EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R0657

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 657/2000 tas-27 ta' Marzu 2000 dwar djalogu eqreb mas-settur tas-sajd u ma gruppi milquta mill-politika komuni tas-sajd

OJ L 80, 31.3.2000, p. 7–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 04 Volume 004 P. 232 - 233
Special edition in Estonian: Chapter 04 Volume 004 P. 232 - 233
Special edition in Latvian: Chapter 04 Volume 004 P. 232 - 233
Special edition in Lithuanian: Chapter 04 Volume 004 P. 232 - 233
Special edition in Hungarian Chapter 04 Volume 004 P. 232 - 233
Special edition in Maltese: Chapter 04 Volume 004 P. 232 - 233
Special edition in Polish: Chapter 04 Volume 004 P. 232 - 233
Special edition in Slovak: Chapter 04 Volume 004 P. 232 - 233
Special edition in Slovene: Chapter 04 Volume 004 P. 232 - 233

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32011R0693

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/657/oj

32000R0657



Official Journal L 080 , 31/03/2000 P. 0007 - 0008


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 657/2000

tas-27 ta' Marzu 2000

dwar djalogu eqreb mas-settur tas-sajd u ma gruppi milquta mill-politika komuni tas-sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 dwar dan,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Sabiex ir-rappreżentanti ta' l-industrija tal-prodotti tas-sajd u l-akwakultura flimkien mal-gruppi l-oħra interessati jingħataw rwol ikbar fit-tfassil, l-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd (CFP), huwa meħtieġ illi jiġi stabbilit djalogu eqreb ma' dawn il-gruppi u li jsir iktar trasparenti l-proċess kollu tat-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment fl-istadji tat-tħejjija.

(2) In vista ta' l-inkarigi tal-Kumitat tal-Pariri fuq is-Sajd u l-Akwakultura (ACFA) mġedded bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/478/KE [1], dawn l-għanijiet ta' djalogu eqreb u ta' trasparenza jistgħu jiġu ffaċilitati bid-dħul ta' miżuri ġodda sabiex tittejjeb l-organizzazzjoni tal-laqgħat ta' l-ACFA, minn banda waħda, u l-komunikazzjoni lill-gruppi interessati ta' tagħrif li jirrigwarda l-kwistjonijiet konċernati u r-riżultati miksuba, mill-banda l-oħra.

(3) Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-kummerċ għandhom jingħataw għajnuna fit-tħejjija tal-laqgħat ta' l-ACFA bil-ħsieb illi jiġi stimulat studju komprensiv tal-kwistjonijiet involuti fiċ-CFP u l-impatt ta' dawn il-miżuri, illi jiġu inkoraġġiti inizjattivi mill-industrija u li jiġu mfittxija, jekk possibbli, posizzjonijiet komuni fuq proposti abbozzati mill-Kummissjoni.

(4) Sabiex jittejbu ċ-ċirkostanzi li fihom jittieħdu d-deċiżjonijiet, l-industrija għandha tiġi mgħarrfa fi stadju bikri dwar l-inizjattivi pjanati fil-waqt li l-miri u d-dettalji tal-miżuri differenti taċ-CFP għandhom jiġu mfissra lill-gruppi kollha interessati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, il-Kummissjoni għandha ġġorr in-nefqa fuq:

- il-laqgħat irranġati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-kummerċ li jkollhom il-mira illi jħejju l-laqgħat tal-Kumitat tal-Pariri fuq is-Sajd u l-Akwakultura,

- l-ispjega ta' l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd u l-miżuri li għandhom x'jaqsmu magħha, u b'mod partikolari l-proposti tal-Kummissjoni u tal-firxa tat-tagħrif rilevanti f'dan il-qasam lill-industrija tas-sajd u lill-gruppi interessati, filwaqt li jinżamm kuntatt regolari ma' l-organizzazzjonijiet u l-gruppi interessati.

Jistgħu jiġu provduti wkoll fondi għal laqgħat ta' esperti rranġati mill-Kummissjoni biex jiffinanzjaw l-attivitajiet li għalihom saret referenza fit-tieni inċiż ta' l-ewwel sottoparagrafu.

L-Artikolu 2

Il-Kummissjoni tista' twettaq kull verifika li tikkunsidra meħtieġa sabiex tiżgura l-konformità mal-kondizzjonijiet u t-twettieq ta' l-inkarigi assenjati b'dan ir-Regolament lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-kummerċ, li għandhom jgħinu lir-rappreżentanti maħtura għal dan il-għan mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Marzu 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Gomes

[1] ĠU L 187, ta' l-20.7.1999, p. 70.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Spejjez maħruġa mill-organizazzjonijiet Ewropej tal-kummerċ biex jirranġaw il-laqgħat ta' tħejjija għal-laqgħat tal-Kumitat tal-Pariri fuq is-Sajd u l-Akwakultura (ACFA)

L-ispejjeż ta' l-ivjaġġar u ta' l-akkommodazzjoni tal-membri ta' l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-kummerċ li jeħtieġilhom jivjaġġaw sabiex iħejju l-laqgħat ta' l-ACFA jkunu eliġibbli.

L-ispejjeż relatati ma' laqgħat ta' l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-kummerċ li m'għandhom x'jaqsmu ma laqgħat ta' l-ACFA u spejjeż għajr dawk riferiti fl-ewwel sottoparagrafu ma jkunux eliġibbli.

Kull sena, bħala funzjoni tar-riżorsi finanzjarji disponibbli u fil-proporzjon ta' l-intitolamenti waqt kumitat plenarju ta' l-ACFA, kull organizzazzjoni tal-kummerċ li hija membru tal-laqgħa plenarja ta' l-ACFA tkun allokata drittijiet għall-ġbid ta' flus skond kull ftehim finanzjarju mal-Kummissjoni.

Dawn id-drittijiet għall-ġbid ta' flus u n-nefqa medja ta' kull vjaġġ minn membru ta' organizzazzjoni tal-kummerċ (approssimativament 750 Euro fis-sena 1998) jistabbilixxu n-numru ta' vjaġġi li għalihom tista' tkun responsabbli finanzjarjament kull organizzazzjoni bil-għan li jitħejjew laqgħat, imnaqqsa b'massimu ta' 20 % ta' l-ammont tad-dritt għall-ġbid tal-flus li jinżamm b'rata waħda għal kulħadd minn kull organizzazzjoni sabiex tkopri l-ispejjeż organizzattivi u amministrattivi marbuta strettament ma' l-organizzazzjoni tal-laqgħat ta' tħejjija.

Il-komunikazzjoni mal-gruppi kollha interessati

Dan jinkludi, fuq l-inzjattiva tal-Kummissjoni:

- il-produzzjoni u t-tixrid ta' materjal dokumentarju mfassal skond il-ħteġijiet speċifiċi tal-gruppi interessati (materjal miktub, awdjo-viżiv u elettroniku) bażat prinċipalment fuq stħarriġ magħmul fost dawn il-gruppi;

- li jipprovdi aċċess wiesa' ħafna għal fatti magħrufa (data) u materjal ta' spjega rigward proposti b'mod partikolari tal-Kummissjoni permezz ta' l-iżvilupp tal-website ta' l-Internet u li jipproduċi kull pubblikazzjoni regolari, kif ukoll li jorganizza seminars ta' tagħrif u taħriġ għal dawk li jsawru l-opinjonijiet.

Il-miżuri li għalihom saret referenza fl-ewwel u t-tieni inċiżi jitwettqu minn kuntratturi esterni magħżula b'sejħa għall-offerti.

--------------------------------------------------

Top