EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1365

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1365/2000 tad-19 ta’ Ġunju 2000 li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal

OJ L 156, 29.6.2000, p. 5–6 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 029 P. 207 - 208
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 029 P. 207 - 208
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 029 P. 207 - 208
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 029 P. 207 - 208
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 029 P. 207 - 208
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 029 P. 207 - 208
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 029 P. 207 - 208
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 029 P. 207 - 208
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 029 P. 207 - 208
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 033 P. 19 - 20
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 033 P. 19 - 20

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Impliċitament imħassar minn 32007R1234

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1365/oj

32000R1365



Official Journal L 156 , 29/06/2000 P. 0005 - 0006


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1365/2000

tad-19 ta’ Ġunju 2000

li jemenda ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi:

(1) L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 [4] jipprovdi għal prezz bażiku li għandu jkun stabbilit kull sena għal ċerti preżentazzjonijiet ta’ laħam ta’ majjal domestiku. Bi qbil mal-metodu segwit għar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq b’konnessjoni ma’ Aġenda 2000 u sabiex produtturi jkunu jistgħu jwettqu pjanijiet ta’ produzzjoni li jieħdu aktar fit-tul, il-prezz bażiku għandu jkun stabbilit mingħajr ebda limitu ta’ żmien, mingħajr preġudizzju għal kull reviżjoni li jista’ jkun hemm bżonn fil-futur.

(2) Il-prezz bażiku għandu jkun stabbilit fuq livell li jgħin biex jistabbilizza prezzijiet tas-suq mingħajr ma jwasslu għall-formazzjoni ta’ eċċedenzi strutturali ġewwa l-Komunità.

(3) Il-prezz bażiku għandu jkun stabbilit għal kwalità standard definita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3220/84 tat-13 ta’ Novembru 1984 li jistabbilixxi l-iskala tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi tal-majjali [5].

(4) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2759/75 għandhom ikunu adottati bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li jipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni [6],

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 hu emendat kif ġej:

1. LArtikolu 4(1) għandu jinbidel b’ dan li ġej

"1. Il-prezz bażiku għal laħam ta’ majjal domestiku, f’karkassi jew nofs karkassi, minn issa ‘l quddiem imsejħa ‘majjali maqtula’, tal-kwalità standard għandu jkun ta’ EUR 1509,39/t mill-1 ta’ Lulju 2000.

Il-kwalità standard għandha tkun imfissra f’termini tal-piż u kontenut ta’ laħam dgħif tal-karkassi tal-majjal stabbilità bi qbil ma’ l-Artikolu 2(2) u (3) ta’ Regolament (KEE) Nru 3220/84 kif ġej:

- karkassi li jiżnu minn 60 sa inqas minn 120 kg: kwalità E,

- karkassi li jiżnu minn 120 sa 180 kg: kwalità R."

2. L-Artikolu 4(4) għandu jitneħħa;

3. L-Artikolu 23 għandu jitneħħa;

4. L-Artikolu 24 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 24

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tat-Tmexxija tal-Laħam tal-Majjal, minn issa ‘l quddiem issir referenza għalih bħala ‘l-Kumitat’.

2. Fejn ikun hemm referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad- Deċiżjoni 1999/468/KE

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 4(3) ta’ Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul il-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ġunju 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

L. Capoulas Santos

[1] ĠU C 86E, ta’ l-24.3.2000, p. 5.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Mejju 2000 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 168, tas-16.6.2000, p. 17.

[4] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3290/94 (ĠU L 349, tal-31.12.1994, p. 105).

[5] ĠU L 301, ta’ l-20.11.84, p. 1.

[6] Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3513/93 (ĠU L 320, tat-22.12.93, p. 5).

--------------------------------------------------

Top