EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0579

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Lulju 2001 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza ta' l-istandard EN 71-1: 1998 Is-Sigurtà tal-Ġugarelli - Parti 1: Il-Propjetajiet mekkaniċi u fiżiċi, il-Klawsola 4.20(d) skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE (innotifikata fid-dokument numru K(2001) 1905) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 205, 31.7.2001, p. 39–40 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 026 P. 374 - 376
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 026 P. 374 - 376
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 026 P. 374 - 376
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 026 P. 374 - 376
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 026 P. 374 - 376
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 026 P. 374 - 376
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 026 P. 374 - 376
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 026 P. 374 - 376
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 026 P. 374 - 376
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 031 P. 93 - 95
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 031 P. 93 - 95
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 057 P. 169 - 170

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/579/oj

32001D0579



Official Journal L 205 , 31/07/2001 P. 0039 - 0040


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-30 ta' Lulju 2001

dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza ta' l-istandard EN 71-1: 1998 "Is-Sigurtà tal-Ġugarelli - Parti 1: Il-Propjetajiet mekkaniċi u fiżiċi", il-Klawsola 4.20(d) skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE

(innotifikata fid-dokument numru K(2001) 1905)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/579/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/378/KEE tat-3 ta' Mejju 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrigwardaw is-sigurtà tal-ġugarelli [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti stabbilit skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provediment tat-tagħrif fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi [3], kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE [4],

Billi:

(1) L-Artikolu 2 tad-Direttiva 88/378/KEE jipprovdi illi l-ġugarelli jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ma jipperikolawx is-sigurtà u/jew is-saħħa ta' min jużhom jew ta' partijiet terzi meta jintużaw b'mod li jista' jiġi previst, filwaqt li tinżamm fil-moħħ l-imġiba normali tat-tfal.

(2) Fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 88/378/KEE, il-ġugarelli jitqiesu li jikkonformaw mal-ħtiġiet essenzjali tas-sigurtà riferiti fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jekk ikunu ddikjarati li jkunu skond l-istandards armonizzati li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(3) L-Istati Membri huma meħtieġa li jippubblikaw l-istandards nazzjonali billi jittrasponu l-istandards armonizzati.

(4) Skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 88/378/KEE, il-Ġermanja u l-Awstrija bagħtu notifika li tinvoka klawsola ta' salvagwardja li tirrigwarda l-Klawsola 4.20(d) dwar l-istandard EN 71 "Is-Sigurtà tal-Ġugarelli - Parti 1: Il-Propjetajiet mekkaniċi u fiżiċi" - edizzjoni ta' l-1998: għamlu hekk fuq il-bażi li livell ta' l-ogħla emissjoni tal-pressa tal-ħoss ta' 140 dB, imkejjel f'distanza ta' 50ċm mill-widna, kien għoli żżejjed u jista' joħloq ħsara għas-smigħ fit-tfal.

(5) Il-Kummissjoni, wara li eżaminat it-tagħrif issottomess mill-Ġermanja u l-Awstrija u wara li rċeviet l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti stabbilit bid-Direttiva 98/34/KE, iddeċidiet fil-20 ta' Lulju 1999 li teskludi mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej il-Klawsola 4.20(d) dwar l-istandard EN 71-1: 1998, li rigward tiegħu ma tikkonċedi l-ebda preżunzjoni ta' konformità mad-disposizzjonjiet tad-Direttiva 88/378/KEE.

(6) Il-Kummissjoni ppublikat komunikazzjoni [5] fil-qafas tad-Direttiva 88/378/KEE, fejn telenka numru ta' standards Ewropej armonizzati approvati fil-15 ta' Lulju 1998 mill-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni (CEN). Din il-komunikazzjoni tinkludi l-istandard EN 71-1: 1998 dwar is-sigurtà tal-ġugarelli, iżda teskludi l-livell ta' l-ogħla emissjoni tal-pressa tal-ħoss C-weighted prodott minn ġugarell li juża kapsijiet ta' perkussjoni.

(7) Ir-raguni ta' l-esklużżjoni kienet illi l-Klawsola 4.20(d) dwar l-istandard EN 71-1: 1998, ma setgħetx tiżgura s-sigurtà tal-ġugarelli meta wżati b'mod li jista' jiġi previst, filwaqt li tinżmm fil-moħħ l-imġiba normali tat-tfal, kif kien meħtieġ bl-Artikolu 2 tad-Direttiva 88/378/KEE.

(8) Skond il-Klawsola 4.20(d) ta' l-istandard EN 71-1: 1998, il-livell ta' l-ogħla emissjoni tal-pressjoni tal-ħoss C-weighted, Lpc peak, prodott minn ġugarell li juża kapsijiet ta' perkussjoni ma jistax jaqbeż il-140 dB: fil-pożizzjoni tal-kejl li tikkorrispondi ma' 150-160 dB f'distanza ta' bejn wieħed u ieħor 2,5ċm. Il-valur tal-limitu ta' 140 dB jibqa' fis-seħħ sal-31 ta' Lulju 2001, wara liema data l-valur tal-limitu jiġi ffissat għal 125 dB,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej tar-referenza għall-istandard armonizzat EN 71 "Is-Sigurtà tal-Ġugarelli - Parti 1: Il-Propjetajiet mekkaniċi u fiżiċi", kif adottat mill-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni (CEN) fil-15 ta' Lulju 1998 u kif muri fl-Anness, għandha tkun akkumpanjata bin-nota tat-tagħrif li ġejja:

"Il-Klawsola 4.20 ta l-istandard EN 71-1: 1998 għandha tippermetti l-preżunzjoni tal-konformità mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 88/378/KEE mill-1 ta' Awissu 2001 biss. Il-Klawsola 4.20(d) tipprovdi illi, minn din id-data, il-livell ta' l-ogħla emissjoni tal-pressa tal-ħoss C-weighted, prodott minn ġugarell li juża kapsijiet ta' perkussjoni, ma għandux jaqbeż il-125 dB, imkejjel kif speċifikat fl-istandard."

Artikolu 2

Meta, skond l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 88/378/KEE, l-Istati Membri jippublikaw ir-referenza ta' standard nazzjonali li jittrasponi l-istandard armonizzat EN 71-1:1998, għandhom jakkumpanjaw din il-pubblikazzjoni b'nota identika għal dik ipprovduta fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Awissu 2001.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, it-30 ta' Lulju 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 187, tas-16.7.1988, p. 1.

[2] ĠU L 220, tat-30.08.1993, p. 1.

[3] ĠU L 204, tal-21.07.1998, p. 37.

[4] ĠU L 217, tal-5.08.1998, p. 18.

[5] ĠU C 340, tas-27.11.1999, p. 69.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi ta' l-i

standards

armonizzati Ewropej skond id-Direttiva 88/378/KEE

Il-Korp ta' l-Istandardizzazzjoni Ewropew | Ir-referenza | It-titolu ta' l-istandard armonizzat | Is-Sena tar-ratifika |

CEN | EN 71-1: 1998 | Is-Sigurtà tal-Ġugarelli Parti 1: Propjetajiet mekkaniċi u fiżiċi | 1998 |

--------------------------------------------------

Top