EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0672

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Awissu ta’ l-2001 li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji (notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 2551)Test b’relevanza EEA

OJ L 235, 4.9.2001, p. 23–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 033 P. 341 - 343
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 033 P. 341 - 343
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 033 P. 341 - 343
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 033 P. 341 - 343
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 033 P. 341 - 343
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 033 P. 341 - 343
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 033 P. 341 - 343
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 033 P. 341 - 343
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 033 P. 341 - 343
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 039 P. 59 - 61
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 039 P. 59 - 61
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 036 P. 137 - 139

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32019R2035

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/672/oj

32001D0672



Official Journal L 235 , 04/09/2001 P. 0023 - 0025


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-20 ta’ Awissu ta’ l-2001

li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji

(notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 2551)

(Test b’relevanza EEA)

(2001/672/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini u għal dak li jirrigwarda t-tikkettjar ta’ laħam taċ-ċanga u prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 [1], u b’mod partikolari Artikolu 7(1)tiegħu,

Billi:

(1) Huwa neċessarju li jkun speċifikat għal liema movimenti r-regoli speċjali japplikaw.

(2) In vista tax-xebħ tas-sitwazzjoni konċernata huwa ġustifikat li jkunu murija minn qabel l-istess regoli għall-Istati Membri jew parti ta’ l-Istati Membri li jridu japplikaw dawn ir-regoli speċjali.

(3) Ir-regoli speċjali għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li huwa possibbli li jkun magħruf il-lok ta’ kwalunkwe annimal bovin fi kwalunkwe żmien.

(4) Ir-regoli speċjali għandhom jirriżultaw f’simplifikazzjoni rejali u jkun previst biss dak li huwa assolutament neċessarju sabiex tkun garantita l-karattru sħiħ ta’ operazzjoni ta’ bażi ta’ data nazzjonali.

(5) Ir-regoli speċjali jikkonċernaw biss il-movimenti fl-Istati Membri. Regoli speċjali possibbli għall-movimenti bejn l-Istati Membri jkunu stipulati iktar tard jekk hemm bżonn.

(6) Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma in konformità mall-Kumitat ta’ Gwida Agrikola Ewropea u l-Fond ta’ Garanzija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni hija applikabbli lill-movimenti ta’ l-annimali bovini fl-Istati Membri jew parti mill-Istati Membri msemmija fl-Anness minn żammiet differenti għal mergħat allokati f’oqsma tal-muntanji sabiex jirgħu fil-perijodu mill-1 sal-15 ta’ Ottubru.

Artikolu 2

1. Kull mergħa msemmija f’Artikolu 1 għandha tingħata kodiċi ta’ reġistrazzjoni speċifika li għandha tkun reġistrata fil-bażi ta’ data għall-annimali bovini.

2. Il-persuna responsabbli għall-mergħat tistabbilixxi lista ta’ annimali bovini soġġetti għal moviment imsemmija f’Artikolu 1. Din il-lista għandu jkollha fiha mill-inqas:

- il-kodiċi ta’ reġistrazzjoni tal-mergħa,

u għal kull annimal bovin:

- in-numru individwali ta’ indentifikazzjoni,

- in-numru ta’ identifikazzjni taż-żamma ta’ oriġini,

- id-data tal-wasla tal-mergħa,

- id-data stmata tat-tluq mill-mergħa.

3. Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 huwa validat mill-veterinarju li jieħu ħsieb tal-kontroll ta’ moviment ta’ l-annimali bovini.

4. L-informazzjoni li tinstab fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 hija introdotta fid-database għall-annimali bovini għal inqas sebat ijiem wara d-data meta l-annimali huma mdaħħla fil-mergħa.

5. Jekk kwalunkwe ġrajja sseħħ meta l-annimali qegħdin jirgħu bħat-twelid, mewt jew movimenti oħra, il-ġrajja għandha tkun notifikata għad-database nazzjonali għall-annimali bovini in konformità mar-regoli ġenerali. Il-persuna responsabbli għall-mergħa għandu jinforma l-persuna responsabbli għaż-żamma ta’ l-oriġini mill-iktar fis possibbli. Id-data attwali tat-tluq, u d-destinazzjoni ta’ kull animal, għandu wkoll ikun notifikat in konformità mar-regoli ġenerali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, l-20 ta’ Awissu ta’ l-2001.

Għall-Kummissjoni

David Bryne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 204, tal-11.8.2000, p.1.

--------------------------------------------------

ANEXOBILAGANHANGΠΑΡΑΡΤΗΜΑANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXOLIITEBILAGA

FRANZA

PICARDIE | Aisne |

CHAMPAGNE-ARDENNE | Ardennes, Aube |

LORRAINE | Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Vosges |

ALSACE | Bas-Rhin, Haut-Rhin |

FRANCHE-COMTÉ | Doubs, Jura, Haute-Saône, Territoire de Belfort |

RHÔNE-ALPES | Ain, Ardèche, Drôme, Isère, Loire, Rhône, Savoie, Haute-Savoie |

PROVENCE-ALPES-CÔTE D'AZUR | Alpes de Haute-Provence, Hautes-Alpes, Alpes-Maritimes, Bouches-du-Rhône, Var, Vaucluse |

BOURGOGNE | Côte-d'Or, Nièvre, Saône-et-Loire |

AUVERGNE | Allier, Cantal, Haute-Loire, Puy-de Dôme |

LIMOUSIN | Corrèze, Creuse |

MIDI-PYRÉNÉES | Ariège, Aveyron, Haute-Garonne, Gers, Hautes-Pyrénées, Lot, Tarn, Tarn-et-Garonne |

AQUITAINE | Pyrénées-Atlantiques |

LANGUEDOC-ROUSSILLON | Aude, Gard, Hérault, Lozère, Pyrénées-Orientales |

CORSE | Haute-Corse, Corse-du-Sud |

ITALIA

LOMBARDIA | Sondrio, Como, Lecco, Varese, Milano, Pavia, Lodi, Cremona, Mantova, Brescia, Bergamo |

PROVINCIA AUTONOMA DI TRENTO | Trento |

MOLISE | Campobasso, Isernia |

FRIULI VENEZIA GIULIA | Udine, Pordenone |

ABRUZZO | L'Aquila, Chieti, Pascara, Teramo |

PUGLIA | Foggia, Bari, Taranto |

PIEMONTE | Torino, Alessandria, Biella, Cuneo, Novara, Verbania, Vercelli |

VENETO | Treviso, Vicenza, Verona, Belluno |

SICILIA | Agrigento, Caltanissetta, Catania, Enna, Messina, Palermo, Siracusa, Ragusa, Trapani |

VALLE D'AOSTA | Aosta |

UMBRIA | Perugia, Terni |

LIGURIA | Imperia, Savona, Genova, La Spezia |

EMILIA ROMAGNA | Piacenza, Parma, Ravenna, Bologna |

MARCHE | Ascoli Piceno, Macerata, Ancona, Pesaro-Urbino |

LAZIO | Roma, Rieti, Frosinone, Viterbo, Latina |

TOSCANA | Lucca |

PROVINCIA AUTONOMA DI BOLZANO | Bolzano |

CAMPANIA | Avellino, Benevento, Caserta |

CALABRIA | Catanzaro, Cosenza, Crotone, Reggio Calabria, Vibo Valentia |

BASILICATA | Matera, Potenza |

OSTERREICH

KÄRNTEN | Klagenfurt Stadt, Villach, Hermagor, Klagenfurt Land, Sankt Veit an der Glan, Spittal an der Drau, Villach Land, Völkermarkt, Wolfsberg, Feldkirchen |

NIEDERÖSTERREICH | Waidhofen an der Ybbs Stadt, Amstetten, Baden, Gmünd, Hörn, Krems an der Donau Land, Lilienfeld, Melk, Neunkirchen, Sankt Pölten Land, Scheibbs, Waidhofen an der Thaya, Wiener Neustadt Land, Zwettl |

OBERÖSTERREICH | Eferding, Freistadt, Gmunden, Grieskirchen, Kirchdorf an der Krems, Perg, Ried im Innkreis, Rohrbach, Steyr Land, Urfahr Umgebung, Vöcklabruck |

SALZBURG | Salzburg Stadt, Hallein, Salzburg Umgebung, Sankt Johann im Pongau, Tamsweg, Zell am See |

STEIERMARK | Graz Stadt, Bruck an der Mur, Deutschlandsberg, Graz Umgebung, Hartberg, Judenburg, Knittelfeld, Leibnitz, Leoben, Liezen, Mürzzuschlag, Murau, Voitsberg, Weiz |

TIROL | Innsbruck Stadt, Imst, Innsbruck Land, Kitzbühel, Kufstein, Landeck, Reutte, Lienz |

VORARLBERG | Bludenz, Bregenz, Dornbirn, Feldkirch |

PORTUGAL

VIANA DO CASTELO | Ponte de Lima, Vila Nova de Cerveira, Valença, Paredes de Coura, Monção, Melgaço, Arcos de Valdevez, Ponte da Barca, Viana do Castelo |

BRAGA | Vila Verde, Vieira do Minho, Fafe, Terras de Bouro, Amares |

PORTO | Amarante, Arouca, Vale de Cambra, Cinfães, Resende, Baião |

VILA REAL | Montalegre, Boticas, Vila Pouca de Aguiar, Vila Real, Valpaços, Chaves |

BRAGANÇA | Vinhais, Bragança |

VISEU | Castro Daire, S. Pedro do Sul, Vouzela |

SABUGAL | Sabugal |

CASTELO BRANCO | Vila Velha de Rodão |

--------------------------------------------------

Top