EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0427

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 dwar il-ħolqien ta' network Ewropew għall-prevenzjoni tal-kriminalità

OJ L 153, 8.6.2001, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 004 P. 118 - 120
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 004 P. 118 - 120
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 004 P. 118 - 120
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 004 P. 118 - 120
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 004 P. 118 - 120
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 004 P. 118 - 120
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 004 P. 118 - 120
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 004 P. 118 - 120
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 004 P. 118 - 120
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 003 P. 135 - 137
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 003 P. 135 - 137

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2009; Imħassar b' 32009D0902

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/427/oj

32001D0427



Official Journal L 153 , 08/06/2001 P. 0001 - 0003


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-28 ta' Mejju 2001

dwar il-ħolqien ta' network Ewropew għall-prevenzjoni tal-kriminalità

(2001/427/JHA)

L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 30(1), 31 u 34(2)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-inizjattiva ta' r-Repubblika Franċiża u r-Renju ta' l-Isvezja,

Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni fis-16 ta' Diċembru 1993 fuq kriminalità f'ammonti zgħar fl-ibliet u l-konnessjoni ma' kriminalità organizzata [1] u Riżoluzzjoni fis-17 ta' Novembru 1998 fuq regoli u miżuri għall-prevenzjoni ta' kriminalità organizzat b'referenza li jistabbilixxi strateġija komprensiva biex tikkombattiha [2].

(2) L-Artikolu 29 tat-Trattat jistqarr li l-għanijiet tal-Unjoni f'dan il-qasam jiġi milqugħ billi jipprevjeni u billi jikkumbatti l-kriminalità, organizzati jew m'humiex.

(3) Il-Pjan ta' Azzjoni ta' Vjenna appella għall-mizuri li jkunu mfassla f'ħames snin wara dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Amsterdam, biex jimpedixxu l-kriminalità.

(4) Il-Kunsill Ewropew ta' Tampere li sar fil-15 u is-16 ta' Ottubru 1999 ikkonkluda li kien hemm il-bżonn li jizviluppa miżuri li jimpedixxu l-kriminalità, li jsir bdil ta' l-aħjar prattika u li jsaħħaħ in-network ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ghall-prevenzjoni tal-kriminalità, kif ukoll għall-koperazzjoni bejn organizzazzjonijiet nazzjonali li jispeċjaliżżaw f'dawn l-oqsma, jispeċifikaw li din il-koperazzjoni jista' jkollha bħala prioritajiet prinċipali, kriminalità li hija relatata maż-żgħażagħ, l-ibliet u d-droga. Għal dan il-għan, hemm il-bżonn ta' studju fuq il-possibbiltà ta' programm iffinanzjat mill-Komunità.

(5) L-Istrateġia ta' l-Unjoni Ewropea fil-bidu tal-millennju fuq il-prevenzjoni tal-kriminalità organizzati [3] tirreferi ghar-Rikkommandazzjoni 6 biex il-Kunsill jkun assistit minn esperti kompetenti dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità, bħal punti fokali nazzjonali, jew jistabbilixxi network ta' esperti minn organizzazzjonijiet nazzjonali għall-prevenzjoni tal-kriminalità.

(6) Bosta seminars u konferenzi, l-aktar importanti, dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità, l-aktar notevolment dawk li saru fi Stokkolma fl-1996, f'Noordwijk fl-1997, f'Londra fl-1998 and u f'l-Algarve fl-2000 ipproponew li jistabbilixxu networks fl-Unjoni Ewropea biex tiġi żviluppata koperazzjoni għall-prevenzjoni tal-kriminalità. Il-Konferenza ta' Livell Għoli ta' Algarve enfasizzat ukoll il-bżonn għal approċċ konġunt u multi-dixxiplinari lejn il-prevenzjoni tal-kriminalità.

(7) Is-soċjetà in ġenerali trid tkun involuta fl-iżvilupp ta' sħubija bejn awtoritajiet pubblici, nazzjonali, lokali u reġjonali, organizzazzjoniet mhux governattivi, is-settur privat u ċ- ċittadini. Il-kawżi tal-kriminalità huma varji u għalhekk għandhom ikunu trattati b'miżuri f'livelli differenti, minn gruppi diversi tas-soċjetà, fi sħubija mal-persuni involuti li għandhom poteri u esperjenza, kif ukoll is-soċjetà ċivili.

(8) Billi l-maġġoranza tal-kriminalità li għalihom iċ-ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea huma vittma, jsiru fl-ibliet, għandha ukoll tkun ikkunsidrata politika urbanistika. B'dan il-mod, l-enfasi għandha tingħata lil kull tip ta' vjolenza urbanistika ti taffettwa l-funzjoni normali tal-kommunità,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-kriminalità, minn hawn "il quddiem msejjaħ""in-Network", huwa hawnhekk stabbilit.

2. Rappreżentanti nazzjonali tan-Network u s-Segretarjat għandhom jassiguraw l-operat kif suppost tan-Network skond din id-Deċiżjoni.

3. Il-prevenzjoni tal-kriminalità tkopri il-miżuri kollha li huma intenzjonati li jnaqqsu l-kriminalità jew li inkella jikkontribrixxu għat-tnaqqis tal-kriminalità u s-sens ta' nuqqas ta' sigurtà taċ-ċittadini, kemm b'mod kwantitattiv kif ukoll b'mod kwalitattiv, kemm billi tiskoraġġixxi direttament attivitajiet kriminali jew b'politika u interventi bl-iskop li jnaqqsu l-potenzal għal-kriminalità u l-kawzi tal-kriminalità. Tinkludi x-xogħol mill-gvern, awtoritajiet kompetenti, aġenziji tal-ġustizzja kriminali, awtoritajiet lokali, u assoċjazzonijiet speċjalizzatti li ġew stabbiliti fl-Ewropa, is-setturi privati u volontarji, riċerkaturi, u l-pubbliku, appoġġjati mill-media.

Artikolu 2

1. In-Network huwa kompost minn kuntatti ewlenin nominati minn kull Stat Membru.

2. Kull Stat Membru għandu jinnomina mhux iktar minn tliet punti ta' kuntatt.

3. Dawn il-punti ta' kuntatt għandhom jinkludu mill-inqas rapprezentant mill-awtoritajiet nazzjonali għall-prevenzjoni tal-kriminalità fl-aspetti kollha tagħha.

4. Riċerkaturi jew akkademiċi li huma speċjalizzati f'dan il-qasam, kif ukoll nies oħrajn li huma involuti fil-prevenzjoni tal-kriminalità, jistgħu jkunu n-nominati bħala punti ta' kuntatt. Fil-każijiet kollha L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li riċerkaturi jew akkademiċi, kif ukoll nies oħra li huma nvoluti fil-prevenzjoni tal-kriminalità, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, awtoritajiet lokali u s-settur privat, għandhom jiġu involuti mill-punti ta' kuntatt li jkunu ġew maħtura.

5. Il-Kummissjoni għandha ukoll tinnomina punt ta' kuntatt. L-Europol u ċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (EMCDDA) huma assoċjati max-xogħol fl-oqsma li huma ikkonċernati. Korpi relevanti oħra jistgħu jkunu assoċjati ma' dan ix-xogħol.

6. Kull Stat Membru għandu jassigura li il-punti ta' kuntatt għandhom ikollhom konoxxenza suffiċjenti ta' għall-inqas lingwa uffiċjali oħra ta' l-Unjoni biex jkunu jistgħu jikkomunikaw ma' l-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 3

1. In-Network għandha tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' l-aspetti varji għall-prevenzjoni tal-kriminalità fil-livell ta' l-Unjoni u għandha tappoġġja attivitajiet li għandhom x'jaqsmu mal-prevenzjoni tal-kriminalità fuq livell lokali u nazzjonali. Għalkemm tkopri kull tip ta' kriminalità, in-Network għandhom jagħtu attenzjoni partikolari fl-oqsma tal-kriminalità li huma relatati maż-żgħażagħ, l-ibliet u droga.

2. Partikolarment, in-Network għandu:

(a) jiffaċilita il-koperazzjoni, kuntatti u bdil ta' informazzjoni u esperjenza bejn l-Istati Membri u bejn organizzazzjonijiet nazzjonali, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, entitajiet kostitwenti oħra tal-Kunsill u gruppi oħra ta' esperti u networks li jispeċjalizzaw f'materji li għandhom x'jaqsmu mal-prevenzjoni tal-kriminalità;

(b) jiġbor u janaliżża informazzjoni fuq attivitajiet eżistenti li għandhom x'jaqsmu ma' l-prevenzjoni tal-kriminalità, l-evalwazzjoni tagħhom u l-analiżi tal-aħjar prattika, u tiġbor u tanaliżża data eżistenti dwar kriminalità u fuq l-iżvilupp tagħha fl-Istati Membri, biex tikkontribwixxi għal konsiderazzjoni tad-deċiżjonjiet futuri, nazzjonali u Ewropew. In-Network ghandu jgħin lil-Kunsill u l-Istati Membri bi kwestonarji fuq il-kriminalità u l-prevenzjoni tagħha;

(ċ) tikkontribwixxi biex tidentifika u tiżviluppa l-oqsma prinċipali għar-riċerka, taħriġ u evalwazzjoni fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-kriminalità;

(d) torganizza konferenzi, seminarijiet, laqgħat u attivitajiet oħra bl-iskop biex jippromwovu il-konsiderazzjonijiet ta' materji speċifiċi, u biex ixxerred ir-riżultati tiegħu;

(e) jorganizza attivitajiet li jistimulaw u jtejjbu il-bdil ta' esperjenzi u l-aħjar prattika;

(f) tiżviluppa koperazzjoni ma pajjiżi applikanti, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi;

(g) tipprovdi l-kompetenza lill-Kunsill u l-Kummissjoni, fejn hu neċessarju u meta jkun hemm talba, bil-għan li tgħinhom fil-oqsma kollha li għandhom x'jaqsmu mal-prevenzjoni tal-kriminalità;

(h) jirrapporta lill-Kunsill fuq l-attivitajiet tagħha kull sena, permezz tal-korpi kompetenti tax-xogħol, u tindika dawk l-oqsma ta' azzjoni bi priorità għax-xogħol tagħha li jkun ipprogrammat għas-sena ta' wara. Il-Kunsill jinnota u jendorsja ir-rapport and jibagħtu lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 4

Biex tilħaq il-miri tal-kompiti tagħha, in-Network għandu:

(a) jieħu approċċ multi-dixxiplinarju;

(b) iżomm kuntatt mill-qrib, mall-punti tal-kuntatt, mall-korpi għall-prevenzjoni tal-kriminalità, awtoritajiet lokali, sħubija lokali u s-soċjetà ċivili, kif ukoll ma' istituzzjonijiet ta' riċerka u organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-Istati Membri;

(ċ) jistabilixxi u jħaddem website, li jkun fiha rapporti regulari u informazzjoni oħra utli, partikolarment ġabra ta' l-aħjar prattika;

(d) jagħmel ħiltu biex juża' u jippromovi ir-riżultati ta' proġetti, li huma relevanti għal-prevenzjoni tal-kriminalità, li jkunu provduti minn fondi tal-programmi tal-Unjoni.

Artikolu 5

1. In-Network għandu jżomm l-ewwel laqgħa fit-28 ta' Awissu 2001.

2. In-Network għandu jiltaqa' mhux inqas minn darba kull sitt xhur wara li jkun mistieden mill-Presidenza tal-Kunsill f'dak il-perjodu.

3. Flimkien mal-laqgħat ta' Network, ir-rappreżentanti tan-Network Nazzjonali, li hu magħmul min rapprezentant minn kull Stat Membru kif nominat skond l-Artikolu 2(3), għandhom jitaqgħu biex jiddeċiedu fuq materji msejħa fl-Artikolu 5(4).

4. Ir-rapprezentanti nazzjonali tan-Network għandhom jiddeċċiedu fuq il-programm ta' kull sena tan-Network li għandu jinkludi pjan finanzjarju. Partikolarment, għandhom jistabilixxu:

- bi prijorità l-oqsma li għandhom jiġu eżaminati;

- l-azzjonijiet speċifiċi prinċipali li għandhom jkunu segwiti (seminarijiet u konferenzi, studji u riċerka, u programmi ta' taħriġ…);

- l-istruttura tal-website.

Għandhom iħejju rapport ta' kull sena fuq l-attivitajiet tan-Network.

Id-deċizjonijiet tar-rapprezentanti nazzjonali għandhom jkunu addottati unanimament.

Il-laqgħa tar-rapprezentanti nazzjonali tan-Network għandha tkun preseduta mir-rapprezentant tal-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill f'dak il-perjodu.

Għandhom jiltaqgħu mill-inqas darba matul kull Presidenza. Għandhom iħejju ir-Regoli tagħhom ta' Proċedura u li jiġu addottati unanimament.

5. Is-Segretarjat għan-Network jiġi provdut mill-Kummissjoni.

6. Is-Segretarjat tan-Network u l-attivitajiet tiegħu għandhom jiġu finanzjati mill-budget ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

7. Is-Segretarjat għandu jkun responsabbli biex iħejji il-programm ta' kull sena tan-Network u r-rapport ta' kull sena tal-attivitajiet tan-Network. Għandu jagħmel kuljum attivitajiet tan-network li jinvolvu il-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta' Informazzjoni f'koperazzjoni mal-punti tal-kuntatt nazzjonali. Għandu jgħin il-membri tan-Network billi jipproduċi, jifformula u jimplimenta proġetti. Għandu jistabbilixxi u jmantni il-website tan-Network. Fil-prestazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu, is-Segretariat għandu jaħdem mill-qrib flimkien mar-rapprezentanti tan-Network Nazzjonali.

Artikolu 6

Il-Kunsill għandu jevalwa l-attivitajiet tan-Network fit-tliet snin li ġejjin hekk kif tiġi addottata din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni jkollha effett mid-data tal-adozzjoni.

Magħmul fi Brussel, fit-28 ta' Mejju 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

T. Bodström

[1] ĠU C 20, ta' l-24.1.1994, p. 188.

[2] ĠU C 379, tas-7.12.1998, p. 44.

[3] ĠU C 124, tat-3.5.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

Top