwar in-numru ta' eżaminazzjonijiet imwettqa u r-riżultati dwar dawn għandhom jinżammu għall-inqas għal seba' snin;

(e) l-eżaminazzjoni f'kull laboratorju approvat ta' kampjuni ta' enċefala jew tessut ieħor miġbura taħt is-sistema ta' sorveljanza msemmija fil-punt (d).

KAPITOLU B

L-analiżi tar-riskji li għalihom saret referenza f’Kapitolu A(a) għandhom ikunu bbażati fuq il-fatturi li ġejjin:

- il-konsum minn annimali ta’ l-ifrat ta' laħam u għadam imfarrak jew gambal derivati mir-ruminanti;

- l-importazzjoni ta' laħam u għadam imfarrak jew gambal potenzjalment ikkontaminat minn EST jew ġwież ta' l-annimali li jkun fih laħam u għadam imfarrak jew gambal;

- l-importazzjoni ta' annimali jew ova/embrijuni potenzjalment infettati minn EST;

- l-istat epidemjoloġiku tal-pajjiż jew reġjun dwar EST ta' l-annimali;

- il-firxa ta' l-għarfien dwar l-istruttura tal-popolazzjoni ta’ l-ifrat, tar-razza tal-mogħoz u tar-razza tan-nagħaġ fil-pajjiż jew reġjun;

- l-għejun ta' skart ta' l-annimali, il-parametri tal-proċessi għat-trattament ta' dan l-iskart u l-metodi ta' produzzjoni ta' ġwież ta' l-annimali.

KAPITOLU Ċ

Definizzjoni tal-kategoriji

L-istat ta' ESB ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew wieħed mir-reġjuni tagħhom għandha tiġi stabbilita minn klassifika fil-kategoriji segwenti:

A. KATEGORIJA 1: Pajjiż jew reġjun liberu mill-ESB

Kull pajjiż jew reġjun fejn kull analiżi ta’ riskju msejjes fuq informazzjoni stabbilita fil-Kapitolu B saret u wriet li ttieħdu miżuri xierqa għall-perijodu ta' żmien rilevanti, biex jikkontrollaw kull riskju identifikat u

1. JEW l-ebda kaz ta’ BSE ma’ ġie rrekordjat u

(i) il-kriterji fil-Kapitolu A(b) sa (e) ġew imħarsa għal mill-inqas seba' snin, jew

(ii) il-kriterji tal-Kapitolu A(ċ) ġew imħarsa għal mill-inqas seba’ snin u ntwera li għal mill-inqas tmien snin l-ebda laħam u għadam imfarrak jew gambal derivat mir-ruminanti jew mammiferi ma ġie mitmugħ lil ruminanti;

2. JEW fejn kull każ ta' ESB intwera biċ-ċar li oriġina direttament mill-importazzjoni ta' annimali ta’ l-ifrat ħajjin jew embrijuni/ova ta’ l-ifrat, u kull annimal ta’ l-ifrat affettwat kif ukoll, jekk dawn huma femminili, l-aħħar wild li twieled mhux aktar minn sentejn qabel, jew wara, l-ewwel sinjali kliniċi ta' bidu tal-marda, jekk ħajjin fil-pajjiż jew reġjun, ġew maqtula u ġew meqruda kompletament u, jew

(i) il-kriterji fil-Kapitolu A(b) sa (e) ġew imħarsa għall-inqas għal seba' snin, jew

(ii) il-kriterji tal-Kapitolu A(c) ġew imħarsa għall-inqas għal seba snin u ntwera li għall-inqas għal tmien snin l-ebda laħam u frak ta’ l-għadam jew gambal derivat mir-ruminanti jew mammiferi ma ġie mitmugħ lil ruminanti;

3. JEW fejn l-aħħar każ indiġenu ta' ESB ġie rrapurtat iktar minn seba' snin qabel, il-kriterji fil-Kapitolu A(b) sa (e) ġew mħarsa għall-inqas għal seba' snin u t-tmigħ ta' ruminani ta' laħam u frak tal-għadam jew gambal derivat minn ruminanti ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament inforzata għal mill-inqas tmien snin.

B. KATEGORIJA 2: Pajjiż jew reġjun proviżorjament liberu mill-ESB fejn ma ġie rrapurtat l-ebda każ indiġenu

Pajjiż jew reġjun fejn kull analiżi tar-riskji kif deskritta fil-Kapitolu B ġiet imwettqa u wriet li ttieħdu miżuri xierqa għall-perijodu ta' żmien rilevanti, biex jikkontrollaw kull riskju identifikat u

1. JEW fejn m' hemm l-ebda kaz ta' ESB u:

(i) il-kriterji fil-Kapitolu A(b) sa (e) ġew imħarsa, imma m' ilhomx imħarsa għal seba' snin, jew

(ii) intwera li għal mill-inqas tmien snin l-ebda laħam u l-għadam imfarrak jew gambal derivat mir-ruminanti jew mammiferi ma ġie mitmugħ lil ruminanti, iżda l-kriterji tal-Kapitolu A(ċ) ma ġewx imħarsa għal seba’ snin;

2. JEW fejn kull każ ta' ESB wera biċ-ċar li oriġina direttament mill-importazzjoni ta' annimali ta’ l-ifrat ħajjin jew embrijuni/ova ta’ l-ifrat, u kull annimal ta’ l-ifrat affettwat kif ukoll, jekk dawn huma femminili, l-aħħar wild li twieled mhux aktar minn sentejn qabel, jew wara, l-ewwel sinjali kliniċi ta' bidu tal-marda, jekk ħajjin fil-pajjiż jew reġjun, inqatlu u ġew meqruda kompletament, u jew

(i) il-kriterji fil-Kapitolu A(b) sa (e) ġew imħarsa, imma m' ilhomx imħarsa għal seba' snin, jew

(ii) intwera li għall-inqas għal tmien snin l-ebda laħam u għadam imfarrak jew gambal derivat mir-ruminanti jew mammiferi ma ġie mitmugħ lil ruminanti, iżda l-kriterji tal-Kapitolu A(ċ) ma ġewx imħarsa għal seba snin.

Ċ. KATEGORIJA 3: Pajjiż jew reġjun proviżorjament liberu mill-ESB fejn ġie rrapurtat ta’ mill-inqas każ wieħed indiġenu

Kull pajjiż jew reġjun fejn kull analiżi ta’ riskju abbażi ta' informazzjoni li għaliha saret referenza fil-Kapitolu B li tistabbilixxi li ttieħdu miżuri xierqa għall-perijodu ta' żmien rilevanti, biex jimmaniġġjaw kull riskju identifikabbli u:

1. JEW l-aħħar każ indiġenu ta' ESB ġie rrapurtat aktar minn seba' snin ilu, il-kriterja fil-Kapitolu A(b) sa (e) huma mħarsa u l-projbizzjoni dwar tmigħ tar-ruminanti b'laħam u għadam imfarrak u gambal derivati minn ruminanti ġie effettivament inforzat, iżda:

(i) il-kriterja fil-Kapitolu A(b) sa (e) ma ġewx imħarsa għal seba' snin, jew

(ii) il-projbizzjoni dwar tmigħ tar-ruminanti b'laħam u għadam imfarrak jew gambal ma ġietx effettivament inforzata għal tmien snin;

2. JEW fejn l-aħħar każ indiġenu ġie rrappurtat inqas minn seba’ snin ilu, ir-rata ta' inċidenza ta' ESB, ikkalkulata abbażi tal-każijiet indiġeni, kien inqas minn każ wieħed f'kull miljun matul kull wieħed mill-aħħar erbatax–il xahar konsekuttiv fi ħdan il-popolazzjoni ta' annimali ta’ l-ifrat ta' età ta’ aktar minn 24 xahar fil-pajjiż jew reġjun jew - meta f'kull pajjiż jew kull reġjun il-popolazzjoni ta' annimali ta’ l-ifrat ta’ età ta’ aktar minn 24 xahar huwa inqas minn miljun annimal - każ wieħed għal kull numru reali ta' din il-popolazzjoni (ikkalkulata abbażi ta' l-istatistiċi ta' Eurostat ), u fejn:

(i) il-projbizzjoni fuq tmigħ tar-ruminanti b'laħam u frak ta’ l-għadam jew gambal ġiet effettivament infurzata għall-inqas għal tmien snin;

(ii) il-kriterji fil-Kapitolu A(b) sa (e) ġew imħarsa għal mill-inqas seba' snin;

(iii) l-annimali ta’ l-ifrat affettwati kif ukoll:

- jekk dawn huma femminili, l-aħħar wild tagħhom imwieled fi żmien sentejn qabel, jew wara, l-apparenza klinika tal-marda;

- kull annimal ta’ l-ifrat mill-ko-orti,

jinqatlu u jinqerdu kompletament jekk għadhom ħajjin fil-pajjiż jew reġjun ikkonċernat.

Għal din il-klassifika jista' jittieħed akkont, permezz ta’ deroga minn punt (iii), ta' l-eżistenza ta' miżuri oħra li joffru kull livell ta' protezzjoni ekwivalenti dwar il-qtil ta' annimali f' riskju.

D. KATEGORIJA 4: Pajjiż jew reġjun b'inċidenza ta' ESB baxxa

Kull pajjiż jew reġjun fejn:

1. il-kriterji elenkati fil-Kapitolu A jiġu mħarsa, u r-rata ta' inċidenza ta' ESB, ikkalkulata fuq l-aħħar 12-il xahar, kienet iktar minn jew daqs każ wieħed indiġenu għal kull miljun u inqas minn jew daqs mitt każ f'kull miljun fil-popolazzjoni ta' annimali bovini ikbar minn 24 xahar fil-pajjiż jew reġjun; jew

2. il-kriterji elenkati f’Kapitolu A jiġu mħarsa u r-rata ta' inċidenza ta' ESB, ikkalkulata kif speċifikat fil-punt 1 kien inqas minn każ wieħed għal kull miljun indiġenu għal inqas minn erbatax-il xahar konsekuttiv u l-baqar affettwati kif ukoll:

- jekk dawn huma femminili, l-aħħar wild tagħhom imwieled fi żmien sentejn qabel, jew wara, l-ewwel sinjali ta' apparenza klinika tal-marda;

- kull annimal ta’ l-ifrat mill-ko-orti,

jekk huma ħajjin fil-pajjiż jew reġjun, jinqatlu u jinqerdu kompletament.

Għal din il-klassifika jista' jittieħed akkont, permezz ta’ deroga minn dan il-punt, ta' l-eżistenza ta' miżuri oħra li joffru kull livell ta' protezzjoni ekwivalenti dwar il-qtil ta' annimali f'riskju.

Pajjiżi jew reġjuni fejn r-rata ta' inċidenza ta' ESB, ikkalkulata fuq l-aħħar 12-il xahar, kienet inqas minn każ wieħed indiġenu għal kull miljun fil-popolazzjon fi ħdan il-popolazzjoni tal-baqar ta’ età ta’ aktar minn 24 xahar fil-pajjiż jew reġjun, iżda fejn kull analiżi ta' riskju kif deskritt fil-Kapitolu A tkun twettqet u turi li għall-inqas waħda mill-kriterji li tippermetti lill-pajjiż jew reġjun li jiġi kklassifikat fil-kategorija 2 jew 3 m’hijiex imħarsa, għandhom jitqiesu bħala pajjiżi jew reġjuni fil-kategorija 4.

E. KATEGORIJA 5: Pajjiż jew reġjun b'inċidenza ta' ESB għolja

Kull pajjiż jew reġjun fejn:

1. il-kriterji elenkati fil-Kapitolu A jiġu mħarsa, u r-rata ta' inċidenza ta' ESB, ikkalkulata fuq l-aħħar 12-il xahar, kienet iktar minn mitt każ f' kull miljun tal-popolazzjoni ta' annimali tal-ifrat ta’ età akbar minn 24 xahar fil-pajjiż jew reġjun; jew

2. Ir-rata ta' inċidenza ta' ESB, ikkalkulata fuq l-aħħar 12-il xahar, kienet iktar minn jew daqs każ wieħed indiġenu għal kull miljun u inqas minn jew daqs mitt każ f'kull miljun fil-popolazzjoni ta' annimali ta’ l-ifrat f’ta’ età akbar minn 24 xahar fil-pajjiż jew reġjun, u għall-inqas waħda mill-kriterji elenkati fil-Kapitolu A mhix mħarsa.

--------------------------------------------------

ANNESS III

SISTEMA TA' SORVELJANZA

KAPITOLU A

I. REKWIŻITI MINIMI GĦAL KULL PROGRAMM TA' SORVELJANZA TA' L-ESB F'ANNIMALI TA’ L-IFRAT

1. Għażla ta' sottopopolazzjonijiet

Annimali ta’ l-ifrat akbar minn 30 xahar kif ġej:

1.1. Annimali soġġetti għal "qtil speċjali ta' emerġenza" kif definit fl-Artikolu 2(n) tad-Direttiva 64/433/KEE [1] u annimali maqtula skond l-Anness I, Kapitolu VI, punt 28(ċ), tad-Direttiva 64/433/KEE (inklużi annimali li għalihom saret referenza fir-Regolament (KE) Nru 716/96 [2], u soġġetti għal "qtil speċjali ta' emerġenza" kif saret referenza għalihom hawn fuq jew maqtula skond l-Anness I, Kapitolu VI, punt 28(ċ), tad-Direttiva 64/433/KEE).

1.2. Annimali mejta mhux maqtula għall-konsum mill-bniedem, li mietu fir-razzett jew waqt it-trasport (minbarra annimali li għalihom saret referenza fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 716/96).

1.3. Annimali maqtula normalment għal konsum tal-bniedem.

1.4. Annimali li juru kull diżordni newroloġiku.

2. Daqs tal-kampjun

2.1. In-numru ta' kampjuni ttestjati kull sena f'kull Stat Membru mis-sottopopolazzjoni li għaliha saret referenza fil-punt 1.1 għandu jinkludi l-annimali kollha f'dik is-sottopopolazzjoni.

2.2. In-numru ta' kampjuni ttestjati kull sena f'kull Stat Membru mis-sottopopolazzjonijiet li għaliha saret referenza fil-punt 1.2 m'għandux ikun inqas mid-daqsijiet tal-kampjun indikati fit-tabella. L-għażla tal-kampjuni għandha tkun bl-addoċċ. Il-kampjunaġġ għandu jkun rappreżentattiv għal kull reġjun u jkun kontinwu.

2.3. In-numru ta' kampjuni ttestjati kull sena f'kull Stat Membru mis-sottopopolazzjoni li għaliha saret referenza fil-punt 1.3 għandu jinkludi l-annimali kollha f'dik is-sottopopolazzjoni.

Popolazzjoni totali fi 30 xahar | Daqs tal-kampjun |

100000 | 950 |

200000 | 1550 |

300000 | 1890 |

400000 | 2110 |

500000 | 2250 |

600000 | 2360 |

700000 | 2440 |

800000 | 2500 |

900000 | 2550 |

1000000 | 2590 |

1500000 | 3000 |

2000000 | 3500 |

2500000 | 4000 |

3000000 | 4500 |

3500000 | 5000 |

4000000 | 5500 |

4500000 | 6000 |

5000000 | 6500 |

5500000 | 7000 |

6000000 | 7500 |

6500000 | 8000 |

7000000 | 8500 |

7500000 | 9000 |

8000000 | 9500 |

8500000 | 10000 |

9000000 | 10500 |

9500000 | 11000 |

10000000 | 11500 |

10500000 | 12000 |

11000000 | 12500 |

11500000 | 13000 |

12000000 | 13500 |

II. REKWIŻITI MINIMI GĦAL KULL PROGRAMM TA' SORVELJANZA TA' L-ISCRAPIE F'ANNIMALI TAR-RAZZA TAN-NAGĦAĠ U TAR-RAZZA TAL-MOGĦOŻ

1. Għażla ta' sottopopolazzjonijiet

L-għażla għandha ssir permezz ta' kull stima ta' riskju tas-sottopopolazzjonijiet ta' annimali nativi u li juru sinjali kliniċi li jaqblu ma' l-iscrapie. F'kull sottopopolazzjoni u grupp ta' età, l-għażla trid issir bl-addoċċ.

Is-segwenti għandhom ikunu l-kriterji ta’ l-għażla:

- annimali li juru kull diżordni newroloġika jew ta' komportament li jdum għall-inqas 15-il jum u reżistenza għat-trattament;

- annimali moribundi mingħajr sinjali ta' mard infettiv jew trawmatiku annimali li juru kondizzjonijiet oħra progressivi ta' mard.

- annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ għandhom jiġu eżaminati għall-iscrapie u, meta jkunu disponibbli testijiet li jistgħu fil-prattika jiddistnigwu bejn EST, għall-ESB.

2. Età ta' l-annimali mmirati

Il-kampjunaġġ għandu jimmira għall-ixjaħ annimali f'dik is-sottopopolazzjoni. Madankollu, l-annimali kollha mmirati għandhom ikunu akbar minn 12-il xahar.

3. Daqs tal-kampjun

In-numru minimu ta' annimali li għandhom jiġu eżaminati fuq kull bażi annwali għandhom iħarsu d-daqsijiet tal-kampjunaġġ li għalihom saret referenza fit-tabella. Annimali eżaminati skond l-Artikolu 12 jistgħu jiġu inklużi fid-daqs minimu tal-kampjun.

Tabella

Numru minimu ta' investigazzjonijiet newroħistoloġiċi annwali ta' annimali li juru sinjali li jaqblu ma' EST

Popolazzjoni totali fi12-il xahar | Daqs tal-kampjun |

100000 | 10 |

300000 | 30 |

500000 | 50 |

700000 | 69 |

1000000 | 99 |

2500000 | 195 |

5000000 | 300 |

7000000 | 336 |

10000000 | 367 |

20000000 | 409 |

30000000 | 425 |

40000000 | 433 |

III. SORVELJANZA TA' ANNIMALI B' RISKJU OGĦLA

Sorveljanza ta' annimali b' riskju ogħla

Magħduda mal-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti fil-Partijiet I u II, l-Istati Membri jistgħu fuq bażi volontarja iwettqu sorveljanza mmirata għal EST f'annimali b'riskju ogħla, bħal:

- annimali li joriġinaw minn pajjiżi b' EST indiġena,

- annimali li kkonsmaw ġwież x'aktarx ikkontaminat,

- annimali mwielda jew derivati minn damiġelli infettati b' EST

IV. DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI

L-Istati Membri għandhom jaċċertaw illi l-ebda parti tal-ġisem ta' annimali meħuda bħala kampjun skond dan l-Anness ma jintuża għall-ikel tal-bnedmin, ġwież ta' l-annimali u fertilizzanti, sakemm tiġi konkluża l-eżaminazzjoni laboratorja b'riżultati negativi.

KAPITOLU B

I. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA MILL-ISTATI MEMBRI FIR-RAPPORTI TAGĦHOM

1. in-numru ta' każijiet suspettati għal kull speċi ta' annimali mqiegħda taħt restriszzjoni ta' ċaqlieq skond l-Artikolu 12(1);

2. in-numru ta' każijiet issuspettati għal kull speċi ta' annimali soġġetti għal eżami laboratorju skond l-Artikolu 12(2) u r-riżultat ta' l-eżami;

3. id-daqs stmat ta' kull sottopopolazzjoni li għaliha saret referenza fil-Kapitolu A, Parti I, punt 1;

4. in-numru ta' annimali ta’ l-ifrat ittesjati f'kull sottopopolazzjoni kif saret referenza għalihom Kapitolu A, Parti I, punt 1, u fil- Kapitolu A, Parti III, il-metodu għall-għażla tal-kampjuni u r-riżultat tat-testijiet;

5. in-numru ta' annimali tar-razza tal-mogħoż u tan-nagħaġ eżaminati f'kull sottopopolazzjoni kif saret referenza għalihom Parti I, punt 1, u fil-Kapitolu A, Parti III, u r-riżultat ta' l-eżaminazzjoni;

6. numru, distribuzzjoni ta' età u distribuzzjoni ġeografika tal-każijiet pożittivi ta' ESB u scrapie. Is-sena u, fejn possibbli, ix-xahar tat-twelid għandhom jingħataw għal każijiet ta' ESB mwielda wara l-introduzzjoni ta' kull projbizzjoni ta' l-użu ta' proteini tar-ruminanti fl-ikel ta' l-annimali;

7. każijiet ta' EST pożittivi kkonfermati f'annimali minnbarra annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ.

II. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPREŻENTATA MILL-KUMMISSJONI FIT-TAQSIRA TAGĦHA

It-taqsira għandha tiġi ppreżentata f'kull forma tabellata li tkopri għall-inqas l-informazzjoni segwenti għal kull Stat Membru;

1. il-popolazzjoni totali ta' annimali bovini ta’ eta akbar minn 24 xahar u d-daqs stmat ta' kull sottopopolazzjoni li għaliha saret referenza fil-Kapitolu A, Parti I, punt 1;

2. in-numru ta' każijiet issuspettati għal kull speċi ta' annimali kif saret referenza għalihom fl-Artikolu 12;

3. in-numru ta' annimali ta’ l-ifrat ittestjati kif saret referenza għalihom fil-Kapitolu A, Parti I, punt 1;

4. in-numru ta' annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ eżaminati kif saret referenza għalihom fil-Kapitolu A, Parti II, punt 1;

5. in-numru u distribuzzjoni ta' l-età ta' każijiet pożittivi ta' ESB;

6. każijiet ta' ESB pożittivi mwielda wara l-introduzzjoni ta' kull projbizzjoni ta' ġwież u s-sena u x-xahar tat-twelid;

7. każijiet pożittivi ta' scrapie;

8. każijiet ta' EST pożittivi f'annimali minnbarra annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tan-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ.

III. REKORDS

1. L-awtorità kompetenti għandha żżomm, għal seba' snin, rekords ta':

- in-numru u t-tipi ta' annimali mpoġġija taħt restrizzjoni ta' ċaqlieq kif saret referenza għaliha fl-Artikolu 12(1);

- in-numru u r-riżultati ta' investigazzjonijiet kliniċi u epidemjoloġiċi kif saret referenza għalih fl-Artikolu 12(1);

- in-numru u r-riżultati ta' eżamijiet tal-laboratorju kif saret referenza għalihom fl-Artikolu 12(2);

- in-numru, identità u oriġini ta' annimali kkampjunati fil-qafas tal-programmi ta' monitoraġġ kif saret referenza għalihom fil-Parti I u, fejn possibbli, l-età, trobbija u informazzjoni anamnestika.

2. Il-laboratorju li jagħmel l-investigazzjonijiet għandu jżomm, kull rekord ta’ prova, b’mod partikolari kull reġistru tal-laboratorju, blokki tal-parafina u, meta xieraq ritratti ta' Western blots.

[1] Id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk (ĠU 121, tad- 29.7.1964, p. 2012/64).

[2] Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 95/23/KE (ĠU L 243, 11.10.1993, p. 7).

--------------------------------------------------

ANNESS IV

TMIGĦ TA' L-ANNIMALI

1. Fl-Istati Membri jew ir-reġjunijiet tagħhom imqiegħda fil-kategorija 5, il-projbizzjoni li għaliha saret referenza fl-Artikolu 7(1) għandha tiġi estiża għal:

(a) it-tmigħ lil kull annimal tar-razzett ta' proteini derivati minn mammiferi;

(b) it-tmigħ lil kull mammiferu ta' proteini ta’ annimali pproċessati derivati mill-mammiferi; din il-projbizzjoni m'għandhiex tgħodd għat-tmigħ lil klieb u qtates u lanqas lill-prodotti ta' ikel tal-klieb u qtates;

(ċ) it-tmigħ lil kull ruminant ta' grass tar-ruminanti reż.

2. Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(1) u (2) m'għandhiex tgħodd għall-prodotti segwenti minn annimali b'saħħithom:

(a) Il-ħalib u prodotti tal-ħalib;

(b) ġelatina dderivata minn ġlud;

(ċ) proteini idrolizzati b'piż molekulari taħt 10000 daltons li:

(i) ġew idderivati minn ġlud miksuba minn annimali li nqatlu f'biċċerija u ġew sottoposti għal kull spezzjoni ante-mortem minn kull veterinarju uffiċjali skond il-Kapitolu VI ta' l-Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE u għaddew bħala tajbin, bħala riżultat ta' din l-ispezzjoni, għall-qatla għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva,

u

(ii) ġew prodotti minn kull proċess ta' produzzjoni li jinvolvi miżuri xierqa biex jimminimizza kontaminazzjoni ta' ġlud, preparazzjoni tal-ġlud bl-ilma mielaħ, bil-ġir u ħasil intensiv u mbagħad espożizzjoni tal-materjali għal pH ta' aktar minn 11 għal aktar minn tliet sigħat b'temperatura ta' mhux aktar minn 80 °C u sussegwit minn trattament ta' sħana ta’ iktar minn 140 °C għal 30 minuta ta' iktar minn 3.6 bar jew minn proċess ta' produzzjoni ekwivalenti approvat mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku xieraq skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2),

u

(iii) jiġu minn stabbilimenti li jwettqu programm proprju ta' ispezzjonijiet (HACCP);

(d) dicalcium phosphate (bl-ebda traċċa ta' proteini jew grass);

(e) plasma mnixxef u prodotti oħra mid-demm, minbarra prodotti mid-demm ta’ l-ifrat għal tmigħ lir-ruminanti.

--------------------------------------------------

ANNESS V

MATERJAL TA' RISKJU SPEĊIFIKAT

1. It-tessuti segwenti għandhom jiġu trattati bħala materjal riskjuż speċifikat skond il-kategorija ta' l-Istat Membru jew pajjiż terz ta' oriġini jew residenza ta' l-annimal, stabbilita skond l-Artikolu 5:

KATEGORIJI 1 U 2

Xejn

KATEGORIJI 3 U 4

(a) il-kranju inkluż il-moħħ u l-għajnejn, it-tunsilli u n-nerv tas-sinsla ta' annimali ta’ l-ifrat ta’ età akbar minn 12-il xahar, u l-imsaren mid-duodenum sar-rectum ta' annimali ta’ l-ifrat ta' kull età;

(b) il-kranju inkluż il-moħħ u l-għajnejn, it-tunsilli u n-nerv tas-sinsla ta' annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ ta’ età akbar minn 12-il xahar jew li għandhom is-sinna ta' quddiem li ħarġet mill-ħanek, u l-milsa ta' annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ ta' kull età.

KATEGORIJA 5

(a) Ir-ras kollha (minbarra l-ilsien) inklużi l-moħħ, l-għajnejn, trigeminal ganglia u t-tunsilli; it-timus; il-milsa u n-nerv tas-sinsla ta' annimali ta’ l-ifrat ta’ età akbar minn 6 xhur, u l-imsaren mid-duodenum sar-rectum ta' annimali ta' kull età;

(b) il-kolonna vertebrali, inkluża d-dorsal root ganglia, ta' annimali ta’ l-ifrat ta’ età akbar minn 30 xahar;

(ċ) il-kranju inkluż il-moħħ u l-għajnejn, it-tunsilli, in-nerv tas-sinsla ta' annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ ta’ età akbar minn 12-il xahar jew li għandhom is-sinna ta' quddiem li ħarġet mill-ħanek, u l-milsa ta' annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ ta' kull età.

2. Materjal riskjuż speċifikat għandu jitneħħa f':

(a) biċċeriji;

(b) impjanti ta' tqattigħ, impjanti ta' riskju għoli li jipproċessaw jew postijiet li għalihom saret referenza fl-Artikoli 3 u 7 tad-Direttiva 90/667/KEE [1], taħt is-sorveljanza ta' kull aġent maħtur mill-awtorità kompetenti. Dawk l-istabbilimenti għandhom jiġu approvati għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti.

Madankollu, l-kolonna vertebrali tista' titneħħa f'punti ta' bejgħ lill-konsumatur li jkun fit-territorju ta' l-Istat Membru kkonċernat.

Fejn il-materjal specifiku ta’ riskju ma jitneħħiex minn annimali mejtin li ma ġewx maqtula għall-konsum tal-bniedem, il-partijiet tal-ġisem li jkun jinsab fihom materjal speċifikat ta’ riskju jew il-ġisem sħiħ jitqiesu bħala materjal speċifiku ta’ riskju

3. Kull materjal speċifiku ta’ riskju għandu jittebba' b'kull żebgħa u, kif xieraq, jiġi mmarkat b'kull marka minnufih mat-tneħħija u jinqered kompletament:

(a) bl-inċinerazzjoni mingħajr ipproċessar minn qabel; jew

(b) sakemm iż-żebgħa jew il-marka jibqa' jiġi skopert, wara l-ipproċessar minn qabel:

(i) b’mod konformi mas-sistemi deskritti fil-Kapitoli I sa IV, VI u VII ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 92/562/KEE [2]:

- bl-inċinerazzjoni;

- bil-koinċinerazzjoni;

(ii) b’mod konformi ma’ ta’ l-inqas l-istandards li għalihom saret referenza fl-Anness I tad-Deċiżjoni 1999/534/KEEC [3], bi dfin f'sit ta' terraferma artifiċjali xieraq.

4. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-disposizzjonijiet tal-punti 2 u 3 biex jippermettu l-inċinerazzjoni jew dfin ta' materjal ta’ riskju speċifiku jew iġsma sħaħ, mingħajr ma jittebbgħu minn qabel, jew, kif xieraq, tneħħija ta’ materja b’riskju speċifiku, fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 90/667/KEE u b'kull metodu li jipprekludi kull riskju ta' trasmissjoni ta' EST u li hija awtorizzata u ssorveljata mill-awtorità kompetenti, b’mod partikolari fejn annimali mietu jew inqatlu fil-kuntest ta’ miżuri għall-kontroll tal-mard mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 u 13.

5. L-użu ta' kull test alternattiv għat-tneħħija ta' marterjal b’riskju speċifiku jista' jiġi awtorizzat taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-testijiet jistgħu jitwettqu f'biċċeriji fuq kull annimal eliġibbli għat-tneħħija ta' materjal riskjuż speċifikat;

(b) l-ebda prodotti ta’ l-ifrat, tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ maħsub għall-ikel tal-bniedem jew ta’ l-annimali ma jista' jitlaq mill-biċċerija qabel l-awtorità kompetenti ma tkun irċeviet u aċċettat ir-riżultati fuq kull annimal maqtul li huma potenzjalment ikkontaminati jekk ġie kkonfermat l-ESB f'wieħed minnhom;

(ċ) meta kull test alternattiv jagħti kull riżultat pożittiv, kull materjal ta’ l-ifrat, tar-razza tan-nagħaġ jew tar-razza tal-mogħoż li hu potenzjalment ikkontaminat fil-biċċerija jinqered skond il-punt 3, kemm-il darba kull parti tal-ġisem inkluża l-ġilda ta' l-annimal affettwat jistgħu jiġu identifikati u miżmuma separatament.

6. L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet uffiċjali frekwenti biex jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta' dan l-Anness u jiżguraw li jittieħdu miżuri biex tiġi evitata l-kontaminazzjoni, b’mod partikolari fil-biċċeriji, impjanti ta' tqattigħ, impjanti li jipproċessaw l-iskart ta' l-annimali, impjanti u siti ta’ l-ipproċessar b'riskju għoli awtorizzati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/667/KEE, punti ta' bejgħ lill-konsumatur, siti ta' terraferma artifiċjali u faċilitajiet oħra ta' ħażna jew inċinerazzjoni.

7. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu kull sistema biex jaċċertaw u jivverifikaw li:

(a) materjal ta’ riskju speċifikat użat fil-produzzjoni ta' prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(2) jintuża biss għall-iskop awtorizzat;

(b) meta annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ jidħlu f’kull Stat Membru mqiegħed f'kull kategorija b'kull numru iktar baxx, li jindika kull stat ta' ESB aħjar, minn dawk ta' l-annimali li jidħlu, dawk l-annimali jibqgħu taħt sorveljanza uffiċjali sakemm jinqatlu jew jiġu mibgħuta mit-territorju tiegħu;

(ċ) materjal speċifiku riskjuż, b’mod partikolari meta rimi jsir fl-istabbiliment jew post ieħor minbarra f’biċċeriji, huwa kompletament separat minn skart ieħor mhux maħsub għall-inċinerazzjoni, jinġabar separatament u jintrema’ skond il-punti 2, 3 u 4. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jintbagħtu rjus jew karkassi li fihom ikun hemm materjal speċifikat riskjuż lil Stat Membru ieħor wara li jsir ftehim ma' dak l-Istat Membru kemm biex jirċievi l-materjal kif ukoll biex japplika l-kondizzjonijiet speċifiċi li jgħoddu għal dawn il-movimenti.

8. L-Istati Membri jistgħu jibagħtu materjal speċifiku ta’ riskju jew il-materjal ipproċessat minnu lil Stati Membri oħra għall-inċinerazzjoni biss taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 97/735/KE [4], fejn tapplika.

Dawn il-punti jistgħu jiġu emendat fuq talba ta' kull Stat Membru biex jingħata permess li jintbagħat materjal speċifikat riskjuż jew il-materjal ipproċessat minn dan lil pajjiżi terzi għall-inċinerazzjoni. Il- kondizzjonijiet li jirregolaw l-esportazzjoni għandhom jiġu adottati fl-istess ħin, bl-istess proċedura.

[1] Id-Direttiva tal-Kunsill 90/667/KEE tas-27 ta' Novembru 1990 li tistabbilixxi regoli veterinarji għar-rimi u l-proċessar ta' skart mill-annimali, għat-tqegħid tiegħu fis-suq u għall-prevenzjoni ta' patoġeni f’oġġetti ta’ l-ikel derivati mill-annimali jew mill-ħut u li jemenda d-Direttiva 90/425/KEE (ĠU Nru L 363, 27. 12. 1990, p. 51). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni 1994

[2] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/562/KEE tas-17 ta' Novembru 1992 dwar l-approvazzjoni ta' sistemi ta' trattament bis-sħana alternattivi għall-ipproċessar ta' materjal ta' riskju għoli (ĠU L 359, 9.12.1992, p. 23). Id-Deċiżjoni kif emendata bl-Att ta’ Adeżjoni 1994

[3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/534/KE tad-19 ta' Lulju 1999 dwar miżuri li japplikaw għall-ipproċessar ta' kull skart ta' l-annimali għall-ħarsien kontra t-tixrid ta’ l-enċifalopatija sponġiformi u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/735/KE (ĠU L 204, 4.8.1999, p. 37).

[4] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/735/KE tal-21 ta' Ottubru 1997 dwar ċertu miżuri ta’ ħarsien dwar il-kummerċ f'ċerti tipi ta' skart ta' annimali mammiferi (ĠU L 294, 28.10.1997, p. 7). Id-Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/534/KE (ĠU L 204, 4.8.1999, p. 37).

--------------------------------------------------

ANNESS VI

STANDARDS GĦAL ĊERTU PRODOTTI MILL-ANNIMALI DDERIVATI MINN JEW LI JKUN FIHOM MATERJAL RUMINANTI

L-użu ta' materjal ruminanti għall-produzzjoni tal-prodotti li ġejjin mill-annimali huwa pprojbit kif saret referenza għalihom fl-Artikolu 9(1):

(a) laħam rikoverat mekkanikament;

(b) dicalcium phosphate maħsub bħala oġġetti ta’ l-ikel għal annimali ħajjin;

(ċ) ġelatina, kemm-il darba mhix prodotta minn ġlud tar-ruminanti;

(d) derivattivi magħmula minn grass tar-ruminanti reż;

(e) grass tar-ruminati reż, kemm-il darba ġie prodotti minn:

(i) tessut adipoż diskret iddikjarat tajjeb għal konsum tal-bniedem;

(ii) materja prima li ġiet ipproċessata skond l-istandards li għalihom saret referenza fid-Direttiva 90/667/KEE.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

ERADIKAZZJONI TA' ENĊIFALOPATIJA SPONĠIFORMI TRANSMISSIBBLI

1. L-inkjestà li għaliha saret referenza fl-Artikolu 13(1)(b) għandha tidentifika:

(a) fil-każ ta' annimali ta’ l-ifrat:

- kull annimal ruminant fl-azjenda ta' l-annimal li fih ġiet ikkonfermata l-marda;

- kull embrijun, ova u l-aħħar wild ta' kull annimal femminili li fiha ġiet ikkonfermata l-marda u l-embrijuni jew wild li tagħhom inġabru jew twieldu fi żmien sentejn qabel, jew wara, dehra klinika tal-marda fid-dama tagħha;

- kull annimal tal-ko-orti ta' l-annimal li fih ġiet ikkonfermata l-marda;

- l-oriġini possibbli tal-marda u azjendi oħra li fuqhom hemm annimali, embrijuni jew ova li setgħu ġew infettati mill-aġent ta' EST jew ġew esposti għall-istess ikel jew għejun ta' kontaminazzjoni;

- iċ-ċaqlieq ta' ikel potenzjalment ikkontaminat, materjal ieħor, jew kull mezz ieħor ta' tixrid, li seta' xerred l-aġent ta' EST lil jew mill-azjenda in kwistjoni;

(b) fil-każ ta' annimali tar-razza tal-mogħoż jew mir-razza tan-nagħaġ:

- kull ruminant minbarra l-annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ fl-azjenda ta' l-annimal li fih ġiet ikkonfermata l-marda;

- sa fej jistgħu jiġu identifikati, il-ġenituri, kull embrijun, l-ova u l-aħħar wild ta' l-annimal li fih ġiet ikkonfermata l-marda;

- kull annimal tal-ko-orti, li għandu jiġi imfisser skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 245(2), ta' l-annimal li fih ġiet ikkonfermata l-marda;

- kull animal ieħor tar-razza tal-mogħoż u tan-nagħaġ fl-azjenda li fiha l-marda ġiet ikkonfermata flimkien ma’ dawk imsemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi;

- l-oriġini possibbli tal-marda u l-identifikazzjoni ta' azjendi oħra li fuqhom hemm annimali, embrijuni jew ova li setgħu ġew infettati mill-aġent ta' EST jew ġew esposti għall-istess ikel jew għejun ta' kontaminazzjoni;

- iċ-ċaqlieq ta' ikel potenzjalment ikkontaminat, materjal ieħor, jew kull mezz ieħor ta' tixrid, li seta' ttrasmetta l-aġent ta' l-ESB lil jew mill-azjenda in kwistjoni.

2. Il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 13(1) għandhom jikkomprendu għall-inqas:

(a) f' każ ta' konferma ta' ESB f'kull annimal ta’ l-ifrat, qtil u qerda totali ta' annimali ta’ l-ifrat u qerda ta' embrijuni u ova identifikati mill-inkjestà li għaliha saret referenza fil-punt 1(a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż;

(b) f'każ ta' konferma ta' ESB f' annimal tar-razza tal-mogħoż u tan-nagħaġ, qtil u qerda totali ta' kull l-annimal, embrijuni u ova identifikati mill-inkjestà li għaliha saret referenza fil-punt 1(b), it-tieni sas-sitt inċiż.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

TQEGĦID FIS-SUQ U ESPORTAZZJONI

KAPITOLU A Kondizzjonijiet għall-kummerċ intra-Komunitarju f'annimali ħajjin, embrijuni u ova

I. KONDIZZJONIJIET LI JAPPLIKAW IRRESPITTIVAMENT TAL-KATEGORIJA TA' L-ISTAT MEMBRU JEW PAJJIŻ TERZ TA' ORIĠINI JEW RESIDENZA TA' L-ANNIMAL

1. Dispaċċ lill-Istati Membri oħra għandu jsegwi r-regoli ta' l-Artikolu 15(1).

2. Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu għaċ-ċaqlieq ta' embrijuni u ova ta’ l-ifrat:

Embrijuni u ova ta’ l-ifrat iridu jkunu derivati minn annimali femminili li, meta nġabru:

- ma kinux suspettati lil huma infettati mill-ESB;

- huma stess kkomformaw mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Parti II.

3. Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal kummerċ f’annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ

(a) Annimali tar-razza tal-mogħoż u tan-nagħaġ għat-trobbija għandhom:

(i) jiġu minn kull azjenda li tissoddisfa l-ħtiġiet li ġejjin:

- hija soġġetta għal verifiki veterinarji regolari;

- l-annimali huma mmarkati;

- l-ebda każ ta' scrapie ma ġiet ikkonfermata għal mil inqas tliet snin;

- il-verifika bil-kampjuni titwettaq fl-azjenda fuq l-annimali femminili xjuħ maħsuba għal qatla;

- il-femminili jiġu introdotti f’dik l-azjenda biss jekk jiġu minn kull intrapriża li tħares l-istess ħtiġiet;

(ii) inżammu kontinwament fuq kull azjenda jew azjendi li jħarsu l-ħtiġiet stabbiliti fil-punt (i) mit-twelid għall-aħħar tliet snin;

(iii) jekk huma destinati għal kull Stat Membru li jibbenefika, għal kull territorju jew parti minnu, mid-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b), iħarsu mal-garanziji previsti fil-programmi msemmija l-programmi li għalihom saret referenza f’dak il-punt.

(b) Kull Stat Membru li għandu kull programm obbligatorju jew ta’ kontroll ta' l-iscrapie nazzjonali volontarju għat-territorju tiegħu kollu jew parti minnu:

(i) jista' jissottometti dan l-imsemmi programm lill-Kummissjoni, u b’mod partikolari jiddelinea:

- id-distribuzzjoni tal-marda fl-Istat Membru;

- ir-raġunijiet tal-programm, b' konsiderazzjoni għall-importanza tal-marda u l-proporzjon ta' spejjeż/benefiċċji;

- iż-żona ġeografika li fiha ser jiġi implimentat il-programm;

- il-kategoriji ta' stat li għandhom jiġu applikati għall-azjendi, l-istandards li għandhom jintlaħqu f'kull kategorija u l-proċeduri ta’ prova li għandhom jintużaw;

- il-programm ta' proċeduri ta' monitoraġġ;

- l-azzjoni li għandha tittieħed jekk, għal kull raġuni, kull intrapriża titlef l-istat tagħha;

- il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk mir-riżultati ta' verifiki mwettqa skond id-disposizzjonijiet tal-programm huma pożittivi;

(ii) il-programmi li għalihom saret referenza fil-punt (i) jistgħu jiġu approvati skond il-kriterji stabbiliti f'dak il-punt skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2). Skond l-istess proċedura, il-garanziji addizzjonali, ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jintalbu għall-kummerċ intra-Komunitarju għandhom jiġu definiti fl-istess ħin jew mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-approvazzjoni tal-programmi. Dawn il-garanziji m'għandhomx jaqbżu dawk li l-Istat Membru jimplimenta nazzjonalment.

(iii) programmi mogħtija minn Stati Membri jistgħu jiġu emendati jew supplimentati skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2). Skond l-istess proċedura, kull emenda jew kull żieda ma' kull prgoramm li diġà ġie approvat jew għal garanziji li diġà ġew definiti b’mod konformi mas-subparagrafu (ii) tista' tiġi approvata.

(ċ) Meta Stat Membru jikkonsidra li t-territorju tiegħu jew parti minnu huwa liberu minn scrapie tar-razza tal-mogħoż:

(i) għandu jissottometti lill-Kummissjoni dokumentazzjoni ta’ sostenn xierqa li jiddeskrivi b’mod partikolari:

- l-istorja tal-ġrajja tal-marda fit-territorju tiegħu;

- ir-riżultati tat-testijiet tas-sorveljanza msejsa fuq investigazzjoni seroloġika, mikrobijoloġika, patoloġika jew epidemjoloġika;

- il-perjodu li fih is-sorveljanza tkun twettqet;

- l-arranġamenti għall-verifika ta' l-assenza tal-marda;

(ii) il-garanziji addizzjonali, ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju għandhom jiġu definiti skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2). Dawn il-garanziji m' għandhomx jaqbżu dawk li l-Istat Membru jimplimenta nazzjonalment;

(iii) l-Istat Membru kkonċernat għandu javża lill-Kummissjoni dwar kull tibdil fid-dettalji speċifikati fil-punt (i) relatati mal-marda. Il-garanziji definiti skond il-punt (ii) jistgħu, fid-dawl ta' dan l-avviż, jiġu emendati jew irtirati skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

II. KONDIZZJONIJIET LI JAPPLIKAW SKOND IL-KATEGORIJA TA' L-ISTAT MEMBRU TA' L-ORIĠINI JEW RESIDENZA TA' L-ANNIMAL STABBILITI SKOND L-ANNESS II, KAPITOLU Ċ

1. Dispaċċ lil Stati Membri oħra għandu jsegwi r-regoli ta' l-Artikolu 15(1).

2. Il-kategorija ta' ESB ta' l-Istat Membru ta' oriġini ta' annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ għandu jiġu kkomunikat lill-Istat Membru ta’ destinazzjoni.

3. Il-kondizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu għal ċaqlieq li għalih hemm referenza fil-punt 1 ta' annimali ta’ l-ifrat ġejjin minn jew li joqogħdu fi Stati Membri jew wieħed mir-reġjuni ta’ dawn mqiegħed f’:

KATEGORIJI 3 U 4

L-annimali għandhom ikunu:

(a) twieldu, trabbew u baqgħu f'merħliet li fihom ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta' ESB għall-inqas għal seba' snin; jew

(b) twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti b'proteini derivati minn mammiferi ġiet inforzata effettivament.

KATEGORIJA 5

L-annimali għandhom:

(b) ikunu twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' annimali fl-irziezet b'proteini derivati minn mammiferi ġiet inforzata effettivament; u

(b) ikunu twieldu, trabbew u baqgħu f'merħliet li fihom ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta' ESB għall-inqas għal seba' snin, u li jkun jinsab fihom biss annimali ta’ l-ifrat imwielda fir-razzett jew ġejjin minn kull merħla ta' stat ekwivalenti.

KAPITOLU B Kondizzjonijiet dwar wild ta' annimali suspettati jew ikkonfermati b'EST imsemmija fl-Artikolu 15(2)

Għandu jkun ipprojbit li jitqiegħed fis-suq l-aħħar wild ta' annimali ta’ l-ifrat femminili infettati b' EST jew annimali tar-razza tal-mogħoż jew tar-razza tan-nagħaġ ikkonfermati b'ESB li welldu fl-aħħar sentejn qabel jew waqt iż-żmien wara d-dehra ta' l-ewwel sinjali kliniċi tal-bidu tal-marda.

KAPITOLU Ċ Kondizzjonijiet għal kummerċ intra-Komunitarju f'xi prodotti li joriġinaw mill-annimali

I. Il-prodotti segwenti ta' oriġini mill-annimali huma eżenti mill-projbizzjoni li għaliha saret referenza fl-Artikolu 16(3), kemm-il darba huma dderivati minn annimali ta’ l-ifrat li jissoddisfaw il-ħtiġiet tal-Partijiet II jew III taħt:

- laħam frisk;

- laħam ikkapuljat;

- preparati tal-laħam;

- prodotti tal-laħam

- ikel ta' annimali domestiċi ddestinati għal karnivori domestiċi.

Skema bbażata fuq id-data

II. Laħam frisk mingħajr għadam li minnu tneħħa kull tessut aderenti, inkluż tessut ovvju tan-nerv u tessut limfatiku, u prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għalihom saret referenza fil-Parti I derivat minn dan, miksub minn annimali eliġibbli minn pajjiżi jew reġjuni fil-kategorija 5, jista' jiġi nnegozjat skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(3) meta jkun miksub minn annimali li twieldu wara d-data li minnha l-istandards tat-tmigħ ta' l-annimali stabbiliti fl-Artikolu 7(2) ġew effettivament inforzati u ċċertifikati bħala li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1, u huma prodotti fi stabbilimentli li jilħqu l-kondizzjoni stabbiliti fil-punt 9. L-awtorità kompetenti għandha tiżġura illi l-kondizzjonijiet dwar il-kontrolli stabbiliti fil-punti 2 sa 8 u 10 huma mħarsa.

1. Kull annimal ta’ l-ifrat huwa eliġibbli għall-Iskema bbażata fuq id-Data jekk ikun twieled u trabba fl-Istat Membru kkonċernat u jekk fiż-żmien tal-qatla jintwera li l-kondizzjonijiet li ġejjin huma mħarsa:

(a) l-annimal kien kjarament identifikabbli matul ħajtu kollha, u seta' b'hekk jiġi ntraċċat sad-dama u l-merħla ta' l-oriġini; in-numru tal-widna unika, id-data u l-azjenda tat-twelid u l-movimenti kollha wara t-twelid huma rreġistrati jew fil-passapport uffiċjali ta' l-annimal jew f'kull sistema ta' identifikazzjoni u ta’ traċċar uffiċjali kkompjuterizzata; l-identità tad-dama tiegħu hija magħrufa;

(b) l-annimal għandu età ta' iktar minn sitt xhur u ta’ inqas minn 30 xahar, stabbilit b'referenza għal reġistru uffiċjali bil-kompjuter tad-data tat-twelid tiegħu, jew għall-passaport uffiċjali ta' l-annimal.

(ċ) l-awtorità kompetenti kisbet u vverifikat xhieda pożittiva li d-data ta' l-annimali għexet għall-inqas għal sitt xhur wara t-twelid ta' l-annimal eliġibbli;

(d) id-dama ta' l-annimal ma żviluppatx ESB u mhix suspettata li qabdet l-ESB.

Kontrolli

2. Jekk kull annimal ippreżentat għall-qatla jew f'kull ċirkostanza madwar il-qtil ma jilħaqx il-ħtiġiet kollha ta' dan ir-Regolament, l-annimal għandu jiġi awtomatikament miċħud u l-passaport awtomatikament ikkonfiskat. Jekk dik l-informazzjoni ssir disponibbli wara l-qatla, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tieqaf milli toħroġ ċertifikati u tikkanċella ċ-ċertifikati maħruġa. Jekk diġà ntbagħtu, l-awtorità kompetenti għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni. L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tieħu l-passi xierqa.

3. Il-qatla ta' annimali eleġibbli għandha ssir f'biċċeriji li mhumiex użati għall-qatla ta’ l-annimali ta’ l-ifrat minbarra dawk maqtula taħt l-Iskema bbażata fuq Dati jew taħt kull Skema Attestata ta’ l-Imrieħel.

4. L-awtorità kompetenti għandha tissoddisfa lilha nnifisha li l-proċeduri użati fil-pjani tat-tqattigħ jaċċertaw li n-nodi linfatiċi segwenti tneħħew:

popliteali, iskjatiċi, ingwinali superfiċjali, ingwinali profondi, iljaċi medjali u laterali, renali, prefemorali, lumbari, kostoċervikali, sternali, preskapulari, axillari, kawdali u ċervikali profondi.

5. Il-laħam għandu jkun intraċċat għall-annimal eliġibbli, jew wara t-tqattigħ, għall-annimali mqatta' fl-istess lott, permezz ta' kull sistema uffiċjali ta' intraċċar sal-ħin tal-qatla. Wara l-qatla, it-tabelli għandhom ikunu f’pożizzjoni li jittraċċaw laħam frisk u prodotti li għalihom saret referenza fil-Parti I għall-annimal eliġibbli biex jippermetti lill-konsenja kkonċernata tkun msejħa mill-ġdid. F'każ ta' ikel għall-annimali domestiċi, id-dokumenti u reġistri li jakkumpanjawhom għandhom jippermettu t-traċċar.

6. Kull karkassa approvata eliġibbli għandu jkollha numru individwali li jikkorrelata man-numru tal-widna.

7. L-Istati Membri għandu jkollhom protokolli dettaljati li jkopru:

(a) l-intraċċar u kontrolli qabel il-qtil;

(b) kontrolli waqt il-qtil;

(ċ) kontrolli waqt l-ipproċesar ta' ikel ta' l-annimali domestiċi;

(d) ir-rekwiżiti kollha dwar tikkettjar u ċertifikazzjoni wara l-qatla sal-punt tal-bejgħ.

8. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi kull sistema biex il-verifiki dwar il-konformità jiġu rreġistrati sabiex jista' jintwera l-kontroll.

L-istabbiliment

9. Sabiex tinkiseb approvazzjoni, l-istabbiliment għandu jifformula u jimplimenta kull sistema li biha l-laħam eliġibbli u/jew il-prodott eliġibbli jista' jiġi identifikat u l-laħam kollu jista' jiġi ntraċċat lura sa l-annimal eliġibbli, jew wara t-tqattigħ, sa l-annimali maqtugħin fl-istess grupp. Is-sistema għandha tippermetti intraċċabbiltà kompleta tal-laħam jew prodotti mill-annimali f’kull stadju, u r-reġistri għandhom jinżammu għall-inqas għal sentejn. Dettalji tas-sistema adoperata għandhom jingħataw, bil-miktub, mit-treġġija ta' l-istabbiliment lill-awtorità kompetenti.

10. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel stima, tapprova u tissorvelja s-sistema provduta mill-istabbiliment sabiex taċċerta li tipprovdi segregazzjoni u intraċċabbiltà sħiħa kemm lura kif ukoll 'il quddiem.

Skema ta' imrieħel iċċertifikati

III. Laħam frisk mingħajr għadam li minnu tneħħa kull tessut aderenti, inkluż tessut tan-nervi u linfatiku ovvju, u prodotti mill-annimali li għalihom saret referenza fil-Parti I derivat minn dan, li hu miksub minn annimali eliġibbli minn pajjiżi jew reġjuni fil-kategorija 5, jista' jiġi nnegozjat skond it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(3) meta jiġi miksub minn annimali li huma ċċertifikati li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 u li jiġu minn merħliet li fihom ma ġrat l-ebda inċidenza ta' ESB fl-aħħar seba' snin u li huma ċċertifikati li jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1 u prodotti fi stabbilimenti li jilħqu l-kundizzjonijiet fil-punt 11. L-awtorità kompetenti għandha taċċerta li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 3 sa 10 u 12 dwar is-sistema ta' intraċċar kompjuterizzata u l-kontrolli huma mħarsa.

Kondizzjonijiet dwar merħliet

1. (a) Kull merħla hija grupp ta' annimali li tifforma unità separata u distinta, u cioè kull grupp ta' annimali li hija immaniġġjata, akkomodata u miżmuma separatament minn gruppi oħra ta' annimali u li hija identifikata b'numri uniċi ta' identifikazzjoni tal-merħla u ta' l-annimal.

(b) Kull merħla hija eliġibbli meta għall-inqas għal seba’ snin ma kien hemm l-ebda każ ikkonfermat ta' ESB, jew każ suspettat li għalih id-djanjosi ta' ESB ma ġietx eskluża, f'kull annimal li kien għadu fi jew kien iċċaqlaq fi jew mill-merħla.

(ċ) Bħala eċċezzjoni mid-disposizzjonijiet fil-punt (b), kull merħla li ilha teżisti għal inqas minn seba’ snin tista' titqies eliġibbli, wara investigazzjoni dettaljata mill-awtorità kompetenti veterinarja, bil-kondizzjoni li:

(i) kull annimal imwieled jew imċaqlaq f’merħla stabbilita mill-ġdid iħrasu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (2)(a), (d) u (e); u,

(ii) il-merħla ħarset il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) waqt l-eżistenza kollha tagħha.

(d) Jekk kull merħla tiġi stabbilita mill-ġdid f’kull azjenda li għaddiet minn kull każ ikkonfermat ta' ESB f'kull annimal li kien għadu fi jew iċċaqlaq fi jew minn kull merħla f’dik l-azjenda, il-merħla l-ġdida stabbilita tista' tkun eliġibbli biss wara kull investigazzjoni dettaljata mill-awtorità kompetenti veterinarja, li tattesta konformità ma' kull waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin b'mod li jissoddisfa 'l dik l-awtorità.

(i) kull annimal tal-merħla affettwata li nżamm qabel fuq dik l-azjenda tneħħew jew inqatlu;

(ii) l-ikel kollu tneħħa u nqered u kull kontenitur ta' l-ikel tnaddaf sew;

(iii) kull bini ġie żvujtat u tnaddaf sew qabel ma ddaħħlu l-annimali l-ġodda;

(iv) kull kondizzjoni stabbilita fil-punt (ċ) ġie mħares.

Kondizzjonijiet dwar l-annimali

2. (a) kull reġistru tat-twelid, identità u ċ-ċaqlieq ta' l-annimal għandu jiġi rreġistrat fuq sistema uffiċjali ta’ intraċċar fuq il-kompjuter;

(b) l-annimal għandu età ta' iktar minn sitt xhur u inqas minn 30 xahar, stabbilit b'referenza għal reġistru uffiċjali bil-kompjuter tad-data tat-twelid tiegħu;

(ċ) id-dama tiegħu għexet għal mill-inqas sitt xhur wara li twieled;

(d) id-dama tiegħu ma żviluppatx ESB u mhix suspettata li qabdet l-ESB;

(e) il-merħla tat-twelid ta' l-annimal u kull merħla li fiha ċċaqalqet huma eliġibbli.

Sistema ta' intraċċar kompjuterizzata

3. Is-sistema uffiċjali ta’ intraċċar fuq il-kompjuter li għaliha saret referenza fil-punt 2(a) għandha tiġi approvata biss fejn ilha taħdem għal biżżejjed żmien biex ikun fiha kull informazzjoni, dwar il-ħajja u ċ-ċaqlieq ta' l-annimali, meħtieġa biex tiġi verifikata l-konformità mal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament, u tikkonċerna biss annimali mwielda wara li bdiet titħaddem is-sistema. Fatti magħrufa ('data') storiċi mdaħħla fuq kompjuter għal kull terminu qabel ma bdiet taħdem is-sistema ma jiġux aċċettati għal dan l-iskop.

Kontrolli

4. Jekk kull annimal ippreżentat għall-qatla jew f'kull ċirkostanza madwar il-qatla ma jilħaqx kull rekwiżit ta' dan ir-Regolament, l-annimal għandu jiġi awtomatikament miċħud u l-passaport awtomatikament ikkonfiskat. Jekk dik l-informazzjoni ssir disponibbli wara l-qatla, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tieqaf milli toħroġ ċertifikati u tikkanċella ċ-ċertifikati maħruġa. Jekk diġà ntbagħtu, l-awtorità kompetenti għandha tavża lill-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni. L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni għandha tieħu l-passi xierqa.

5. Il-qtil ta' annimali eliġibbli għandu jsir f'biċċeriji użati biss għall-qatla ta' annimali taħt kull Skema bbażata fuq Dati jew Skema ta' Imrieħel Iċċertifikati.

6. L-awtorità kompetenti għandha tkun soddisfatta li l-proċeduri wżati fl-impjanti tat-tqattigħ jiżguraw li n-nodi linfatiċi segwenti tneħħew:

popliteali, iskjatiċi, ingwinali superfiċjali, ingwinali profondi, iljaċi medjali u laterali, renali, prefemorali, lumbari, kostoċervikali, sternali, preskapulari, axillari, kawdali u ċervikali profondi.

7. Il-laħam għandu jkun jista' jiġi ntraċċat għall-merħla ta' l-annimal eliġibbli, jew wara t-tqattigħ, għall-annimali mqatta' fl-istess lott, permezz tas-sistema uffiċjali ta' intraċċar kompjuterizzata sal-ħin tal-qatla. Wara l-qatla, it-tabelli għandhom ikunu kappaċi li jintraċċaw laħam frisk u prodotti li għalihom saret referenza fil-Parti I għall-merħla biex jippermettu li l-konsenja kkonċernata tkun imsejħa mill-ġdid. F'każ ta' ikel għall-annimali domestiċi, id-dokumenti u reġistri li jakkumpanjawhom għandhom jippermettu l-intraċċar.

8. Kull karkassa eliġibbli approvata għandu jkollha numri ndividwali li jikkorrelataw man-numru tat-tikketta tal-widna.

9. L-Istati Membri għandu jkollhom protokolli dettaljati li jkopru:

(a) l-intraċċar u kontrolli qabel il-qtil;

(b) kontrolli waqt il-qtil;

(ċ) kontrolli waqt l-ipproċesar ta' ikel ta' l-annimali domestiċi;

(d) kull rekwiżit dwar it-tikkettjar u ċertifikazzjoni wara l-qatla sal-punt tal-bejgħ.

10. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi kull sistema biex il-verifiki dwar il-konformità jiġu rreġistrati sabiex jista' jintwera l-kontroll.

L-istabbiliment

11. Sabiex tinkiseb approvazzjoni, l-istabbiliment għandu jifformula u jimplimenta kull sistema li biha l-laħam eliġibbli u/jew il-prodott eliġibbli jiġi identifikat u l-laħam kollu jista' jiġi ntraċċat lura sal-merħla oriġinali, jew wara t-tqattigħ, sa l-annimali maqtugħin fl-istess lott. Is-sistema għandha tiffaċilita intraċċabbiltà kompleta tal-laħam jew prodotti mill-annimali fl-istadji kollha, u r-reġistri għandhom jinżammu għall-inqas għal sentejn. Dettalji tas-sistema mħaddma għandhom jingħataw, bil-miktub, mill-amministrazzjoni ta' l-istabbiliment lill-awtorità kompetenti.

12. L-awtorità kompetenti għandha tistima, tapprova u tissorvelja s-sistema provduta mill-istabbiliment sabiex taċċerta li tipprovdi segregazzjoni u intraċċabbiltà sħiħa kemm lura kif ukoll 'il quddiem.

KAPITOLU D Kondizzjonijiet li jgħoddu għall-esportazzjoni

Annimali ta’ l-ifrat ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali dderivati minnhom għandhom ikunu soġġetti - dwar esportazzjoni għal pajjiżi terzi - għar-regoli mwaqqfa f'dan ir-Regolament għall-kummerċ intra-Komunitarju.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

IMPORTAZZJONI FIL-KOMUNITÀ TA' ANNIMALI ĦAJJIN, EMBRIJUNI, OVA U PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI

KAPITOLU A

Meta ssir importazzjoni minn pajjiżi jew reġjuni mqiegħda fil-kategorija 1, l-awtorità kompetenti għandha, għall-annimali ta’ l-ifrat u kull kumdità li toriġina mill-ifrat li għalihom dan ir-Regolament jagħmel regoli speċifiċi, tieħu kont tal-preżentazzjoni ta' ċertifikat sanitarju internazzjonali ta' l-annimali li jattesta li l-pajjiż jew ir-reġjun jikkonforma mal-kondizzjonijiet fl-Anness II, Kapitolu Ċ, biex jitqiegħed f'dik il-kategorija.

KAPITOLU B Importazzjoni tal-bhejjem ta’ l-ifrat:

A. Importazzjonijiet ta' annimali ta’ l-ifrat minn kull pajjiż jew kull reġjun imqiegħed fil-kategorija 2 għandu jkun soġġett għal preżentazzjoni ta' kull ċertifikat internazzjonali tas-sanità ta' l-annimali li jattesta:

(a) it-tmigħ ta' ruminanti b'proteini derivati mill-mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament infurzata;

(b) l-annimali ta’ l-ifrat maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità huma identifikati minn sistema ta' identifikazzjoni permanenti li tippermettihom jiġu ntraċċati lura għad-dama u l-merħla ta' l-oriġini u m’humiex il-wild ta' femminili ssuspettati bl-ESB.

B. Importazzjonijiet ta' annimali ta’ l-ifrat minn pajjiżi jew reġjuni mqiegħda fil-kategorija 3 għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta' ċertifikat internazzjonali tas-sanità ta' l-annimali li jattesta li

1. it-tmigħ ta' ruminanti b'proteini derivati mill-mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament inforzata;

- 2. annimali ta’ l-ifrat maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità:

- huma identifikati minn kull sistema ta' identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom jiġu ntraċċati lura għad-dama u l-merħla ta' l-oriġini u li jrendi possibbli li jiġi stabbilit li m’humiex il-wild ta' femminili ssuspettati jew ikkonfermati bl-ESB;

- twieldu, trabbew u baqgħu f'merħliet li fihom ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta' ESB għall-inqas għal seba' snin; jew

2) twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi proteini derivati minn mammiferi ġiet inforzata effettivament.

C. Importazzjonijiet ta' annimali ta’ l-ifrat minn pajjiżi jew reġjuni mqiegħda fil-kategorija 4 għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta' ċertifikat internazzjonali tas-sanità ta' l-annimali li jattesta li

1. it-tmigħ ta' ruminanti b'proteini derivati mill-mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament infurzata;

2. annimali ta’ l-ifrat maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità:

(a) huma identifikati b’kull sistema ta' identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom li jiġu ntraċċati lura għad-dama u l-merħla ta' l-oriġini u li jrendi possibbli li jiġi stabbilit li mhumiex il-wild ta' femminili ssuspettati jew ikkonfermati bl-ESB; u

(b) twieldu, trabbew u baqgħu f'merħliet li fihom ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta' ESB għall-inqas għal seba' snin; jew

(ċ) twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti b'proteini derivati minn mammiferi ġiet inforzata effettivament.

D. mportazzjonijiet ta' annimali ta’ l-ifrat minn pajjiżi jew reġjuni mqiegħda fil-kategorija 5 għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta' kull ċertifikat internazzjonali tas-sanità ta' l-annimali li jattesta li:

1. it-tmigħ ta' annimali fl-irziezet bi proteini derivati mill-mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament infurzata;

2. l-annimali ta’ l-ifrat affettwati jinqatlu u jinqerdu kompletament kif ukoll:

(a) jekk dawn huma femminili, l-aħħar wild tagħhom li twieled fi żmien sentejn qabel, jew wara, l-ewwel sinjali ta' apparenza klinika tal-marda;

(b) kull annimal ta’ l-ifrat mill-istess ko-orti

jekk dawn l-annimali għadhom ħajjin fil-pajjiż jew reġjun;

3. l-annimali maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità:

(b) twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' annimali fl-irziezet bi proteini derivati minn mammiferi ġiet infurzata effettivament; u

(b) huma identifikati minn kull sistema ta' identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom li jiġu ntraċċati lura għad-dama u l-merħla ta' l-oriġini u mhumiex il-wild ta' femminili ssuspettati bl-ESB;

U

(ċ) jew twieldu, trabbew u baqgħu f'merħliet li fihom ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta' ESB, u li jkunu jinsab fihom biss annimali ta’ l-ifrat imwielda fir-razzett jew ġejjin minn merħla ta' stat ta' saħħa ugwali; jew

(b) twieldu, trabbew u baqgħu f'merħliet li fihom ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta' ESB għall-inqas għal seba' snin, u li jkun jinsab fihom biss annimali ta’ l-ifrat imwielda fir-razzett jew ġejjin minn kull merħla ta' stat ta' saħħa ugwali.

KAPITOLU Ċ Importazzjonijiet ta' laħam frisk u prodotti ta' oriġini mill-annimali ta’ l-ifrat

A. Importazzjonijiet ta' laħam frisk (fuq l-għadma jew mingħajr għadam) u prodotti ta' oriġini mill-annimali ta’ l-ifrat minn pajjiżi mqiegħda fil-kategorija 2 għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' kull ċertifikat sanitarju internazzjonali li jattesta li t-tmigħ ta' ruminanti bi proteini derivati minn mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament inforzata.

B. Importazzjonijiet ta' laħam frisk (fuq l-għadma jew mingħajr għadam) u prodotti ta' oriġini mill-annimali ta’ l-ifrat minn pajjiżi jew reġjuni mqiegħda fil-kategorija 3 għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta' kull ċertifikat internazzjonali tas-sanità ta' l-annimali li jattesta li

(a) it-tmigħ ta' ruminanti bi proteini derivati mill-mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament infurzata;

(b) il-laħam u prodotti mill-annimali ta’ l-ifrat frisk maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità ma jkunx fihom jew m’humiex derivati minn materjal speċifikat riskjuż li għalih saret referenza fl-Anness V jew laħam rikoverat mekkanikament miksub mill-għadam tar-ras jew kolonna vertebrali.

C. Importazzjonijiet ta' laħam frisk (fuq l-għadam jew mingħajr għadam) u prodotti tal-laħam ta' oriġini mill-annimali ta’ l-ifrat minn pajjiżi jew reġjunijiet imqiegħda fil-kategorija 4 għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta' kull ċertifikat internazzjonali tas-sanità ta' l-annimali li jattesta li

1. it-tmigħ ta' ruminanti bi proteini derivati mill-mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament inforzata;

2. il-laħam u prodotti mill-annimali ta’ l-ifrat frisk maħsuba għall-esportazzjoni għal Komunità ma jkunx jinsab fihom jew m’humiex derivati minn materjal speċifikat riskjuż li għalih saret referenza fl-Anness V jew laħam rikoverat mekkanikament miksub mill-għadam tar-ras jew kolonna vertebrali.

D. Importazzjonijiet ta' laħam frisk u prodotti li joriġinaw mill-annimali ta’ l-ifrat minn pajjiżi jew reġjuni mqiegħda fil-kategorija 5 għandhom ikunu pprojbiti ħlief għall-prodotti mill-annimali elenkati fit-taqsima I tal-Kapitolu Ċ, l-Anness VIII. Dawn l-importazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta' ċertifikat internazzjonali tas-sanità ta' l-annimali li jattesta:

1. li jeżawrixxu għall-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 16(2) u dawk stabbiliti fit-taqsimiet II jew III tal-Kapitolu Ċ ta' l-Anness VIII;

2. il-prodotti tal-laħam maħsuba għall-esportazzjoni għall-Komunità ma jkunx fihom jew m’humiex derivati minn kull prodott li għalih saret referenza fil-Kapitolu F, u lanqas m'huma minn kull materjal speċifikat riskjuż kif definit fl-Anness V;

3. kull sistema qed taħdem u tippermetti li l-laħam frisk u prodotti li joriġinaw mill-annimali ta’ l-ifrat maħsuba għall-esport fil-Komunità li jiġu ntraċċati għall-istabbilimenti li minnhom huma derivati;

4. l-annimali ta’ l-ifrat li minnhom joriġina l-laħam jew prodotti tal-laħam maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità:

(a) ġew identifikati minn kull sistema permanenti ta' identifikazzjoni li tippermettilhom li jiġu ntraċċati lura għad-dama u l-merħla ta' oriġini;

(b) m’humiex wild ta' femminili ssuspettati jew ikkonfermati bl-ESB; u jew:

- twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' annimali fl-irziezet bi proteini derivati minn mammiferi ġiet infurzata effettivament; jew

- twieldu, trabbew u baqgħu f'merħliet li fihom ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta' ESB għall-inqas għal seba' snin;

5. it-tmigħ ta' annimali fl-irziezet bi proteini derivati mill-mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament infurzata;

6. l-annimali ta’ l-ifrat affettwati jinqatlu u jinqerdu kompletament kif ukoll:

(a) jekk dawn huma femminili, l-aħħar wild tagħhom li twieled fi żmien sentejn qabel, jew wara, l-ewwel sinjali ta' apparenza klinika tal-marda;

(b) kull annimal ta’ l-ifrat mill-istess ko-orti

Jekk għadhom ħajjin fil-pajjiż jew reġjun.

KAPITOLU D Importazzjonijiet ta' embrijuni u ova ta’ l-ifrat

A. Importazzjonijiet ta' embrijuni/ova ta’ l-ifrat minn pajjiżi jew reġjuni mqiegħda fil-kategorija 2 għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta' kull ċertifikat internazzjonali tas-sanità ta' l-annimali li jattesta li

1. it-tmigħ ta' ruminanti bi proteini derivati mill-mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament infurzata;

2. l-embrijuni/ova nġabru, ġew proċessati u maħżuna skond id-disposizzjonijiet ta l-Annessi A u B tad-Direttiva 89/556/KE [1].

B. Importazzjonijiet ta' ova/embrijuni ta’ l-ifrat minn pajjiżi jew reġjunijiet imqiegħda fil-kategorija 3 għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta' ċertifikat internazzjonali tas-sanità ta' l-annimali li jattesta li

1. it-tmigħ ta' ruminanti bi proteini derivati mill-mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament inforzata;

2. ova/embrijuni maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità huma dderivati minn femminili li:

(a) huma identifikati minn kull sistema ta' identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom li jiġu ntraċċati lura għad-dama u l-merħla ta' l-oriġini u mhumiex il-wild ta' femminili kkonfermati bl-ESB;

(b) m’humiex wild ta' femminili ssuspettati jew ikkonfermati bl-ESB;

(ċ) ma kienux suspettati li huma affettwati mill-ESB fil-ħin meta nġabru l-embrijuni;

3. l-ova/embrijuni li nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Annessi A u B tad-Direttiva 89/556/KEE.

C. Importazzjonijiet ta' embrijuni/ova minn pajjiżi jew reġjuni mqiegħda fil-kategorija 4 għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta' ċertifikat internazzjonali tas-sanità ta' l-annimali li jattesta li

1. it-tmigħ ta' ruminanti bi proteini derivati mill-mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament inforzata;

2. l-ova/embrijuni maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità huma derivati minn femminili li:

(a) huma identifikati minn sistema ta' identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom li jiġu ntraċċati lura għad-dama u l-merħla ta' l-oriġini u m’humiex il-wild ta' femminili ssuspettati jew affettwati bl-ESB;

(b) m’humiex affettwati bl-ESB;

(ċ) ma kinux suspettati li huma affettwati mill-ESB fil-ħin meta nġabru l-embrijuni; u

(i) jew twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' ruminanti bi proteini derivati minn mammiferi ġiet infurzata effettivament; jew

(i) twieldu, trabbew u baqgħu f'merħliet li fihom ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta' ESB għall-inqas għal seba' snin;

3. l-embrijuni/ova nġabru, ġew proċessati u maħżuna skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Annessi A u B tad-Direttiva 89/556/KEE.

D. Importazzjonijiet ta' ova/embrijuni ta’ l-ifrat minn pajjiżi jew reġjuni mqiegħda fil-kategorija 5 għandhom ikunu soġġetti għal preżentazzjoni ta' kull ċertifikat internazzjonali tas-sanità ta' l-annimali li jattesta li

1. it-tmigħ ta' annimali għat-trobbija bi proteini derivati mill-mammiferi ġie pprojbit u l-projbizzjoni ġiet effettivament infurzata;

2. l-annimali ta’ l-ifrat affettwati, u jekk dawn huma femminili, l-aħħar wild imwieled sa sena qabel jew wara d-dehra klinika tal-marda, jekk ħajjin fil-pajjiż jew reġjun, inqatlu u nqerdu kompletament;

3. ova/embrijuni maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità huma derivati minn femminili li:

(a) huma identifikati minn kull sistema ta' identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom li jiġu traċċati lura għad-dama u l-merħla ta' l-oriġini u mhumiex il-wild ta' femminili ssuspettati jew ikkonfermati bl-ESB;

(b) m’humiex affettwati bl-ESB;

(ċ) ma kienux suspettati li huma affettwati mill-ESB fil-ħin meta nġabru l-embrijuni; u

(i) jew twieldu wara d-data li minnha l-projbizzjoni fuq it-tmigħ ta' annimali għat-trobbija bi proteini derivati minn mammiferi ġiet inforzata effettivament; jew

(ii) (b) jew qatt ma ntemgħu bi proteini dderivati mill-mammiferi u twieldu, trabbew u baqgħu f'merħliet li fihom ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta' ESB għall-inqas għal seba' snin, u li jkun jinsab fihom biss annimali ta’ l-ifrat imwielda fir-razzett jew ġejjin minn kull merħla ta' stat ta' saħħa ugwali.

4. l-ova/embrijuni nġabru, ġew proċessati u maħżuna strettament skond id-disposizzjonijiet ta l-Annessi A u B tad-Direttiva 89/556/KEE.

KAPITOLU E Importazzjonijiet ta' annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ

Annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ importati fil-Komunità għandhom jilħqu l-ħtiġiet li jipprovdu garanziji sanitarji ekwivalenti għal dawk mitluba minn dan ir-Regolament jew skond dan ir-Regolament.

KAPITOLU F

L-importazzjonijiet fil-Komunità minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom, imqiegħda fil-kategorija 5, tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Anness VIII, Kapitolu Ċ, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 16(3) għandhom jiġu pprojbiti jekk fihom jew huma dderivati mill-prodotti jew materjal li ġej minn annimali ruminanti:

- laħam rikoverat mekkanikament;

- dicalcium phosphate maħsub biex jintemgħu l-annimali ħajjin;

- gelatina sakemm mhux prodott minn ġlud;

- Grass ruminati reż u derivattivi magħmula minnu kemm-il darba ma ġewx magħmula minn tessut adipose diskret li huwa stess ġie ddikjarat tajjeb għall-konsum mill-bniedem, jew minn materja prima li ġiet ipproċessata skond l-istandards li għalihom saret referenza fid-Deċiżjoni 1999/534/KE.

KAPITOLU G

Meta jiġu importati prodotti ta’ oriġini minn annimali minn pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li m’humiex imqiegħda fil-kategorija 1, iċ-ċertifikati xierqa, kif mitluba mill-leġislazzjoni tal-Komunità, għandhom jiġu ssupplimentati minn dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-produzzjoni, miktuba kif ġej:

"Il-prodott li joriġina mill-annimali ma jinsabx fih, u m’huwiex idderivat minn, materjal speċifikat riskjuż kif imfisser fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċifalopatija sponġiformi li tinxtered jew laħam mekkanikament rikoverat miksub mill-għadam tar-ras jew kolonna vertebrali ta' annimali ta’ l-ifrat. L-annimali ma nqatlux wara stunning permezz ta' kull gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula instantanjament bl-istess mod jew maqtula b'laċerazzjoni wara stunning tat-tessut tas-sisema nervuża ċentrali permezz ta' strument imtawwal forma ta' virga imdaħla fil-kavità kranjali."

[1] Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni minn annimali domestiċi ta' l-ispeċi ta’ l-ifrat (ĠU L 302, tad-19.10.1989, p.1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/113/KE (ĠU L 53, tal-31.12.1994, p. 23).

--------------------------------------------------

ANNESS X

LABORATORJI TA' REFERENZA, TEĦID TA’ KAMPJUNI U PROĊEDURI TA' ANALIŻI FIL-LABORATORJI

KAPITOLU A Laboratorji ta' referenza nazzjonali

1. Il-laboratorju ta' referenza nazzjonali maħtur għandu:

(a) ikollu disponibbli faċilitajiet u l-ħaddiema esperti li jagħtuh il-poter li juri f'kull waqt, u speċjalment meta l-marda in kwistjoni tfeġġ għall-ewwel darba, it-tip u r-razza ta’ l-aġent ta’ l-EST u li jikkonferma r-riżultati miksuba fil-laboratorji dijanjostiċi reġjonali. Fejn mhux kappaċi li jidentifika t-tip ta' razza ta' l-aġent, għandu jistabbilixxi kull proċedura ta’ tħejjija biex jiżgura illi l-identifikazzjoni tar-razza tiġi riferuta lill-laboratorju ta' riferenza tal-Komunità;

(b) jivverifika metodi dijanojostiċi użati fil-laboratorji dijanjostiċi reġjonali;

(ċ) ikun responsabbli għall-koordinazzjoni ta' standards u proċeduri dijanjostiċi fl-Istati Membri. Għal dan l-iskop, huwa:

- jista' jipprovdi reaġenti dijanjostiċi lil laboratori approvati mill-Istat Membru;

- (b) għandu jikkontrolla l-kwalità ta’ kull reaġenti dijanjostiku użat fl-Istat Membru;

- għandu jagħmel arranġamenti perjodiċi għal testjiet komparattivi;

- għandu jżomm iżolati ta' l-aġenti tal-marda in kwistjoni, jew tessuti korrispondenti li jkun jinsab fihom dawn l-aġenti, li jiġu minn każijiet konfermati fl-Istat Membru;

- għandu jaċċerta konferma tar-riżultati miksuba f'laboratorji dijanjostiċi maħtura mill-Istat Membru;

(d) għandu jikkoopera mal-laboratorju ta' referenza tal-Komunità.

2. Madankollu, b'deroga mill-punt 1, l-Istati Membri li m'għandhomx laboratorju ta' referenza nazzjonali għandhom jużaw is-servizzi tal-laboratorju ta' referenza tal-Komunità jew ta' laboratorji ta' referenza nazzjonali fi Stati Membri oħra.

3. Il-laboratorji nazzjonali ta' referenza huma:

l-Awstrija: | Bundesanstalt für Tierseuchenbekämpfung, Mödling Robert Koch Gasse 17 A-2340 Mödling |

Il-Belġju: | CERVA-CODA-VAR Centre d'Étude et de Recherches Vétérinaires et Agrochimiques Centrum voor Onderzoek in Diergeneeskunde en Agrochemie Veterinary and Agrochemical Research Centre Groeselenberg 99 B-1180 Bruxelles |

Id-Danimarka: | LaboratorjuVeterinarju Daniż Bülowsvej 27 DK-1790 Copenhagen V |

Il-Finlandja: | Eläinlääkintä- ja elintarvikelaitos Hämeentie 57 FIN-00550 Helsinki |

Franza: | Agence dritt ta' rappreżentanza de Sécurité Sanitaire des Aliments Laboratoire de pathologie bovine 31, avenue Tony Garnier BP 7033-F 69342 Lyon |

Il-Ġermanja: | Bundesforschungsanstalt für Viruskrankheiten der Tiere Anstaltsteil Tübingen Postfach 1149 D-72001 Tübingen |

Il-Greċja: | 1.Dipartiment tal-Patoloġija, Fakultà tal Mediċina Veterinarja Universitàf ta' Thessaloniki Giannitson & Voutyra St. GR-54627 Thessaloniki |

| 2.Centru tal-Istituti Veterinarji ta' Ateni Laboratorju tal-Patoloġija 25 Neapoleos St. GR-14310 Ateni |

L-Irlanda: | Il-Laboratorju Veterinarju Ċentrali Abbotstown Castleknock Dublin 15 l- Irlanda |

L-Italja: | Istituto Zooprofilattico Sperimentale del Piemonte Liguria e Valle d'Aosta CEA Via Bologna I--148-10150 Torino |

Il-Lussemburgu: | Laboratoire CERVA CODA-VAR Centre d'Etude et de Recherches Véterinaires et Agrochimiques Groeselenberg 99 B-1180 Bruxelles |

L-Olanda: | Instituut voor Dierhouderij en Diergezondheid Edelhertweg 15 Postbus 65 8200 AB Lelystad Netherlands |

Portugal: | Laboratório Nacional de Investigação Veterinária Estrada de Benfica, 701 P-1500 Lisboa |

Spanja: | 1.Laboratorio de la Facultad de Veterinaria Departamento de Patología Animal (Anatomía Patológica) Zaragoza Spanja |

| 2.Laboratorio Central de Veterinaria de Algete Madrid Spanja (BSE tests biss li għalihom saret referenza fl-Anness IVA tad-Deċiżjoni 98/272/KE) |

L-Isvezja: | L-Istitut Veterinarju Nazzjonali NS-75189 Uppsala |

Ir-Renju Unit | L-Aġenzija tal-Laboratorji Veterinarji Woodham Lane New Haw Addlestone Surrey KT15 3NB Ir-Renju Unit |

KAPITOLU B Il-laboratorju tal-Komunità ta' riferenza

1. Il-laboratorju ta’ referenza tal-Komunità għall-EST huwa:

L-Aġenzija tal-Laboratorji Veterinarji

Woodham Lane

New Haw

Addlestone

Surrey

KT15 3NB

ir-Renju Unit

2. Id-doveri u d-dmirijet tal-laboratorju ta' referenza tal-Komunità huma:

(a) li jikkoordina, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi użati fl-Istati Membri sabiex jagħrfu l-ESB, speċifikament billi:

- jaħżen u jipprovdi tessut korrispondenti li fihom ikun jinsab l-aġent, għall-iżvilupp jew produzzjoni tat-testijiet dijanjostiċi rilevanti jew biex jiġu tiġifikati r-razzez ta' l-aġent;

- jissupplixxi serum standard u reaġenti oħra ta' riferenza lill-laboratorji nazzjonali ta' riferenza sabiex jiġu standardizzati t-testijiet u r-reaġenti użati fl-Istati Membri;

- il-binja u r-retenzjoni ta' kull kollezzjoni ta' tessut korrispondenti li fihom ikunu jinsabu l-aġenti u r-razzez tal-EST;

- jorganizza testijiet komparattivi u perjodiċi ta' proċeduri dijanjostiċi fil-livell tal-Komunità;

- jiġbor u jgħaqqad flimkien fatti magħrufa ('data') u tagħrif dwar il-metodi tad-dijanjosi użati u r-riżultati tat-testijiet imwettqa fil-Komunità;

- jikkaratterizza iżolati ta' l-aġent ta' l-EST bil-metodi l-aktar aġġornati biex jippermetti li tinftiehem aktar l-epidemjoloġija tal-marda;

- iżomm ruħu informat dwar tendenzi fis-sorveljanza, epidemjoloġija u prevenzjoni ta’ l-EST mad-dinja kollha;

- iżomm esperti dwar mard prijoniku biex jippermetti d-dijanjosi differenzjali rapida;

- jakkwista kull għerf dettaljat dwar il-preparazzjoni u l-użu tal-metodi dijanjostiċi użati biex jikkontrolla u jeradika l-EST;

(b) jassisti b'mod attiv fid-dijanjosi ta' epidemiji ta' EST fl-Istati Membri billi jistudja l-kampjuni minn annimali infettati bl-EST mibgħuta għad-dijanjosi ta’ konferma, karatterizzazzjoni u studji epidemjoloġiċi;

(ċ) biex tiffaċilita t-taħriġ jew it-taħriġ mill-ġdid ta' l-esperti fid-dijanjosi tal-laboratorju b’kull ħsieb li jiġu armonizzati l-metodi tat-teknika dijanjostika fil-Komunità.

KAPITOLU Ċ Metodi ta' teħid ta’ kampjuni u ttestjar

1. Teħid ta’ kampjuni u ttestjar tal-laboratorju għal preżenza ta’ BSE fl-annimali ta’ l-ifrat

1.1. Ġbir ta' kampjuni

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jinġabru l-kampjuni bl-użu tal-metodi u l-protokolli mwaqqfa fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal għall-Istandarti għal Provi Dijanjostiċi u Vaċċini ta' l-Uffiċċju Internazzjonali għall-Mardiet Epiżootiċi (UIME), minn issa rriferut bħala l-"Manwal"). Fin-nuqqas ta’ tali metodi u protokolli, l-awtorità kompetenti għandha taċċerta li l-kampjuni jinġabru b'mod xieraq għall-applikazzjoni korretta tat-testijiet.

1.2. Provi tal-laboratorju

1.2.1. Każijiet suspettati

Tessuti minn annimali ta’ l-ifrat mibgħuta għal ittestjar fil-laboratorju skond l-Artikolu 12(2) għandhom jiġu soġġetti għal eżami ħistopatoloġiku kif stabbilit fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal, minbarra fejn il-materjal huwa awtoliżżat. Meta r-riżultat ta' l-eżami ħistopatoloġiku mhux konklussiv jew meta l-materjal huwa awtoliżżat, it-tessut għandu jiġi soġġett għal kull eżami b'wieħed mill-metodi dijanjostiċi oħra stabbiliti fil-Manwal hawn fuq imsemmi (immonucitokimika, immuno-blotting jew turija ta' fibrilli karatteristiċi bil-mikroskopija bl-elettroni).

1.2.2. Annimali eżaminati fil-qafas tal-programm ta' sorveljanza annwali

Annimali ta’ l-ifrat eżaminati fil-qafas tal-programm ta' sorveljanza annwali kif stabbilit fl-Anness III, Kapitolu A, punt I, u l-programm ta' sorveljanza mmirat kif previst fl-Anness III, Kapitolu A, Parti III, għandhom jiġu eżaminati b'wieħed mit-testijiet elenkati fil-punt 4.

Meta r-riżultat tal-prova rapida mhux konklussiv jew huwa pożittiv, it-tessuti għandhom ikunu soġġetti għal kull eżami ħistopatoloġiku ta’ l-istemma tal-moħħ kif stabbilit fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal, ħlief fejn il-materjal huwa awtoliżżat jew b'mod ieħor mhux xieraq għall-eżami ħistopatoloġika. Meta r-riżultat tat-test rapidu mhux konklussiv jew huwa negattiv jew meta l-materjal huwa awtoliżżat it-tessut għandu jiġi soġġett għal eżami b'wieħed mill-metodi dijanjostiċi oħra msemmija f'1.2.1; Madankollu, il-metodu m'għandux ikun l-istess bħal dak użat fl-iscreening test.

1.3. Interpretazzjoni tar-riżultati

Kull annimal eżaminat kif saret referenza fil-punt 1.2.1 għandu jitqies bħala każ pożittiv ta' ESB, jekk ir-riżultat tat-testijiet huwa pożittiv.

Kull annimal eżaminat kif saret referenza għalih fil-punt 1.2.2 għandu jitqies bħala każ każ pożittiv ta' ESB, jekk ir-riżultat ta' l-iscreening test huwa pożittiv jew m’huwiex konklussiv, u

- ir-riżultat ta' l-eżami ħistopatoloġiku sussegwenti huwa pożittiv, jew

- ir-riżultat ta' metodu ieħor dijanjostiku msemmi fil-punt 1.2.1 huwa pożittiv.

2. It-teħid ta’ kampjuni u ttestjar fil-laboratorju għall-preżenza ta' l-EST f'annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ

Teħid ta’ kampjuni u testjar fil-laboratorju għall-preżenza ta' scrapie f’annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ għandhom jitwettqu skond il-metodi u l-protokolli stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Manwali.

Regoli dwar teħid ta’ kampjuni u ttestjar għall-preżenza ta' ESB f'annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ għandhom jiġu mfassla skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).

3. Konferma tal-preżenza ta' EST oħrajn

Il-provi magħmula biex tiġi kkonfermata l-preżenza ssuspettata ta' kull EST differenti minn dawk li għalihom saret referenza fil-punti 1 u 2 għandhom jinkludu għal ta’ l-inqas eżami ħistopatoloġiku tat-tessut tal-moħħ. L-awtorità kompetenti tista' wkoll titlob provi tal-laboratorju bħal dawk immunoċitokimiċi u immunodijanjostiċi għall-iskoperta ta’ fibrili assoċjati ma' l-iscrapie jekk jidher li dan huwa meħtieġ. F'kull każ għandu jitwettaq għall inqas eżami wieħed ieħor tal-laboratorju skond is-sentenza ta' qabel jekk l-eżami ħistopatoloġiku inizzjali jiġi ppruvat negattiv. It-tliet testijiet għandhom jitwettqu f'każ ta' l-ewwel dehra tal-marda.

4. Testijiet rapidi

Għall-għanijiet tat-twettiq tat-testijiet skond l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 6(1), il-metodi segwenti għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi fit-tifsira ta' dan ir-Regolament:

- Il-prova Western blot test għall-iskoperta tal-protease-resistant fragment PrPRes (Prionics Check test);

- Il-prova Chemiluminescent ELISA test li jinvolvi metodu ta' estrazzjoni u teknika ta' ELISA, bl-użu ta' reaġent kemiluminexxenti mtejjeb (Enfer test);

- Sandwich immunoassay għal PrPRes imwettaq wara fażi ta' denaturazzjoni u konċentrament (BIORADE test).

5. Provi alternattivi

(Iridu jiġu definiti)

--------------------------------------------------

ANNESS XI

MIŻURI TRANSITORJI

MIŻURI TRANSITORJI LI GĦALIHOM SARET REFERENZA FL-ARTIKOLU 22

A. Dwar it-tneħħija ta' materjal speċifikat riskjuż

1. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw il-materjal speċifikat riskjuż imsemmi hawn taħt jitneħħa u jinqered skond il-punti 6 sa 11.

(a) It-tessuti li ġejjin huma indikati bħala materjal speċifikat riskjuż

(i) ir-ras, li tinkludi l-moħħ u l-għajnejn, it-tunsilli u l-korda spinali ta' annimali ta’ l-ifrat ta' età aktar minn 12-il xahar, u l-imsaren mid-duodenum sar-rectum ta' annimali ta’ l-ifrat ta' kull età;

(ii) ir-ras, li tinkludi l-moħħ, l-għajnejn, it-tunsilli u l-korda spinali ta' annimali tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ ta' età aktar minn 12-il xahar jew li għandhom kull inċisur permanenti li ħareġ mill-ħanek, u l-milsa ta' annimali tar-razza tal-mogħoż jew tar-razza tan-nagħaġ ta' kull età.

(b) Minbarra l-materjal speċifikat riskjuż elenkat f' (a), it-tessut li ġej għandu jiġi msemmi bħala materjal speċifikat riskjuż fir-Renju Unit tal-Gran Bretanja u l-Irlanda ta' Fuq u fil-Portugall, minbarra r-Reġjun Awtonomu ta' l-Azores:

(i) ir-ras kollha minbarra l-ilsien, li tinkludi l-moħħ, l-għajnejn, trigeminal ganglia u t-tunsilli, it-timu, il-milsa u l-korda spinali ta' annimali ta’ l-ifrat ta' età akbar minn 6 xhur, u l-imsaren mid-duodenum sar-rectum ta' annimali bovini ta' kull età;

(ii) il-kolonna vertebrali, inkluż d-dorsal root ganglia, ta' annimali ta’ l-ifrat akbar minn 30 xahar.

2. Materjal speċifikat riskjuż jew materjal ipproċessat minnu għandu jintbagħat biss bl-għan għall-inċinerazzjoni sussegwenti, skond il-punt 11 jew, meta xieraq, il-punt 7(b).

3. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-għadam mir-ras u l-kolonna vertebrali ta' annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ ma jintużawx għall-produzzjoni ta' laħam rikoverat mekkanikament.

4. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-laċerazzjoni wara stunning tat-tessut tas-sistema nervuza ċentrali permezz ta' istrument twil forma ta' virga mdaħħal fil-kavità kranjali mhux effettwat fit-territorju tagħhom għal annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ li l-laħam tagħhom huwa maħsub għall-konsum mill-bnedmin jew annimali.

5. Il-materjal ta' riskju speċifikat li għalih saret referenza fil-punt 1(a), m'għandux jiġi importat fil-Komunità wara t-31 ta' Marzu 2001.

Il-prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali elenkati hawn isfel għandhom ikunu suġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni fil-Komunità:

- laħam frisk; il-laħam definit mid-Direttiva 64/433/KEE,

- laħam ikkappuljat u preparamenti tal-laħam: laħam ikkappuljat u preparamenti tal-laħam definiti mid-Direttiva 94/65/KE [1];

- prodotti tal-laħam: il-prodotti tal-laħam definiti mid-Direttiva 77/99/KEE [2],

- il-proteini ta' l-annimali pproċessati li għalihom saret referenza fid-Direttiva 92/118/KEE;

- l-imsaren ta’ l-ifrat li għalih saret fl-Artikolu 2(b) subparagrafu (v) tad-Direttiva 77/99/KEE.

(a) Meta l-prodotti msemmija hawn fuq li joriġinaw mill-annimali, li jkun jinsab fih materjal minn annimali ta’ l-ifrat, tar-razza tal-mogħoż u tar-razza tan-nagħaġ jiġu importati fil-Komunità wara l-31 ta' Marzu 2001 minn pajjiżi terzi jew reġjuni minn dawn, iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jiġu akkumpanjati minn kull dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' produzzjoni, miktuba kif ġej:

"Il-prodott li joriġina mill-annimal ma jisabx fih, u mhux derivat minn kull prodott li għalih saret referenza fil-Kapitolu F ta' l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tat- 22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' l-enċifalopatija sponġiformi transmissibbli, u lanqas minn materjal speċifikat riskjuż kif definit fl-Anness V ta' dak ir-Regolament, prodott wara l-31 ta' Marzu 2001, jew laħam mekkanikament rikoverat miksub mill-għadam tar-ras jew il-kolonna vertebrali ta' annmali ta’ l-ifrat, tar-razza tal-mogħoż jew tar-razza tan-nagħaġ, prodotti wara l-31 ta' Marzu 2001. Wara l-31 ta' Marzu 2001 l-annimali ma nqatlux wara stunning ta’ tessut tan-nervi ċentrali permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula bl-istess mod jew maqtula b'laċerazzjoni wara stunning tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta' strument imtawwal forma ta' virga imdaħla fil-kavità kranjali"

(b) Kull referenza għal prodotti li joriġinaw mill-annimali juri prodotti li joriġinaw minn annimali elenkati f’dan il-punt u ma tikkonċernax prodotti mill-annimali li jkun jinsab fihom jew li huma dderivati minn dawk il-prodotti li joriġinaw mill-annimali.

6. Il-punt 5 jgħodd biss għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi:

(a) li ma ssottomettewx lill-Kummissjoni kull file li jappoġġa t-talba tagħhom għal eżenzjoni minn dawn id-disposizzjonijiet;

(b) li ssottomettew kull tali file li fih ir-riżultat ta' evalwazzjoni tar-riskji li jistabbilixxi l-fatturi potenzjali ta' riskju huwa mandankollu mhux soddisfaċenti.

7. L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet uffiċjali frekwenti biex jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta' dan l-Anness u għandhom jaċċertaw li jittieħdu miżuri biex tiġi evitata kull kontaminazzjoni, b’mod partikolari fil-biċċeriji, pjanti ta' tqattigħ, pjanti li jipproċessaw l-iskart ta' l-annimali, pjanti u siti ta’ l-ipproċessar b'riskju għoli approvati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 90/667/KEE, punti ta' bejgħ lill-konsumatur, siti ta' miżbla u faċilitajiet oħra ta' ħażna jew inċinerazzjoni. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu sistema biex jaċċertaw u jivverifikaw li:

(a) materjal riskjuż speċifikat użat fil-produzzjoni ta' prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(2) jintużaw biss għall-għanijiet awtorizzati;

(b) materjal riskjuż speċifikat, speċjalment meta ssir tneħħija fl-istabbilimenti jew post ieħor minbarra l-biċċerija, huwa kompletament isseparat minn skart ieħor mhux maħsub għall-inċinerazzjoni, għandu jinġabar separatament u jitneħħa b’mod konformi mal-punt 1 u l-punti 8 sa 11. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu li jintbagħtu rjus jew iġsma li fihom ikun hemm materjal speċifikat riskjuż lil Stat Membru ieħor wara li dak l-Istat Membru jkun qabel li jirċievi l-materjal u approva l-kondizzjonijiet speċifiċi li jgħoddu għal dan il-vjaġġ.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal speċifikat riskjuż jitneħħa fil-:

(a) biċċeriji;

(b) impjanti ta' tqattigħ, impjanti ta' proċessar ta' riskju għoli jew f’postijiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 3 sa 7 tad-Direttiva 90/667/KEE, taħt is-sorveljanza ta' kull aġent nominat maħtur mill-awtorità kompetenti. Dawk l-istabbilimenti għandhom jiġu approvati għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti.

Madankollu, il-kolonna vertebrali tista’ titneħħa f'punti ta' bejgħ lill-konsumatur fit-territorju tagħhom.

Fejn il-materjal speċifikat riskjuż ma jitneħħiex minn annimali mejta li ma nqatlux għall-konsum tal-bniedem, il-partijiet tal-ġisem li jkunu jinsab fihom materjal speċifikat riskjuż jew il-ġisem kollu għandu jiġi trattat bħala materjal speċifikat riskjuż.

9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull materjal speċifikat riskjuż għandu jittebba' b'kull żebgħa u, kif xieraq, jiġi mmarkat mill-ewwel minnufih fit-tneħħija u jinqered minnufih:

(a) bl-inċinerazzjoni mingħajr ipproċessar minn qabel; jew,

(b) kemm-il darba li ż-żebgħa jew il-marki jibqgħu jidhru, wara l-ipproċessar minn qabel:

(i) B’mod konformi mas-sistemi deskritti fil-Kapitoli I sa IV, VI u VII ta' l-Anness tad-Deċiżjoni 92/562/KEE:

- bl-inċinerazzjoni;

- bil-ko-inċinerazzjoni;

(ii) b’mod konformi għall-inqas ma’ l-istandards stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/534/KEE, bi dfin f'kull sit ta' terraferma artifiċjali xierqa.

10. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-disposizzjonijiet tal-punti 8 u 9 biex jippermettu l-inċinerazzjoni jew dfin ta' materjal riskjuż sppeċifikat jew iġsma sħaħ, mingħajr ma jittebbgħu qabel, jew, kif xieraq, mingħajr tneħħija tal-materjal riskjuż speċifikat, fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 90/667/KEE u b'metodu li jipprekludi kull riskju ta' trażmissjoni ta' EST u hija approvata u vverifikata mill-awtorità kompetenti, partikolarment fejn mietu l-annimali jew inqatlu fil-kuntest ta’ miżuri għall-kontroll tal-mard u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 u 13.

11. L-Istati Membri jistgħu jibagħtu materjal speċifikat riskjuż jew il-materjal ipproċessat minnu lill-Istati Membri oħra għall-inċinerazzjoni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/735/KE, fejn tgħodd.

Dan il-punt jista' jiġi emendat fuq talba ta' kull Stat Membru biex jiġi permess li jintbagħat materjal speċifikat riskjuż jew il-materjal ipproċessat minnu lil pajjiżi terzi għall-inċinerazzjoni, kemm-il darba jiġu adottati l-kondizzjonijiet li jirregolaw din l-esportazzjoni.

B. Dwar stħarriġ statistiku

L-istħarriġ statistiku li għalih hemm referenza fl-Artikolu 22 għandu jkopri kull annimal li għalih saret referenza fl-Anness III, Kapitolu A, Taqsima I, punti 1.1 u 1.2.

Din id-disposizzjoni, li tgħodd għal kull terminu ta' sena, tista' tiġi riveduta fid-dawl ta' esperjenza akkwistata fl-ewwel sitt xhur.

[1] Id-Direttiva tal-Kunsill 94/65/KE ta’ l-14 ta' Diċembru 1994 li tistabbilixxi l-ħtiġiet għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' laħam ikkappuljat u preparati tal-laħam (ĠU L 368, tal-31.12.1994, p. 10).

[2] Id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta' Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-prodotti mill-laħam (ĠU L tas-26, 31. 1. 1977, p. 85). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 97/76/KE (ĠU L 10, tas-16.1.1998, p. 25).

--------------------------------------------------

Top