EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001R0366

IR-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 366/2001 tat-22 ta' Frar 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' miżuri pprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999

OJ L 55, 24.2.2001, p. 3–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 04 Volume 005 P. 26 - 38
Special edition in Estonian: Chapter 04 Volume 005 P. 26 - 38
Special edition in Latvian: Chapter 04 Volume 005 P. 26 - 38
Special edition in Lithuanian: Chapter 04 Volume 005 P. 26 - 38
Special edition in Hungarian Chapter 04 Volume 005 P. 26 - 38
Special edition in Maltese: Chapter 04 Volume 005 P. 26 - 38
Special edition in Polish: Chapter 04 Volume 005 P. 26 - 38
Special edition in Slovak: Chapter 04 Volume 005 P. 26 - 38
Special edition in Slovene: Chapter 04 Volume 005 P. 26 - 38
Special edition in Bulgarian: Chapter 04 Volume 006 P. 35 - 47
Special edition in Romanian: Chapter 04 Volume 006 P. 35 - 47

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/05/2007; Imħassar b' 32007R0498

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/366/oj

32001R0366



Official Journal L 055 , 24/02/2001 P. 0003 - 0015


IR-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 366/2001

tat-22 ta' Frar 2001

li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' miżuri pprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-arranġamenti li jirrigwardaw l-għajnuna strutturali Komunitarja fis-settur tas-sajd [1], u partikolarment l-Artikoli 8(7) u 21 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1263/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar l-Istrument Finanzjarju għall-Gwida tas-Sajd [2] jipprovdi li l-assistenza għandha tkun iffinanzjata fil-qafas ġenerali ta' l-ipprogrammar tal-Fondi Strutturali.

(2) Il-programmi għandhom ikunu implimentati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jippreskrivi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [3], u partikolarment l-Artikoli 31 sa 33 u 37 sa 39 tiegħu.

(3) Sabiex ikun hemm monitoraġġ komprensiv ta' programm ta' implimentazzjoni, ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għandu jkollhom informazzjoni kwantifikata u kodifikata fil-forma ta' rapporti kkoordinati tal-progress. L-informazzjoni konċernata għandha tkopri mhux biss proġetti implimentati, li huma implimentati jew pjanati taħt il-FIFG imma wkoll l-irtirar ta' bastimenti eżistenti, imwettqa mingħajr assistenza pubblika skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999.

(4) Ir-rapporti ta' progress għandhom ikunu kumpatibbli mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2090/98 [4], (KE) Nru 643/2000 [5] u (KE) Nru 1685/2000 [6].

(5) Il-Kummissjoni għandha jkollha disponibbli informazzjoni xierqa dwar il-miżuri strutturali kollha mwettqa mill-Istati Membri fis-settur tas-sajd, inklużi l-miżuri ta' għajnuna msemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999. Għandha għalhekk tkun stabbilita sistema armonizzata għad-dikjarazzjoni mill-Istati Membri ta' l-ammont ta' għajnuna mħallsa għal dawk l-għanijiet.

(6) Sabiex ikun hemm monitoraġġ u valutazzjoni globali ta' l-impatt fuq l-impriżi konġunti, għandha ssir lista ta' data relevanti u paragunabbli, li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni fl-istess żmien bħar-rapporti msemmija fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999.

(7) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tas-Sajd u l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, rapporti annwali ta' implimentazzjoni għandhom ikollhom b'mod partikolari rapporti ta' progress fuq programmi li jipprovdu tagħrif dwar:

(a) proġetti implimentati, li jkunu implimentati jew pjanati taħt il-FIFG; u

(b) l-irtirar ta' bastimenti eżistenti, mwettqa mingħajr għajnuna pubblika, skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999.

Il-proġetti huma "implimentati" jew "qed ikunu implimentati" meta l-ispiża eliġibbli kienet ċertifikata u attwalment imħallsa mill-benefiċjarji. Il-proġetti huma "ppjanati" meta l-krediti jintużaw wara deċiżjoni amministrattiva li tagħti għajnuna pubblika.

2. Kull sena qabel it-30 ta' April, rapporti tal-progress għandhom ikunu sottomessi lill-Kummissjoni, f'forma elettronika, skond il-mudell muri fl-Anness I ma' dan ir-Regolament.

Kopja oriġinali tal-karta għandha teħtieġ ukoll.

L-Artikolu 2

Kull sena qabel it-30 ta' April, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni sunt ta' l-għajnuniet imsemmja fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, skond il-mudell muri fl-Anness II ma' dan ir-Regolament.

Kopja oriġinali tal-karta għandha teħtieġ bħala minimu.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-awtorità tat-tmexxija tibgħat lill-Kummissjoni, f'forma elettronika, l-informazzzjoni li ġejja dwar kull impriża konġunta fit-tifsira ta' l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999:

(a) sa mhux anqas minn sitt xhur wara d-deċiżjoni li tagħti l-premium, l-informazzjoni bażika dwar l-impriża konġunta, skond il-mudell muri fl-Anness III(a) ma' dan ir-Regolament. Fejn meħtieġ, din l-informazzjoni għandha tkun aġġornata u mibgħuta mill-ġdid lill-Kummissjoni;

(b) fl-istess ħin tar-rapport fuq l-implimentazzjoni ta' pjan ta' l-attività, informazzjoni dwar l-attività mwettqa matul il-perjodu kopert mir-rapport konċernat, skond il-mudell muri fl-Anness III(b) ma' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 4

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' l-għajnuna mogħtija mill-FIFG għal skemi definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2468/98 [7], inkluż applikazzjonijiet għall-għajnuna approvati wara l-1 ta' Jannar 1994 taħt ir-Regolament tal-Kunsill Nru 4028/86 [8] u (KEE) Nru 4042/89 [9], għandhom jissoktaw ikunu regolati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1796/95 [10].

L-Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Frar 2001.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10.

[2] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 54.

[3] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

[4] ĠU L 266, ta' l-1.10.1998, p. 27.

[5] ĠU L 78, tad-29.3.2000, p. 4.

[6] ĠU L 193, tad-29.7.2000, p. 39.

[7] ĠU L 312, ta' l-20.11.1998, p. 19.

[8] ĠU L 376, tal-31.12.1986, p. 7.

[9] ĠU L 388, tat-30.12.1989, p. 1.

[10] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2792/1999 — IMPRIŻI KONĠUNTI

li għandha tintbagħat lill-European Commission, Fisheries DG, rue de la Loi 200, B 1049 Brussels

e-mail: fisheries-fs@cec.eu.int

(in-numri ta' l-Artikolu jirreferi għar-Regolament (KE) Nru 2792/1999)

(a) INFORMAZZJONI BAŻIKA DWAR L-IMPRIŻA KONĠUNTA

Informazzjoni ta' implimentazzjoni amministrattiva, finanzjarja dwar il-proġett ta' impriża konġunta

Kolonni…

(1) C. I. C.(kodiċi komuni ta' identifikazzjoni) tad-dokument tal-programm operattiv/waħdieni li għalih huwa mitlub ħlas tal-premium biex tkun stabbilita impriża konġunta.

(2) Numru ta' identifikazzjoni tal-proġett (numru allokat mill-awtorità tat-tmexxija tad-dokument tal-programm operattiv/waħdieni meta tittieħed id-deċiżjoni amministrattiva li tagħti l-premium).

(3) Data tar-reġistrazzjoni tal-proġett (data tas-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni tal-premium) (jj/xx/sss).

(4) Data tad-deċiżjoni amministrattiva li tagħti l-premium meħud mill-awtorità tat-tmexxija tad-dokument ta' programm operattiv/programm uniku (jj/xx/ssss).

(5) Ammont tal-premium mogħti (EUR) (L-Artikolu 8(3)).

(6) Għajnuna FIFG mogħtija lill-proġett (EUR).

(7) Ammont attwalment depożitat għall-garanzija tal-bank (EUR) (L-Artikolu 8(4)).

(8) Data tad-depożitu tal-garanzija bankarja (jj/xx/ssss).

(9) Ammont attwalment imħallas bil-quddiem (EUR) (L-Artikolu 8(4)).

(10) Data tal-pagament bil-quddiem (jj/xx/ssss).

(11) Ammont attwalment mħallas bħala bilanċ (EUR) (L-Artikolu 8(5)).

(12) Data tal-pagament tal-bilanċ (jj/xx/ssss).

Informazzjoni dwar il-bastiment(i) trasferiti lill-impriża konġunta

(indika bastiment wieħed kull linja; jekk meħtieġ uża diversi linji)

Kolonni…

(13) Numru intern tal-bastiment (kif muri fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità).

(14) Tunnellaġġ tal-bastiment użat biex jkun iffissat l-ammont tal-premium (GT jew GRT).

(15) L-età tal-bastiment biex ikun iffissat il-premium (numru tas-snin).

(16) Attività ewlenija tal-bastiment matul il-ħames snin qabel it-trasferiment ta' l-impriża konġunta; semmi attività waħda biss billi jintuża wieħed mill-kodiċijiet li ġejjin: kodiċi 1 (sajd fl-ibħra taħt sovranità jew ġurisdizzjoni ta' l-UE)/kodiċi 2 (sajd taħt ftehim UE)/kodiċi 3 (sajd taħt ftehim ieħor tas-sajd)/kodiċi 4 (sajd fl-ibħra internazzjonali).

(17) Data tat-tneħħija mill-bastiment mir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità (jj/xx/ssss).

(18) Data għar-reġistrazzjoni tal-bastiment f'pajjiż terz (jj/xx/ssss).

(19) Numru tar-reġistrazzjoni ta' bastiment ta' pajjiż terz.

(20) Parti mill-għajnuna Komunitarja (EUR) irċevuta qabel il-kostruzzjoni/modernizzazzjoni tal-bastiment li għandha tkun rimborżata skond l-Artikolu 10(3)(b) (ebda aggregazzjoni ta' l-għajnuniet).

(21) Data tal-bidu attwali ta' l-attivitajiet tas-sajd ta' bastiment bħala parti mill-impriża konġunta (jj/xx/ssss).

Karatteristiċi ta' l-impriża konġunta

Kolonni…

(22) Pajjiż tar-reġistrazzjoni (kodiċi ISO, 2 karattri).

(23) Isem (isem kummerċjali).

(24) Indirizz.

(25) Valuta li fih huwa mfisser il-kapital ta' azzjonijiet ta' impriża konġunta (Kodiċi ISO, 3 karattri).

(26) Ammont tal-kapital ta' l-ishma.

(27) Holding ta' sħab tal-Komunità (bħala persentaġġ ta' kapital ta' ishma ta' impriża konġunta).

(28) Motivazzjoni ta' premium pubbliku: Kodiċi 1 (twaqqif ta' impriża ġdida konġunta)/kodiċi 2 (akkwist ta' Holding f'impriża eżistenti konġunta).

(29) Data tat-twaqqif jew ta' l-akkwist tal-holding (jj/xx/ssss).

(b) INFORMAZZJONI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TA' PJAN TA' ATTIVITÀ

Partikolaritajiet tal-proġett u rapport

Kolonni…

(1) Numru ta' identifikazzjoni tal-proġett (l-istess numru kif muri fl-Anness III(a), il-kolonna 2).

(2) Numru tar-rapport (numru bejn 1 u 5).

(3) Perjodu kopert b'dan ir-rapport: minn (jj/xx/ssss)…

(4) … sa (jj/xx/ssss).

Bdil jekk xejn fil-kondizzjonijiet operattivi ta' impriża konġunta li jseħħu matul il-perjodu kopert minn dan ir-rapport

Kolonni…

(5) Bdil ta' sieħeb f'pajjiż terz: kodiċi 1 (iva)/kodiċi 0 (le).

(6) Bidla fil-kapital ta' ishma jew fl-azzjonijiet fil-perċentwal tas-sieħeb(sħab) Komunitarju(Komunitarji): kodiċi 1 (iva)/kodiċi 0 (le).

(7) Bidla tal-bandiera tal-bastiment(i): kodiċi 1 (iva)/kodiċi 0 (le).

(8) Bidla ta' żona(żoni) tas-sajd: kodiċi 1 (iva)/kodiċi 0 (le).

(9) Bdil tal-bastiment mitluf minħabba nawfraġju: kodiċi 1 (iva)/kodiċi 0 (le).

Kwantitajiet meħuda mill-bastiment(i) trasferiti lill-impriża konġunta matul il-perjodu kopert minn dan ir-rapport

(fejn hemm diversi bastimenti, agħti kwantitajiet globali)

Kolonni…

(10) Marlozz (t).

(11) Speċi tal-qiegħ (t).

(12) Molluski (t).

(13) Speċi pelaġiċi (t).

(14) Krustaċej (t).

(15) Speċi oħra (t).

Tunnellaġġ impoġġi fis-suq li jikkorrispondi għall-kwantitajiet kollha meħuda msemmija fil-kolonni 10 sa 15 hawn fuq

Kolonni…

(16) Kwantità totali mpoġġija fis-suq (t).

(17) Inkluż: kwantità mibjugħa lill-Istati Membri ta' l-UE (t).

Valur tas-suq

Kolonni…

(18) Valur tal-kwantità mpoġġija fis-suq imsemmija fil-kolonna 16 ta' hawn fuq (EUR).

(19) Inkluż: valur tal-kwantità mpoġġija fis-suq imsemmija fil-kolonna 17 ta' hawn fuq (EUR).

Impjiegi

Kolonni…

(20) Numru totali ta' impjiegi abbord bastiment(i).

(21) Inkluż: numri ta' impjiegi li jingħatawlhom ċittadini ta' l-UE.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 2792/1999 — NOMENKLATURA TA' PRIJORITAJIET, MIŻURI, AZZJONIJIET & INDIKATURI TA' IMPLIMENTAZZJONI

(in-numri ta' l-artikoli, titoli u annessi jirriferu għar-Regolament (KE) Nru 2792/1999)

PRIJORITÀ 1 Miżura 11 Azzjoni 1 Indikatur 1 : GRT [1]

GT [2]

Indikatur 3 : kW [3]

Miżura 12 Azzjoni 1 Indikatur 2 : GT [4]

GRT [5]

Indikatur 3 : kW [6]

Azzjoni 2 Indikatur 1 : GRT [7]

GT [8]

Indikatur 3 : kW [9]

Azzjoni 3 Indikatur 1 : GRT [10]

GT [11]

Indikatur 3 : kW [12]

Miżura 13 Azzjoni 1 Indikatur 1 : GRT [13]

GT [14]

Indikatur 3 : kW [15]

Indikatur 4 : numru ta' bastimenti

PRIJORITÀ 2 Miżura 21 Azzjoni 1 Indikatur 1 : GT [16]

Indikatur 2 : kW [17]

Miżura 22 Azzjoni 1 Indikatur 1 : GT (tunnellaġġ ta' bastiment wara l-modernizzazzjoni) [18]

Indikatur 2 : ΔGT (żieda fit-tunnellaġġ) [19]

Indikatur 3 : kW [20] [21]

Miżura 23 Azzjoni 1 Indikatur 1 : GRT [22]

GT [23]

indikatur 3 : kW [24]

PRIJORITÀ 3 Miżura 31 Azzjoni 1 Indikatur 1 : żona protetta tal-baħar (km2

Indikatur 2 : numru ta' proġetti ta' tipi oħra

Miżura 32 Azzjoni 1 Indikatur 1 : tunnellati/sena ta' maskli

Indikatur 2 : tunnellati/sena ta' arzell

Indikatur 3 : tunnellati/sena ta' gajdriet

Indikatur 4 : — tunnellati/sena ta' bass

Indikatur 5 : tunnellati/sena ta' denċi

indikatur 6 : tunnellati/sena ta' barbun imperjali

Indikatur 7 : tunnellati/sena tas-salamun

Indikatur 8 : tunnellata/sena ta' trota tal-baħar imrobbija

Indikatur 9 : tunnellati/sena ta' sallur

Indikatur 10 : tunnellata/sena ta' karpa

Indikatur 11 : tunnellata/sena ta' trota ta' l-ilma ħelu mrobbija

Indikatur 12 : tunnellata/sena ta' speċi oħra

Indikatur 13 : numru ta' ħut ċkejken prodott fil-maqfes

Azzjoni 2 Indikatur 1 : numru ta' unitajiet li bbenefikaw minn kondizzjonijiet sanitarji mtejba

Indikatur 2 : numru ta' unitajiet li ibbenefikaw mill-kondizzjonijiet imtejba ambjentali

Indikatur 3 : numru ta' unitajiet li wettqu sistemi mtejba ta' produzzjoni (kwalità, innovazzjonijiet teknoloġiċi)

Miżura 33 Azzjoni 1 Indikatur 1 : m2 tal-mollijiet

Indikatur 2 : metri lineari ta' mollijiet

Indikatur 3 : m3 ta' cold stores

Indikatur 4 : m3 ta' mħażen li mhumiex cold stores

Indikatur 5 : numru ta' stallazzjonijiet tal-handling

Indikatur 6 : numru ta' magni tas-silġ

Indikatur 7 : numru ta' stallazzjonijiet ta' l-elettriku u/jew provista ta' l-ilma

Indikatur 8 : numru ta' stallazzjonijiet tal-provista tal-karburant

Indikatur 9 : numru ta' faċilitajiet oħra

Indikatur 10 : m2 tal-wiċċ utilizzabbli għall-ewwel bejgħ

Azzjoni 2 Indikatur 1 : numru ta' stallazzjonijiet li bbenefikaw minn kondizzjonijiet sanitarji mtejba

Indikatur 2 : numru ta' stallazzjonijiet li bbenefikaw minn kondizzjonijiet mtejba ambjentali

Indikatur 3 : numru ta' stallazzjonijiet li wettqu sistemi mtejba ta' servizz (kwalità, innovazzjonijiet teknoloġiċi)

Miżura 34 Azzjoni 1 Indikatur 1 : tunnellati/sena ta' prodotti friski jew imkessħa

Indikatur 2 : tunnellati/sena ta' prodotti priservati jew semi-priservati

Indikatur 3 : tunnellati/sena ta' prodotti friżati jew surġelati

Indikatur 4 : tunnellati/sena ta' prodotti proċessati oħra (ikliet preparati, prodotti fumigati, immellħin, imqadda)

Azzjoni 2 Indikatur 1 : numru ta' unitajiet li bbenifikaw minn kondizzjonijiet sanitarji mtejba

Indikatur 2 : numru ta' unitajiet li ibbenefikaw mill-kondizzjonijiet imtejba ambjentali

Indikatur 3 : numru ta' unitajiet li wettqu sistemi mtejba ta' produzzjoni (kwalità, innovazzjonijiet teknoloġiċi)

Azzjoni 3 Indikatur 1 : m2 ta' surface area effettiva

Azzjoni 4 Indikatur 1 : numru ta' stabbilimenti li bbenefikaw minn kondizzjonijiet sanitarji mtejba

Indikatur 2 : numru ta' stabbilimenti li bbenefikaw minn kondizzjonijiet mtejba ambjentali

Indikatur 3 : numru ta' stabbilimenti b'faċilitajiet tal-kompjuter

Miżura 35 Azzjoni 1 Indikatur 1 : numru ta' bastimenti mibnija

Indikatur 2 : tunnellaġġ globali ta' bastimenti mibnija

Azzjoni 2 Indikatur 1 : numru ta' bastimenti modernizzati

Indikatur 2 : tunnellaġġ globali ta' bastimenti modernizzati

Azzjoni 3 Indikatur 1 : numru ta' proġetti

PRIJORITÀ 4 Miżura 41 Azzjoni 1 Indikatur 1 : numru ta' parteċipanti (sajjieda u membri tal-familji tagħhom) fil-proġett

Miżura 42 Azzjoni 1 Indikatur 1 : numru ta' benefiċjarji

Azzjoni 2 Indikatur 1 : numru ta' benefiċjari

Azzjoni 3 Indikatur 1 : numru ta' benefiċjarji

Azzjoni 4 Indikatur 1 : numru ta' benefiċjarji

Indikatur 2 : tunnellaġġ gross reġistrat tal-bastimenti miksub

Miżura 43 Azzjoni 1 Indikatur 1 : numru ta' kampanji ġeneriċi

Indikatur 2 : numru ta' kampanji bażati fuq indikazzjonijiet/desinjazzjonijiet ġeografiċi ta' oriġini (L-Artikolu 14(3))

Azzjoni 2 Indikatur 1 : numru ta' fieri kummerċjali

Azzjoni 3 Indikatur 1 : numru ta' studji/stħarriġ

Azzjoni 4 Indikatur 1 : numru ta' proġetti

Azzjoni 5 Indikatur 1 : numru ta' operazzjonijiet

Miżura 44 Azzjoni 1 Indikatur 1 : numru ta' POs li jirċievu l-għajnuna

Azzjoni 2 Indikatur 1 : numru ta' POs li jirċievu l-għajnuna

Azzjoni 3 Indikatur 1 : numru ta' operazzjonijiet dwar it-tmexxija ta' l-istokkijiet tal-ħut

Indikatur 2 : numru ta' operazzjonijiet fuq is-saħħa u s-siġurtà

Indikatur 3 : numru ta' operazzjonijiet dwar akwakultura, protezzjoni ambjentali jew tmexxja integrata ta' żoni kostali

Indikatur 4 : numru ta' operazzjonijiet tas-sengħa

Indikatur 5 : numru ta' operazzjonijiet tan-negozju inizjali u parir

Indikatur 6 : numru ta' operazzjonijiet ta' taħriġ

Indikatur 7 : numru ta' operazzjonijiet finanzjarji ta' inġinerija [34]

Indikatur 8 : numru ta' operazzjonijiet oħra

Miżura 45 Azzjoni 1 Indikatur 1 : numru ta' bastimenti li jingħatalhom il-kumpens

Indikatur 2 : numru ta' sajjieda li jirċievu l-kumpens

Indikatur 3 : numru ta' ġranet ta' attività mitlufa fl-għoti tal-kumpens [36]

Azzjoni 2 Indikatur 1 : numru ta' bastimenti li għalihom jingħata kumpens

Indikatur 2 : numru ta' sajjieda li jirċievu kumpens

Indikatur 3 : numru ta' ġranet ta' attività mitlufa fl-għoti tal-kumpens [37]

Azzjoni 3 Indikatur 1 : numru ta' bastimenti li għalihom jingħata kumpens

Indikatur 2 : numru ta' sajjieda li jirċievu l-kumpens

Indikatur 3 : numru ta' ġranet ta' attività mitlufa fl-għoti tal-kumpens [38]

Indikatur 4 : numru ta' impriżi ta' proċessar li jirċievu l-kumpens

Azzjoni 4 Indikatur 1 : numru ta' bastimenti li jirċievu għajnuna

Indikatur 2 : numru ta' sajjieda li jirċievu għajnuna

Miżura 46 Azzjoni 1 Indikatur 1 : numru ta' proġetti pilota sperimentali tas-sajd/wiri

Indikatur 2 : numru ta' proġetti oħra pilota/wiri

PRIJORITÀ 5 Miżura 51 Azzjoni 1 Indikatur 1 : numru ta' miżuri

Azzjoni 2 Indikatur 1 : numru ta' studju

Azzjoni 3 Indikatur 1 : numru ta' miżuri

Azzjoni 4 Indikatur 1 : numru ta' miżuri

PRIJORITÀ 6 Miżura 61 Azzjoni 1 Indikatur 1 : numru ta' operazzjonijiet

Miżura 62 Azzjoni 1 Indikatur 1 : numru ta' ġranet ta' taħriġ għal kull ħaddiem

[1] Dan l-indikatur jista' jintuża għal bastimenti anqas minn 24 metru bejn il-perpendikolari biss, u biss sa l- 31.12.2003 (ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ).

[2] Dan l-indikatur għandu jintuża:

- għall-bastimenti ta' 24 metri bejn il-perpendikolari mill- 1.1.2000, u

- għall-bastimenti kollha mill- 1.1.2004,(ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ)

[3] Dan l-indikatur jirriferi għas-setgħa dikjarata skond ir-Regolament (KE) Nru 2090/98 (saħħa tal-magna).

[4] Dan l-indikatur jista' jintuża għal bastimenti anqas minn 24 metru bejn il-perpendikolari biss, u biss sa l- 31.12.2003 (ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ).

[5] Dan l-indikatur għandu jintuża:

- għall-bastimenti ta' 24 metri bejn il-perpendikolari mill- 1.1.2000, u

- għall-bastimenti kollha mill- 1.1.2004,(ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ)

[6] Dan l-indikatur jirriferi għas-setgħa dikjarata skond ir-Regolament (KE) Nru 2090/98 (saħħa tal-magna).

[7] Dan l-indikatur jista' jintuża għal bastimenti anqas minn 24 metru bejn il-perpendikolari biss, u biss sa l- 31.12.2003 (ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ).

[8] Dan l-indikatur għandu jintuża:

- għall-bastimenti ta' 24 metri bejn il-perpendikolari mill- 1.1.2000, u

- għall-bastimenti kollha mill- 1.1.2004,(ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ)

[9] Dan l-indikatur jirriferi għas-setgħa dikjarata skond ir-Regolament (KE) Nru 2090/98 (saħħa tal-magna).

[10] Dan l-indikatur jista' jintuża għal bastimenti anqas minn 24 metru bejn il-perpendikolari biss, u biss sa l- 31.12.2003 (ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ).

[11] Dan l-indikatur għandu jintuża:

- għall-bastimenti ta' 24 metri bejn il-perpendikolari mill- 1.1.2000, u

- għall-bastimenti kollha mill- 1.1.2004,(ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ)

[12] Dan l-indikatur jirriferi għas-setgħa dikjarata skond ir-Regolament (KE) Nru 2090/98 (saħħa tal-magna).

[13] Dan l-indikatur jista' jintuża għal bastimenti anqas minn 24 metru bejn il-perpendikolari biss, u biss sa l- 31.12.2003 (ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ).

[14] Dan l-indikatur għandu jintuża:

- għall-bastimenti ta' 24 metri bejn il-perpendikolari mill- 1.1.2000, u

- għall-bastimenti kollha mill- 1.1.2004,(ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ)

[15] Dan l-indikatur jirriferi għas-setgħa dikjarata skond ir-Regolament (KE) Nru 2090/98 (saħħa tal-magna).

[16] Il-bastimenti kollha mibnija (miżura 21) għandu jkollhom it-tunnellaġġ miżun f'GT, u t-tunnellaġġ tal-bastimenti kollha modernizzati (miżura 22) għandu jkun mitqies mill-ġdid f'GT (Anness IV, punt 1.4(a) lir-Regolament (KE) Nru 2792/1999). L-indikatur GRT m'għandux jintuża, ghalhekk, għall-bastimenti mibnija ġodda jew modernizzati. Jekk il-modernizzazzjoni ma tfissirx żieda fit-tunnellaġġ, il-kwantità korrispondenti hija 0.

[17] Dan l-indikatur jirriferi għas-setgħa dikjarata skond ir-Regolament (KE) Nru 2090/98 (saħħa tal-magna).

[18] Il-bastimenti kollha mibnija (miżura 21) għandu jkollhom it-tunnellaġġ miżun f'GT, u t-tunnellaġġ tal-bastimenti kollha modernizzati (miżura 22) għandu jkun mitqies mill-ġdid f'GT (Anness IV, punt 1.4(a) lir-Regolament (KE) Nru 2792/1999). L-indikatur GRT m'għandux jintuża, ghalhekk, għall-bastimenti mibnija ġodda jew modernizzati. Jekk il-modernizzazzjoni ma tfissirx żieda fit-tunnellaġġ, il-kwantità korrispondenti hija 0.

[19] Il-bastimenti kollha mibnija (miżura 21) għandu jkollhom it-tunnellaġġ miżun f'GT, u t-tunnellaġġ tal-bastimenti kollha modernizzati (miżura 22) għandu jkun mitqies mill-ġdid f'GT (Anness IV, punt 1.4(a) lir-Regolament (KE) Nru 2792/1999). L-indikatur GRT m'għandux jintuża, ghalhekk, għall-bastimenti mibnija ġodda jew modernizzati. Jekk il-modernizzazzjoni ma tfissirx żieda fit-tunnellaġġ, il-kwantità korrispondenti hija 0.

[20] Dan l-indikatur jirriferi għas-setgħa dikjarata skond ir-Regolament (KE) Nru 2090/98 (saħħa tal-magna).

[21] L-indikatur jirriferi għas-saħħa totali tal-magna ġdida tal-bastiment, u biex ma jiżdiedx il-poter bħala riżultat tal-magna l-ġdida. Jekk il-modernizzazzjoni ma tinkludix magna ġdida, il-kwalità korripondenti hija 0.

[22] Dan l-indikatur jista' jintuża għal bastimenti anqas minn 24 metru bejn il-perpendikolari biss, u biss sa l- 31.12.2003 (ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ).

[23] Dan l-indikatur għandu jintuża:

- għall-bastimenti ta' 24 metri bejn il-perpendikolari mill- 1.1.2000, u

- għall-bastimenti kollha mill- 1.1.2004,(ara r-regoli fuq il-qies tat-tunnellaġġ)

[24] Dan l-indikatur jirriferi għas-setgħa dikjarata skond ir-Regolament (KE) Nru 2090/98 (saħħa tal-magna).

[34] Fit-tifsira tar-Regoli Nru 8 (kapital ta' riskju u fondi tas-self), Nru 9 (fondi ta' garanzija) u Nru 10.2 (għajnuna permezz kerrej) fir-Regolament (KE) Nru 1685/2000.

[36] Dan in-numru tal-ġranet japplika ugwalment għall-bastimenti u s-sajjied.

[37] Dan in-numru tal-ġranet japplika ugwalment għall-bastimenti u s-sajjied.

[38] Dan in-numru tal-ġranet japplika ugwalment għall-bastimenti u s-sajjied.

--------------------------------------------------

Top