EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2759

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2759/1999 tat-22 ta' Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr 1268/1999 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u ta' lvant fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoniTest b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 331, 23.12.1999, p. 51–54 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 032 P. 235 - 238
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 032 P. 235 - 238
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 032 P. 235 - 238
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 032 P. 235 - 238
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 032 P. 235 - 238
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 032 P. 235 - 238
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 032 P. 235 - 238
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 032 P. 235 - 238
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 032 P. 235 - 238

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 03/01/2005

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2759/oj

31999R2759



Official Journal L 331 , 23/12/1999 P. 0051 - 0054


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2759/1999

tat-22 ta' Diċembru 1999

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nr 1268/1999 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u ta' lvant fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u ta' lvant fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni [1], u partikolarment l-Artikoli 9(2) u 12 (1) (1) tiegħu,

Billi:

(1) il-miżuri ta' qabel l-adeżjoni tal-Komunità għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u ta' lvant (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejjħa "SAPARD") kif provdut għalihom fir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għandhom jirrelataw b'mod partikolari għall-kontribuzzjoni għat-tħaddim mill-pajjiżi applikanti ta' l-acquis communautaire li jikkonċerna l-politika agrikola komuni u politiċi relatati, kif ukoll is-soluzzjoni ta' problemi prijoritarji u speċifiċi għall-adattament tas-settur agrikolu u ż-żoni rurali fil-pajjiżi applikanti;

(2) l-appoġġ mogħti skond is-SAPARD għandu jżomm kont b'mod partikolari ta' l-effett tiegħu fuq it-tħaris ta' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli ta' l-ekonomiji tal-pajjiż applikant konċernat u l-prinċipji tal-politika ta' koeżjoni soċjali; l-appoġġ Komunitarju m'għandux jieħu post il-fondi disponibbli f'kull pajjiż applikant u għandu jikkomplimenta l-azzjonijiet nazzjonali korrispondenti jew ikompli jżid magħhom;

(3) f'dan il-qafas, bħala prinċipju ġenerali, l-appoġġ għandu jingħata skond ir-regoli fis-seħħ għall-appoġġ ta' żvilupp rurali fil-Komunità, u, b'mod partikolari, skond l-għanijiet prinċipali u għodda stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nu 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti [2] u r-Regolament tal-Kummussjoni (KE) Nru 1750/1993 [3] li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament imsemmi hawn fuq;

(4) miżuri partikolari msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 huma simili għal miżuri msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u għandhom għalhekk jiġu mplimentati mill-pajjiżi applikanti kemm jista' jkun skond il-prinċipji ta' implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri fil-Komunità; għandha ssir referenza għall-kondizzjonijiet li jridu jiġu applikati fir-rigward ta' dawn il-miżuri;

(5) sabiex jinstab rimedju għan-nuqqasijiet strutturali li jeffettwaw il-provvista u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli li ġejjin min nuqqas ta' organizzazzjoni tal-produtturi fil-pajjiżi applikanti, appoġġ huwa meħtieg biex iħeġġeġ it-twaqqif ta' gruppi ta' produtturi; għal dan il-għan, l-appoġġ għandu jingħata għall-perjodu transitorju ta' qabel l-adeżjoni skond il-prinċipji rilevanti tal-Komunità, filwaqt li jitbegħdu minnhom jew jikkomplimentawhom fejn dan hu neċessarju biex jiġu ndirizzati s-sitwazzjonijiet partikolari fil-pajjiżi applikanti;

(6) miżuri oħra msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 jistgħu jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Komunità sakemm jagħmlu parti mill-programm approvat mill-Kummissjoni;

(7) ir-regoli għall-eliġibilità ta' spiża skond SAPARD għandhom iqiesu l-perjodu li fih japplika ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999, kif ukoll il-ħtieġa ta' perjodu minimu li fih l-impriżi għandhom jibqgħu sostanzjalment mhux mibdula biex jiksbu l-għan tagħhom; kondizzjonijiet speċifiċi ta' eliġibilità ta' spiża għandhom jiġu miftiehma fil-qafas ta' ftehim bilaterali bejn il-Komunità u l-pajjiżi applikanti differenti;

(8) l-implimentazzjoni ta' SAPARD għandu jitwettaq skond il-linji ta' gwida stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi disposizzjonijiet ġenerali fuq il-Fondi Strutturali [4]; skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999, il-Kummissjoni u l-pajjiż applikant għandhom jiftehmu flimkien fuq il-proċeduri li jikkonċernaw is-sorveljanza ta' l-implimentazzjoni tal-programm, huwa madankollu neċessarju li jiġu definiti l-indikaturi f'din il-proċedura; għal dan l-eżerċizzju l-indikaturi mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 għandhom jiġu kkonsidrati;

(9) billi għajnuna mill-appoġġ tal-Komunità għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u ta' lvant fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni flimkien ma' l-għajnuna mill-Komunità skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi Strument għall-Politika Strutturali għall-Qabel l-Adeżjoni [5] għandhom jiġu kordinati fi ħdan il-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1266/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-kordinament ta' għajnuna għall-pajjiżi applikanti fil-qafas ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [6];

(10) il-miżuri li hemm provdut għalihom f'dan ir-Regolament huma bi skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Strutturi AgrikolI u Żvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 dwar l-appoġġ Komunitarju għall-miżuri ta' qabel l-adeżjoni għall-biedja u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi applikanti ta' l-Ewropa ċentrali u ta' lvant fil-perjodu ta' qabel l-adeżjoni.

Artikolu 2

Investimenti f'azjendi agrikoli

1. Appoġġ jista' jingħata għall-investimenti agrikoli skond il-kondizzjonijiet previsti fit-Titolu II, Kapitolu I tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 bl-eċċezzjoni għal l-Artikolu 7 ta' dak il-kapitolu.

2. Appoġġ għall-investiment għandu jingħata lill-azjendi agrikoli:

- li jħarsu l-istandards minimi nazzjonali marbuta ma' l-ambjent, iġjene u saħħa ta' l-annimali fiż-żmien meta tittieħed id-deċiżjoni li jingħata l-appoġġ, u

- li għalihom għandha tiġi murija vijabilità ekonomika fl-aħħar tat-twettieq ta' l-investiment.

Madankollu, fejn livelli minimi marbuta ma' l-acquis dwar l-ambjent, iġjene u saħħa ta' l-annimali jkunu ġew introdotti fil-ħin li tasal l-applikazzjoni, id-deċiżjoni li jingħata l-appoġġ għandha jkun bil-kondizzjoni li l-azjedna tħares dawn il-livelli ġodda sa l-aħħar tat-twettieq ta' l-investiment.

3. Kull pajjiż applikant għandu jwaqqaf limiti għall-investimenti totali eliġibbli għall-appoġġ kif ukoll standards aċċettabbli dwar il-ħila u l-kompetenza tal-bdiewa biex ikunu eliġibbli għall-appoġġ.

Artikolu 3

Titjib ta' l-ipproċessar u l-kummerċ ta' prodotti agrikoli u tas-sajd

1. Appoġġ jista' jingħata għal investimenti provduti fl-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 dwar it-titjib ta' l-ipproċessar u l-kummerċ tal-prodotti agrikoli u tas-sajd inklużi fl-Anness I tat-Trattat u li joriġinaw fil-pajjiżi applikanti jew mill-Komunità. L-investimenti fuq livell ta' bejgħ bl-imnut għandhom jitħallew barra mill-appoġġ.

2. Spiża eliġibbli tista' tinkludi:

(a) il-bini u x-xiri ta' propjeta immobbli, bl-eċċezzjoni ta' xiri ta' art;

(b) makkinarju ġdid u apaprat inkluż software elettroniku;

(ċ) spejjeż ġenerali, bħal drittijiet ta' periti, inġiniera u konsulenti, studji ta' vijabilità, akkwist ta' patenti u liċenzi, b'żieda ma' l-ispejjeż kif imsemmija f'(a) u (b) sa limitu massimu ta' 12 % ta' dik l-ispiża.

Artikolu 4

Agri-ambjent

Appoġġ jista' jingħata għal azzjonijiet previsti fit-Titolu II, Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, u li jitqiesu l-kondizzjonijiet inklużi fih, sakemm jirrigwardaw azzjonijiet fuq livell pilota.

Tali azzjonijiet għandu jkollhom l-għan li jiżviluppaw esperjenza prattika fit-tħaddim ta' l-agri-ambjent sew fuq livell amministrattiv kif fuq dak ta' bidja.

Artikolu 5

Taħriġ

1. Appoġġ jista' jingħata għal azzjonijiet previsti fit-Titolu II, Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999, soġġett għall-kondizzjonijiet mniżżla fih.

2. Appoġġ għal taħriġ vokazzjonali m'għandux jinkludi korsijiet ta' istruzzjoni jew taħriġ li jifforma parti minn programmi normali jew sistemi ta' edukazzjoni dwar biedja u forestrija f'livelli sekondarji jew ogħla.

Artikolu 6

Gruppi ta' produtturi

1. Appoġġ jista' jingħata biex jiġi mħeġġeġ it-twaqqif, u biex jiffaċilita l-operazzjoni amministrattiva, ta' gruppi ta' produtturi, matul l-ewwel ħames snin wara d-data ta' rikonoxximent tagħhom.

2. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-gruppi ta' produtturi bil-għan li flimkien jaddattaw il-produzzjoni tal-produtturi li huma membri ta' tali gruppi għall-ħtiġijiet tas-suq, u, li flimkien iqegħdu prodotti fis-suq, inklużi ċ-ċentralizzazzjoni tal-bejgħ, it-tħejjija għall-bejgħ, u l-provvista lix-xerrejja bl-ingrossa, u, li jwaqqfu regoli komuni dwar tagħrif fuq il-prodott, partikolarment dwar il-ħsad u d-disponibilità, u li ġew formalment rikonoxxuti minn pajjiż applikant.

3. Appoġġ mgħoti lill-gruppi ta' produtturi wara l-1 ta' Jannar 2000 għall-ewwel ħames snin wara d-data li fiha jiġu rikonoxxuti, għandu jingħata għall-ispejjeż ta' twaqqif u tmexxija ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi, b'rata fissa.

4. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi determinata għal kull organizzazzjoni ta' produtturi fuq il-bażi tal-produzzjoni annwali kummerċjalizzata u għandha:

(a) tammonta għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba' u l-ħames sena għal 5 %, 5 %, 4 %, 3 % u 2 % rispettivament tal-valuri ta' produzzjoni fil-kummerċ sa EUR 1000000, u

(b) tammonta għall-ewwel, it-tieni, it-tielet, ir-raba' u l-ħames sena għal 2,5 %, 2,5 %, 2,0 %, 1,5 % u 1,5 % rispettivament tal-valuri ta' produzzjoni fil-kummerċ li jaqbżu EUR 1000000,

(ċ) tkun soġġetta għal limitu massimu ta' kull organizzazzjoni ta' produtturi ta':

- EUR 100000 għall-ewwel sena,

- EUR 100000 għat-tieni sena,

- EUR 800000 għat-tielet sena,

- EUR 60000 għar-raba' sena,

- EUR 50000 għall-ħames sena,

u għandhom jitħallsu bin-nifs kull sena.

Artikolu 7

Forestrija

1. Appoġġ jista' jingħata għal azzjonijiet previsti fl-Artikoli 29 u 30 bl-eċċezzjoni tas-sitt inċiż ta' l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 u soġġett għall-kondizzjonijiet mniżżla fih.

2. L-appoġġ għandu jingħata għat-tħawwil ta' sigar f'art agrikola sakemm dan it-tħawwil jkun adattat għall-kondizzjonijiet lokali u jkun kompatibbli ma' l-ambjent.

Appoġġ jista' barra mill-ispejjeż ta' tħawwil jinkludi ukoll premium annwali għal kull ettaru mħawwel biex ikopri ispejjeż ta' manutenzjoni sa perjodu ta' ħames snin.

3. Appoġġ għat-tħawwil ta' siġar f'art agrikola magħmul minn awtoritajiet pubbliċi għandu jkopri biss l-ispejjeż ta' twaqqif.

4. Appoġġ għat-tħawwil ta' siġar f'art agrikola m'għandux jingħata fir-rigward ta' tħawwil ta' siġar tal-Milied.

5. Fil-każ ta' tipi li jikbru malajr mkabbra għal żmien qasir, appoġġ għat-tħawwil ta' siġar għandu jingħata għall-ispejjeż ta' tħawwil biss.

Artikolu 8

Eliġibilitàs

1. Infieq fir-rigward ta' azzjonijiet skond il-miżuri deskritti fl-Artikoli 2 sa 7 ta' dan ir-Regolament u ta' kull miżura oħra msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għandu jkun eliġibbli għall-appoġġ mill-Komunità biss jekk dawk l-azzjonijiet jiffurmaw parti mill-programm ta' agrikoltura u żvilupp rurali approvat skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999.

2. L-infieq għandu jkun eliġibbli għall-appoġġ tal-Komunità biss jekk ikun tħallas mill-pajjiż applikant lill-benefiċjarju individwali ta' xi miżura ta' appoġġ ta' żvilupp rurali wara l-31 ta' Diċembru 1999, u wara d-data li fiha l-pjan ta' żvilupp rurali, jew kull emenda għal dan il-pjan relevanti mal-miżura konċernata jkun ġie sottomess jew komunikat lill-Kummissjoni. L-aħħar data minn dawn it-tnejn għandha tikkostitwixxi l-bidu għall-eliġibilità għall-ispejjeż.

Id-data finali għall-eliġibilità ta' impenn għandha tkun l-aħħar tas-sena finanzjarja 2006 jew id-data ta' adeżjoni tal-pajjiż applikant rilevanti, tkun liema tkun l-aktar kmieni.

3. Kwalunkwe operazzjoni għandha tibqa' eliġibbli biss jekk sa ħames snin mid-data ta' l-awtorizzazzjoni tal-pagament mill-aġenzija ta' ħlas tal-pajjiż applikant ma jsirilhiex tibdil sostanzjali:

(a) li jeffettwa n-natura tagħha jew l-kondizzjonijiet ta' tħaddim tagħha jew li jagħti lil xi ditta jew korp pubbliku vantaġġ mhux mistħoqq; u

(b) li jirriżulta jew minn xi tibdil fin-natura tas-sidien ta' xi parti mill-infrastruttura jew xi twaqqif jew tibdil fil-post ta' attività ta' produzzjoni.

Artikolu 9

Awtorità amministrattiva

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kull pajjiż applikant iwaqqaf u jħaddem, bl-aħjar mod, awtorità amministrattiva li tkun responsabbli għall-ġestjoni effiċjenti u korretta tal-programm.

Artikolu 10

Indikaturi ta' sorveljanza

L-indikaturi speċifiċi fiżiċi, ambjentali u finanzjarji applikati fis-sorveljanza tat-tħaddim tal-programm għandom iqisu l-elementi msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nr 1260/1999.

Artikolu 11

Rapporti annwali u finali

Ir-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-regolament (KE) Nru 1268/1999 għandhom, flimkien ma' l-elementi msemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 applikabbli kif xieraq, ikollhom l-indikaturi fiżiċi għal kull miżura.

Artikolu 12

Valutazzjonijiet

L-istimi u valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għandhom jitwettqu skond il-proċeduri ta' valutazzjoni provduti fit-Titolu IV, Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u Kapitolu III, Sezzjoni 5 tar-Regolament (KE) Nru 1750/1999.

Artikolu 13

Disposizzjonijiet finali

Il-kondizzjonijiet dettaljati għal appoġġ u eliġibilità ta' spejjeż fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jittieħed kont tal-linji ta' gwida tal-Kummissjoni mwaqqfa għall-Istati Membri, se jiġu stabbiliti fi fteħim bilaterali milħuq bejn il-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, u kull pajjiż applikant.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika fir-rigward ta' appoġġ tal-Komunità mill-1 ta' Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-inier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 87.

[2] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80.

[3] ĠU L 214, tat-13.8.1999, p. 31.

[4] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

[5] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 73.

[6] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 68.

--------------------------------------------------

Top