EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0288

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2001 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE li ddaħħal miżuri Komunitarji għal kontrolli ta’ ċertu mard tal-ħut, fir-rigward tal-lista ta’ laboratorji ta’ riferenza nazzjonali għal mard tal-ħut (notifikat bid-dokument numru K (2001) 1012)Test b’rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 99, 10.4.2001, p. 11–13 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 032 P. 88 - 90
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 032 P. 88 - 90
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 032 P. 88 - 90
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 032 P. 88 - 90
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 032 P. 88 - 90
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 032 P. 88 - 90
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 032 P. 88 - 90
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 032 P. 88 - 90
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 032 P. 88 - 90
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 037 P. 53 - 55
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 037 P. 53 - 55

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32006L0088

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/288/oj

32001D0288



Official Journal L 099 , 10/04/2001 P. 0011 - 0013


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-3 ta’ April 2001

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE li ddaħħal miżuri Komunitarji għal kontrolli ta’ ċertu mard tal-ħut, fir-rigward tal-lista ta’ laboratorji ta’ riferenza nazzjonali għal mard tal-ħut

(notifikat bid-dokument numru K (2001) 1012)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2001/288/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1993, li ddaħħal miżuri minimi Komunitarji għal kontroll ta’ ċertu mard tal-ħut [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 2000/27/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 18, fit-tieni paragrafu, tagħha,

Billi:

(1) L-Artikolu 12(1) tad-Diretttiva 93/53/KEE igħid li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’kull Stat Membru jkun nominat laboratorju ta’ riferenza nazzjonali, bil-faċilitajiet u l-personal espert li jagħtuh il-poter li juri f’kull waqt, u speċjalment meta l-marda fil-kwistjoni tfiġġ għall-ewwel darba, t-tip, is-sotto-tip u l-varjanti tal-virus rilevanti u li jikkonferma r-riżultati miksuba fil-laboratorji dijanjostiċi reġjonali;

(2) Il-lista ta’ laboratorji ta’ riferenza nazzjonali għal mard tal-ħut huma stipulati fl-Anness A tad-Direttiva 93/53/KEE.

(3) Il-lista hemm bżonn li tiġi aġġornata.

(4) Il-miżuri li hemm provduti f’din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma’l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness A tad-Direttiva 93/53/KEE huwa hawnhekk mibdul permezz ta’ l-Anness ta’ hawn.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta’ April 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 175, tad-19.7.1993, p. 23.

[2] ĠU L 114, tat-13.5.2000, p. 28

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

L-ANNESS A

LABORATORJI TA' RIFERENZA NAZZJONALI GĦALL-MARD TAL-ĦUT

Il-Belġju: | CODA Centrum voor Onderzoek in Diergeneeskunde en Agrochemie CERVA Centre d'étude et de recherches vétérinaires et agrochimiques Groeselenberg 99 B-1180 Brussel/Bruxelles. |

Id-Danimarka: | Statens Veterinære Serumlaboratorium Fødevareministeriet Hangøvej 2 DK-8200 Århus N. |

Il-Ġermanja: | Bundesforschungsanstalt für Viruskrankheiten der Tiere Boddenblick 5a D-17498 Insel Riems. |

Il-Greċja: | Laboratorju tal-Patoloġija tal-Ħut u l-biopatoloġija ta' l-Organiżmi ta' l-Ilma Ċentru ta' l-Istitut Veterinarju u Mard Parasitiku ta' Atene 25 Neapoleos ST. GR-153 10 Ag. Paraskevi Attiki. |

L-Ispanja: | Laboratorio Central de Veterinaria de Algete Madrid. |

Franza: | Agence française de sécurité sanitaire des aliments (AFSSA) Laboratoire d'études et de recherches en pathologie des poissons (LERPP) Technopôle Brest Iroise BP 70 F-29280 Plouzane. |

L-Irlanda: | Ċentru ta' RIċerka tal-Ħut Abbotstown Castleknock Dublin15 L-Irlanda. |

L-Italja: | Istituto zooprofilattico sperimentale delle Venezie Via Romea 14/A I-35020 Legnaro, Padova |

Il-Lussemburgu: | CODA Centrum voor Onderzoek in Diergeneeskunde en Agrochemie CERVA Centre d'étude et de recherches vétérinaires et agrochimiques Groeselenberg 99 B-1180 Brussel/Bruxelles. |

L-Olanda: | Laboratorju tal-Mard tal-Ħut ID-Lelystad Istitut għax-Xjenza ta' l-Animali u s-Saħħa Edelhertweg 15 PO Box 65 8200 AB Lelystad |

L-Awstrija: | istituzzjoni für Hydrobiologie, Fisch- und Bienenkunde Veterinärmedizinische Universität Wien Veterinärplatz 1 A-1210 Wien. |

Il-Portugal: | Laboratório Nacional de Investigação Veterinária Estrada de Benfica 701 P-1500 Lisboa. |

Il-Finlandja: | Eläinlääkintä- ja elintarvikelaitos (EELA) PL 368 FIN-00231 Helsinki. |

L-Isvezja: | Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA) S-751 89 Uppsala. |

Ir-Renju Unit: | Laboratorju CEFAS Weymouth Barrack Road Weymouth DT4 8UB Ir-Renju Unit. Il-Laboratorju Marittimu PO box 101 Victoria Road Aberdeen AB9 8DB Ir-Renju Unit |

"

--------------------------------------------------

Top