EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0524

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2001 li għandha x'taqsam mal-pubblikazzjoni tar-referenzi għall-istandards EN 13428:2000, EN 13429:2000, EN 13430:2000, EN 13431:2000 u EN 13432:2000 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej in konnessjoni mad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (innotifikata bid-dokument bin-numru K(2001) 1681) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 190, 12.7.2001, p. 21–23 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 026 P. 368 - 370
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 026 P. 368 - 370
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 026 P. 368 - 370
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 026 P. 368 - 370
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 026 P. 368 - 370
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 026 P. 368 - 370
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 026 P. 368 - 370
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 026 P. 368 - 370
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 026 P. 368 - 370
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 031 P. 87 - 89
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 031 P. 87 - 89
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 057 P. 166 - 168

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/524/oj

32001D0524



Official Journal L 190 , 12/07/2001 P. 0021 - 0023


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-28 ta' Ġunju 2001

li għandha x'taqsam mal-pubblikazzjoni tar-referenzi għall-istandards EN 13428:2000, EN 13429:2000, EN 13430:2000, EN 13431:2000 u EN 13432:2000 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej in konnessjoni mad-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(innotifikata bid-dokument bin-numru K(2001) 1681)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/524/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ [1], u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-provvediment tat-tagħrif fil-qasam ta' l-i standards u r-regolamenti tekniċi [2], kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE [3],

Billi:

(1) L-Artikolu 4 tad-Direttiva 94/62/KE jistabbilixxi illi l-Kummissjoni għandha tgħin sabiex tippromwovi l-prevenzjoni tal-formazzjoni ta' l-iskart mill-imballaġġ billi tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' standards xierqa Ewropej.

(2) L-Artikolu 10 tad-Direttiva 94/62/KE jindika illi l-Kummissjoni għandha tippromwovi, kif jixraq, it-tħejjija ta' l-i standards Ewropej li għandhom x'jaqsmu mal-ħtiġiet essenzjali riferiti fl-Anness II ta' magħha.

(3) Meta l-imballaġġ jiġi ffabbrikat għal prodott speċjali skond l-i standard armonizzat li r-referenzi għalih ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, l-imballaġġ huwa preżunt li jħares il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE, kif koperta b'dan l-i standard armonizzat.

(4) L-Artikolu 9 tad-Direttiva 94/62/KE tistabbilixxi illi l-Kummissjoni għandha tiżgura illi r-referenzi għall-i standards armonizzati li jħarsu l-ħtiġiet essenzali ddefiniti bid-Direttiva jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(5) L-Istati Membri huma meħtieġa illi jippubblikaw ir-referenzi ta' l-i standards nazzjonali li jittrasponu l-i standards armonizzati li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(6) Fis-sena 2000, il-Kumitat Ewropew ta' l-Istandardizzazzjoni (CEN) approva ħames standards (l-EN 13428:2000, l-EN 13429:2000, l-EN 13430:2000, l-EN 13431:2000 u l-EN 13432:2000) f'linja mal-mandat li l-Kummissjoni ħarġet lil dan il-korp skond id-Direttiva 94/62/KE, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 98/4/KE. Dawn l-i standards ġew ippreżentati lill-Kummissjoni bħala standards armonizzati.

(7) Fis-sena 2000, meta kien qiegħed japplika l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 94/62/KE, il-Belġju qajjem oġġezzjoni formali rigward l-i standards armonizzati EN 13428:2000, EN 13429:2000, EN 13430:2000, EN 13431:2000 u EN 13432:2000, illi dawn l-i standards ma jissodisfawx għal kollox il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva.

(8) Fis-sena 2000, meta kienet qiegħda tapplika l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 94/62/KE, id-Danimarka qajmet oġġezzjoni formali rigward l-i standards armonizzati EN 13428:2000, EN 13429:2000, EN 13430:2000, u EN 13431:2000, illi dawn l-i standards ma jissodisfawx għal kollox il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva.

(9) Wara li kkonsultat lill-kumitat maħluq bid-Direttiva 98/34/KE u eżaminat l-i standard EN 13426:2000, il-Kummissjoni ma kenitx kapaċi taċċerta ruħha illi dan l-i standard ma jissodisfax fis-sħiħ il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE, bl-eċċezjoni tal-ħtiġiet tat-tielet inċiż ta' l-Anness II(1) mad-Direttiva. Dan l-i standard armonizzat għandu għalhekk jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej bit-twissija li tiddikjara illi ma jkoprix il-ħtiġiet ta' dak l-inċiż.

(10) Wara li kkonsultat lill-Kumitat maħluq bid-Direttiva 98/34/KE u eżaminat l-i standard EN 13429:2000, il-Kummissjoni ma kenitx kapaċi taċċerta ruħha illi dan l-i standard ma jissodisfax fis-sħiħ il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE, bl-eċċezzjoni tal-ħtiġiet tat-tielet inċiż ta' l-Anness II(1) mad-Direttiva. B'mod partikolari, dan l-i standard armonizzat ma jkoprix il-ħtieġa obbligatorja għal numru minimu ta' vjaġġi jew rotazzjonijiet f'kondizzjonijiet ta' l-użu li normalment jistgħu jiġu mbassra, jew li jiddefinixxu metodu ta' test sabiex jikkontrolla dan in-numru minimu ta' vjaġġi jew rotazzjonijiet. Għalhekk, din id-Deċiżjoni mgħandiex tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(11) Wara li kkonsultat lill-Kumitat maħluq bid-Direttiva 98/34/KE u eżaminat l-i standard EN 13430:2000, il-Kummissjoni kienet kapaċi taċċerta ruħha illi dan l-i standard ma jissodisfax fis-sħiħ il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE, kif speċifikati fl-Anness II(3a) mad-Direttiva. B'mod partikolari, l-i standard ma jkoprix il-ħtiġiet essenzjali li jistabbilixxu illi sabiex jiġi kkunsidrat riċiklabbli, l-imballaġġ irid jiġi ffabbrikat b'mod illi jgħin li jiġi rriċiklat ċertu materjal skond il-piż tal-materjali wżati. Skond it-tip tal-materjal użat għall-imballaġġ. Barra minn dan, l-i standard ma jkoprix il-ħtieġa mandata għal konsiderazzjoni oġġettiva dwar l-użu tas-sustanzi jew il-materjali li x'aktarx jikkawżaw problemi fl-irkupru u l-għażla qabel ir-riċiklaġġ, fil-proċess innifsu tar-riċiklaġġ jew fil-prodotti rriċiklati. Għalhekk, dan l-istandard ma għandux jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(12) Wara li kkonsultat lill-kumitat maħluq bid-Direttiva 98/34/KE u eżaminat l-i standard EN 13431:2000, il-Kummissjoni kienet kapaċi taċċerta ruħha illi dan l-i standard ma jissodisfax għal kollox il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE, rigward valur minimu kalorifiku iktar baxx sabiex jippermettu l-ottimizzazzjoni ta' l-irkupru ta' l-enerġija. Barra minn dan, l-i standard ma jkoprix il-ħtieġa fil-mandat għal konsiderazzjon oġġettiva dwar l-użu tas-sustanzi jew il-materjali li x'aktarx jippreżentaw problemi fl-irkupru u l-għażla qabel l-irkupru ta' l-enerġija, jew fil-proċess innifsu ta' l-irkupru ta' l-enerġija. Għalhekk, dan l-i standard ma għandux jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(13) Wara li kkonsultat lill-kumitat maħluq bid-Direttiva 98/34/KE u eżaminat l-i standard EN 13432:2000, il-Kummissjoni ma kenitx kapaċi taċċerta ruħha illi dan l-i standard ma jissodisfax għalkollox il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE, kif speċifikati fl-Anness II(3a) u 3(d). Għalhekk, din id-Deċiżjoni trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

(14) Il-Kummissjoni issa ssejjaħ lis-CEN li jindaħal għax-xogħol sabiex jippromwovi dawk l-i standards li in parti jew għal kollox ma jissodisfawx il-ħtiġiet essenzjali ddefiniti f'din id-Direttiva.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-referenzi għall-istandard armonizzat EN 13428:2000 huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-għamla mogħtij fl-Anness akkumpanjat bit-twissija li ġejja:

"L-utenti ta' l-i standard armonizzat EN 13428:2000 għandhom jinnotaw illi dan l-i standard ma jkoprix il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE kif speċifikati fit-tielet inċiż ta' l-Anness II(1) ta' magħha."

Meta l-Istati Membri jippubblikaw ir-referenzi ta' l-i standard nazzjonali li jittrasponi l-i standard armonizzat EN 13428:2000, il-pubblikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn twissija identika għal dik iprovvduta għall-ewwel inċiż.

Artikolu 2

Ir-referenzi għall-i standards armonizzati EN 13429:2000, EN 13430:2000 u EN 13431:2000 mhumiex ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej,

Artikolu 3

Ir-referenzi għall-i standard armonizzat EN 13432:2000 huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-għamla mogħtija fl-Anness.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Ġunju 2001.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 365, tal-31.12.1994, p. 10.

[2] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37.

[3] ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi ta' l-istandards armonizzati skond id-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart tal-imballaġġ

Nota:

L-utenti ta' l-istandard armonizzat EN 13428:2000 għandhom jinnotaw illi dan l-istandard ma jkoprix il-ħtiġiet essenzjali tad-Direttiva 94/62/KE kif speċifikati fit-tielet inċiż ta' l-Anness II(1) ta' magħha.

L-ESB | Ir-Referenza | It-Titolu ta' l-istandard armonizzat | Is-Sena tar-ratifika |

Cis-CEN | EN 13428 | l-Imballaġġ – Il-ħtiġiet speċifiċi għall-fabbrikazzjoni u l-kompożizzjoni – il-Prevenzjoni permezz tat-tnaqqis mis-sors | 2000 |

L-ESB | Ir-Referenza | It-Titolu ta' l-istandard armonizzat | Is-Sena tar-ratifika |

CEN | EN 13432 | Il-Imballaġġ – Il-Ħtiġiet għall-imballaġġ li jkun jista’ jiġi rkuprat peremezz tal-kompost u l-bijodegradazzjoni – L-iskema tat-test u l-kriterji tal-valutazzjoni għall-aċċettazzjoni finali tal-imballaġġ | 2000 |

Nota:

- Kull tagħrif li jirrigwarda d-disponibbiltà ta' l-istandards jista’ jinkiseb jew mill-korpi Ewropej ta' l-istandardizzazzjoni jew mill-korpi nazzjonali ta' l-istandardizazzjoni, li lista tagħhom hija annessa mad-Direttiva 98/34/KE, kif emendata bid-Direttiva 98/46/KE.

- Il-pubblikazzjoni tar-referenzi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej ma jimplikax illi l-istandards huma disponibbli fl-ilsna kollha tal-Komunita.

Il-Kummissjoni tiżgura l-aġġornament ta' din il-lista.

--------------------------------------------------

Top