EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R1346

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment

OJ L 160, 30.6.2000, p. 1–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 001 P. 191 - 208
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 001 P. 191 - 208
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 001 P. 191 - 208
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 001 P. 191 - 208
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 001 P. 191 - 208
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 001 P. 191 - 208
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 001 P. 191 - 208
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 001 P. 191 - 208
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 001 P. 191 - 208
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 001 P. 143 - 160
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 001 P. 143 - 160
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 003 P. 3 - 20

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/06/2017; Imħassar b' 32015R0848

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/1346/oj

32000R1346



Official Journal L 160 , 30/06/2000 P. 0001 - 0018


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000

tad-29 ta' Mejju 2000

dwar proċedimenti ta' falliment

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 61(ċ) u 67 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali Ġermaniża u tar-Repubblika tal-Finlandja,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku w Soċjali [2],

Billi:

(1) L-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tistabbilixxi żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja.

(2) Il-funzjonament xieraq tas-suq intern jeħtieġ illi l-proċedimenti ta' falliment trans-fruntieri joperaw b'effiċjenza u b'effettività u dan ir-Regolament għandu jiġi adottat sabiex jintlaħaq dan il-għan li jaqa' taħt il-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili fil-qofol tat-tifsira tal-Artikolu 65 tat-Trattat.

(3) L-attivitajiet tal-intrapriżi għandhom dejjem iżjed effetti trans-fruntieri u għalhekk jiġu dejjem aktar regolati bil-liġi tal-Komunità. Waqt li l-falliment ta' dawn l-intrapriżi jeffettwa wkoll il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, hemm il-ħtieġa għal att tal-Komunità li jkun jeħtieġ il-koordinament tal-miżuri li għandhom jittieħdu rigward l-assi tad-debitur f'każ ta' falliment.

(4) Huwa meħtieġ għal funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu evitati inċentivi għal partijiet li jittrasferixxu assi jew proċedimenti ġudizzjarji minn Stat Membru għall-ieħor, biex b'hekk ifittxu sitwazzjoni legali aktar favorevoli (forum shopping).

(5) Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu sew fuq livell nazzjonali u għalhekk hija ġġustifikata azzjoni fuq livell Komunitarju.

(6) Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità dan ir-Regolament għandu jkun limitat għal dispożizzjonijiet li jirregolaw ġurisdizzjoni għal ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment u ġudizzji li jingħataw direttament fuq bażi ta' proċedimenti ta' falliment u li huma marbuta mill-qrib ma' proċedimenti bħal dawn. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjonijiet rigward l-għarfien ta' dawk il-ġudizzji u rigward il-liġi applikabbli li tissodisfa wkoll dak il-prinċipju.

(7) Proċedimenti ta' falliment li huma marbuta ma' l-egħluq ta' kumpannija jew ta' persuni ġuridiċi oħrajn falluti, arranġamenti ġudizzjarji, komposizzjonijiet u proċedimenti analogi huma esklużi mill-iskop tal-Konvenzjoni ta' Brussel 1968 dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Infurzar ta' Ġudizzji f'Materji Ċivili u Kummerċjali [3], kif emendata bil-Konvenzjoni dwar l-Adeżjoni ma' din il-Konvenzjoni [4].

(8) Sabiex jintlaħaq il-għan illi jinġiebu ‘l quddiem l-effiċjenza u l-effettività ta' proċedimenti ta' falliment li għandhom effett trans-fruntier, huwa meħtieġ, u xieraq, li dispożizzjonijiet dwar ġurisdizzjoni, għarfien, u l-applikabilità tal-liġi f'dan il-qasam għandhom ikunu miġbura f'miżura ta' liġi tal-Komunità li tkun torbot u tapplika direttament fi Stati Membri.

(9) Dan ir-Regolament għandu japplika għal proċediment ta' falliment, meta d-debitur ikun persuna naturali jew persuna ġuridika, negozjant jew individwu. Il-proċedimenti ta' falliment li għalihom japplika dan ir-Regolament huma mniżżla fl-Annessi. Proċedimenti ta' falliment li jikkonċernaw intrapriżi ta' assigurazzjoni, istituzjonijiet ta' kreditu, intrapriżi ta' investimenti li jżommu fondi u sigurtajiet għal partijiet terzi u intrapriżi ta' investiment kollettiv għandhom jiġu esklużi mill-iskop ta' dan ir-Regolament. Intrapriżi bħal dawn m'għandhomx jaqgħu taħt dan ir-Regolament la darba huma suġġetti għal arranġamenti speċjali u, minn ċertu lat, l-awtoritajiet nazzjonali ta' superviżjoni għandhom poteri ferm vasti ta' intervent.

(10) Proċedimenti ta' falliment mhux neċessarjament jinvolvu l-intervent ta' awtorità ġudizzjarja; l-espressjoni "qorti" f'dan ir-Regolament għandha tingħata tifsira wiesgħa u tinkludi persuna jew korp awtoriżżati mil-liġi nazzjonali li jiftħu proċedimenti ta' falliment. Sabiex japplika dan ir-Regolament, proċedimenti (inklużi atti u formalitajiet rikjesti bil-liġi) għandhom mhux biss ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, iżda għandhom ukoll ikunu uffiċjalment rikonoxxuti u legalment effettivi fl-Istat Membru li fih jinfetħu l-proċedimenti ta' falliment u għandhom ikunu proċedimenti kollettivi ta' falliment li jkunu jeħtieġu t-tneħħija tal-assi parzjali jew totali tad-debitur u l-ħatra ta' likwidatur.

(11) Dan ir-Regolament għandu jagħraf illi b'riżultat ta' liġijiet sustantivi li huma differenti ħafna minn xulxin, mhux prattikabbli li jkunu introdotti proċedimenti ta' falliment fl-iskop universali tal-Komunità kollha. F'dan l-isfond, l-applikazzjoni mingħajr eċċezzjoni tal-liġi ta' l-Istat dwar ftuħ ta' proċedimenti ta' spiss twassal għal diffikultajiet. Dan japplika, per eżempju, għal liġijiet ferm differenti dwar interessi ta' garanziji li jinsabu fil-Komunità. Barra minn hekk, id-drittijiet preferenzali li jgawdu uħud mill-kredituri fi proċedimenti ta' falliment huma, f'ċerti każi, kompletament differenti. Dan ir-Regolament għandu jieħu konsiderazzjoni ta' dan b' żewġ modi differenti. Minn naħa l-waħda, għandhom jiġu magħmula regoli speċjali dwar l-applikabilità tal-liġi fil-każ ta' drittijiet partikolarment sinjifikanti u relazzjonijiet legali (e.g. drittijiet in rem u kuntratti ta' impjieg). Minn naħa l-oħra, proċedimenti nazzjonali li jkopru biss assi li jinstabu fl-Istat fejn hemm il-ftuħ, għandhom ukoll ikunu permissibli flimkien mal-proċedimenti prinċipali ta' falliment bl-iskop universali.

(12) Dan ir-Regolament jawtoriżża l-proċedimenti prinċipali ta' falliment li jinbdew fl-Istat Membru fejn id-debitur ikollu iċ-ċentru prinċipali ta' l-interessi tiegħu. Dawn il-proċedimenti għandhom l-iskop universali u l-għan li jkopru l-assi kollha tad-debitur. Sabiex tiġi protetta d-diversità ta' interessi, dan ir-Regolament jippermetti proċedimenti sekondarji li jinfetħu sabiex jimxu flimkien mal-proċedimenti prinċipali. Proċedimenti sekondarji jistgħu jinfetħu fl-Istat Membru fejn id-debitur ikollu stabbiliment. L-effetti ta' proċedimenti sekondarji huma limitati għall-assi li jinsabu f'dak l-Istat. Regolu mandatorji ta' koordinazzjoni mal-proċedimenti prinċipali jissodisfaw il-ħtieġa ta' unità fil-Komunità.

(13) Il-"ċentru prinċipali ta' interessi'" għandu jikkoresspondi mal-post fejn id-debitur iwettaq l-amministrazzjoni ta' l-interessi tiegħu fuq bażi regolari u huwa għalhekk aċċertabbli minn partijiet terzi.

(14) Dan ir-Regolament japplika biss għal proċedimenti fejn ikunu jinstabu fil-Komunità ċ-ċentru ta' l-interessi prinċipali tad-debitur.

(15) Ir-regoli ta' ġurisdizzjoni mniżżla f'dan ir-Regolament jistabilixxu biss ġurisdizjoni internazzjonali, jiġifieri, huma jawtoriżżaw lill-Istat Membru li l-qrati tiegħu jistgħu jibdew il-proċedimenti ta' falliment. Ġurisdizzjoni territorjali f'dak l-Istat Membru għandha tiġi stabbilita bil-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru kkonċernat.

(16) Il-qorti li jkollu l-ġurisdizjoni li jibda l-proċedimenti prinċipali ta' falliment għandu jkun awtoriżżat li jordna miżuri provviżorji u protettivi mill-waqt tat-talba tal-ftuħ tal-proċedimenti. Miżuri ta' preservazzjoni kemm qabel u kif ukoll wara l-bidu ta'proċedimenti ta' falliment huma ferm importanti sabiex jiggarantixxu l-effettività tal-proċedimenti ta' falliment. F'dan ir-rigward dan ir-Regolament għandu joffri possibbilitajiet differenti. Minn naħa l-waħda, il-qorti kompetenti għal proċedimenti prinċipali ta' falliment għandu jkun wkoll jista' jordna miżuri protettivi provviżorji li jkopru assi li jinsabu fit-territorji ta' Stati Membri oħra. Minn-naħa l-oħra, likwidatur maħtur temporanjament qabel il-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali ta' falliment għandu jkun jista', fl-Istat Membru li fih ikun jinsab stabbiliment li jappartieni lid-debitur, japplika għal miżuri ta' preservazzjoni li jkunu possibbli permezz tal-liġi ta' dawk l-Istati.

(17) Qabel ma jinfetħu l-proċedimenti prinċipali ta' falliment, id-dritt li jintalab il-bidu tal-proċedimenti ta' falliment fl-Istat Membru fejn id-debitur ikollu l-istabbiliment tiegħu għandu jkun limitat għal kredituri lokali u kredituri ta' l-istabbilimenti lokali jew għal każijiet fejn il-proċedimenti prinċipali ma jkunux jistgħu jinfetħu permezz tal-liġi ta' l-Istat Membru fejn id-debitur ikollu ċ-ċentru prinċipali ta' l-interessi tiegħu. Ir-raġuni għal din ir-restrizzjoni hija illi f'dawk il-każijiet fejn proċedimenti territorjali ta' falliment ikunu mitluba qabel ma l-proċedimenti prinċipali ta' falliment jiġu intenzjonalment limitati għal dak li hu assolutament meħtieġ. Jekk jinfetħu il-proċedimenti prinċipali ta' falliment, il-proċedimenti territorjali jsiru sekondarji.

(18) Wara l-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali ta' falliment, id-dritt li jintalab il-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment fi Stat Membru fejn id-debitur ikollu stabbiliment mhux ristrett b'dan ir-Regolament. Il-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali jew xi persuna awtoriżżata permezz tal-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru tista titlob il-ftuħ tal-proċedimenti sekondarji ta' falliment.

(19) Proċeduri sekondarji ta' falliment jistgħu jservu diversi skopijiet, apparti mill-protezzjoni ta' interessi lokali. Jistgħu jinqalgħu każijiet fejn l-assi tad-debitur ikunu komplessi wisq biex jiġu amministrati bħala unità jew fejn id-differenzi fis-sistemi legali kkonċernati jkunu tant kbar illi jistgħu jinħolqu diffikultajiet mill-estenzjoni ta' effetti li joriġinaw mill-liġi ta' l-Istat tal-ftuħ lill-Istati l-oħra fejn ikunu jinstabu l-assi. Għal din ir-raġuni il-likwidatur tal-proċeduri prinċipali jista' jitlob għal ftuħ ta' proċedimenti sekondarji meta l-amministrazzjoni effiċjenti ta' l-assi tkun titlob hekk.

(20) Proċediment prinċipali ta' falliment u proċediment sekondarji jistgħu, b'dana kollu, jikkontribwixxu għar-realiżazzjoni effettiva ta' l-asso totali biss jekk il-proċedimenti kurrenti kollha pendenti jkunu koordinati. Il-kondizzjoni prinċipali hawnhekk hija illi l-likwidaturi varji għandhom jikkoperaw mill-qrib, b' mod partikolari bi tpartit ta' ammont suffiċjenti ta' informazzjoni. Sabiex jiġi assigurat ir-rwol dominanti tal-proċediment prinċipali ta' falliment, il-likwidatur fi proċedimenti bħal dawk għandu jingħata diversi possibbilitajiet għal intervent fi proċedimenti sekondarji ta' falliment li jkunu pendenti fl-istess żmien. Per eżempju, dan għandu jkun jista' jipproponi pjan ta' ristrutturar jew komposizzjoni jew għar-realiżazzjoni ta' l-assi fil-proċedimenti sekondarji ta' falliment li jkunu ser jiġu sospiżi.

(21) Kull kreditur, li jkollu ir-residenza abitwali tiegħu, id-domiċilju jew l-uffiċju rreġistrat fil-Komunità, għandu jkollu d-dritt li jippreżenta t-talbiet tiegħu f'kull waħda mill-proċedimenti ta' falliment pendenti fil-Komunità u li jkollhom x'jaqsmu ma' l-assi tad-debitur. Dan għandu japplika wkoll għall-awtoritajiet tat-taxxi u għall-istituzjonijiet tas-siġurta soċjali. B'dana kollu, sabiex ikun assigurat trattament egwali tal-kredituri, it-tqassim tal-proċedimenti għandu jkun ikkoordinat. Kull kreditur għandu jkun jista' jżomm dak li jkun irċieva matul il-kors tal-proċedimenti ta' falliment imma għandu jkun intitolat biss li jipparteċipa fid-distribuzzjoni ta' l-assi totali fi proċedimenti oħra jekk kredituri bl-istess drittijiet ta' pożizzjoni jkunu akkwistaw l-istess proporzjon tat-talbiet tagħhom.

(22) Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal għarfien immedjat ta' ġudizzji li jkopru l-ftuħ, it-twettieq u l-egħluq ta' proċedimenti ta' falliment li jaqgħu taħt l-iskop tiegħu u fil-ġudizzji mgħotija b' konnessjoni diretta ma' proċedimenti ta' falliment bħal dawk. Għarfien awtomatiku għandu għalhekk ifisser li l-effetti attribwiti għal proċedimenti bil-liġi ta' l-Istat li fih ikunu ġew miftuħa l-proċedimenti, ikunu estiżi lejn l-Istati Membri l-oħra kollha. Għarfien tal-ġudizzji mgħotija mill-qrati ta' l-Istati Membri għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta' fiduċja reċiproka. Għal dan il-għan, il-bażi għal nuqqas ta' għarfien għandu jkun imnaqqas għal minimu meħtieġ. Dan huwa wkoll il-bażi li fuqu għandha tiġi solvuta xi kwistjoni meta l-qrati ta' żewġ Stati Membri jinsistu t-tnejn fuq il-kompetenza li jiftħu l-proċedimenti prinċipali tal-falliment. Id-deċiżjoni tal-Prim Awla li tiftaħ il-proċedimenti għandha tkun magħrufa fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma dawk l-Istati jkollhom il-poter li jiflu d-deċiżjoni tal-qorti.

(23) Dan ir-Regolament għandu jesiġi, għall-materji koperti minnu, regoli uniformi dwar kunflitt ta' liġijiet, li jibdlu, fl-iskop tal-applikazzjoni tagħhom, ir-regoli nazzjonali tal-liġi privata internazzjonali. Sa kemm ma jingħadx mod ieħor, għandha tapplika l-liġi tal-Istat Membru tal-ftuħ tal-proċedimenti (lex concursus). Din ir-regola ta' kunflitt ta' liġijiet għandha tkun valida kemm għal proċedimenti prinċipali kif ukoll għal proċedimenti lokali; il-lex concursus tiddetermina l-effetti tal-proċedimenti ta' falliment, kemm proċedurali kif ukoll sostantivi, fuq il-persuni u relazzjonijiet legali li jikkonċernawhom. Jirregola il-kondizzjonijiet kollha għal ftuħ, it-twettieq u l-egħluq tal-proċedimenti ta' falliment.

(24) L-għarfien awtomatiku ta' proċedimenti ta' falliment li għalihom normalment japplikaw il-liġijiet ta' l-Istat li jiftahom jistgħu ifixklu l-liġijiet li bihom jitwettqu t-transazzjonijiet fl-Istati Membri l-oħra. Sabiex jitħarsu l-aspettativi leġittimi u iċ-ċertezza ta' transazzjonijiet fi Stati Membri apparti minn dak ta' fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti, għandhom isiru dispożizzjonijiet għal numru ta' eċċezzjonijiet għar-regola ġenerali.

(25) Hemm ħtieġa partikolari għal referenza speċjali li tkun differenti mil-liġi ta' l-Istat li jiftaħ il-proċedimenti fil-każ tad-drittijiet in rem la darba dawn huma ta' importanza konsiderevoli għal-ogħti ta' kreditu. Il-bażi, il-validità u l-firxa ta' dan id-dritt in rem għandu għalhekk normalment jiġi determinat bi qbil mal-lex situs u m'għandux ikun effettwat bil-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment. Il-propjetarju tad-dritt in rem għandu għalhekk ikun jista' jkompli jinsisti bid-dritt tiegħu ta' segregazzjoni jew ta' ftehim separat għal garanzija kollaterali. Meta l-assi huma suġġetti għad-drittijiet in rem tal-lex situs fi Stat Membru wieħed iżda l-proċedimenti prinċipali jitwettqu fi Stat Membru ieħor, il-likwidatur tal-proċedimenti prinċipli għandu jkun jista' jitlob il-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji fil-ġurisdizzjoni fejn joriġinaw id-drittijiet in rem jekk id-debitur ikollu stabbiliment hemmhekk. Jekk il-proċedimenti sekondarji ma jinfetħux, iż-żejjed mill-bejgħ ta' l-assi koperti bid-drittijiet in rem għandu jitħallas lil-likwidatur tal-proċedimenti prinċipali.

(26) Jekk kumpens b' bilanċ ma jkunx permissibli skond il-liġi ta' l-Istat li jiftaħ l-proċedimenti, il-kreditur għandu b'dana kollu jkun intitolat għal kumpens b'bilanċ jekk dan ikun possibli skond il-liġi applikabbli għat-talba tal-falliment tad-debitur. B' dan il-mod, il-kumpens b' bilanċ jakkwista funzjoni ta' tip ta' garanzija bbażata fuq id-dispożizzjonijiet legali li fuqhom ikun jista' joqgħod il-kreditur ikkonċernat meta titressaq it-talba.

(27) Teżisti wkoll il-ħtieġa għal protezzjoni speċjali fil-każ ta' sistema ta' pagamenti u swieq finanzjarji. Dan japplika, per eżempju, għal ftehim ta' egħluq ta' pożizzjoni u ta' ftehim ta' raggruppar li jinstab f'sistemi bħal dawk kif ukoll għal bejgħ ta' kambjali u għall-garanziji li hemm dispożizzjoni dwarhom fi transazzjonijiet bħal dawn kif jiġu rregolati b' mod partikolari bid-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar it-twettiq b'finalità b'pagamenti ta' sistema ta' twettiq b' kambjali [5]. Għal transazzjonijiet bħal dawn, l-unika liġi li hija materjali għandha għalhekk tkun dik applikabbli għas-sistema jew is-suq ikkonċernat. Din id-dispożizzjoni hija ntenzjonata li tneħħi l-possibiltà ta' mekkaniżmi għal pagament u twettiq ta' transazzjonijiet li hemm dispożizzjoni dwarhom bis-sistemi ta' pagament u kumpens b'bilanċ jew bis-swieq irregolati finanzjarjament ta' l-Istati Membri li jiġu mbiddla fil-każ ta' falliment ta' sieħeb fin-negozju. Direttiva 98/26/KE fiha disposizzjoinijiet speċjali li għandhom jieħdu preċedenza fuq ir-regoli ġenerali f'dan ir-Regolament.

(28) Sabiex ikunu protetti l-impjegati u l-impiegi, l-effetti ta' proċedimenti ta' falliment fuq il-kontinwazzjoni jew ir-terminazzjoni ta' impjieg u fuq id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-partijiet kollha f'dan l-impjieg għandhom jiġu determinati bil-liġi applikabbli għal ftehim skond ir-regoli ġenerali dwar kunflitt fil-liġi. Xi kwistjonijiet oħra tal-liġi dwar il-fallimenti, bħal ma huma d-drittijiet ta' l-impjegati, huma protetti bid-drittijiet preferenzali u liema status dawk id-drittijiet preferenzali jista jkollhom, għandhom jiġu determinati mil-liġi ta' l-Istat li jiftaħ l-proċedimenti.

(29) Għal raġunijiet ta' negozju, il-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedimenti għandu jiġi ppublikat fl-Istati Membri l-oħra fuq talba tal-likwidatur. Jekk ikun hemm stabbiliment fl-Istat Membru kkonċernat, tista' tinqala' l-ħtieġa ta' pubblikazzjoni ta' bilfors. B' dana kollu, fl-ebda każ, ma' għandha l-pubblikazzjoni tkun kondizzjoni bil-quddiem ta' għarfien ta' proċedimenti barranin.

(30) Jista' jkun il-każ li uħud mill-persuni kkonċernati ma jkunux fil-fatt konxji mill-ftuħ tal-proċedimenti u jaġixxu in bona fede b'tali mod li jkun hemm kunflitt mas-sitwazzjoni l-ġdida. Sabiex jitħarsu persuni bħal dawn li jagħmlu pagament lid-debitur għaliex ma jkunux konxji li jkunu nfetħu l-proċedimenti barranin meta fil-fatt huma kien messhom għamlu l-pagament lil-likwidatur barrani, għandu jkun hemm dispożizzjoni li pagament bħal dan għandu jkollu l-effet li jneħħi l-piż tad-dejn.

(31) Dan ir-Regolament għandu jinkludi l-Annessi relatati ma' l-organiżazzjoni ta' proċedimenti ta' falliment. Minħabba li dawn l-Annessi għandhom x'jaqsmu esklussivament mal-leġislazzjoni ta' Stati Membri, hemm raġunijiet speċifiki u issostanzjati għal Kunsill li jirriserva d-dritt li jemenda dawn l-Annessi sabiex jikkunsidra xi emendi fil-liġi domestika ta' l-Istati Membri.

(32) Ir-Renju Unit u l-Irlanda, skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, taw avviż tax-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(33) Id-Danimarka, skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, mhix tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u għalhekk mhix marbuta jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal proċedimenti kollettivi ta' falliment li jinvolvu t-tneħħija tal-assi parzjali jew totali ta' debitur u l-ħatra ta' likwidatur.

2. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal proċedimenti ta' falliment li jikkonċernaw intrapriżi ta' assigurazzjoni, istituzjonijiet ta' kreditu, intrapriżi ta' investiment li jipprovdu servizzi li jinvolvu ż-żamma ta' fondi u siguritajiet għal partijiet terzi, jew għal intrapriżi ta' investiment kollettiv.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

(a) "proċedimenti ta' falliment" għandu jfisser il-proċedimenti kollettivi msemmija fl-Artikolu 1(1). Dawn il-proċedimenti huma mniżżla f'L-Anness A;

(b) "likwidatur" għandu jfisser xi persuna jew korp li l-funzjoni tiegħu tkun li jamministra jew jillikwida l-assi li lid-debitur ikunu ittieħdulu jew biex jissorvelja l-amministrazzjoni tan-negozju tiegħu. Dawn il-persuni u korpi huma mniżżla fl-Anness C;

(ċ) "proċedimenti ta' egħluq" għandha tfisser il-proċedimenti ta' falliment fil-qofol ta' dak li jfisser punt (a) li jinvolvi r-realiżazzjoni ta' l-assi tad-debitur, inklużi meta l-proċedimenti ikunu ingħalqu b'komposizzjoni jew miżuri oħra li jitterminaw il-falliment, jew magħluqa permezz ta' insuffiċjenza tal-assi. Dawk il-proċedimenti huma mniżżla f'L-Anness B;

(d) "qorti" għandu jfisser korp ġudizzjarju jew korp kompetenti ieħor ta' Stat Membru li jkun awtoriżżat li jiftaħ il-proċedimenti ta' falliment jew li jieħu deċiżjoni fil-korsa ta' proċedimenti bħal dawn;

(e) "ġudizzju" b'relazzjoni mal-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment jew tal-ħatra ta' likwidatur għandu jinkludi d-deċiżjoni ta' xi qorti awtoriżżata li tiftaħ proċedimenti bħal dawk jew li taħtar likwidatur;

(f) "iż-żmien tal-ftuħ ta' proċedimenti" għandha tfisser iż-żmien meta l-ġudizzju li jiftaħ il-proċedimenti jsir effettiv, sew jekk ikun ġudizzju finali u anki jekk ma jkunx;

(g) "l-Istat Membru li fih ikunu jinstabu l-assi" għandu jfisser, fil-każ ta':

- propjetà tanġibbli, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinstab il-propjetà,

- propjetà u drittijiet ta' propjetà jew intitolar li dwaru jrid ikun miktub f'reġistru pubbliku, l-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jkun jinżamm ir-reġistru,

- "talbiet" l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-parti terza meħtieġa li tilqagħhom ikollu ċ-ċentru ta' l-interessi prinċipali tieghu,z kif iddeterminat minn l-Artikolu 3(1);

(h) "stabbiliment" għandu jfisser xi post ta' operazzjonijiet fejn id-debitur iwettaq l-attività ekonomika tiegħu mhux tranżitorja b'meżżi umani jew oġġetti.

Artikolu 3

Ġurisdizzjoni internazzjonali

1. Il-qrati ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru ta' l-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollu l-ġurisdizzjoni biex jiftaħ il-proċedimenti ta' falliment. Fil-każ ta' kumpannija jew persuna ġuridika, il-post ta' l-uffiċju rreġistrat għandu jkun meqjus li huwa ċ-ċentru ta' l-interessi prinċipali fin-nuqqas ta' prova għal kuntrarju.

2. Meta ċ-ċentru ta' l-interessi prinċipali ta' debitur ikun jinstab fit-territorju ta' Stat Membru, il-qrati ta' Stati Membri oħra għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni li jiftħu proċedimenti ta' falliment kontra dak id-debitur fil-każ biss li dak ikollu stabbiliment fit-territorju ta' dak l-Istat Membru l-ieħor. L-effetti ta' dawk il-proċedimenti għandu jkun ristrett għall-assi tad-debitur li jkunu jinstabu fit-territorju ta' l-Istat Membru l-ieħor.

3. Meta proċediment ta' falliment jinfetħu permezz ta' paragrafu 1, xi proċedimenti miftuħa sussegwentament permezz ta' paragrafu 2 għandhom ikunu proċedimenti sekondarji. Dawn il-proċedimenti ta' l-aħħar għandhom ikun proċedimenti ta' l-egħluq.

4. Proċediment territorjali ta' falliment msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinfetħu qabel il-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali ta' falliment skond il-paragrafu 1 biss:

(a) meta l-proċedimenti ta' falliment permezz ta' paragrafu 1 ma jistgħux jinfethu minħabba l-kondizzjonijiet meħtieġa bil-liġi ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab ċ-ċentru ta' l-interessi prinċipali tad-debitur; jew

(b) meta l-ftuħ ta' proċedimenti territorjali ta' falliment ikun mitlub minn kreditur li jkollu id-domiċilju tiegħu, is-residenza tas-soltu jew l-uffiċċju rreġistrat fl-Istat Membru fit-territorju li fih ikun jinstab l-istabbiliment, jew li t-talba tiegħu toriġina mill-operazzjoni ta' dak l-istabbiliment.

Artikolu 4

Liġi applikabbli

1. Ħlief fejn ipprovdut b' mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal proċedimenti ta' falliment u l-effetti tagħhom għandha tkun dik ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinfetaħ tali proċedura, minn hawn ‘il quddiem imsemmija bħala l-"Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti".

2. Il-liġi ta' l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti għandha tiddetermina l-kondizzjonijiet tal-ftuħ ta' dawk il-proċedimenti, il-manjiera tagħhom u l-egħluq tagħhom. Għandu jiddetermina b' mod partikolari:

(a) kontra liema debituri jistgħu jinġiebu l-proċedimenti ta' falliment minħabba l-kapaċità tagħhom;

(b) l-assi li jiffurmaw parti mill-propjetà u t-trattament ta' l-assi meħtieġa minn jew li jmissu lid-debitur wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment;

(ċ) il-poteri rispettivi tad-debitur u tal-likwidatur;

(d) il-kondizzjonijiet li bihom il-kumpens b' bilanċ jista' jiġi invokat;

(e) l-effetti tal-proċedimenti ta' falliment fuq kuntratti kurrenti li minnhom id-debitur jagħmel parti;

(f) l-effetti tal-proċedimenti ta' falliment fuq il-proċedimenti miġjuba minn kredituri individwali, bl-eċċezzjoni ta' kawżi pendenti;

(g) it-talbiet li jkunu ġew ippreżentati kontra l-propjetà tad-debitur u t-trattament tat-talbiet li joriġinaw wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment;

(h) ir-regoli li jirregolaw il-preżentazzjoni, il-verifika u l-ammissjoni tat-talbiet;

(i) ir-regoli li jirregolaw id-distribuzzjoni ta' flejjes minn realiżazzjoni ta' assi, il-prijoritajiet ta' tabliet u d-dritt ta' kredituri li ġew parzjalment sodisfatti wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment bis-saħħa tad-dritt in rem jew permezz ta' kumpens b'bilanċ;

(j) il-kondizzjonijiet għal u l-effetti ta' l-egħluq ta' proċedimenti ta' falliment, b' mod partikolari b'komposizzjoni;

(k) id-drittijiet tal-kredituri wara l-egħluq ta' proċedimenti ta' falliment;

(l) li jkun jeħel bin-nefqa u l-ipejjeż involuti fil-proċedimenti ta' falliment;

(m) ir-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' invalidità, nuqqas ta' irbit u nuqqas ta' enforzabilità ta' atti legali detrimentali għal kredituri kollha.

Artikolu 5

Drittijiet ta' partijiet terzi in rem

1. Il-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment m'għandux jaffettwa d-drittijiet in rem ta' kredituri jew partijiet terzi rigward l-assi tanġibbli jew mhux tanġibbli, mobbli jew immobbli - it-tnejn assi speċifiċi u kollezzjonijiet ta' assi indefiniti bħala massa li jinbidlu minn żmien għal żmien - li jappartieni għad-debitur li jkunu jinstabu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor fil-waqt tal-ftuħ tal-proċedimenti.

2. Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom b' mod partikolari jfissru:

(a) id-dritt li jiddisponu mill-assi jew li dawn mogħtija u li jakkwistaw sodisfazzjon mill-introjtu ta' jew id-dħul minn dawk l-assi, b'mod partikolari bis-saħħa ta' lien jew ta' ipoteka;

(b) id-dritt esklussiv li jkollhom talba milqugħa, b' mod partikolari dritt iggarantit b'lien fir-rigward ta' talba jew ogħtja ta' talba bħala garanzija;

(ċ) id-dritt li jitlob l-assi minn, u/jew li jeħtieġu restituzjoni minn, xi ħadd li jkollu l-pussess jew użu tagħhom kuntrarju tax-xewqat tal-parti hekk intitolata;

(d) id-dritt in rem għall-użu tajjeb ta' l-assi.

3. Id-dritt, irreġistrat f'reġistru pubbliku u enforzabbli kontra partijiet terzi, li permezz tiegħu dritt in rem fil-qofol tat-tifsira ta' paragrafu 1 jista' jiġi akkwistat, għandu jkun meqjus bħala dritt in rem.

4. Paragrafu 1 m'għandux jipprekludi azzjonijiet ta' invalidità, nuqqas ta' rbit u nuqqas ta' enforzabilità kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(m).

Artikolu 6

Kumpens b'bilanċ

1. Il-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment m'għandhomx jeffetwaw id-dritt tal-kredituri li jinsistu fuq kumpens b'bilanċ tat-talbiet tagħhom kontra t-talbiet tad-debitur, meta kumpens b'bilanċ ikun permissibli bil-liġi applikabbli għat-talbiet tad-debitur fallut.

2. Paragrafu 1 m'għandux jipprekludi azzjonijiet ta' invalidità, nuqqas ta' rbit u nuqqas ta' enforzabilità kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(m).

Artikolu 7

Riserva tat-titolu

1. Il-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment kontra xerrej ta' xi assi m'għandux jaffettwa d-drittijiet tal-bejjiegħ ibbażati fuq riżerva ta' titolu meta fil-waqt tal-ftuħ tal-proċedimenti l-assi jkunu jinstabu fit-territorju ta' Stat Membru apparti minn dak l-Istat fejn jinfetħu l-proċedimenti.

2. Il-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment kontra bejjiegħ ta' xi assi, wara l-kunsinna tal-assi, m'għandux jikkonstitwixxi bażi sabiex jitreġġa' lura jew jintemm l-bejgħ u m'għandhomx ifixklu lix-xerrej milli jakkwista titolu meta fil-waqt tal-ftuħ tal-proċedimenti l-assi mibjugħ ikun jinstab fit-territorju ta' Stat Membru apparti minn dak l-Istat fejn jinfetħu l-proċedimenti.

3. Paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jipprekludu azzjonijiet ta' invalidità, nuqqas ta' rbit u nuqqas ta' enforzabilità kif imsemmija fl-Artikolu 4(2)(m).

Artikolu 8

Kuntratti li għandhom x'jaqsmu ma' propjetà immobli

L-effetti ta' proċediment ta' falliment fuq kuntratt li jagħti d-dritt li jiġi akkwistat jew li jsir użu minn propjetà immobbli għandhom jiġu regolati biss bil-liġi ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab il-propjetà immobbli.

Artikolu 9

Sistema ta' pagamenti u swieq finanzjarji

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, l-effetti ta' proċedimenti ta' falliment fuq id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet għal pagament jew sistema ta' twettieq jew għal suq finanzjarju għandha tiġi regolata biss bil-liġi ta' l-Istat Membru applikabbli għal dik is-sistema jew suq.

2. Paragrafu 1 m'għandux jipprekludi xi azzjoni għal invalidità, nuqqas ta' rbit jew nuqqas ta' enforzabilità li tista' tittieħed sabiex jitwarrbu pagamenti jew transazzjonijiet permezz tal-liġi applikabbli għas-sistema relevanti ta' pagamenti jew suq finanzjarju.

Artikolu 10

Kuntratti ta' impjieg

L-effetti ta' proċedimenti ta' falliment fuq kuntratti ta' impjieg u relazzjonijiet għandhom jiġu regolati biss bil-liġi ta' l-Istat Membru applikabbli għall-kuntratt ta' impjieġ.

Artikolu 11

Effetti fuq id-drittijiet soġġetti għal reġistrazzjoni

L-effetti ta' proċedimenti ta' falliment fuq id-drittijiet tad-debitur fi propjetà immobbli, vapur jew ajruplan li huma suġġetti għal reġistrazzjoni f'reġistru pubbliku għandu jiġi determinat bil-liġi ta' l-Istat Membru li bl-awtorità tiegħu jinżamm dak ir-reġistru.

Artikolu 12

Patenti tal-Komunità u trade marks

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, patenti tal-Komunità, trade mark tal-Komunità jew xi dritt ieħor simili stabbilit b'liġi tal-Komunità jista jkun inkluż biss fil-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 13

Atti detrimentali

L-Artikolu 4(2) m'għandux japplika meta l-persuna li tibbenefika minn att detrimentali għal-kredituri kollha tipprovdi prova li:

- l-imsemmi att huwa suġġett għall-liġi ta' Stat Membru apparti minn dak l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti, u

- dik il-liġi ma tippermettix xi meżżi biex jiġi disputat dak l-att fil-każ relevanti.

Artikolu 14

Protezzjoni ta' xerrejja ta' partijiet terzi

Meta, b'att konkluż wara l-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment, id-debitur jiddisponi, għal konsiderazzjoni, minn:

- xi assi immobbli, jew

- vapur jew ajruplan soġġetti għal reġistrazzjoni f'reġistru pubbliku, jew

- sigurtajiet li l-eżistenza tagħhom tippresuponi reġistrazzjoni f'reġistru rikjesti mill-liġi,

il-validità ta' dak l-att għandha tiġi regolata bil-liġi ta' l-Istat li fit-territorju tiegħu jkunu jinstabu l-assi immobli jew permezz ta' l-awtorità li biha jinżamm ir-reġistru.

Artikolu 15

Effetti ta' proċedimenti ta' falliment fuq kawżi pendenti

L-effetti ta' proċedimenti ta' falliment fuq kawżi pendenti li jikkonċernaw assi jew dritt li jkunu ittieħdu minn għand id-debitur għandhom jiġu regolati biss bil-liġi ta' l-Istat Membru li fiħ il-kawża tkun pendenti.

KAPITOLU II

GĦARFIEN TA' PROĊEDIMENTI TA' FALLIMENT

Artikolu 16

Prinċipju

1. Ġudizzju li jiftaħ il-proċedimenti ta' falliment mogħti minn qorti ta' Stat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 għandu jkun magħruf fl-Istati Membri kollha mill-waqt li jsir effettiv fl-Istat li jiftaħ il-proċedimenti.

Din ir-regola għandha wkoll tapplika fejn, minħabba l-kapaċità tiegħu, proċedimenti ta' falliment ma jistgħux jinġiebu kontra debitur fi Stat Membru ieħor.

2. Għarfien tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) m'għandux ifixkel il-ftuħ tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(2) minn qorti fi Stat Membru ieħor. Dawn il-proċedimenti ta' l-aħħar għandhom ikunu sekondarji għal proċedimenti ta' falliment fil-qofol ta' dak li jfisser Kapitolu III.

Artikolu 17

Effetti ta' għarfien

1. Il-ġudizzju li jiftaħ il-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) għandu, mingħajr aktar formalitajiet, jipproduċi l-istess effetti f'xi Stat Membru ieħor hekk kif jagħmel b'din il-liġi ta' l-Istat li jiftaħ il-proċedimenti, sa kemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor u sa kemm l-ebda proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(2) ma jkunux nfteħu f'xi Stat Membru ieħor.

2. L-effetti tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(2) ma jistgħux jiġu sfidati fl-Istati Membru l-oħra. Ir-restrizzjonijiet għad-drittijiet tal-kredituri, b'mod partikolari ż-żamma jew it-tneħħija, għandhom jipproduċu effetti vis-à-vis assi li jinstabu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor biss fil-każ ta' dawk il-kredituri li jkunu taw il-kunsens tagħhom.

Artikolu 18

Poteri tal-likwidatur

1. Il-likwidatur maħtur minn qorti li jkollha ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(1) jista' jeżerċita l-poteri kollha mgħotija lilu bil-liġi ta' l-Istat li jiftaħ l-proċedimenti fi Stat Membru ieħor, sa kemm l-ebda proċedimenti ta' falliment oħra ma jkunu infetħu hemm u l-anqas xi miżuri ta' preservazzjoni fil-pajjiż ma jkunu ittieħdu hemm, wara talba għal ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment f'dak l-Istat. B'mod partikolari, jista' jneħħi l-assi tad-debitur mit-terrirorju ta' l-Istat Membru li fih ikunu jinstabu, bla ħsara għall-Artikoli 5 u 7.

2. Il-likwidatur maħtur minn qorti li jkollu ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(2) jista' fi Stat Membru ieħor jitlob permezz tal-qrati jew barra mill-qorti li propjetà immobbli tkun tneħħiet mit-territorju ta' l-Istat tal-bidu ta' proċedimenti lejn it-territorju ta' dak l-Istat Membru ieħor wara l-bidu tal-proċedimenti ta' falliment. Jista' wkoll jiftaħ azzjoni li twarrab li tkun fl-interess tal-kredituri.

3. Fl-eżerċizzju tal-poteri tiegħu, il-likwidatur għandu jkun konformi mal-liġi ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikollu l-ħsieb li jieħu l-azzjoni, b' mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma proċedimenti għar-realiżazzjoni ta' assi. Dawk il-poteri ma jistgħux jinkludu miżuri koersivi jew id-dritt tar-regola dwar proċediment legali jew għal kwistjonijiet.

Artikolu 19

Prova tal-ħatra tal-likwidatur

Il-ħatra tal-likwidatur għandha tiġi manifestata b'kopja ċertifikata tad-deċiżjoni oriġinali li tkun ħatritu jew b'xi ċertifikat ieħor maħruġ mill-qorti li jkollha ġurisdizzjoni.

Tista' tkun meħtieġa traduzzjoni f'lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru li fit-terrirorju tiegħu ikollu l-intenzjoni li jaġixxi. M'għandha tiġi mitluba l-ebda legalizazzjoni jew xi formalità simili oħra.

Artikolu 20

Radd lura u imputazzjoni

1. Kreditur li, wara l-ftuħ tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) jakkwista b'xi meżżi, b' mod partikolari permezz ta' infurzar, sodisfazzjoni totali jew parzjali tat-talba tiegħu fuq l-assi li jappartienu lid-debitur li jkun jinsab fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, għandu jrodd lura lill-likwidatur dak li jkun akkwista, bla ħsara għall-Artikoli 5 u 7.

2. Sabiex jassigura trattament ugwali mal-kredituri, kreditur li jkun, matul il-proċedimenti ta' falliment, akkwista dividend fuq it-talba tiegħu għandu jaqsam fid-distribuzzjoni magħmula fi proċedimenti oħra biss meta kredituri ta' l-istess grad jew kategorija jkunu, f'dawk il-proċedimenti l-oħra, akkwistaw dividend ekwivalenti.

Artikolu 21

Pubblikazzjoni

1. Il-likwidatur jista' jitlob li avviż tal-ġudizzju li jiftaħ il-proċedimenti ta' falliment u, fejn xieraq, id-deċiżjoni li taħtar lilu, ikunu ippublikati f'xi Stat Membru ieħor bi qbil mal-proċeduri ta' pubblikazzjoni li hemm dispożizzjoni dwarhom f'dak l-Istat. Pubblikazzjoni bħal din għandha wkoll tispeċifika il-likwidatur maħtur u jekk ir-regola tal-ġurisdizzjoni applikata tkunx bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(1) jew l-Artikolu 3(2).

2. B'dana kollu, xi Stat Membru li fit-territorju tiegħu id-debitur ikollu stabbiliment jista' jenħtieg pubblikazzjoni mandatorja. F'każijiet bħal dawn, il-likwidatur jew l-awtorità awtoriżżata għal dak l-effett fl-Istat Membru fejn il-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) ikunu mibdija għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassigura pubblikazzjoni bħal dik.

Artikolu 22

Reġistrazzjoni f'reġistru pubbliku

1. Il-likwidatur jista' jitlob li l-ġudizzju li jiftaħ l-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) ikunu rreġistrati f'reġistru ta' l-art, reġistru tal-kummerċ jew xi reġistru pubbliku ieħor miżmum mill-Istati Membru l-oħra.

2. B'dana kollu, xi Stat Membru jista jeħtieġ reġistrazzjoni mandatorja. F'każijiet bħal dawn, il-likwidatur jew l-awtorità awtoriżżata għal dak l-effett fl-Istat Membru fejn il-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) ikunu miftuħa għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassigura reġistrazzjoni bħal dik.

Artikolu 23

Spejjeż

L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni msemmija f'L-Artikoli 21 u 22 għandhom jiġu meqjusa bħala infieq u spejjeż involuti fil-proċedimenti.

Artikolu 24

Rispetta ta' obbligu lejn debitur

1. Meta jkun ġie onorat obbligu fi Stat Membru għal benefiċċju ta' debitur li jkun suġġett għal proċedimenti ta' falliment miftuħa fi Stat Membru ieħor, meta suppost li jkun ġie onorat għal benefiċċju tal-likwidatur f'dawk il-proċedimenti, il-persuna li tonora l-obbligu għandha tkun meqjusa li ssoddisfat dan l-obbligu jekk ma kienetx taf bil-ftuħ tal-proċedimenti.

2. Meta obbligu bħal dan jiġi onorat qabel ma l-pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tkun saret, il-persuna li tonora l-obbligu għandha tiġi meqjusa, fin-nuqqas ta' prova għal kuntrarju, li ma kienetx taf bil-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment; meta l-obbligu jiġi onorat wara li tkun saret dik il-pubblikazzjoni, il-persuna li tonora l-obbligu għandha tiġi meqjusa, fin-nuqqas ta' prova għal kuntrarju, li kienet taf bil-ftuħ tal-proċedimenti.

Artikolu 25

Għarfien u eżekuzzjoni ta' sentenzi oħrajn

1. Sentenzi mgħotija minn qorti li l-ġudizzju tiegħu dwar il-ftuħ ta' proċedimenti huwa rikonoxxut skond l-Artikolu 16 u li jikkonċernaw il-kors u l-egħluq ta' proċedimenti ta' falliment, u komposizzjonijiet approvati minn dik il-qorti għandhom ukoll ikunu rikonoxxuti mingħajr formalitajiet oħra. Sentenzi bħal dawk għandom jiġu eżegwiti skond l-Artikoli 31 sa 52, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(2), tal-Konvenzjoni ta' Brussel dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, kif emendata bil-Konvenzjoni tal-Adeżjoni ta' din il-Konvenzjoni.

L-ewwel sub-paragrafu għandu wkoll japplika għal sentenzi li jirriżultaw direttament mill-proċedimenti ta' falliment u li jkunu marbuta mill-qrib magħhom, anki jekk dawk kienu mgħotija minn qorti ieħor.

L-ewwel sub-paragrafu għandu wkoll ikun japplika għal sentenzi dwar miżuri ta' preservazzjoni meħuda fuq talba għal ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment.

2. L-għarfien u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi apparti minn dawk li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għandhom jiġu regolati mill-Konvenzjoni msemmija fil-paragrafu 1, basta illi dik il-Konvenzjoni tkun applikabbli.

3. L-Istati Membri m'għandhomx ikunu obbligati jirrikonoxxu jew jeżegwixxu sentenza msemmija fil-paragrafu 1 li tista' tirriżulta fi tnaqqis ta' libertà personali jew ta' segretezza postali.

Artikolu 26 [6]

Strateġija pubblika

Xi Stat Membru jista' jiċħad li jirrikonoxxi proċedimenti ta' falliment miftuħa fi Stat Membru ieħor jew li jeżegwixxi sentenza mgħotija fil-kuntest ta' proċedimenti bħal dawn meta l-effetti ta' rikonoxximent jew eżekuzzjoni bħal dawn ikunu manifestament kontra l-politika pubblika ta' dak l-Istat, b'mod partikolari l-prinċipji fundamentali tiegħu jew id-drittijiet kostituzzjonali u l-libertajiet ta' l-individwu.

KAPITOLU III

PROĊEDIMENTI SEKONDARJI TA' FALLIMENT

Artikolu 27

Ftuħ tal-proċedimenti

Il-ftuħ tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) minn qorti ta' Stat Membru u li jkun rikonoxxut fi Stat Membru ieħor (proċedimenti prinċipali) għandu jippermetti l-ftuħ f'dak l-Istat Membru l-ieħor, li qorti tiegħu jkollu ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(2), ta' proċedimenti sekondarji ta' falliment mingħajr ma l-falliment tad-debitur ikun eżaminat fl-Istat l-ieħor. Dawn il-proċedimenti ta' l-aħħar għandhom ikunu fost il-proċedimenti mniżżla f'L-Anness B. L-effetti tagħhom għandhom ikunu ristretti għall-assi tad-debitur li jkun jinstab fit-territorju ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

Artikolu 28

Liġi applikabbli

Ħlief fejn hemm dispożizzjoni mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal proċediment sekondarji għandha tkun dik ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinfetħu l-proċedimenti sekondarji.

Artikolu 29

Dritt għal talba ta' ftuħ ta' proċedimenti

Il-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji jista' jiġi mitlub minn:

(a) il-likwidatur tal-proċedimenti prinċipali;

(b) xi persuna jew awtorità oħra awtoriżżata li titlob il-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment permezz tal-liġi ta' l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun mitlub il-ftuħ tal-proċediment sekondarji.

Artikolu 30

Pagament bil-quddiem ta' infieq u spejjeż

Meta l-liġi ta' l-Istat Membru fejn jintalab il-ftuħ tal-proċedimenti sekondarji tkun tenħtieġ illi l-assi tad-debitur ikunu suffiċjenti sabiex ikopru l-infieq u l-ispejjeż, kollha jew parti minnhom, tal-proċedimenti, il-qorti tista', meta tirċievi talba bħal din, tenħtieġ li l-applikant jagħmel pagament bil-quddiem ta' l-ispejjeż jew li jipprovdi garanzija xierqa.

Artikolu 31

Dover ta' kooperazzjoni u komunikar ta' informazzjoni

1. Bla ħsara għar-regoli li jirrestrinġu il-komunikazzjoni ta' informazzjoni, il-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali u l-likwidaturi fil-proċedimenti sekondarji għandu jkollhom id-dmir li jikkomunikaw informazzjoni lill-xulxin. Għandhom immedjatament jikkomunikaw xi informazzjoni li tista' tkun relevanti għal proċedimenti l-oħra, b' mod partikolari l-progress magħmul fil-preżentazzjoni u l-verifika ta' talbiet u l-miżuri kollha li jkollhom il-għan li jitterminaw il-proċedimenti.

2. Suġġett għar-regoli applikabbli għal kull waħda mill-proċedimenti, il-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali u l-likwidaturi fil-proċedimenti sekondarji għandhom ikollhom id-dmir li jikkooperaw flimkien.

3. Il-likwidatur tal-proċedimenti sekondarji għandu jagħti lill-likwidatur tal-proċedimenti prinċipali opportunità bikrija li jissottometti proposti dwar il-likwidazzjoni jew użu ta' l-assi fil-proċedimenti sekondarji.

Artikolu 32

Eżerċizzju tad-drittijiet ta' kredituri

1. Kwalunkwe kreditur jista' jippreżenta t-talba tiegħu fil-proċedimenti prinċipali u fil-proċedimenti sekondarji.

2. Il-likwidaturi fil-proċedimenti prinċipali u xi proċedimenti sekondarji għandhom jippreżentaw fil-proċedimenti l-oħra t-talbiet li jkunu diġa ġew ippreżentati fil-proċedimenti li għalihom ikunu ġew maħtura, basta illi l-interessi tal-kredituri f'dawn il-proċedimenti ta' l-aħħar ikunu b'hekk moqdija, suġġett għad-dritt tal-kredituri li jopponu li jew li jwarrbu l-preżentazzjoni tat-talbiet tagħhom meta l-liġi applikabbli hekk tipprovdi.

3. Il-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali jew sekondarji għandu jkun awtoriżżat illi jipparteċipa fi proċedimenti oħra bl-istess bażi bħala kreditur, b' mod partikolari billi jattendi laqgħat ta' kredituri.

Artikolu 33

Sospenzjoni ta' likwidazzjoni

1. Il-qorti, li tkun fetħet il-proċedimenti sekondarji, għandha tissospendi l-proċess ta' likwidazzjoni, kollu jew partu minnu, mal-wasla ta' talba minn likwidatur fil-proċedimenti prinċipali, basta illi f'dan il-każ din tista' tenħtieġ illi l-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiggarantixxi l-interessi tal-kredituri fil-proċedimenti sekondarji u tal-klassijiet individwali ta' kredituri. Talba bħal din minn likwidatur tista' tkun miċħuda biss jekk din tkun b' mod ovvju ta' l-ebda interess għal kredituri tal-proċedimenti prinċipali. Tista' tiġi msejħa sospenzjoni bħal din fil-proċess ta' likwidazzjoni sa massimu ta' tlett xhur. Tista' titkompla jew tiġġedded għal perjodi simili.

2. Il-qorti msemmi fil-paragrafu 1 għandu jittermina is-sospenzjoni tal-proċess ta' likwidazzjoni:

- fuq it-talba tal-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali,

- fuq id-deċiżjoni tiegħu stess, fuq talba minn kreditur jew fuq talba mill-likwidatur ta' proċedimenti sekondarji jekk dik il-miżura ma tidhirx aktar ġustifikata, b'mod partikolari, fl-interessi ta' kredituri fil-proċedimenti prinċipali jew fil-proċedimenti sekondarji.

Artikolu 34

Miżuri li jitterminaw il-proċedimenti sekondarji ta' falliment

1. Meta l-liġi applikabbli għal proċedimenti sekondarji tippermetti li proċedimenti bħal dawk jiġu tterminati mingħajr likwidazzjoni bi pjan ta' salvataġġ, miżura komposta jew kumparabbli, il-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali għandu jiġi awtoriżżat li jipproponi miżura bħal din huwa stess.

It-terminazzjoni ta' proċedimenti sekondarji b'miżura msemmija fl-ewwel sub-paragrafu m'għandhiex tkun finali mingħajr il-kunsens tal-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali; fin-nuqqas tal-ftehim tiegħu, b'dana kollu, tista' tkun finali jekk l-interessi finanzjarji tal-kredituri fil-proċedimenti prinċipali ma jkunux affettwati bil-miżura proposta.

2. Xi restrizzjoni għad-drittijiet ta' kredituri li toriġina minn miżura msemmija fil-paragrafu 1 li tkun proposta fi proċedimenti sekondarji, sospenzjoni bħal dik ta' pagament jew egħluq ta' dejn, ma jistax ikollu effett fuq l-assi ta' debitur li ma jkunx koperti b'dawk il-proċedimenti mingħajr il-kunsens tal-kredituri kollha li jkollhom interess.

3. Matul is-sospenzjoni fil-proċess ta' likwidazzjoni msejħa bis-saħħa ta' l-Artikolu 33, il-likwidatur biss fil-proċedimenti prinċipali jew id-debitur, bil-kunsens ta' dak ta' l-ewwel, jista' jipproponi miżuri mniżżla fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fil-proċedimenti sekondarji; l-ebda proposta oħra għal miżura bħal din m'għandha tkun ippreżentati għal vot jew approvata.

Artikolu 35

Assi li jibqgħu fil-proċediment sekondarji

Jekk bil-likwidazzjoni ta' assi fil-proċedimenti sekondarji jkun possibli li jintlaħqu it-talbiet kollha permissibli permezz ta' dawk il-proċedimenti, il-likwidatur maħtur f'dawk il-proċedimenti għandu immedjetament jitrasferixxi xi assi li jkun baqa' lill-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali.

Artikolu 36

Ftuħ sussegwenti tal-proċedimenti prinċipali

Meta l-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(1) jinfetħu wara l-ftuħ tal-proċedimenti msemmija fl-Artikolu 3(2) fi Stat Membru ieħor, l-Artikoli 31 sa 35 għandhom japplikaw għal dawk miftuħa l-ewwel, sa kemm jippermetti l-progress ta' dawk il-proċedimenti.

L-Artikolu 37 [7]

Konverżjoni ta' proċedimenti preċedenti

Il-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali jista' jitlob li l-proċedimenti mniżżla f'L-Anness A miftuħa minn qabel fi Stat Membru ieħor li jkunu kkonvertiti fi proċedimenti ta' terminazzjoni jekk dan juri li jkun fl-interess tal-kredituri fil-proċedimenti prinċipali.

Il-qorti bil-ġurisdizzjoni permezz ta' l-Artikolu 3(2) għandha tordna konverżjoni f'waħda mill-proċedimenti mniżżla f'L-Anness B.

Artikolu 38

Miżuri ta' preservazzjoni

Meta l-qorti ta' Stat Membru li jkollha l-ġurisdizzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 3(3) taħtar amministratur temporanju sabiex tassigura il-preservazzjoni ta' l-assi tad-debitur, dak l-amministratur temporanju għandu jkun awtoriżżat li jitlob xi miżuri sabiex jassigura u jippreserva xi assi tad-debitur li jkunu jinstabu fi Stat Membru ieħor, kif ipprovdut permezz tal-liġi ta' dak l-Istat, għal perjodu bejn it-talba għal bidu tal-proċedimenti ta' falliment u s-sentenza għal ftuħ tal-proċedimenti.

KAPITOLU IV

PROVIŻJON TA' INFORMAZZJONI GĦAL KREDITURI U PREŻENTAZZJONI TAT-TALBIET TAGĦHOM

Artikolu 39

Dritt ta' preżentazzjoni ta' talbiet

Xi kreditur li jkollu r-residenza abitwali tiegħu jew id-domiċilju jew l-uffiċju rreġistrat fi Stat Membru apparti minn dak l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti, inklużi l-awtoritajiet tat-taxxa u awtoritajiet tas-sigurtà soċjali ta' Stati Membri, għandu jkollu d-dritt li jippreżenta talbiet bil-miktub fil-proċedimenti ta' falliment.

Artikolu 40

Dmir li jiġu nfurmati l-kredituri

1. Malli jinfetħu proċedimenti ta' falliment fi Stat Membru, il-qorti ta' dak l-Istat li jkollha l-ġurisdizzjoni, jew il-likwidatur maħtur minnha, għandha immedjatament tinforma lill-kredituri magħrufa li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom, id-domiċilju jew l-uffiċju irreġistrat f'xi Stati Membru oħra.

2. Dik l-informazzjoni, ipprovduta b'avviż individwali, għandha b' mod partikolari tinkludi limiti taż-żmien, il-penalitajiet imposti rigward dawk il-limiti ta' żmien, il-korp jew awtorità awtoriżżata li taċċetta il-preżentazzjoni ta' talbiet u l-miżuri l-oħra mitluba. Avviż bħal dan għandu wkoll jindika jekk il-kredituri li t-talbiet tagħhom ikunu preferenzali jew assigurati in rem jenħtiegx li jippreżentaw it-talbiet tagħhom.

Artikolu 41

Kontenut ta' preżentazzjoni ta' talba

Kreditur għandu jibgħat kopji ta' dokumenti sostenituri, jekk ikun hemm, u għandi jindika n-natura tat-talba, id-data li fiha din tkun saret u l-ammont tagħha, kif ukoll jekk jallegax preferenza, sigurtà in rem jew reserva ta' titolu fir-rigward ta' talba u liema assi jkunu koperti bil-garanzja li jinvoka.

Artikolu 42

Lingwi

1. L-informazzjoni pprovduta fl-Artikolu 40 għandha tiġi pprovduta bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istat li jiftaħ l-proċedimenti. Għal dan l-iskop, għandha tintuża formola li jkollha l-intestatura "Stedina għal preżentazzjoni ta' talba". Limiti taż-żmien li għandhom jiġu osservati bil-lingwi uffiċjali kollha ta' l-Istituzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea'.

2. Xi kreditur li jkollu r-residenza abitwali tiegħu, id-domiċilju jew l-uffiċju rreġistrat f'xi Stat Membru apparti minn dak l-Istat tal-bidu tal-proċedimenti jista' jippreżenta t-talba tiegħu fil-lingwa uffiċjali jew waħda mill-lingwi uffiċjali ta' dak l-Istat l-ieħor. F'dak il-każ, b'dana kollu, il-preżentazzjoni tat-talbiet tiegħu għandhom ikollhom l-intestatura "Preżentazzjoni ta' talba" bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istat li jiftaħ il-proċedimenti. Barra minn hekk, dan jista' jiġi mitlub jipprovdi traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istat li jiftaħ il-proċedimenti.

KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 43

Applikabilità fiż-żmien

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw biss għal proċedimenti ta' falliment miftuħa wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Atti magħmula minn debitur qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jiġu rregolati bil-liġi li tapplika għalihom fiż-żmien ta' meta saru.

Artikolu 44

Relazzjonijiet għal Konvenzjonijiet

1. Wara li jidħol fis-seħħ, dan ir-Regolament jibdel, f'dak li għandi x'jaqsam ma' materji msemmija hemmhekk, fir-relazzjonijiet bejn Stati Membri, il-Konvenzjonijiet konklużi bejn tnejn jew aktar Stati Membri,b' mod partikolari

(a) il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u Franza dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Validità u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet ta' Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmat f'Pariġi fit-8 ta' Lulju 1899;

(b) il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Awstrija dwar Falliment, Għeluq ta' Negozju, Arranġamenti, Komposizzjoni u Sospenzjoni ta' Pagamenti (bi Protokoll Addizzjonali tat-13 ta' Ġunju 1973), iffirmata fi Brussel fis-16 ta' Lulju 1969;

(ċ) il-Konvenzjoni bejn il-Belġju u l-Olanda dwar il-Ġurisdizzjoni Territorjali, Falliment u l-Validità u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi, Għotjiet ta' Arbitraġġ u Strumenti Awtentiċi, iffirmat fi Brussel fit-28 ta' Marzu 1925;

(d) it-Trattat bejn il-Ġermanja u l-Awstrija dwar Falliment, Għeluq ta' Negozju, Arranġamenti u Komposizzjoni, iffirmat fi Vjenna fil-25 ta' Mejju 1979;

(e) il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Awstrija dwar il-Ġurisdizzjoni, l-Għarfien u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi dwar Falliment, iffirmata fi Vjenna fis-27 ta' Frar 1979;

(f) il-Konvenzjoni bejn Franza u l-Italja dwar l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'Ruma fit-3 ta' Ġunju 1930;

(g) il-Konvenzjoni bejn l-Italja u l-Awstrija dwar Falliment, Għeluq ta' Negozju, Arranġamenti u Komposizzjoni, iffirmata f'Ruma fit-12 ta' Lulju 1977;

(h) il-Konvenzjoni bejn ir-Renju ta' l-Olanda u r-Repubblika Federali Ġermaniża dwar l-Għarfien Reċiproku u l-Eżekuzzjoni ta' Sentenzi u l-Istrumenti l-oħra Eżegwibbli f'Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f'The Hague fit-30 ta'Awissu 1962;

(i) il-Konvenzjoni bejn ir-Renju Unit u r-Renju tal-Belġju li jipprovdi għall-Eżekuzzjoni Reċiproka ta' Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali, bi Protokoll, iffirmata fi Brussel fit-2 ta' Mejju 1934;

(j) il-Konvenzjoni bejn id-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja, l-Isvezja u l-Islanda dwar Falliment, iffirmata f'Copenhagen fis-7 ta' Novembru 1933;

(k) il-Konvenzjoni Ewropea dwar Ċerti Aspetti Internazzjonali ta' Falliment, iffirmata f'Istanbul fil-5 ta' Ġunju 1990.

2. Il-Konvenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu effettivi fir-rigward ta' proċedimenti miftuħa qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3. Dan ir-Regolament m'għandux japplika:

(a) f'xi Stat Membru, sal-limitu li ma jkunx jaqbel ma' l-obbligi li joriġinaw in relazzjoni ma' falliment minn konvenzjoni konkluża minn dak l-Istat ma' wieħed jew aktar pajjiżi terzi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament;

(b) ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' fuq, sal-limiti li dan ma jkunx jaqbel ma' l-obligazzjonijiet li joriġinaw in relazzjoni ma' falliment u l-għeluq ta' negozju ta' kumpaniji li ma jkunux solventi minn xi arranġamenti mal-Commonwealth li jkunu eżistenti fil-waqt meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

Artikolu 45

Emendi għall-Annessi

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq l-inizjativa ta' wieħed mill-membri tiegħu jew fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jemenda l-Annessi.

Artikolu 46

Rapporti

Mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2012, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku w Soċjali rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jekk ikun hemm bżonn, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat bi proposti għal adozzjoni ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 47

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta' Mejju 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Mejju 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Costa

[1] L-opinjoni mgħotija fit-2 ta' Marzu 2000 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] L-opinjoni mgħotija fis-26 ta' Jannar 2000 (li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 299, tal-31.12.1972, p. 32.

[4] ĠU L 204, tat-2.8.1975, p. 28; ĠU L 304, tat-30.10.1978, p. 1; ĠU L 388, tal-31.12.1982, p. 1; ĠU L 285, tat-3.10.1989, p. 1; ĠU C 15, tal-15.1.1997, p. 1.

[5] ĠU L 166, tal-11.6.1996, p. 45.

[6] Nota ta' Dikjarazzjoni mill-Portugall li tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikoli 26 u 37 (ĠU C 183, tat-30.6.2000, p. 1).

[7] Nota ta' Dikjarazzjoni mill-Portugall li tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikoli 26 u 37 (ĠU C 183, tat-30.6.2000, p. 1).

--------------------------------------------------

L-ANNESS A

Proċedimenti ta' falliment imsemmija fl-Artikolu 2(a)

BELGIËBELGIQUE

- Het faillissementLa faillite

- Het gerechtelijk akkoordLe concordat judiciaire

- De collectieve schuldenregelingLe règlement collectif de dettes

DEUTSCHLAND

- Das Konkursverfahren

- Das gerichtliche Vergleichsverfahren

- Das Gesamtvollstreckungsverfahren

- Das Insolvenzverfahren

EΛΛΑΣ

- Πτώχευση

- Η ειδική εκκαθάριση

- Η προσωρινή διαχείριση εταιριας. Η διοκηση και η των πισττών

- Η υπαγωγή επιχείρησης υπό επίτροπο με σκοπο τη σύναψη συμβιβασμού με τους πιστωτές

ESPAÑA

- Concurso de acreedores

- Quiebra

- Suspensión de pagos

FRANCE

- Liquidation judiciaire

- Redressement judiciaire avec nomination d'un administrateur

IRELAND

- Compulsory winding-up by the court

- Bankruptcy

- The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent

- Winding-up in bankruptcy of partnerships

- Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a Court)

- Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution

- Company examinership

ITALIA

- Fallimento

- Concordato preventivo

- Liquidazione coatta amministrativa

- Amministrazione straordinaria

- Amministrazione controllata

LUXEMBOURG

- Faillite

- Gestion contrôlée

- Concordat préventif de faillite (par abandon d'actif)

- Régime spécial de liquidation du notariat

NEDERLAND

- Het faillissement

- De surséance van betaling

- De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

- Das Konkursverfahren

- Das Ausgleichsverfahren

PORTUGAL

- O processo de falência

- Os processos especiais de recuperação de empresa, ou seja:

- A concordata

- A reconstituição empresarial

- A reestruturação financeira

- A gestão controlada

SUOMIFINLAND

- Konkurssikonkurs

- Yrityssaneerausföretagssanering

SVERIGE

- Konkurs

- Företagsrekonstruktion

UNITED KINGDOM

- Winding-up by or subject to the supervision of the court

- Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court)

- Administration

- Voluntary arrangements under insolvency legislation

- Bankruptcy or sequestration

--------------------------------------------------

L-ANNESS B

Proċedimenti ta' għeluq ta' negozju li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2(c)

BELGIËBELGIQUE

- Het faillissementLa faillite

DEUTSCHLAND

- Das Konkursverfahren

- Das Gesamtvollstreckungsverfahren

- Das Insolvenzverfahren

ΕΛΛΑΣ

- Πτώχευση

- Η ειδική εκκαθάριση

ESPAÑA

- Concurso de acreedores

- Quiebra

- Suspensión de pagos basada en la insolvencia definitiva

FRANCE

- Liquidation judiciaire

IRELAND

- Compulsory winding-up

- Bankruptcy

- The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent

- Winding-up in bankruptcy of partnerships

- Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a court)

- Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution

ITALIA

- Fallimento

- Liquidazione coatta amministrativa

LUXEMBOURG

- Faillite

- Régime spécial de liquidation du notariat

NEDERLAND

- Het faillissement

- De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

- Das Konkursverfahren

PORTUGAL

- O processo de falência

SUOMIFINLAND

- Konkurssikonkurs

SVERIGE

- Konkurs

UNITED KINGDOM

- Winding-up by or subject to the supervision of the court

- Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court)

- Bankruptcy or sequestration

--------------------------------------------------

L-ANNESS Ċ

Likwidaturi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 2(b)

BELGIËBELGIQUE

- De curatorLe curateur

- De commissaris inzake opschortingLe commissaire au sursis

- De schuldbemiddelaarLe médiateur de dettes

DEUTSCHLAND

- Konkursverwalter

- Vergleichsverwalter

- Sachwalter (nach der Vergleichsordnung)

- Verwalter

- Insolvenzverwalter

- Sachwalter (nach der Insolvenzordnung)

- Treuhänder

- Vorläufiger Insolvenzverwalter

EΛΛΑΣ

- O σύνδικος

- O προσωρινός διαχειριστής. H διοικούσα επιτροπή των πιστωτών

- O ειδικός εκκαθαριστής

- O επίτροπος

ESPAÑA

- Depositario-administrador

- Interventor o Interventores

- Síndicos

- Comisario

FRANCE

- Représentant des créanciers

- Mandataire liquidateur

- Administrateur judiciaire

- Commissaire à l'exécution de plan

IRELAND

- Liquidator

- Official Assignee

- Trustee in bankruptcy

- Provisional Liquidator

- Examiner

ITALIA

- Curatore

- Commissario

LUXEMBOURG

- Curateur

- Commissaire

- Liquidateur

- Conseil de gérance de la section d'assainissement du notariat

NEDERLAND

- De curator in het faillissement

- De bewindvoerder in de surseance van betaling

- De bewindvoerder in de schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

- Masseverwalter

- Ausgleichsverwalter

- Sachwalter

- Treuhänder

- Besondere Verwalter

- Vorläufiger Verwalter

- Konkursgericht

PORTUGAL

- Gestor judicial

- Liquidatário judicial

- Comissão de credores

SUOMIFINLAND

- Pesänhoitajaboförvaltare

- Selvittäjäutredare

SVERIGE

- Förvaltare

- God man

- Rekonstruktör

UNITED KINGDOM

- Liquidator

- Supervisor of a voluntary arrangement

- Administrator

- Official Receiver

- Trustee

- Judicial factor

--------------------------------------------------

Top