EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1266

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 1266/1999 Ta'l-21 ta' Ġunju 1999 dwar il-koordinazzjoni tal-għajnuna lill-pajjiżi applikanti fil-qafas ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89

OJ L 161, 26.6.1999, p. 68–72 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 031 P. 249 - 253
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 031 P. 249 - 253
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 031 P. 249 - 253
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 031 P. 249 - 253
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 031 P. 249 - 253
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 031 P. 249 - 253
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 031 P. 249 - 253
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 031 P. 249 - 253
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 031 P. 249 - 253

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32006R1085

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1266/oj

31999R1266



Official Journal L 161 , 26/06/1999 P. 0068 - 0072


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 1266/1999

Ta'l-21 ta' Ġunju 1999

dwar il-koordinazzjoni tal-għajnuna lill-pajjiżi applikanti fil-qafas ta' l-istrateġija ta' qabel l-adeżjoni u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 308 dwar dan,

Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

(1) Billi l-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu jirrakkomanda żieda sostanzjali f'għajnuna ta' qabel l-adeżjoni sabiex tinkludi, bħala żieda għal programmi Phare, għajnuna għall-agrikoltura u għal miżuri strutturali;

(2) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 622/98 tas-16 ta' Marzu 1998 dwar l-għajnuna lill-pajjiżi applikanti fil-qafas ta' strategija ta' qabel l-adeżjoni u b'mod partikolari fit-twaqqif ta' Partnerships ta' Adeżjoni [3] jipprovdi li dik is-sħubija għandha tkunu magħmula minn qafas għal żoni ta' prijorità u r-riżors disponibbli għal għajnuna ta' qabel l-adeżjoni;

(3) Billi r-Regolament (KE) Nru 1268/1999 [4] stabilixxa strument agrikolu għal applikazzjoni l-aktar f'oqsma bħal ma huma l-immoderniżżar ta' ishma agrikoli, titjib fil-proċessar u strutturi ta' distribuzzjoni, żviluppar f'attivitajiet ta' spezjonar u żvilupp rurali;

(4) Billi l-istrument strutturali maħluq bir-Regolament (KE) Nru 1267/1999 [5], huwa intenzjonat biex jiffinanzja infrastruttura fl-oqsma ta' trasport u ambjent;

(5) Billi l-programm Phare stabbilit bir-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [6], għandu fil-futur jiffoka fuq il-prijoritajiet essenzjali marbuta mal-adozzjoni ta' l-acquis communautaire, i.e. il-bini ta' kapaċitajiet amministrattivi u istituzzjonali tal-pajjiżi applikanti u l-iffinanzjar ta' investimenti ddisinjati biex jgħinuhom jikkonformaw mal-leġislazzjoni tal-Komunità malajr kemm jista' jkun;

(6) Billi huwa mportanti li jkun assigurat li l-ħidmiet tal-Komunità f'dawn it-tlett strumenti ta' pre-aċċessjoni jkollhom l-aqwa impatt ekonomiku;

(7) Billi l-paragrafu 17 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-Lussemburgu tat-12 u t-13 ta' Diċembru 1997 jipprovdi li għajnuna finanzjarja lill-pajjiżi nvoluti fil-proċess ta' tkabbir għandu jkun ibbażat, fl-allokazzjoni ta' għajnuna, fuq il-prinċipju ta' trattament ugwali, independentement miż-żmien ta' l-adeżjoni, filwaqt li attenzjoni partikolari tingħata lill-pajiżi li l-aktar ikollhom bżonn;

(8) Billi l-istrumenti ta' hawn fuq għandhom jibqgħu distinti imma għandu jkun hemm koordinazzjoni bejn il-ħidmiet li jsiru permess tagħhom u wkoll ix-xogħolijiet li jsiru bil-fondi tal-Bank Ewropew ta' l-investiment, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp, l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali l-oħra;

(9) Billi huwa meħtieġ li jkun hemm provvediment għal informazzjoni reċiproka u koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-pajjiżi kandidati għal kontrolli partikulari u verifikazzjoni fuq il-lok biex tkun assigurata l-effiċjenza tal-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji kif ukoll biex frodi u rregolaritajiet oħra jkunu kombattuti;

(10) Billi l-amministrazzjoni ta' għajuna għall-qabel l-adeżjoni għandha tkun diċentraliżżata gradwalment lejn il-pajjiżi applikanti nnifishom, wara li jkunu kkunsidrati il-kapaċitajiet ta' amministrazzjoni u ta' kontroll tal-finanzi, ħalli jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom aktar mil-qrib fil-proċess ta' għajnuna ta' qabel l-adeżjoni;

(11) Billi l-Kummissjoni għandha tissottometti rapporti regulari dwar l-għajuna ta' qabel l-adeżjoni lill-pajjiżi applikanti,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Koordinazzjoni u koħerenza bejn l-għajnuna mgħotija fil-qafas ta' strategija ta' qabel l-adeżjoni permess ta' l-istrument ta' żvilupp agrikolu w rurali (minn hawn il-quddiem "Strument ta' l-Agrikoltura"), l-Istrument Strutturali u Phare għandu jkun assigurat b'mod konformi ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Miżuri għal sostenn ta' żvilupp agrikolu w rurali kif imniżżel fl-Artikolu 2 ta' l-Istrument Agrikolu stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1268/1999 għandu jkun iffinanzjat b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 3

Proġetti ta' nvestiment fiż-żoni li ġejjin għandhom ikunu ffinanzjati mill-Istrument Strutturali ta' għajnuna ta' qabel l-adeżjoni kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1267/1999 u b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet dwar dan:

- miżuri ambjentali li jgħinu lill-pajjiżi benefiċjarji biex jikkonformaw mal-ħtiġijiet tal-liġi ambjentali tal-Komunità u mal-għanijiet tal-Partnerships tal-Adeżjoni,

- miżuri infrastrutturali tat-trasport li jinkoraġixxu l-mobilità sosstenibli, u b'mod partikolari dawk li joħolqu proġetti ta' interess komuni li jkunu bbażati fuq il-kriterja tad-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE [7] u dawk li jagħmluha possibli għal pajjiżi benefiċjarji li jimxu mal-għanijiet tal-Partnerships tal-Adeżjoni; dan jinkludi l-interkonnesjoni u l-interoperabilità ta' qafas nazzjonali kif ukoll mal-qafas trans-Ewropew flimkien mal-aċċess għal dawn il-qafas.

Artikolu 4

1. Fondi mogħtija permess tal-programm Phare għandhom iseħħu b'mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru 3906/89.

2. Ir-Regolament (KEE) Nru 3906/89 huwa b'hekk emendat biż-żieda ta' paragrafu ġdid Nru 3 għall-Artikolu 3 li jgħid hekk:

"3. Għal pajjiżi applikanti b'patti ta' sħubija ta' l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea, l-għoti ta' fondi permess tal-programm Phare għandhom jiffukaw fuq il-prijoritajiet prinċipali għal adozzjoni ta' l-acquis communautaire, i.e. il-bini ta' kapaċitajiet amminnistrattivi u stituzzjonali ta' l-Istati applikanti u nvestiment, ħlief għal dawk it-tipi ta' nvestimenti li jkunu ffinanzjati b'mod konformi mar-Regolamenti (KE) Nru 1267/1999 [8] u (KE) Nru 1268/1999 [9], Fondi tal-Phare jistgħu wkoll ikunu użati għal sabiex jiffinanzjaw il-miżuri fl-oqsma tal-ambjent, it-trasport u l-agrikoltura u ż-żvilupp rurali li jifformaw parti inċidentali imma indispensabbli fil-bini mill-ġdid ta' l-industrija integrata jew ta' programmi ta' żvilupp reġjonali."

Artikolu 5

Għajnuna għal skemi jew miżuri ffinanzjati fil-qafas ta' għajnuna ta' qabel l-adeżjoni tista' tkun mgħotija minn strument wieħed biss kif hemm referenza għaliħ f'dan ir-Regolament.

Artikolu 6

L-iffinanzjar ta' skemi jew miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament għandu jkun bla ħsara għall-issodisfar tal-wegħdi kif hemm fil-Ftehim Ewropew u kif imfakkar fir-Regolament (KE) Nru 622/98 u mal-kondizzjonijiet kif imniżżla fil-Partnerships ta' l-Adeżjoni, u wkoll dwar id-dispożizzjonijiet relevanti tar-Regolamenti (KEE) Nru 3906/89, (KE) Nru 1267/1999, (KE) Nru 1268/1999 u ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7

L-Istati benefiċjarji għandhom jikkontribwixxu għall-iffinanzjar ta' l-investimenti.

Artikolu 8

Skemi jew miżuri ffinanzjati permess ta' dawn it-tlett strumenti kif hemm referenza għalihom fl-Artikoli 2, 3 u 4 għandhom ikun deċiżi b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet kif stabbilit fir-Regolamenti relevanti għal dak l-istrument.

Artikolu 9

1. Il-Kumissjoni għandha tkun responsabbli għal ħidmiet ta' koordinazzjoni skond l-imsemmija tlett strumenti u b'mod konformi għall-istabbiliment ta' linji ta' gwida għal qabel l-adeżjoni ta' kull pajjiż. Għal dan il-għan għandha tkun mgħejjuna mill-kumitat stabbilit bis-saħħa ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89.

2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat li għaliħ hemm referenza fil-paragrafu 1 dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għal kull pajjiż u l-istrument ta' qabel l-adeżjoni, dwar l-azzjoni li tkun ħadet kif previst mill-Artikolu 10, u dwar id-deċiżjonijiet meħuda kif previst mill-Artikolu 12. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom ikunu kkomunikati lill-Qorti ta' l-awdituri.

Artikolu 10

Il-Kummissjoni għandha tassigura koordinazzjoni u koerenza bejn il-ħidmiet sottoskritti kif previst b'dan ir-Regolament permezz tal-budget tal-Kummissjoni, ħidmiet li jkunu akwistaw il-fondi mill-Bank ta' l-Investiment Ewropew jew strumenti oħra finanzjarji fil-Komunità, u ħidmiet li jkollhom il-fondi minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

Artikolu 11

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-għajnuna tal-Kommunità b'mod konformi mar-regoli ta' trasparenza u r-Regolament Finanzjarju applikkabli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 dwar dan.

2. Għajnuna tal-qabel l-adeżjoni għandha wkoll tkopri l-ispiża relatata mas-sorveljanza, l-ispezzjoni u l-valutazzjoni tal-ħidmiet.

3. Deċiżjonijiet finanzjarji u kull kuntratt jew strument ta' implementazzjoni li jirriżulta minn dan għandu jipprovdi b'mod speċifiku għall-ispezzjoni mill-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri li, jekk ikun hemm bżonn, għandu jseħħ fil-post.

Artikolu 12

1. Għażla tal-proġetti, ħruġ ta' offerti u kuntrattar mill-pajjiżi applikanti għandhom ikunu bla ħsara għal approvazzjoni ex-ante mill-Kummissjoni.

2. Il-Kummissjoni tista, madanakollu, tiddeċiedi, fuq il-bażi ta' analiżi nazzjonali ta' kull każ u tal-kapaċità settorjali tal-amministrazzjoni ta' programmi/proġetti, proċeduri u strutturi ta' kontroll finanzjarju dwar l-iffinanzjar pubbliku, li twarrab il-ħtieġa ta' l-approvazzjoni ex-ante kif hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 u tawtorizza l-aġenziji ta' implimentazzjoni fil-pajjiżi applikanti l-amministrazzjoni tal-għajnuna fuq bażi ta' diċentralizzazzjoni. Dan it-twarrib għandu jkun bla ħsara għal:

- il-kriterju minimu għall-assessjar ta' l-abilità ta' l-aġenziji ta' implimentazzjoni fil-pajjiżi applikanti ta' amministrazzjoni tal-kondizzjonijiet minimi applikabbli għal dawn l-aġenziji kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament;

- u dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw, inter alia, stediniet għal offerti, skrutinju u evalutazzjoni ta' l-offerti, l-għoti ta' kuntratti u l-implimentazzjoni ta' direttivi ta' prokurament publiku tal-Komunità, li għandhom ikunu stabbiliti fil-patti tal-ftehim ta' iffinanzjar ma' kull pajjiż benefiċjarju.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli li jiggvernaw l-ispezzjoni u l-valutazzjoni.

Artikolu 13

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lil Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-għajnuna ġenerali ta' qabel l-adeżjoni għal kull pajjiż.

Artikolu 14

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara li jkun ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli f'kull Stat Membru.

Magħmul fil-Lussemburgu, fil-21 ta' Ġunju 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

G. Verheugen

[1] ĠU C 140, tal-5.5.1998, p. 26 uĠU C 329, tas-27.10.1998, p. 13.

[2] L-opinjoni mgħotija fis-6 ta' Mejju 1999 (li għandha ma ġietx ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU L 85, ta' l-20.3.1998, p. 1.

[4] Ara paġna 87 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[5] Ara paġna 73 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali

[6] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 753/96 (ĠU L. 103, tas- 26.4.1996, p. 5).

[7] ĠU L 228, tad-9.9.1996, p. 1.

[8] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 73.

[9] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 87.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

KRITERJI MINIMI U KUNDIZZJONIJIET GĦAD-DIĊENTRALIZZAZZJONI TAL-AMMINISTRAZZJONI LILL-AĠENZIJI TA' IMPLIMENTAZZJONI FIL-PAJJIŻI APPLIKANTI (L-ARTIKOLU 12)

1. Il-kriterju minimu biex tkun assessjata l-abilità għall-amministrazzjoni tal-għajnuna ta' aġenziji ta' implimentazzjoni tal-għajnuna fil-pajjiżi applikanti.

Dawn il-kriterja li ġejjin għandhom jiġu wżati mill-Kummissjoni meta tassessja liema aġenziji li jimplimentaw fil-pajjiżi partikulari jkunu kapaċi li jamministraw l-għajnuna fuq bażi ta' diċentralizzazzjoni:

(i) għandu jkun hemm sistema imfissra ċar għal tmexxija ta' fondi b'regoli interni u kompluti ta' proċedura, b'responsabbiltajiet istituzzjonali u personali ċari;

(ii) il-prinċipju ta' separazzjoni tal-poteri għandu jkun irrispettat sabiex ma jkun hemm l-ebda riskju ta' xi kunflitt ta' interess fil-prokurament u pagament;

(iii) numru ta' impjegati adekwati għandu jkun disponibbli u assenjati għal dan ix-xogħol. Għandu jkollhom kapaċitajiet adekwati ta' verifika u esperjenza, kapaċità lingwistika u jkunu mħarrġa sewwa fil-programmi ta' implimentazzjoni tal-Komunità.

2. Kondizzjonijiet minimi għad-diċentraliżazzjoni tal-amministrazzjoni lil aġenziji ta' implimentazzjoni fil-pajjiżi applikanti.

Diċentralizzazzjoni għal pajjiżi applikanti b'kontroll ex post mill-Kummissjoni tista’ tkun ikkunsidrata għal aġenzija ta' implimentazzjoni meta l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(i) turija ta' kontrolli interni effettivi inkluż funzjoni ta' verifika independenti u sistema effettivi għaż-żamma tal-kontijiet u rapporti finanzjari li jissodisfaw livelli ta' verifika aċċettabbli fuq bażi internazzjonali;

(ii) verifika finanzjarja u operazzjonali li turi amministrazzjoni effettiva u fil-ħin tal-għajnuna mill-Komunità jew ta' miżuri nazzjonali ta' natura simili;

(iii) sistema ta' kontroll finanzjarju nazzjonali li wieħed jista’ jorbot fuqha fuq l-aġenzija ta' implementazzjoni;

(iv) regoli ta' l-akkwist li jkunu approvati mill-Kummissjoni bħala li jilħqu il-ħtiġijiet tat-Titolu IX tar-Regolament tal-Finanzi applikabbli għal estimi ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej;

(v) Impenn mill-Uffiċjal Nazzjonali li Jawtorizza li jerfa’ r-responsabbilità kollha finanzjarja u l-obbligi għall-fondi.

Din is-sistema m'għandhiex tippreġudika id-dritt tal-Kummissjoni u l-Qori ta' l-Awdituri li jeżaminaw in-nefqa.

--------------------------------------------------

Top