EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0015

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/15/KE tas-16 ta' Marzu 1999 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE dwar il-fanali indikaturi tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

OJ L 97, 12.4.1999, p. 14–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 023 P. 295 - 314
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 023 P. 295 - 314
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 023 P. 295 - 314
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 023 P. 295 - 314
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 023 P. 295 - 314
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 023 P. 295 - 314
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 023 P. 295 - 314
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 023 P. 295 - 314
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 023 P. 295 - 314
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 026 P. 114 - 133
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 026 P. 114 - 133
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 010 P. 92 - 110

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/15/oj

31999L0015



Official Journal L 097 , 12/04/1999 P. 0014 - 0032


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/15/KE

tas-16 ta' Marzu 1999

li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE dwar il-fanali indikaturi tad-direzzjoni għall-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' fanali indikaturi tad-direzzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendata mill-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

(1) Billi d-Direttiva 76/759/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tal-proċedura ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita mid-Direttiva 70/156/KEE; billi, b'konsegwenza, id-dispożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 70/156/KEE li għandhom x'jaqsmu mas-sistemi, l-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati tal-vetturi japplikaw għad-Direttiva 76/759/KEE;

(2) Billi, b'mod partikolari, l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 70/156/KEE jeħtieġu li kull Direttiva separata jkollha mehmuż magħha dokument ta' informazzjoni u wkoll ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip ibbażat fuq l-Anness VI mad-Direttiva 70/156/KEE sabiex l-approvazzjoni tat-tip tista' tiġi kompjuterizzata; billi ċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip previst fid-Direttiva 76/759/KEE għandu jiġi emendat kif xieraq;

(3) Billi l-proċeduri għandhom jiġu simplifikati sabiex tiġi miżmuma l-ekwivalenza maħsuba mill-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 70/156/KEE bejn xi Direttivi separati u r-regolamenti korrispondenti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN-ECE), meta dawk ir-regolamenti jiġu emendati; billi, bħala l-ewwel pass, il-ħtiġiet tekniċi tad-Direttiva 76/759/KEE għandhom jiġu mibdula b'dawk tar-Regolament UN-ECE Nru 6 permezz ta' referenza għal xulxin;

(4) Billi hu neċessarju li jiġi assigurat li jkun hemm konformità mal-ħtiġiet fid-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE [4], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/28/KE [5], u fid-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE [6], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kumissjoni 1999/17/KE [7];

(5) Billi l-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress tekniku stabbilit mid-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 76/759/KEE hi emendata kif ġej:

1. Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 hu mibdul b' li ġej:

"1. Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għal kwalunkwe tip ta' fanal indikatur tad-direzzjoni li jissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-eżami stabbiliti fl-Annessi rilevanti."

2. Fl-Artikolu 2, l-ewwel pragrafu hu mibdul b'li ġej:

"L-Istati Membri għandhom, għal kul tip ta' fanal indikatur tad-direzzjoni li japprovaw skond l-Artikolu 1, joħorġu lill-manifattur marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent li tikkonforma mal-mudell muri fl-Anness I, l-Appendiċi 3."

3. L-Artikolu 4 hu mibdul b' li ġej:

"L-Artikolu 4

L-awtoriatjiet kompetenti ta' l-Istat Membru għandhom jinfurmaw lil xulxin, permezz tal-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 70/156/KEE, b'kull approvazzjoni li jkunu taw, irrifjutaw jew irtiraw skond din id-Direttiva,"

4. L-artikolu 9 hu mibdul b' li ġej:

"L-Artikolu 9

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, "vettura" tfisser kwalunkwe vettura bil-mutur maħsuba għall-użu fit-triq, bil-karozzerija jew mingħajrha, li jkollha mill-inqas erba' roti u veloċità massima ddisinjata li taqbeż il-25km fis-siegħa, u l-karrijiet tagħha, ħlief għall-vetturi li jimxu fuq il-linji u t-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-makkinarju mobbli kollu."

5. L-Annessi huma mibdula bit-test fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. Mill-1 ta' Ottubru 1999, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja iktar mill-1 ta' April 1999, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawn it-testi, l-Istati Membri ma jistgħux għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu mal-fanali indikaturi tad-direzzjoni:

- jirrifjutaw, fir-rigward ta' tip ta' vettura jew tip ta' fanal indikatur tad- direzzjoni, li jagħtu approvazjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat- tip nazzjonali, jew

- jipprojibixxu r-reġistrazzjoni, l-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' vetturi, jew il-bejgħ jew id-dħul fis-servizz ta' fanal indikaturi tad-direzzjoni,

basta li l-fanali indikaturi tad-direzzjoni jikkonformaw mal-ħtiġiet tad-Direttiva 76/759/KEE, kif emendata minn din id-Direttiva, u li, sa fejn huma konċernati vetturi, huma installati skond il-ħtiġiet stipulati fid-Direttiva 76/756/KEE.

2. Mill-1 ta' April 2000 l-Istati Membri:

- ma'għandhomx iktar jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE, u

- jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali

għal kwaluhkwe tip ta' vettura għal raġunijiet li għandhom x'jaqsmu ma' fanali indikaturi tad-direzzjoni, u għal kwalunkwe tip ta' fanal indikatur tad-direzzjoni, jekk il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/759/KEE, kif emendata min din id-Direttiva mhumiex sodisfatti.

3. Mill-1 ta' April 2001 il-ħtiġiet tad-Direttiva 76/759/KEE li għandhom x'jaqsmu mal-fanali indikaturi tad-direzzjoni bħala komponenti, kif emendata minn din id-Direttiva, għandhom ikunu applikabbli għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 70/156/KEE.

4. Minkejja l-paragrafi 2 u 3, għall-iskopijiet tal-partijiet ta' tibdil l-Istati Membri għandhom jibqgħu jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' fanali indikaturi tad-direzzjoni, u jippermettu l-bejgħ u d-dħul fis-servizz tagħhom, skond il-verżjonijiet preċedenti tad-Direttiva 76/759/KEE sakemm dawn il-fanali indikaturi tad-direzzjoni:

- huma maħsuba li jiġu mwaħħla f'vetturi diġà użati, u

- jikkonformaw mal-ħtiġiet ta' dik id-Direttiva li kienu applikabbli meta l-vetturi kienu l-ewwel irreġistrati.

Artikolu 3

Il-paragrafi u l-annessi tar-Regolament Nru 6 UN-ECE, imsemmija fil-punt 1 ta' l-Anness II, għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej qabel l-1 ta' April 1999.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminsitrativi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa l-1 ta' Ottubru 1999, madanakollu, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja iktar mill-1 ta' April 1999, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' dan l-obbligu sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawn it-testi. Għandhom minnufih jinformaw lill-Kummissjoni b'dan.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 1999, jew, jekk il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fl-Artikolu 3 tittardja lil hinn mil-1 ta' April 1999, sitt xhur wara d-data attwali tal-pubblikazzjoni ta' dawk it-testi.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif din ir-riferenza għandha ssir.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fis-kamp kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Marzu 1999.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1.

[2] ĠU L 11, tas-16.1.1999, p. 25.

[3] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 71.

[4] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 1.

[5] ĠU L 171, tat-30.6.1997, p. 1.

[6] ĠU L 262, tas-27.9.1976, p. 96.

[7] ĠU L 97, tat-12.4.1999, p.45.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

"

LISTA TA' L-ANNESSI

L-ANNESS I | Dispożizzjonijiet amminsitrattivi għall-approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 1: | Id-dokument ta' informazzjoni |

Appendiċi 2: | Iċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip |

Appendiċi 3: | Il-mudelli tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent |

L-ANNESS II: | Ħtiġiet tekniċi |

L-ANNESS I

DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

1. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT

1.1. L-applikazzjoni għall-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għal tip ta' fanal indikaturtad-direzzjoni għandha tiġi sottomessa mill-manifattur.

1.2. Mudell għad-dokument ta' l-informazzjoni hu mogħti fl-Appendiċi 1.

1.3. Li ġej għandu jiġi sottomess lis-servizz tekniku responsabbli biex jikkonduċi t-testijiet ta' l-approvazzjoni tat-tip:

1.3.1. Żewġ kampjuni mgħammra bil-fanali jew il-fanali rakkomandati; jekk il-mezzimhumiex identiċi imma huma simetriċi u tajbin biex jiġu mmuntati wieħed fuq in-naħa ta-xellug u wieħed fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura, iż-żewġ kampjuni sottomessi jistgħu ikunu identiċi u tajbin biex jiġu mmuntati biss fuq in-naħa tal-lemin jew biss fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura; għall-indikatur tad-direzzjoni tal-kategorija 2b, l-applikazzjoni għandu wkoll ikollha magħha żewġ kampjuni tal-partijiet li jikkostitwixxu s-sistema li tassigura ż-żewġ livelli ta' intensità.

2. L-IMMARKAR

2.1. Il-mezzi sottomessi għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għandu jkollhom:

2.1.1. l-isem kummerċjali jew trade mark tal-manifattur;

2.1.2. fil-każ ta' fanali bis-sorsi tad-dawl sostitwibbli: it-tip(i) ta' bozza tal-filament preskritt;

2.1.3. fil-każ ta' fanal bis-sorsi tad-dawl li mhumiex sostitwibbli: il-vultaġġ u l-wattage nominali.

2.2. Dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jinqraw b'mod ċar u ma jitħassrux u għandhom ikunu mwaħħla mal-wiċċ li jarmi d-dawl, jew ma' wieħed mill-uċuh li jarmi d-dawl, tal-imezz. Għandhom ikunu visibbli minn barra meta l-imezz hu mwaħħal mal-vettura.

2.3. Kull mezz għandu jkollu biżżejjed spazju għall-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent. Dan l-ispazju għandu jintwera fuq id-disinni imsemmija fl-Appendiċi 1.

3. L-GĦOTI TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT

3.1. Jekk il-ħtiġiet rilevanti huma sodisfatti, l-approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(3) u, jekk applikabbli, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom jingħataw.

3.2. Mudell għaċ-ċertifikat ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE hu mogħti fl-Appendiċi 2.

3.3. Numru ta' l-approvazzjoni konformi ma' l-Anness VII mad-Direttiva 70/156/KEE għandu jkun mogħti lil kull tip ta' fanal indikatur tad-direzzjoni approvat. L-istess Stat Membru m'għandux jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta' fanal indikatur tad-direzzjoni.

3.4. Meta l-approvazzjoni ta' tip tal-KE ta' komponent hi mitluba għal tip ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal indikatur tad- direzzjoni u fanali oħrajn, numru wieħed ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent jista' jingħata sakemm il-fanal indikatur tad-direzzjoni jikkonforma mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva u kull wieħed mill-fanali l-oħrajn li jiffurmaw parti mill-imezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li għalihom l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent hi mitluba jikkonforma mad-Direttiva separata li tapplika għalih.

4. MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT

4.1. F'addizzjoni mal-marki msemmija fil-punt 2.1., kull fanal indikatur tad-direzzjoni li jikkonforma mat-tip approvat skond din id-Direttiva għandu jkollu marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent.

4.2. Din il-marka għandha tikkonsisti f:

4.2.1. rettangolu madwar l-ittra "e" u warajh in-numru jew l-ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip:

1 għall-Ġermanja

2 għal Franza

3 għall-Italja

4 għall-Olanda

5 għall-Isvezja

6 għall-Belġju

9 għal Spanja

11 għar-Renju Unit

12 għall-Awstrija

13 għal-Lussemburgu

17 għall-Finlandja

18 għad-Danimarka

21 għall-Portugall

23 għall-Greċja

IRL għall-Irlanda;

4.2.2. fil-qrib tar-rettangolu "in-numru bażi ta' l-approvazzjoni" miżmum fis-sezzjoni 4 tan-numru ta' l-approvazzjoni tat-tip imsemmi fl-Anness VII mad-Direttiva 70/156/KEE, preċedut minn żewġ ċifri li juru n-numru ta' sekwenza mogħti lill-emenda teknika maġġuri l-iktar riċenti lid-Direttiva 76/759/KEE fid-data li fiha l-approvazzjoni tat-tip tal- KE kienet mogħtija. F'din id-Direttiva in-numru ta' sekwenza hu 01;

4.2.3. simboli addizzjonali kif ġej:

4.2.3.1. wieħed jew iktar min-numri: 1, 1a, 1b, 2a, 2b, 3, 4, 5, jew 6, skond jekk il-imezz jappartjenix għal kategorija waħda jew iktar 1, 1a, 1b, 2a, 2b, 3, 4, 5, jew 6;

4.2.3.2. fuq mezzi li ma jistgħux jiġu mmuntati fuq ebda naħa tal-vettura b'mod mhux diskriminatorju, vleġġa li turi f'liema pożizzjoni l-imezz għandu jġi mmuntat (il-vleġġa għandha tkun diretta 'l barra mill-vettura fil-każ ta' mezzi tal-kategoriji 1, 1a, 1b, 2a u 2b u lejn 'il quddiem tal-vettura fil-każ ta' mezzi tal-kategoriji 3, 4, 5 u 6). F'addizzjoni, għal mezzi tal-kategorija 6 indikazzjoni "R" jew "L" għandha f'dan il-każ tintwera fuq il-imezz, li turi n-naħa tal-lemin jew tax-xellug tal-vettura;

4.2.3.3. fuq mezzi li jistgħu jintużaw bħala fanal wieħed u bħala parti minn assemblaġġ ta' żewġ fanali, l-ittra addizjonali "D" fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu msemmi fil-paragrafu 4.2.3.1.;

4.3. Il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għandha tkun imwaħħla mal-lenti tal-fanal jew ma' waħda mil-lentijiet b'tali mod li ma titħassarx u tkun tista' tinqara b'mod ċar anke meta l-fanali huma mwaħħla mal-vettura.

4.4. L-arranġament tal-marka ta' l-approvazzjoni.

4.4.1. Fanali indipendenti:

Eżempji tal-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent huma mogħtija fl-Appendiċi 3, Figura 1.

4.4.2. Fanali raggruppati, kkombinati jew reċiprokament inkorporati:

4.4.2.1. Meta numru wieħed ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent hu maħruġ, skond punt 3.4 fuq, għal tip ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl li jinkludi fanal indikatur tad-direzzjoni u fanali oħrajn, marka waħda ta' approvazzjoni tat-tip tal-Ke ta' komponent tista' tiġi mwaħħla, li tikkonsisti f':

4.4.2.1.1. rettangolu madwar l-ittra "e" u warajh in-numru jew l-ittri distintivi ta' l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip (ara l-punt 4.2.1);

4.4.2.1.2. in-numru bażi ta' l-approvazzjoni (ara l-punt 4.2.2., l-ewwel nofs sentenza);

4.4.2.1.3. jekk neċessarju, l-vleġġa meħtieġa, sa fejn din għandha x'taqsam ma' l-assemblaġġ sħiħ tal-fanal.

4.4.2.2. Din il-marka tista' tinstab kullimkien fuq il-fanali li huma raggruppati, kkumbinati jew reċiprokament inkorporati, sakemm:

4.4.2.2.1. tkun tidher wara l-istallazzjoni tal-fanali;

4.4.2.2.2. ebda komponenti li jittrażmettu d-dawl tal-fanali raggruppati, kkumbinati jew reċiprokament inkoporati ma jistgħu jitneħħew mingħajr ma titneħħa simultanjament il-marka ta' l-approvazzjoni.

4.4.2.3. Is-simbolu ta' identifikazzjoni għal kull fanal li jikkorrispondi għal kull Direttiva li konformi magħha l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent kienet mogħtija, flimkien man-numru tas-sekwenza (ara l-punt 4.2.2, it-tieni nofs sentenza) u, fejn neċessarju, l-ittra "D" u l-vleġġa meħtieġa għandhom ikunu mmarkati:

4.4.2.3.1. jew fuq il-wiċċ approprjat li jarmi d-dawl;

4.4.2.3.2. jew fi grupp, sabiex kull wieħed mill-fanali raggruppati, kumbinati jew reċiprokament inkorporati jkun jista' tiġi identifikata b'mod ċar.

4.4.2.4. Id-dimensjonijiet tal-komponenti ta' din il-marka m'għandhomx ikunu inqas mid-dimensjonijiet minimi speċifikati għall-marki idividwali mid-Direttivi varji li konformi magħhom l-approvazjoni tat-tip tal-KE ta' komponent kienet mogħtija.

4.4.2.5. Eżempji ta' marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għal fanal li hu raggruppat, kkumbinat jew reċiprokament inkorporat ma' fanali oħrajn huma mogħtija fl-Appendiċi 3, il-Figura 2.

4.4.3. Fanali reċiprokament inkorporati ma' fanali oħrajn, li l-lenti tagħhom tista' wkoll tintuża għal tipi oħrajn ta' headlamps:

4.4.3.1. id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 4.2.2. għandhom japplikaw;

4.4.3.2. f'addizzjoni, meta l-istess lenti hi użata, ta' l-aħħar jista' jkollha marki ta' l-approvazzjoni differenti li għandhom 'xjaqsmu mat-tipi differenti ta' headlamps jew unitajiet ta' fanali, sakemm il-qafas ewlieni tal-headlamp, anke jekk ma jistax jiġi sseparat mil-lenti, jinkludi wkoll l-ispazju deskritt fil-punt 2.3 u jkollu l-marki ta' l-approvazzjoni tal-funzjonijiet attwali;

4.4.3.3. jekk tipi differenti ta' headlamps jinkludu l-istess qafas ewlieni, ta' l-aħħar jista' jkollu l-marki ta' l-approvazzjoni differenti.

4.4.3.4. Eżempji ta' marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent għal fanali reċiprokament inkorporati ma' headlamp huma mogħtija fil-figura 3 ta' l-Appendiċi 3.

5. MODIFIKI TAT-TIP U EMENDI GĦALL-APPROVAZZJONIJIET

5.1. Fil-każ ta' modifiki tat-tip approvat skond din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tad-Direttiva 70/156/KEE għandhom japplikaw.

6. IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

6.1. Bħala regola ġenerali, il-miżuri biex jassiguraw il-konformità tal-produzzjoni għandhom jittieħdu konformi mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 70/156/KEE.

6.2. Kull fanal indikatur tad-direzzjoni għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet fotometriċi u kolorimetriċi speċifikati fil-paragrafi 6 u 8 [1]. Madanakollu, fil-każ ta' mezz magħżul saltwarjament minn serje ta' produzzjoni, il-ħtiġiet fejn għandha x'taqsam l-intensità minima tad-dawl mitfugħ (imkejla b'bozza tal-filament standard kif imsemmija fil-paragrafu 7 [2] għandhom ikunu limitati f'kull direzzjoni rilevanti għal 80 fil-mija tal-valuri minimi speċifikati fil-paragrafi 6.1 u 6.2 [3]

Appendiċi 1

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Appendiċi 3

EŻEMPJI TAL-MARKA TA' L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-KE TA' KOMPONENT

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 1

Il-mezz li jkollu l-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' komponent murija fuq huwa fanal indikatur tad-direzzjoni tal-kategorija 4, li ngħata l-approvazzjoni tat-tip fil-Ġermanja (e 1) skond din id-Direttiva (01) taħt in-numru bażi ta' approvazzjoni 1471, li jista' wkoll jiġi użat f'assemblaġġ ta' żewġ fanali. Il-vleġġa tipponta lejn 'il quddiem tal-vettura.

Id-Direzzjoni li fiha l-vleġeġ fuq il-marka ta' l-approvazzjoni tat-tip jippuntaw, skond il-kategorija tal-mezz hi indikata taħt:

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 2aImmarkar simplifikat ta' fanali raggruppati, kkumbinati jew reċiprokament inkorporati meta żewġ fanali jew iktar jiffurmaw parti mill-istess assemblaġġ(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-imezz ta' sinjalazzjoni bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka ta' l-approvazzjoni)MUDELL A

+++++ TIFF +++++

MUDELL B

+++++ TIFF +++++

MUDELL Ċ

Nota:

It-tliet eżempji ta' marki ta' l-approvazzjoni, il-mudelli A, B u Ċ jirrappreżentaw tliet alternattivi possibbli għall-immarkar ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew iktar jagħmlu parti mill-istess unità ta' fanali raggruppati, kumbinati jew reċiprokament inkorporati. Dawn il-marki ta' l-approvazzjoni juru li l-imezz kien approvat fil-Ġermanja (e1) bl-istess numru bażi ta' l-approvazzjoni 1712 u jinkludi:

Retro riflettur ta' klassi IA approvat skond id-Direttiva 76/757/KEE, Nru tas-sekwenza 02;

Indikatur tad-direzzjoni ta' wara tal-kategorija 2a approvat skond id-Direttiva 76/759/KEE, Nru tas-sekwenza 01:

Fanal ta' pożizzjoni aħmar fuq wara (R) approvat skond l-Anness II mad-Direttiva 76/758/KEE, Nru tas-sekwenza 02:

Fanal taċ-ċpar ta' wara (F) approvat skond id-Direttiva 77/538/KEEm Nru tas-sekwenza 00;

Fanal tar-rivers (AR) approvat skond id-Direttiva 77/539/KEE, Nru tas-sekwenza 00;

Fanal tal-waqfien b'żewġ livelli ta' intensità (S2) approvat skond l-Anness II mad-Direttiva 76/758/KEE, Nru tas-sekwenza 02;

Fanal tal-pjanċa ta' reġistrazzjoni ta' wara (L) approvat skond id-Direttiva 76/740/KEE, Nru tas-sekwenza 00.

+++++ TIFF +++++

Il-Figura 2bImmarkar simplifikat ta' fanali raggruppati, ikkumbinati jew reċiprokament inkorporati meta żewġ fanali jew iktar jiffurmaw parti mill-istess assemblaġġ(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-imezz ta' sinjalazzjoni bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka ta' l-approvazzjoni)MUDELL A

+++++ TIFF +++++

MUDELL B

+++++ TIFF +++++

MUDELL Ċ

+++++ TIFF +++++

MUDELL D

Nota:

L-erba' eżempji ta' marki ta' l-approvazzjoni, il-mudelli A, B, Ċ u D jirrappreżentaw erba' alternattivi possibbli għall-immarkar ta' mezz ta' dawl u ta' sinjalazzjoni bid-dawl meta żewġ fanali jew iktar jagħmlu parti mill-istess unità ta' fanali raggruppati, kumbinati jew reċiprokament inkorporati. Dawn il-marki ta' l-approvazzjoni juru li l-imezz kien approvat fil-Ġermanja (e1) bl-istess numru bażi ta' l-approvazzjoni 7120 u jinkludi:

Fanal ta' pożizzjoni ta' quddiem (A) approvat skond l-Anness II mad-Direttiva 76/758/KEE, Nru 02, għall-installazzjoni fuq in-naħa tax-xellug;

Headlamp (HCR) b'raġġ passanti ddisinjat għal traffiku fuq in-naħa tal-lemin u fuq in-naħa tax-xellug u raġġ għas-sewqan b'intensità massima kompriża bejn 86250 u 101250 candelas (kif indikat min-numru 30) approvat skond l-Anness V mad-Direttiva 76/761/KEE, sekwenza Nru 02, u li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik (PL);

Fanal taċ-ċpar ta' quddiem (B) approvat skond id-Direttiva 76/762/KEE, Nru tas-sekwenza 02, u li jinkorpora lenti ta' materjal tal-plastik (PL);

Fanal indikatur tad-direzzjoni ta' quddiem ta' kategorija 1a approvat skond id-Direttiva 76/759/KEE, Nru tas-sekwenza 01.

+++++ TIFF +++++

Figura 3Fanal reċiprokament inkorporat jew raggruppat ma' headlamp

L-eżempju t' hawn fuq jikkorrispondi għall-immarkar ta' lenti maħsuba biex tiġi użata f'tipi differenti ta' headlamps, jiġifieri:

jew:

headlamp b'raġġġ passanti ddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u raġġ tas-sewqan b'intensità luminuża massima bejn 86250 u 101250 candelas (kif muri bin numru 30) approvat fil-Ġermanja (e1) taħt in-numru bażi ta' approvazzjoni 7120 skond il-ħtiġiet ta' l-Anness IV għad-Direttiva 76/76/KRR, sekwenza Nru 04, li huwa inkorporat b'mod reċiproku ma' fanal indikatur tad-direzzjoni ta' quddiem kif approvat skond id-Direttiva 76/759/KEE, sekwenza Nru 01,

jew

headlamp b'raġġ passanti u raġġ tas-sewqan, iddisinjat għaż-żewġ sistemi tat-traffiku u approvat fil-Ġermanja (e1) bin-numru bażi ta' l-approvazzjoni 7122 skond il-ħtiġiet ta' l-Anness II mad-Direttiva 76/761/KEE, Nru tas-sekwenza 01, li hu reċiprokament inkorporat ma' l-istess fanal indikatur tad-direzzjoni ta' quddiem bħal fuq,

jew

anke kwalunkwe mill-headlamps imsemmija fuq approvati bħala fanal wieħed.

Il-qafas ewlieni tal-fanal għandu jkollu l-uniku numru validu ta' l-approvazzjoni, per eżempju:

+++++ TIFF +++++

jew

+++++ TIFF +++++

jew

+++++ TIFF +++++

jew

+++++ TIFF +++++

L-ANNESS II

ĦTIĠIET TEKNIĊI

1. Il-ħtiġiet tekniċi huma dawk stipulati fil-paragrafi 1 u 5 sa 8 u l-Annessi 1, 4 u 5 tar-Regolament UN-ECE Nru 6 li jikkonsisti f'konsolidazzjoni tad-dokumenti li ġejjin:

- is-serje ta' emendi 01 li tinkorpora s-Supplimenti 1 sa 5 tas-serje ta' emendi 01 u l-varji korriġendi għaliha [1]

- is-suppliment 6 mas-serje ta' emendi 01 [2]

- is-suppliment 7 mas-serje ta' emendi 01 [3]

ħlief li:

1.1. fejn hi magħmula riferenza għar-"Regolament Nru 48", dan għandu jkun mifhum bħala d-"Direttiva 76/756/KEE."

1.2. fejn hi magħmula riferenza għar-"Regolament Nru 37", dan għandu jkun mifhum bħala l-"L-Anness VII mad-Direttiva 76/761/KEE".

"

[1] Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta’ l-Anness II ma’ din id-Direttiva.

[2] Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta’ l-Anness II ma’ din id-Direttiva.

[3] Mid-dokumenti msemmija fil-punt 1 ta’ l-Anness II ma’ din id-Direttiva.

[1]

[2]

[3] TRANS/WP.29/518.

--------------------------------------------------

Top