EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001D0075

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar, 2001, biex issir verifika dwar is-siġurta’ u l-qawwa tal- vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u d-deni katarrali (bluetongue) (notifikata bid-dokument numru Ċ(2001)118)

OJ L 26, 27.1.2001, p. 38–39 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 031 P. 222 - 223
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 031 P. 222 - 223
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 031 P. 222 - 223
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 031 P. 222 - 223
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 031 P. 222 - 223
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 031 P. 222 - 223
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 031 P. 222 - 223
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 031 P. 222 - 223
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 031 P. 222 - 223
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 036 P. 27 - 28
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 036 P. 27 - 28
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 042 P. 65 - 66

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/75(1)/oj

32001D0075



Official Journal L 026 , 27/01/2001 P. 0038 - 0039


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-18 ta’ Jannar, 2001,

biex issir verifika dwar is-siġurta’ u l-qawwa tal- vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u d-deni katarrali (bluetongue)

(notifikata bid-dokument numru Ċ(2001)118)

(2001/75/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju, 1990, dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [1], kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 [2], u partikolarment Artikoli 6 u 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE tal-11 ta’ Diċembru, 1991, li tistabbilixxi riservi tal-Komunità tal-vaċċini tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 1999/762/KE [4], u partikolarment Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Deċiżjoni 91/666/KEE, ix-xiri ta’ antiġeni tagħmel parti mill-azzjoni tal-Komunità li jkun hemm riservi ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(2) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/590/KE tal-5 ta’ Novembru, 1993, biex il-Komunità tixtri antiġeni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-qafas ta’ l-azzjoni tal-Komunità li jkollha riservi ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [5], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 95/471/KE [6], kienu saru arranġamenti biex jinxtraw antiġeni A5, A22 u O1 kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(3) Għandu jkun hemm verifika tal-ħażniet ta’ emerġenza ta’ l-antiġeni tal-virus kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, miżmuma mill-1993, biex isir magħruf jekk humiex tajbin u effikaċi, sabiex ikun assigurat li r-riservi ta’ l-antiġeni miżmuma għal użu ta’ emerġenza huma ta’ kwalità għolja.

(4) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/64/KE tad-9 ta’ Diċembru, 1997, dwar kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għat-titjieb tal-programm ta’ kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fit-Turkija [7], kien miftiehem bħala parti mill-pjan ta’ ħidma li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel arranġamenti għall-verifika tal-vaċċin kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer prodott fit-Turkija.

(5) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/292/KE tas-6 ta’ April, 2000, għax-xiri mill-Komunità vaċċini kontra d-deni katarrali biex ikun hemm ħażniet ta’ emerġenza [8], kienu saru arranġamenti biex jinxtraw vaċċini kontra d-deni katarrali f’każi ta’ emerġenza.

(6) L-ebda vaċċin kontra d-deni katarrali ma huwa prodott mill-industriji farmaċewtiċi li jinsabu fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (UE).

(7) Il-vaċċin kontra d-deni katarrali mixtrija minn barra f’każi ta’ emerġenza għandha tkun eżaminata bil-għan li tinkiseb informazzjoni ta’ mportanza għall-użu tal-vaċċin taħt kondizzjonijiet epidemjoloġiċi differenti.

(8) Il-verifika dwar il-kundizzjoni tajba u effikaċi tal-vaċċin kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u tal-vaċċin kontra d-deni katarrali tista’ ssir biss f’laboratorji li jaħdmu taħt kundizzjonijiet approvati ta’ bijosigurtà.

(9) Il-miżuri msemmija f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-Komunità għandha tagħmel arranġamenti sabiex isiru verifiki bir-reqqa dwar kemm huma tajbin u effikaċi:

- l-antiġeni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li kienu nxtraw fl-1993 u li nżammu minn dak iż-żmien bħala parti mill-ħażniet ta’ emerġenza ta’ l-UE,

- il-vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer prodotti fit-Turkija u wżati fil-programm ta’ tilqim profilattiku, li jinkludi tilqim ta’ annimali li jistgħu jittieħdu bil-marda u li qed jinżammu fir-reġjun tat-Traċja Turka,

- il-vaċċini kontra d-deni katarrali prodotti barra l-Komunità Ewropea u li nxtraw għall-ħażna ta’ emerġenza.

2. L-ispiża massima tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ mhux aktar minn EUR 430000.

Artikolu 2

Il-miżuri msemmija f’Artikolu 1 għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni bil-koperazzjoni ta’ min jipprovdihom li jintgħażel wara sejħa għall-offerti.

Artikolu 3

1. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ Artikoli 1 u 2 il-Kummissjoni għandha tikkonkludi l-kuntratti mingħajr telf ta’ żmien.

2. Id-Direttur-Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali tas-Saħħa u Protezzjon tal-Konsumatur għandu jkun awtorizzat li jiffirma l-kuntratti f’isem il-Kummissjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 18 ta’ Jannar, 2001.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

[2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 103.

[3] ĠU L 368, tal-31.12.1991, p. 21.

[4] ĠU L 301, ta’ l-24.11.1999, p. 6.

[5] ĠU L 280, tat-13.11.1993, p. 33.

[6] ĠU L 269, tal-11.11.1995, p. 29.

[7] ĠU L 16, tal-21.1.1998, p. 45.

[8] ĠU L 95, tal-15.4.2000, p. 39.

--------------------------------------------------

Top