EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0047

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/47/KE tal-25 ta’ Ġunju 2001 li temenda l-Anness mad-Direttiva tal-Kunill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti biex jinkludu l-Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874) bħala sustanza attiva

OJ L 175, 28.6.2001, p. 21–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 032 P. 471 - 473
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 032 P. 471 - 473
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 032 P. 471 - 473
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 032 P. 471 - 473
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 032 P. 471 - 473
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 032 P. 471 - 473
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 032 P. 471 - 473
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 032 P. 471 - 473
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 032 P. 471 - 473
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 038 P. 82 - 84
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 038 P. 82 - 84

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/47/oj

32001L0047



Official Journal L 175 , 28/06/2001 P. 0021 - 0023


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/47/KE

tal-25 ta’ Ġunju 2001

li temenda l-Anness mad-Direttiva tal-Kunill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti biex jinkludu l-Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874) bħala sustanza attiva

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 2001 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/28/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) Skond l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE (minn issa ’l quddiem imsejħa "id-Direttiva") il-Belġju rċieva fit-18 ta’ Mejju 1994 applikazzjoni mit-Thermo Trilogy Corporation, ("l-applikant") sabiex tiġi inkluża s-sustanza attiva Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874) fl-Anness I mad-Direttiva.

(2) Skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva, il-Kummissjoni kkonfermat fid-Deċiżjoni tagħha 97/164/KE [3] illi d-dossier issottomess għall-Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874) għandu jitqies bħala li, fil-prinċipju, jissodisfa l-ħtiġiet ta’ l-informazzjoni u t-tagħrif ta’ l-Anness II u, għall-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fih din is-sustanza attiva, ta’ l-Anness III mad-Direttiva.

(3) Skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva, sustanza attiva għandha tiġi inkluża fl-Anness I għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx il-10 snin jekk jista’ jiġi mistenni illi la l-użu u lanqas il-fdalijiet minn prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva ma jkollhom effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew influwenzi mhux aċċettabbli għall-ambjent.

(4) Għall-Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874), l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew stmati, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva, għall-użi proposti mill-applikant. Il-Belġju, huwa u jaġixxi bħala Stat Membru nnominat rapporteur bagħat abbozz ta’ rapport ta’ stima li jirrigwarda s-sustanza lill-Kummissjoni fid-9 ta’ Diċembru 1997.

(5) L-abbozz tar-rapport ta’ stima ġie rrivedut mill-Istati Membru u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti. Din ir-reviżjoni kienet iffinalizzata fis-27 ta’ April 2001 fil-format ta’ rapport ta’ reviżjoni tal-Kommissjoni għall-Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874). Jekk dan ir-rapport ta’ reviżjoni jrid jiġi aġġornat sabiex iqis l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-kondizzjonijiet sabiex jiġi inkluż id-DPX KE 459 Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874) fl-Anness I mad-Direttiva, ikollu il-ħtieġa wkoll li jiġi emendat skond id-Direttiva.

(6) Id-dossier u t-tagħrif mir-reviżjoni tal-Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874) kienu wkoll issottomessi lill-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti għal opinjoni fis-16 ta’ Diċembru 1999. Dan il-Kumitat ta l-opinjoni tiegħu fit-30 ta’ Novembru 2000 [4].

(7) Deher mill-eżamijiet varji magħmula illi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva interessata jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a), (b) u (3) tad-Direttiva, b’mod partikolari rigward l-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Huwa għalhekk approprjat illi tiġi inkluża s-sustanza interessata fl-Annes I, sabiex jiġi żgurat illi fl-Istati Membri kollha jistgħu jiġu konċessi l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom is-sustanza attiva interessata skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva msemmija.

(8) Wara l-inklużjoni, huwa meħtieġ perjodu raġjonevoli taż-żmien għalbiex jippermetti lill-Istati Membri li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-prodotti għall-protezzjonil tal-pjanti li jkun fihom il-Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874) u b’mod partikolari sabiex jiġu rriveduti l-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti jew li tingħata, l-aktar tard sat-tmiem ta’ dan il-perjodu taż-żmien, awtorizzazzjoni ġdida skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Jista’ wkoll ikun meħtieġ perjodu itwal taż-żmien għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874) u s-sustanzi attivi l-oħra inklużi fl-Anness I.

(9) Billi għad iridu jiġu adottati l-prinċipji uniformi għall-mikro-organiżmi, huwa approprjat illi l-Istati Membru għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva meta jagħtu l-awtorizzazzjonijiet. Huwa wkoll approprjat illi l-Istati Membri jingħataw perjodu raġjonevoli taż-żmien sabiex jevalwaw mill-ġdid l-awtorizzazzjonijiet konċessi fid-dawl tal-prinċipji uniformi wara l-adozzjoni tagħhom.

(10) Huwa approprjat li jiġi pprovvdut illi rapport iffinalizzat tar-reviżjoni (għajr għat-tagħrif kunfidenzjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva) jinżamm disponibbli jew jintgħamel disponibbli mill-Istati Membri għall-konsultazzjoni minn kull parti interessata.

(11) Il-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti mogħtija fis-27 ta’ April 2001,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

It-tabella fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE għandha tiġi emendata biex tinkludi d-dħul tal-Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874) iddikjarat fl-Anness ma’ hawn.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-31 ta’ Dieċmbru 2001. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2. Madankollu, rigward ir-reviżjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet proviżorji eżistenti mogħtija fid-dawl tar-rapport tar-reviżjoni, l-awtorizzazzjonijiet proviżorji għandhom jiġu rtirati u fejn approprjat, mibdula b’awtorizzazzjoni sħiħa sat-30 ta’ Novembru 2002.

3. Madankollu, rigward l-applikazzjoni tal-prinċipji uniformi, l-Istati Membri għandhom jeżaminaw mill-ġdid l-awtorizzazzjonijiet mogħtija kemm jista’ jkun malajr wara l-adozzjoni tagħhom u l-aktar tard fi żmien perjodu taż-żmien ta’ 12-il xahar mid-data ta’ l-adozzjoni ta’ dawn il-prinċipji.

4. Madankollu, għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom il-Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874) flimkien ma’ sustanza attiva oħra li tkun fl-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE, il-perjodu taż-żmien riferit fil-paragrafu 1 jiġi mtawwal safejn u sakemm jiġi pprovvdut perjodu itwal taż-żmien ta’ l-implimentazzjoni bid-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva li temenda l-Anness I mad-Direttiva 91/414/KEE sabiex tiġi inkluża din is-sustanza l-oħra fl-Anness.

5. L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli r-rapport tar-reviżjoni għall-Peċilomiċi fumosoroseu (razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874) (għajr għat-tagħrif kunfidenzjali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 14 tad-Direttiva 91/414/KEE) għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati kollha jew għandhom jagħmluh disponibbli lilhom fuq talba speċifika.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2001.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-25 ta’ Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 113, ta’ l-24.4.2001, p. 5.

[3] ĠU L 64, tal-5.3.1997, p. 17.

[4] L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku tal-Pjanti li tirrigwarda l-evalwazzjoni tal-Peċilomiċi fumosoroseu fil-kuntest tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwrda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti għall-protezzjonil tal-pjanti. SCP/PAECIL/002 finali bid-data tal-11 ta’ Diċembru 2000.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

ID-DĦUL LI JRID JIDĦOL FIT-TABELLA FL-ANNESS I MAD-DIRETTIVA 91/414/KEE

In-Numru: | L-isem komuni, u l-identifikazzjoni | L-isem ta’ l-IUPAC | Is-safa | Id-Dħul fis-seħħ | L-Iskadenza ta’ l-inklużjoni | Dispożizzjonijiet speċifiċi |

18 | Il-Peċilomiċi fumosoroseu Ir-razza ta’ l-Apopka 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874 | Ma japplikax | In-nuqqas ta’ metaboliti sekondarji għandu jiġi kkontrollat f’kull brodu tal-fermentazzjoni bil- HPLC | L-1 ta’ Lulju 2001 | It-30 ta’ Ġunju 2011 | Jistgħu jiġu awtorizzati l-użi bħala insettiċida biss Kull brodu tal- fermentazzjoni għandu jiġi kkontrollat bil-HPLC sabiex jiġi żgurat illi l-ebda metaboliti sekondarji ma jkunu preżenti Id-Data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha r-rapport tar-reviżjoni kien iffinalizzat: fis-27 ta’ April 2001 |

--------------------------------------------------

Top