EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0005

Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom

OJ L 91, 7.4.1999, p. 10–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 023 P. 254 - 272
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 023 P. 254 - 272
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 023 P. 254 - 272
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 023 P. 254 - 272
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 023 P. 254 - 272
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 023 P. 254 - 272
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 023 P. 254 - 272
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 023 P. 254 - 272
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 023 P. 254 - 272
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 026 P. 73 - 91
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 026 P. 73 - 91
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 039 P. 40 - 57

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/06/2016; Imħassar b' 32014L0053

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/5/oj

31999L0005



Official Journal L 091 , 07/04/1999 P. 0010 - 0028


Id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tad-9 ta' Marzu 1999

dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L- UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 100a tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura li hemm f'Artikolu 189b tat-Trattat [3], fid-dawl tat-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni tat-8 ta' Diċembru 1998,

(1) Billi s-settur tat-tagħmir tar-radju u tat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet huwa parti essenzjali mis-suq tat-telekomunikazzjonijiet, li huwa element prinċipali fl-ekonomija tal-Komunità; billi d-direttivi applikabbli għas-settur tat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet m'għadhomx kapaċi li jakkomodaw il-bidliet mistennija fis-settur kawżati mit-teknoloġija ġdida, żvilupp tas-suq u leġislazzjoni tan-network;

(2) Billi skond il-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità imsemmija f'Artikolu 3b tat-Trattat, l-għan li jinħoloq suq uniku miftuħ kompetittiv għat-tagħmir tat-telekomunikazzjonijiet ma jistgħax jiġi suffiċjentement miksub mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jiġi miksub aħjar mill-Komunità; billi din id-Direttiva ma tmurx l hinn minn dak li hu meħtieġ biex jitlaħaq dan il-għan;

(3) Billi l-Istati Membri jistgħu jistrieħu fuq Artikolu 36 tat-Trattat biex jeskludi ċerti klassijiet ta' tagħmir minn din id-Direttiva;

(4) Billi d-Direttiva 98/13/KE [4] ikkonsolidat id-dispożizzjonijiet li jirrelataw mat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u tagħmir ta' satellite earth station, inklużi miżuri għar-rikonoxximent komuni tal-konformità tagħhom;

(5) Billi dik id-Direttiva ma tkoprix proporzjon sostanzjali tas-suq tat-tagħmir tar-radju;

(6) Billi oġġetti b'użu doppju huma suġġetti għar-reġim tal-Komunità ta' kontrolli ta' esportazzjoni introdott bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3381/94 [5];

(7) Billi l-iskop wiesgħa ta' din id-Direttiva teħtieġ definizzjonijiet ġodda ta' l-espressjonijiet "tagħmir tar-radju" u "tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet"; billi reġim regolatorju immirat lejn l-iżvilupp ta' suq uniku għat-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet għandu jippermetti investiment, manifattura u bejgħ li jseħħ bl-istess pass tat-teknoloġija u l-iżviluppi tas-suq;

(8) Billi, mogħtija l-importanza li dejjem tikber tat-tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet u networks li jużaw trasmissjoni tar-radju minbarra tagħmir konness permezz ta' komunikazzjoni bil-fil, kull regola dwar il-manifattura, l-marketing u użu ta' tagħmir tar-radju u tagħmir terminali t' telekomunikazzjonijiet għandha tkopri ż-żewġ klassijiet ta' dak it-tagħmir;

(9) Billi d-Direttiva 98/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 1998 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni ta' network miftuħ (ONP) għat-telefonija bil-vuċi u fuq servizz universali għal telekomunikazzjonijiet f'ambjent kompetittiv [6] issejjaħ lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jiżguraw il-pubblikazzjoni tad-dettalji ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interface għall-aċċess tan-network bl-għan li jiġi żgurat suq kompetittiv għall-provista ta' tagħmir terminali;

(10) Billi l-għanijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 73/23/KEE tad-19 ta' Frar 1973 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma’ tagħmir elettriku maħsub għall-użu f'ċerti limiti ta' vultaġġi [7] huma suffiċjenti biex ikopru tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet, iżda bl-applikazzjoni ta' limitu ta' vultaġġ aktar baxx;

(11) Billi l-kompatibilità elettromanjetika relatata mal-ħtiġijiet ta' protezzjoni stipulata bid-Direttiva tal-Kunsill 89/336/KEE tat-3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw mal-kompatibilità elettromanjetika [8] huma suffiċjenti biex ikopru tagħmir tar-radju t tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet;

(12) Billi l-liġi tal-Komunità tipprovdi li ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija fil-Komunità, li jirriżultaw minn nuqqas ta' qbil fil-leġislazzjoni nazzjonali li tirrelata mal-marketing tal-prodotti, tista’ biss tkun ġustifikata fejn il-ħtiġijiet nazzjonali huma meħtieġa u proporzjonati; billi, għalhekk, l-armonizzazzjoni tal-liġijiet għandha tkun limitata għal dawk il-ħtiġijiet neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet essenzjali li jirrelataw mat-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet;

(13) Billi l-ħtiġijiet essenzjali rilevanti għal klassi ta' tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet għandu jiġi applikat b'dixxerniment biex ma jwaqqafx l-innovazzjoni teknoloġika jew li jintlaħqu l-ħtiġijiet ta' ekonomija f'suq ħieles;

(14) Billi għandha tingħata kura li tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet m'għandux jippreżenta perikolu għas-saħħa li jista jiġi evitat;

(15) Billi t-telekomunikazzjonijiet huma mportanti għall-ġid u l-impieg ta' persuni b'disabilità li jirrappreżentaw proporzjon sostanzjali u li qiegħed dejjem jikber tal-popolazzjoni ta' l-Ewropa; billi t-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet għandu għalhekk f'każi xierqa ikun disinjat b'dak il-mod li persuni b'disabilità jistgħu jużawh b'tibdil minimu;

(16) Billi t-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet jista’ jipprovdi ċerti funzjonijiet meħtieġa mis-servizzi ta' emerġenza;

(17) Billi xi karatteristiċi jista’ jkun li jiġu ntrodotti fuq tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet biex jipprevjeni l-ksur ta' data personali u l-privatezza ta' dak li jużah u tal-abbonat u/jew l-evitar tal-frodi;

(18) Billi f'xi każi jistgħu jkunu meħtieġa interworking permezz ta' networks b'tagħmir ieħor skond it-tifsira ta' din id-Direttiva u konnessjoni b'intefaces tat-tip xieraq mal-Komunità kollha;

(19) Billi għandu għalhekk ikun possibbli li jiġu identifikati u miżjuda ħtiġijiet essenzjali speċifiċi dwar il-privatezza ta' l-utent, karatteristiċi għall-utenti b'disabilità, karatteristiċi għas-servizzi ta' emerġenza u/jew karatteristiċi għall-evitar tal-frodi;

(20) Billi huwa magħruf li f'suq kompetittiv, ċertifikazzjoni volontarja u skemi ta' immarkar żviluppati minn organizzazzjonijiet tal-konsumatur, manifatturi, operaturi u operaturi oħra ta' l-industrija jikkontribwixxu għall-kwalità u huma mezz utili biex tittejjeb il-fiduċja tal-konsumatur f'prodotti u servizzi ta' telekomunikazzjoni; billi l-Istati Membri jistgħu jsostnu dawk l-iskemi; billi dawk l-iskemi għandhom ikunu kompatibbli mar-regoli ta' kompetizzjoni tat-Trattat;

(21) Billi għandu jkun hemm il-prevenzjoni ta' degradazzjoni mhux aċċettabbli tas-servizz lil persuni oħra ħlief dawk li jużaw it-tagħmir tar-radju u t-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet; billi l-manifatturi tat-terminali għandhom jibnu tgħamir b'mod li jipprevjenu n-networks milli jsofru ħsara li tirriżulta f'dik id-degradazzjoni meta wżati taħt kondizzjonijiet normali ta' użu; billi l-operaturi tan-networks għandhom jibnu n-networks tagħhom b'dak il-mod li ma jobbligawx lill-manifatturi ta' tagħmir terminali li jieħdu miżuri disproporzjonati biex iħarsu n-networks milli jiġrilhom ħsara; billi l-Istitut ta' l-Istandards Ewropew ta' Telekomunikazzjoni (ETSI) għandu jikkonsidra dan il-għan meta jiżviluppaw l-istandards li jikkonċernaw l-aċċess għan-networks pubbliċi;

(22) Billi l-użu effettiv ta' l-ispettru tar-radju għandu jiġi żgurat biex tiġi evitata interferenza li tagħmel il-ħsara; billi l-użu l-aktar effiċjenti possibbli, skond l-i state of the art, tar-riżorsi limitati bħall-ispettru tal-frekwenza tar-radju għandu jiġi inkoraġġit;

(23) Billi interfaces armonizzati bejn tagħmir terminali u n-networks ta' telekomunikazzjoni jikkontribwixxu biex jippromwovu swieq kompetittivi kemm għal tagħmir terminali kif ukoll għal servizzi tan-network;

(24) Billi, iżda, l-operaturi tan-networks pubbliċi ta' telekomunikazzjoni għandhom ikunu kapaċi li jiddefinixxu l-karatteristiċi tekniċi ta' l-interfaces tagħhom, suġġetti għar-regoli ta' kompetizzjoni tat-Trattat; billi, għalhekk, għandhom jippubblikaw speċifikazzjonijiet tekniċi adegwati u eżatti ta' dawk l-interfaces biex jippermettu lill-manifatturi li jiddisinjaw tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni li jissodisfa l-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva;

(25) Billi, madankollu, ir-regoli ta' kompetizzjoni tat-Trattat u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 88/301/KEE tas-16 ta' Mejju 1988 dwar kompetizzjoni fis-swieq ta' tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni [9] jistabbilixxu l-prinċipju ta' trattament ugwali, trasparenti u mhux diskriminatorju ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha li għandhom implikazzjonijiet regolatorji; billi huwa għalhekk id-dover tal-Komunità u l-Istati Membri, b'konsultazzjoni mal-operaturi ekonomiċi, li jiżguraw li l-qafas regolatorju maħluq b'din id-Direttiva ikun ġust;

(26) Billi huwa d-dover ta' l-organizzazzjonijiet Ewropew ta' standardizzazzjoni, notevolment ETSI, li jiżguraw li l-livelli armonizzati ikunu aġġornati kif jixraq u miktuba b'dak il-mod li jippermetti interpretazzjoni mhux ambigwa; billi l-manutenzjoni, interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-livelli armonizzati jikkostitwixxu żoni speċjalizzati ħafna ta' komplessità teknika li dejjem tikber; billi dawk ix-xogħlijiet jeħtieġu l-parteċipazzjoni attiva ta' esperti miġbura minn qalb l-operaturi ekonomiċi; billi f'xi ċirkostanzi jista’ jkun meħtieġ li tiġi provduta interpretazzjoni aktar urġenti ta', jew korrezzjonijiet ta' l-livelli armonizzati milli huwa possibbli permezz tal-proċeduri normali ta' l-organizzazzjonijiet Ewropej ta' standardizzazzjoni li joperaw b'konformità mad-Direttiva 98/34/KE tat-22 ta' Ġunju 1998 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistipula proċedura għad-dispożizzjoni ta' tagħrif fil-kamp ta' l-istandards tekniċi u regolamenti u regoli dwar servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni [10];

(27) Billi huwa fl-interess pubbliku li jkun hemm standards armonizzati f'livell Ewropew b’konnessjoni mad-disinn u manifattura ta' tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni; billi konformità ma dawk l-livelli armonizzati tissoponi li hemm konformità mal-ħtiġijiet essenzjali; billi mezzi oħra biex tintwera konformità mal-ħtiġijiet essenzjali huma permessi;

(28) Billi l-assenjazzjoni ta' identifikaturi ta' klassi tat-tagħmir għandha tieħu appoġġ mil-ħila tas-CEPT/ERC u tal-korpi Ewropej rilevanti dwar standards f'dak li għandu x’jaqsam mar-radju; billi forom oħra ta' koperazzjoni ma dawk il-korpi għandom ikunu inkoraġġiti fejn ikun possibbli;

(29) Billi, biex il-Komunità tkun tista’ timmonitorja b'mod effettiv il-kontroll tas-suq, l-Istati Membri għandhom jipprovdu t-tagħrif rilevanti dwar tipi ta' interfaces, standards armonizzati inadegwati jew applikati ħażin, korpi notifikati u awtoritajiet ta' sorveljanza;

(30) Billi l-korpi notifikati u l-awtoritajiet ta' sorveljanza għandhom jibdlu t-tagħrif dwar tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni bl-iskop ta' sorveljanza effiċjenti tas-suq; billi dik il-koperazzjoni għandha tagħmel l-aqwa użu tal-mezzi elettroniċi; billi, b'mod partikolari, dik il-koperazzjoni għandha tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali li jkunu avżati bit-tagħmir tar-radju mqiegħed fuq is-suq tagħhom li jopera f'firxiet ta' frekwenzi mhux armonizzati fil-Komunità;

(31) Billi l-manifatturi għandhom javżaw lill-Istati Membri bil-ħsieb tagħhom li jqiegħdu tagħmir tar-radju fuq is-suq li juża firxiet ta' frekwenza li l-użu tagħha mhux armonizzat mal-Komunità kollha; billi l-Istati Membri għalhekk jinħtieġu li jintroduċu proċeduri għal dik in-notifikazzjoni; billi dawk il-proċeduri għandhom ikunu proporzjonati u m'għandhomx jikkostitwixxu konformità ta' proċedura ta' stima addizzjonali ma’ dawk li għalihom jipprovdu Annessi IV jew V; billi huwa mixtieq li dawk il-proċeduri ta' notifikazzjoni għandhom ikunu armonizzati u preferibbilment implimentati b'mezzi elettroniċi u disponibbilità f'post wieħed;

(32) Billi tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni li jikkonforma mal-ħtiġijiet essenzjali rilevanti għandhom ikunu permessi li jiċċirkolaw b'mod ħieles; billi dak it-tagħmir għandu jkun permess li jitqiegħed fis-servizz għall-għan maħsub tiegħu; billi t-tqegħid fis-servizz jista’ jkun suġġett għall-awtorizzazzjoni dwar l-użu ta' l-ispettru tar-radju u d-dispożizzjoni tas-servizz konċernat;

(33) Billi, għall-fieri kummerċjali, esibizzjonijiet, eċċ., għandu jkun possibbli li jiġi esibit tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni li ma jikkonformax ma’ din id-Direttiva; billi, iżda, l-partijiet interessati għandhom javżaw sew li dak it-tagħmir ma jikkonformax u ma jistgħax jinxtara f'dik il-kondizzjoni; billi l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-tqegħid fis-servizz, inkluza l-kommutazzjoni, ta' dak it-tagħmir tar-radju esibit għal raġunijiet li jirrelataw ma l-użu effettiv u xieraq ta' l-ispettru tar-radju, l-evitar ta' interferenza li tagħmel il-ħsara jew materji li jirrelataw mas-saħħa pubblika;

(34) Billi l-frekwenzi tar-radju jiġu allokati nazzjonalment u, sal-limitu li ma jkunux ġew armonizzati, jibqgħu fil-kompetenza esklussiva ta' l-Istati Membri; billi huwa meħtieġ li tiġi nkluża dispożizzjoni ta' salvagward li tippermetti lill-Istati Membri, b'konformità ma’ Artikolu 36 tat-Trattat, li jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jeħtieġu l-irtirar mis-suq tagħhom dak it-tagħmir tar-radju li jkun ikkawża, jew li jkun raġonevolment maħsub li jista jikkawża, interferenza li tagħmel il-ħsara; billi interferenza ma’ frekwenzi allokati nazzjonalment tikkostitwixxi bażi valida għall-Istati Membri li jieħdu miżuri ta' salvagward;

(35) Billi l-manifatturi huma responsabbli għall-ħsara kawżata minn tagħmir difettuż skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE [11]; billi mingħajr pregudizzju għal kull responsabbiltà mill-parti tal-manifattur, kull persuna li timporta apparat fil-Komunità għall-bejgħ fil-kors tan-negozju tiegħu huwa responsabbli skond dik id-Direttiva; billi l-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid ta' l-apparat fis-suq tal-Komunità huwa responsabbli skond ir-regoli tal-liġi għar-responsabbiltà kontrattwali jew mhux kontrattwali fl-Istati Membri;

(36) Billi l-miżuri li huma xierqa li jittieħdu mill-Istati Membri jew mill-Kummissjoni fejn apparat dikjarat li jkun jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkawża ħsara serja f'network jew interefernza bi ħsara għar-radju għandhom jiġu stabbiliti skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità, b'mod partikolari l-prinċipji ta' oġġettività, proporzjonalità u nondiskriminazzjoni;

(37) Billi fit-22 ta' Lulju 1993 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 93/465/KEE dwar il-moduli għall-fażijiet varji tal-proċeduri ta' l-istima ta' konformità u r-regoli għat-twaħħil u l-użu ta' mmarkar ta' konformità EC li huwa maħsub biex jintuża fid-direttivi ta' armonizzazzjoni teknika [12]; billi l-proċeduri ta' konformità ta' stima applikabbli għandhom preferibilment jingħażlu mill-moduli disponibbli stipulati f'dik id-Deċiżjoni;

(38) Billi l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-korpi notifikati li jinnominaw u lill-awtoritajiet ta' sorveljanza tagħhom ikunu akkreditati skond l-istandards Ewropej adattati;

(39) Billi huwa xieraq li konformità tat-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni mal-ħtiġijiet tad-Direttivi 73/23/KEE u 89/336/KEE tista tintwera bl-użu tal-proċeduri speċifikati f'dawk id-Direttivi meta l-apparat ikun kif imsemmi fihom; billi, bħala riżultat, il-proċedura li għaliha jipprovdi Artikolu 10(1) tad-Direttiva 89/336/KEE tista’ tintuża fejn l-applikazzjoni ta' standards armonizzati tista tissoponi li tkun ta' konformità mal-ħtiġijiet ta' protezzjoni; billi l-proċedura li għaliha jipprovdi Artikolu 10(3) [13] tista’ tintuża fejn il-manifattur ma jkunx applika l-istandards armonizzati jew fejn dawk l-istandards ma jesiżtux;

(40) Billi l-impriżi tal-Komunità għandhu jkollhom aċċess effettiv u komparabbli għas-swieq ta' pajjiżi terzi u jgawdu trattamenti fil-pajjiżi terzi simili għal dak offrut fil-Komunità lil impriżi proprjetà kollha kemm huma ta', kontrollati permezz ta' proprjetà ta' maġġoranza jew effettivament kontrollati minn ċittadini tal-pajjiżi terzi konċernati;

(41) Billi huwa mixtieq li jiġi mwaqqaf kumitat li jġib flimkien il-partijiet direttament involuti fl-implimentazzjoni tar-regolament tat-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni, b'mod partikolari konformità nazzjonali tal-korpi ta' stima u korpi nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza tas-suq biex jgħinu lill-Kummissjoni li tilħaq applikazzjoni armonizzata u proporzjonata tad-dispożizzjonijiet biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-suq u l-pubbliku kollu kemm hu; billi rappreżentanti ta' operaturi ta' telekomunikazzjoni’ utenti, konsumaturi, manifatturi u provdituri ta' servizzi għandhom ikunu konsultati meta xieraq;

(42) Billi modus vivendi bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-miżuri għall-atti adottati skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 251 tat-Trattat kien konkluż fl-20 ta' Diċembru 1994 [14],

(43) Billi l-Kummissjoni għandha żżomm quddiem għajnejha l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta' din id-direttiva u direttivi rilevanti oħra u tieħu passi biex tiżgura l-kordinazzjoni tal-applikazzjoni tad-direttivi kollha rilevanti biex tevita disturbi għat-tagħmir ta' telekomunikazzjoni li jaffetwaw is-saħħa tal-bniedem u jagħmlu ħsara fil-proprjetà;

(44) Billi l-funzjonar ta' din id-Direttiva għandu jiġi rivedut maż-żmien fid-dawl ta' l-iżviluppi fis-settur tat-telekomunikazzjoni u l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tal-ħtiġijiet essenzjali u l-proċeduri ta' stima tal-konformità li għalihom tipprovdi din id-Direttiva;

(45) Billi huwa meħtieġ li jiġi żgurat li bl-introduzzjoni tal-bidliet fir-reġim regolatorju jkun hemm transizzjoni bla intoppi mir-reġim ta' qabel biex jiġu evitati disturbi fis-suq u inċertezza legali;

(46) Billi din id-Direttiva tibdel id-Direttiva 98/13/KE, li għandha għalhekk tiġi mħassra; billi d-Direttivi 73/23/KEE u 89/336/KEE ma japplikawx aktar għall-apparat imsemmi f'din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-protezzjoni u ħtieġa ta' sigurtà u ċerti proċeduri ta' stima ta' konformità,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU I

ASPETTI ĠENERALI

Artikolu 1

Il-qasam ta' applikazzjoni u l-għan

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas regolatorju għat-tqegħid fis-suq, moviment liberu u tqegħid fis-servizz fil-Komunità ta' tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni.

2. Fejn apparat kif definit f'Artikolu 2(a) jinkorpora, bħala parti ntegrali, jew bħala aċċessorju:

(a) mekkaniżmu mediku skond it-tifsira ta' Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta' Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi [15], jew

(b) mekkaniżmu mediku għal trapjant attiv fit-tifsira ta' Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem [16],

l-apparat għandu jkun regolat minn din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttivi 93/42/KEE u 90/385/KEE dwar mezzi mediċi u mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f'xi parti tal-ġisem, rispettivament.

3. Fejn l-apparat jikkostitwixxi komponent jew unit tekniku separat ta' vettura skond it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE [17] li tirrelata ma’ l-interferenza tar-radju (kompatibilità elettromanjetika) ta' vetturi jew komponent jew unit tekniku separat ta' vettura skond it-tifsira ta' Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KEE tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew tlieta, l-apparat għandu jkun regolat b'din id-Direttiva mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 72/245/KEE jew tad-Direttiva 92/61/KEE rispettivament.

4. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għat-tagħmir elenkat f'Anness I.

5. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-apparat esklussivament użat f'attivitajiet li jikkonċernaw is-siġurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà ta' l-Istat (inkluż il-ġid ekonomiku ta' l-Istat fil-każ ta' attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma’ kwistjonijiet ta' sigurtà ta' l-Istat) u l-attivitajiet ta' l-Istat fil-qasam tal-liġi kriminali.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva t-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) "apparat" tfisser kull tagħmir li huwa jew tagħmir tar-radju jew tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni jew it-tnejn;

(b) "tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni" tfisser prodott li jippermetti telekomunikazzjoni jew komponent relevanti tiegħu li huwa maħsub biex jiġi mqabbad direttament jew indirettament ma' xi mezz ikun x'ikun ta' interfaces ta' networks ta' telekomunikazzjoni pubbliċi (jiġifieri, networks ta' telekomunikazzjoni wżati kollha kemm huma jew parti minnhom biex jiġu provduti servizzi ta' telekomunikazzjoni disponibbli għall-pubbliku);

(ċ) "tagħmir tar-radju" tfisser prodott jew komponent relivanti tiegħu, kapaċi għall-komunikazzjoni bil-mezz ta' emissjoni u/jew riċeviment ta' mewġ tar-radju li jutilizza l-ispettru allokat għal radjukomunikazzjoni terrestrija/spazjali;

(d) "mewġ tar-radju" tfisser mewġ elettromanjetiku ta' frekwenzi minn 9 kHz sa 3000 GHz, propagat fl-ispazju mingħajr gwida artifiċjali;

(e) "interface" tfisser

(i) punt ta' terminazzjoni ta' network, li jkun punt ta' konnessjoni fiżika li fih utent jiġi provdut b'aċċess għal network ta' telekomunikazzjoni pubbliku, u/jew

(ii) interface ta' l-arja li jispeċifika il-passaġġ tar-radju bejn tagħmir tar-radju

u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom;

(f) "klassi ta' tagħmir" tfisser klassi li tidentifika tipi partikolari ta' apparat li skond din id-Direttiva huma meqjusa simili u dawk l-interfaces li għalihom l-apparat huwa disinjat. Apparat jista' jagħmel sehem minn klassi ta' tagħmir waħda jew aktar;

(ġ) "file ta' kostruzzjoni teknika" tfisser file li jiddeskrivi l-apparat u li jipprovdi tagħrif u spjegazzjonijiet ta' kif il-ħtiġijiet essenzjali applikabbli ikunu ġew implimentati;

(ħ) "standard armonizzat" tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn korp rikonoxxut ta' l-istandards b'mandat mill-Kummissjoni b'konformità mal-proċedura stipulata fid-Direttiva 98/34/KE biex tiġi stabbilita ħtieġa Ewropea, li l-konformità magħha mhix obbligatorja.

(i) "interferenza li tagħmel il-ħsara" tfisser interferenza li tipperikola l-funzjonar tas-servizz ta' radju għan-navigazzjoni jew ta' xi servizzi oħra ta' sigurtà jew li xort'oħra tiddegrada serjament, tfixkel jew tinterrompi ripetutament servizzi ta' komunikazzjonijiet bir-radju li jopera skond ir-regolamenti applikabbli tal-Komunità jew dawk nazzjonali.

Artikolu 3

Ħtiġijiet essenzjali

1. Il-ħtiġijiet essenzjali li ġejjin japplikaw għall-apparat kollu:

(a) il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta' dak li juża u ta' kull persuna oħra, inklużi l-għanijiet dwar il-ħtiġijiet ta' sigurtà li jinsabu fid-Direttiva 73/23/KEE, iżda mingħajr l-applikazzjoni ta' limitu ta' vultaġġ;

(b) il-ħtiġijiet ta' protezzjoni dwar kompatibilità elettromanjetika li jinsabu fid-Direttiva 89/336/KEE.

2. B'żieda, it-tagħmir tar-radju għandu jkun hekk mibni li juża effettivament l-ispettru allokat għall-komunikazzjoni bir-radju terrestri/spazjali u riżorsi orbitali biex tiġi evitata interferenza ta' ħsara.

3. Skond il-proċedura mniżżla f'Artikolu 15, il-Kummissjoni tista tiddeċiedi li l-apparat f'ċerti klassijiet ta' tagħmir jew tipi partikolari ta' apparat għandu jkun hekk mibni biex:

(a) hu jaħdem permezz ta' networks b'apparat ieħor u li jista’ jiġi mqabbad ma interfaces tat-tip xieraq mal-Komunità kollha; u/jew li

(b) ma jagħmilx ħsara fin-network jew fit-tħaddim tiegħu lanqas juża ħażin ir-riżorsi tan-network, u b'hekk jikkawża degradazzjoni mhux aċċettabbli għas-servizz; u/jew li

(ċ) jinkorpora salvagwardji biex jiżgura li data personali u l-privatezza ta' l-utent u tal-abbonat ikun protetti; u/jew li

(d) isostni ċerti karatteristiċi li jiżguraw l-evitar tal-frodi; u/jew li

(e) isostni ċerti karatteristiċi li jiżguraw l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza; u/jew li

(f) isostni ċerti fatturi biex jiffaċilitaw l-użu tagħhom minn utenti b'diżabilità.

Artikolu 4

Notifikazzjoni u pubblikazzjoni ta' speċifikazzjonijiet ta' l-interface

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-interfaces li jkunu rregolaw lill-Kummissjoni sakemm l-imsemmija interfaces ma jkunux ġew notifikati taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE. Wara li tikkonsulta l-kumitat skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ekwivalenza bejn interfaces notifikati u tassenja identifikatur ta' klassi ta' tagħmir, li d-dettalji tiegħu għandhom ikunu pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bit-tipi ta' interface offruti f'dak l-Istat mill-operaturi tan-networks pubbliċi ta' telekomunikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-operaturi jippubblikaw speċifikazzjonijiet tekniċi ezatti u adegwati ta' dawk l-interfaces qabel is-servizzi provduti permezz ta' dawk l-inyterfaces isiru disponibbli pubblikament, u jippubblikaw regolarment kull speċifikazzjoni aġġornata. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu f'dettal suffiċjenti li jippermettu l-iddisinjar ta' tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni kapaċi li jutilizza s-servizzi kollha provduti permezz ta' l-interface li tikkorrispondi miegħu. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jinkludu, inter alia, it-tagħrif kollu meħtieġ biex jippermetti lill-manifatturi li jwettqu, skond l-għażla tagħhom, it-testijiet rilevanti għall-ħtiġijiet essenzjali applikabbli għat-tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-ispeċifikazzjonijiet ikunu disponibbli faċilment mill-operaturi.

Artikolu 5

Standards armonizzati

1. Fejn l-apparat jilħaq l-istandards armonizzati rilevanti jew partijiet tiegħu li n-numri ta' riferenza tagħhom ikunu ġew pubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew, l-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità ma’ dawk tal-ħtiġijiet essenzjali imsemmija f'Artikolu 3 billi huma koperti bl-imsemmija standards armonizzati jew partijiet tagħhom.

2. Fejn Stat Membru jew il-Kummissjoni jikkonsidraw li l-konformità ma’ standard armonizzat ma jiżgurax konformità mal-ħtiġijiet essenzjali imsemmija f'Artikolu 3 li l-imsemmi standard huwa maħsub li jkopri, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru konċernat għandu jġib il-kwistjoni quddiem il-kumitat.

3. Fil-każ ta' nuqqasijiet fl-istandards armonizzati dwar il-ħtiġijiet essenzjali, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-kumitat skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 14, tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew linji ta' gwida dwar l-istandards armonizzati jew il-kondizzjonijiet li taħthom il-konformità ma dak l-istandard tissoponi li tkun konformi. Wara konsultazzjoni mal-kumitat u skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tirtira l-istandards armonizzati bil-pubblikazzjoni ta' avviz fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew.

Artikolu 6

Tqegħid fis-suq

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appart jitqiegħed fis-suq biss jekk ikun jikkonforma mal-ħtiġijiet essenzjali xierqa identifikati f'Artikolu 3 u d-dispożizzjonijiet l-oħra rilevanti ta' din id-Direttiva meta jkun stallat u miżmum kif jixraq u wżat għall-għan maħsub. M'għandux ikun suġġett għal aktar dispożizzjonijiet nazzjonali dwar it-tqegħid fis-suq.

2. Fit-teħid ta' deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-ħtiġijiet essenzjali taħt Artikolu 3(3), il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data ta' l-applikazzjoni tal-ħtiġijiet. Jekk jiġi stabbilit li klassi ta' tagħmir teħtieġ li tkun tikkonforma ma’ ħtiġijiet essenzjali partikolari skond Artikolu 3(3), kull apparat fil-klassi ta' tagħmir in kwistjoni li jitqiegħed l-ewwel fis-suq qabel id-data ta' l-applikazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni jista jkompli jitqiegħed fis-suq għall-perjodu raġonevoli. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-perjodu għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni skond il-proċedura stipulata f'Artikolu 14.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifattur jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid ta' l-apparat fis-suq jipprovdu tagħrif lill-utent dwar l-użu maħsub ta' l-apparat, flimkien mad-dikjarazzjoni tal-konformitàmal-ħtiġijiet essenzjali. Meta jkun jikkonċerna tagħmir tar-radju, dak it-tagħrif għandu jkun suffiċjenti biex jidentifika fuq l-ippakkeġġar u fl-istruzzjonijiet għall-użu ta' l-apparat l-Istati Membri jew iż-żona ġeografika fi Stat Membru fejn it-tagħmir huwa maħsub li jintuża u għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-utent billi jimmarkaw fuq l-apparat imsemmi f'Anness VII, paragrafu 5, bir-restrizzjonijiet potenzjali jew ħtiġijiet ta' l-awtorizzazzjoni għall-użu tat-tagħmir tar-radju f'ċerti Stati Membri. Fejn jikkonċerna tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni, dak it-tagħrif għandu jkun biżżejjed li jidentifika l-interfaces man-networks pubbliċi ta' telekomunikazzjoni li magħhom it-tagħmir huwa maħsub li jitqabbad. Għall-apparat kollu dak it-tagħrif għandu jintwera b'mod prominenti.

4. Fil-każ ta' tagħmir tar-radju li juża firxiet ta' frekwenza li l-użu tagħhom, mhux armonizzati mal-Komunità kollha, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid tat-tagħmir fis-suq għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali responsabbli fl-Istat Membru relevanti għall-immaniġġar ta' l-ispettru bil-ħsieb li jqiegħed dak it-tagħmir fis-suq nazzjonali tiegħu.

Din in-notifikazzjoni għandha tingħata mhux anqs minn erba’ ġimgħat bil-quddiem mill-bidu tat-tqegħid fis-suq u għandha tipprovdi tagħrif dwar il-karatteristiċi tar-radju u t-tagħmir (b'mod partikolari l-firxa ta' frekwenza, spazjar tal-kanali, tip ta' modulazzjoni u saħħa RF) u n-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat imsemmi f'Anness IV jew V.

Artikolu 7

Tqegħid fis-servizz u dritt għall-konnessjoni

1. L-Istati Membru għandhom jippermettu t-tqegħid fis-servizz ta' apparat għall-użu maħsub tiegħu jekk ikun jikkonforma mal-ħtiġijiet essenzjali xierqa identifikati f'Artikolu 3 u mad-dispożizzjonijiet rilevanti l-oħra ta' din id-Direttiva.

2. Minkejja l-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet mehmuża mal-awtorizzazzjonijiet għall-provideiment tas-servizz konċernat b'konformità mal-liġi tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu biss t-tqegħid fis-servizz ta' tagħmir tar-radju għar-raġunijiet relatati ma’ l-użu effettiv u addattat ta' l-ispettru tar-radju, evitar ta' interferenza li tagħmel il-ħsara jew kwistjonijiet li jirrelataw mas-saħħa pubblika.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ta'networks pubbliċi ta' telekomunikazzjoni ma jirrifjutawx li jqabbdu tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni ma’ l-interface addattat għal raġunijiet tekniċi fejn it-tagħmir ikun jikkonforma tal-ħtiġijiet applikabbli ta' Artikolu 3.

4. Fejn Stat Membru jikkonsidra li apparat dikjarat li jkun jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jikkawza ħsara serja fin-network jew interferenza ta' ħsara għar-radju, jew ħsara fin-network jew il-funzjonament tiegħu, l-operatur jista’ jiġi awtorizzat li jirrifjuta t-tqabbid, jiskonnettja dak l-apparat jew li jirtirah mis-servizz. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw b'kull awtorizzazzjoni bħal dik lill-Kummissjoni li għandha tlaqqa lill-kumitat bil-għan li jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-kwistjoni. Wara li l-kumitat ikun ġie konsultat, il-Kummissjoni għandha tibda l-proċeduri li għalihom jirreferi Artikolu 5(2) u (3). Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu wkoll jieħdu miżuri xierqa oħra.

5. Fil-każ ta' emerġenza, operatur jista’ jiskonnettja l-apparat jekk il-protezzjoni tan-network tkun tenħtieġ li t-tagħmir jiġi skonnettjat mingħajr dewmien u jekk dak li juża jista jiġi offrut, mingħajr dewmien u mingħajr spejjeż għalih, soluzzjoni alternattiva. L-operatur għandu minnufih javża lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 4 u Artikolu 9.

Artikolu 8

Moviment liberu ta' apparat

1. L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ma jħallux t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz fuq it-territorju tagħhom apparat li jġorr il-marka CE imsemmija f'Anness VII, li tindika l-konformità tiegħu mad-dispożizzjonijiet kollha ta' din id-Direttiva, inkluża l-konformità ma’ proċeduri ta' stima imniżżla fil-Kapitolu II. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal Artikoli 6(4), 7(2) u 9(5).

2. F'fieri kummerċjali, esibizzjonijiet, wirjiet, eċċ., l-Istati Membri m'għandhomx joħolqu xi ostakoli għall-wiri ta' apparat li ma jkunx jikkonforma ma’ din id-Direttiva, basta sinjal li jidher ikun jindika ċar li dak l-apparat ma jistgħax jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz sakemm ikun ġie jikkonforma.

3. Fejn l-apparat ikun suġġett għal direttivi oħra li jikkonċernaw aspetti oħra u jipprovdu wkoll għat-twaħħil ta' l-immarkar CE, dan ta' l-aħħar għandu jindika li dak l-apparat jikkonforma wkoll mad-dispożizzjonijiet ta' dawk id-direttivi l-oħra. Iżda, jekk xi waħda minn dawk id-direttivi jew aktar tippermetti lill-manifattur, matul perjodu tranżitorju, li jagħżel liema arranġamenti għandu japplika, l-immarkar CE għandu jindika li dak l-apparat jikkonforma mad-dispożizzjonijiet biss ta' dawk id-direttivi applikati mill-manifattur. F'dan il-każ, il-partikolaritajiet ta' dawk id-direttivi, kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew, għandhom jingħataw fid-dokumenti, avviżi jew istruzzjonijiet meħtieġa minn dawk id-direttivi u li jakkumpanjaw dawk il-prodotti.

Artikolu 9

Salvagwardji

1. Fejn Stat Membru jiżgura li apparat imsemmi f'din id-Direttiva ma jkunx jikkonforma mal-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva, għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa fit-territorju tiegħu li jirtira dak l-apparat mis-suq jew mis-servizz, jipprojbixxi t-tqegħid tiegħu fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz jew jirrestrinġi l-moviment liberu tiegħu.

2. L-Istat Membru konċernat għandu minnufih javża lill-Kummissjoni b'kull miżuri bħal dawn waqt li jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu u jekk in-nonkonformità hix dovuta għal:

(a) applikazzjoni skorretta ta' l-istandards armonizzati imsemmija f'Artikolu 5(1).

(b) nuqqasijiet fl-istandards armonizzati imsemmija f'Artikolu 5(1).

(ċ) nuqqas ta' konformità mal-ħtiġijiet imsemmija f'Artikolu 3 fejn l-apparat ma jilħaqx l-istandards armonizzati imsemmija f'Artikolu 5(1).

3. Jekk il-miżuri li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 huma attribwiti għall-applikazzjoni skorretta ta' l-istandards armonizzati imsemmija f'Artikolu 5(1) jew nuqqas ta' konformità mal-ħtiġijiet imsemmija f'Artikolu 3 fejn l-apparat ma’ jkunx jilħaq l-istandards armonizzati imsemmija f'Artikolu 5(1), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet konċernati kemm jista jkun malajr. Il-Kummissjoni għandha minnufih tavża lill-Istati Membri bis-sejbiet tagħha u bl-opinjoni tagħha dwar jekk il-miżuri humiex ġustifikati, fi żmien xahrejn min-notifikazzjoni ta' l-imsemmija miżuri lill-Kummissjoni.

4. Fejn id-deċiżjoni imsemmija fil-paragrafu 1 hija attribwita għall-nuqqasijiet fl-istandards armonizzati riferuti f'Artikolu 5(1), il-Kummissjoni għandha ġġib il-każ quddiem il-kumitat fi żmien xahrejn. Il-kumitat għandu jagħti opinjoni skond il-proċedura mniżżla f'Artikolu 14. Wara dik il-konsultazzjoni, l-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri bis-sejbiet tagħha u bl-opinjoni tagħha jekk l-azzjoni ta' l-Istat Membru hiex ġustifikata. Jekk issib li l-azzjoni tkun ġustifikata għandha minnufih tibda l-proċedura imsemmija f'Artikolu 5(2).

5. (a) Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 6, Stat Membru jista’, waqt li jaġixxi b'konformità mat-Trattat, u b'mod partikolari Artikoli 30 u 36 tiegħu, jadotta kull miżuri xierqa bil-ħsieb li:

(i) jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq tiegħu, u/jew

(ii) jeħtieġ l-irtirar mis-suq tiegħu,

ta' tagħmir tar-radju, inklużi tipi ta' tagħmir tar-radju, li jkunu kkawżaw jew li raġonevolemnt jikkunsidra li jikkawżaw interferenza ta' ħsara, inkluża interferenza ma’ servizzi eżistenti jew ippjanati jew firxiet ta' frekwenza allokati nazzjonalment.

(b) Fejn Stat Membru jieħu miżuri skond is-subparagrafu (a) għandu minnufih javża lill-Kummissjoni bl-imsemmija miżuri, waqt li jispeċifika r-raġunijiet għall-adozzjoni tagħhom.

6. Fejn Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni b'miżura imsemmija fil-paragrafu 1 jew 5 il-Kummissjoni għandha min-naħa tagħha tavża lill-Istati Membri l-oħra u tikkonsulta mal-kumitat dwar il-kwistjoni.

Fejn, wara dik il-konsultazzjoni, l-Kummissjoni tikkonsidra li:

- il-miżura hija ġustifikata, għandha minnufih tavża lill-Istat Membru li ħa l-inizjattiva u lill-Istati Membri l-oħra,

- il-miżura mhix ġustifikata, għandha minnufih tavża lill-Istat Membru u titolbu biex jirtira dik il-miżura.

7. Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistrat il-każi notifikati mill-Istati Membri, li għandu meta jintalab ikun disponibbli lilhom.

IL-KAPITOLU II

STIMA TA' KONFORMITÀ

Artikolu 10

Proċeduri ta' stima ta' konformità

1. Il-proċeduri ta' stima ta' konformità indikati f'dan l-Artikolu għandhom jintużaw biex juru l-konformità tal-apparat mal-ħtiġijiet rilevanti essenzjali identifikati f'Artikolu 3.

2. Fuq l-għażla tal-manifattur, il-konformità tal-apparat mal-ħtiġijiet essenzjali identifikati f'Artikolu 3(1)(a) u (b) tista’ tintwera bl-użu tal-proċeduri speċifikati fid-Direttiva 73/23/KEE u d-Direttiva 89/336/KEE rispettivament, fejn l-apparat ikun imsemmi f'dawk id-Direttivi, bħala alternattiva tal-proċeduri mniżżla hawn taħt.

3. Tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni li ma jagħmilx użu mill-ispettru allokat ta' komunikazzjoni tar-radju terristrija/spazjali u l-partijiet li jirċievu ta' tagħmir tar-radju għandhom ikunu suġġetti għall-proċedura deskritta f'xi wieħed minn Annessi II, IV jew V skond l-għażla tal-manifattur.

4. Fejn manifattur ikun applika l-istandards armonizzati imsemmija f'Artikolu 5(1), tagħmir tar-radju li ma jkunx skond il-paragrafu 3 għandu jkun suġġett għall-proċedura deskritta f'xi wieħed minn Annessi II, IV jew V skond l-għażla tal-manifattur.

5. Fejn manifattur ma jkun applika jew ikun applika f'parti l-istandards armonizzati imsemmija f'Artikolu 5(1), tagħmir tar-radju li ma jkunx kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu jkun suġġett għall-proċedura deskritta f'Anness IV jew V skond l-għażla tal-manifattur.

6. Reġistri u korrispondenza li jirrelataw mal-konformità tal-proċedura ta' stima imsemmija fil-paragrafi 2 sa 5 għandha tkun fl-ilsien Uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn il-proċedura tkun twettqet, jew f'ilsien aċċettat mill-korp notifikat involut.

Artikolu 11

Korpi notifikati u awtoritajiet ta' sorveljanza

1. L-Istati Membri għandhom jinnorifikaw lill-Kummissjoni bil-korpi li jkunu nnominaw biex iwettqu x-xogħlijiet relevanti riferuti f'Artikolu 10. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji mniżżla f'Anness VI dwar l-istabbiliment tal-korpi li għandhom jiġu nominati.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet stabbiliti fit-territorju tagħhom li għandhom iwettqu x-xogħlijiet ta' sorveljanza relatati mat-tħaddim ta' din id-Direttiva.

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-korpi notifikati, flimkien man-numru tagħhom ta' identifikazzjoni u x-xogħlijiet li dwarhom ikunu ġew notifikati, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew. Il-Kummissjoni għandha wkoll tippubblika lista ta' l-awtoritajiet ta' sorveljanza fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bit-tagħrif kollu meħtieġ biex dawk il-listi jinżammu aġġornati.

IL-KAPITOLU III

IL-MARKA TA' KONFORMITÀ CE U ISKRIZZJONIJIET

Artikolu 12

Immarkar CE

1. Apparat li jikkonforma mal-ħtiġijiet rilevanti essenzjali għandu jġorr il-marka ta' konformità CE imsemmija f'Anness VII. Għandha titwaħħal fuq responsabbiltà tal-manifattur, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fil-Komunità jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid ta' l-apparat fis-suq.

Fejn il-proċeduri identifikati f'Anness III, IV jew V jintużaw, l-immarkar għandu jkun akkumpanjat bin-numru ta' identifikazzjoni tal-korp notifikat imsemmi f'Artikolu 11(1). Tagħmir tar-radju għandu b'żieda jkun akkumpanjat bl-identifikatur tal-klassi ta' tagħmir fejn dak l-identifikatur ikun ġie assenjat. Kull immarkar ieħor jista’ jitwaħħal mat-tagħmir b'mod illi l-viżibilità u l-leġibilità tal-immarkar CE ma tiġix konsegwentement imnaqqsa.

2. Ebda apparat, sew jekk jikkonforma jew le mal-ħtiġijiet rilevanti essenzjali, ma jista’ jġorr xi marka oħra li x'aktarx tista tqarraq partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira u forma ta' l-immarkar CE speċifikat f'Anness VII.

3. L-Istat Membru kompetenti għandu jieħu azzjoni xierqa kontra kull persuna li tkun waħħlet xi marka li ma tkunx konformi mal-paragrafi 1 u 2. Jekk il-persuna li twaħħal il-marka ma tkunx identifikabbli, azzjoni xierqa tista’ tittieħed kontra d-detentur ta' l-apparat meta n-nonkoformità tinkixef.

4. L-apparat għandu jkun identifikat mill-manifattur bill-mezz tat-tip, lott u/jew numri tas-serje u bl-isem tal-manifattur jew tal-persuna responsabbli għat-tqegħid ta' l-apparat fis-suq.

IL-KAPITOLU IV

IL-KUMITAT

Artikolu 13

Kostituzzjoni tal-Kumitat

Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat, il-Kumitat għall-Istima ta' Konformità ta' Telekomunikazzjoni u Sorveljanza tas-Suq (TCAM), magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Artikolu 14

Proċedura tal-kumitat konsultattiv

1. Il-kumitat għandu jiġi konsultat dwar proċeduri li jkopru Artikoli 5, 6(2), 7(4), 9(4) u Anness VII(5).

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-kumitat perjodikament dwar xogħlijiet ta' sorveljanza relatati ma’ l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u, fejn japplika, toħroġ linji ta' gwida dwar il-kwistjoni.

3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-Opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’limitu ta' żmien li l-President jista jiffissa skond l-urġenza tal-każ, fejn meħtieġ billi jittieħed vot.

L-opinjoni għandha tkun reġistrata fil-minuti; b'żieda, kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jitlob li l-pożizzjoni tiegħu tiġi mniżżla fil-minuti.

Il-Kummissjoni għandha tagħti l-aktar attenzjoni għall-opinjoni mogħtija mill-kumitat. Għandha tavża lill-kumitat bil-mod li bih l-opinjoni tiegħu kienet ingħatat attenzjoni u tiddeċiedi fi żmien xahar wara li tkun irċeviet l-opinjoni mill-kumitat.

4. Il-Kummissjoni għandha perjodikament tikkonsulta mar-rappreżentanti ta' dawk li jipprovdu n-networks ta' telekomunikazzjponi, il-konsumaturi u l-manifatturi. Għandha żżomm lill-kumitat regolarment avżat bir-riżultat ta' dawk il-konsultazzjonijiet.

Artikolu 15

Proċedura tal-kumitat regolatorju

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 14, il-proċedura li ġejja għandha tapplika dwar il-kwistjonijiet imsemmija f'Artikoli 3(3) u 4(1).

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-kumitat abbozz dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f'limitu ta' żmien li l-President jista’ jiffissa skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza stipulata f'Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu kwalifikati bil-mod imniżżel f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri maħsuba meta dawn ikunu skond l-opinjoni tal-kumitat.

Fejn il-miżuri maħsuba ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tibgħat lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk, wara li jgħaddu tlett xhur minn meta l-kwistjoni tiġi mibgħuta lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

IL-KAPITOLU V

DISPOSIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 16

Pajjiżi terzi

1. L-Istati Membri jistgħu javżaw lill-Kummissjoni b'xi diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom, de jure jew de facto, minn itrapriżi fil-Komunità, dwar it-tqegħid fis-suq f'pajjiżi terzi, li jkunu ġew għall-attenzjoni tagħhom.

2. Kull meta l-Kummissjoni tkun avżata b'dawk id-diffikultajiet, tista, fejn meħtieġ, tibgħat proposti lill-Kunsill għall-mandat xieraq għal negozjati ta' dritittijiet komparabbli għall-intrapriżi tal-Komunità f'dawn il-pajjiżi terzi. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

3. Miżuri meħuda skond il-paragrafu 2 għandhom ikunu mingħġajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet tal-Komunitàu ta' l-Istati Membri taħt xi ftehim internazzjonali rilevanti.

Artikolu 17

Reviżjoni u rapportaġġ

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tħaddim ta' din id-Direttiva u tirrapporta fuqu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, l-ewwel darba mhux aktar tard mis-7 ta' Ottubru 2000 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull tielet sena wara. Ir-rapport għandu jkopri l-progress dwar it-tħejjija ta' l-istandards relevanti, kif ukoll kull problemi li jinqalgħu fil-kors ta' l-implimentazzjoni. Ir-rapport għandu wkoll jagħti ħarsa lejn l-attivitajiet tal-kumitat, jistma l-progress fil-ksib ta' suq miftuħ kompetittiv għall-apparat f'livell tal-Komunità u jeżamina kif il-qafas regolatorju għat-tqegħid fis-suq u t-tqegħid fis-servizz ta' l-apparat għandu jiġi żviluppat biex:

(a) jiżgura li sistema koerenti tintlaħaq f'livell tal-Komunità għall-apparat kollu;

(b) jippermetti l-konverġenza tas-setturi tat-telekomunikazzjoni, awdjoviżivi u tagħrif teknoloġiku;

(ċ) jippermetti l-armonizzar ta' miżuri regolatorji f'livell internazzjonali.

Għandu b'mod partikolari jeżamina jekk ħtiġijiet essenzjali humiex aktar meħtieġa għall-kategoriji kollha ta' apparat kopert u jekk il-proċeduri li jinsabu f'Anness IV, it-tielet paragrafu, humiex proporzjonati bl-għan li jiġi żgurat li l-ħtiġijiet essenzjali jintlaħqu għall-apparat kopert b'dak l-Anness. Fejn meħtieġ, miżuri oħra jistgħu jiġu proposti fir-rapport għall-implimentazzjoni sħiħa tal-għan tad-Direttiva.

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1. L-istandards taħt id-Direttiva 73/23/KEE jew 89/336/KEE li r-riferenzi għalihom ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jistgħu jintużaw bħala supposizzjoni tal-konformità mal-ħtiġijiet essenzjali imsemmija f'Artikolu 3(1)(a) u Artikolu 3(1)(b). Regolamenti komuni tekniċi taħt id-Direttiva 98/13/KE li r-riferenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jistgħu jintużaw bħala l-bażi li tissoponi konformità ma’ ħtiġijiet rilevanti essenzjali oħra imsemmija f'Artikolu 3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tar-riferenżi ta' dawk l-istandards fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej minnufih wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ.

2. L-Istati Membri m'għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta' apparat li jkun skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/13/KE jew regoli fis-seħħ fit-territorju tagħhom u li jkun tqiegħed fis-suq għall-ewwel darba qabel din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ jew ta' l-anqas sentejn wara li din id-Direttiva tkun daħlet fis-seħħ.

3. Minbarra l-ħtiġijiet essenzjali imsemmija f'Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu jitolbu li jkomplu, għall-perjodu ta' 30 xahar li jiġu wara id-data imsemmija fl-ewwel sentenza ta' Artikolu 19(1), u b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, li jinħtieġu tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni li ma jkunx kapaċi li jikkawża tħassir mhux aċċettabbli ta' servizz ta' telefonija bil-leħen aċċessibbli fil-qafas tas-servizz universali kif definit fid-Direttiva 98/10/KE.

L-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għat-talba tal-kontinwazzjoni ta' dik il-ħtieġa, id-data li fiha s-servizz konċernat ma jkollux bżonn aktar dik il-ħtieġa, u l-miżuri maħsuba biex jitlaħaq dak il-limitu ta' żmien. Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra t-talba waqt li tagħti kont tas-sitwazzjoni partikolari fl-Istat Membru u l-ħtieġa li jiġi żgurat ambjent regolatorju koerenti f'livell tal-Komunità, u għandha tavża lill-Istat Membru jekk tqiesx li dik is-sitwazzjoni partikolari f'dak l-Istat Membru tiġġustifikax kontinwazzjoni u, jekk iva, sa liema data dik il-kontinwazzjoni tkun ġustifikata.

Artikolu 19

Transpożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom mhux aktar tard mis-7 ta' April 2000 jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom javżaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-8 ta' April 2000.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif għandha ssir ir-riferenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 20

Taħsir

1. Id-Direttiva 98/13/KEE hija b'dan imħassra mit-8 ta' April 2000.

2. Din id-Direttiva mhix direttiva speċifika skond it-tifsira ta' Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/336/KEE. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 89/336/KEE m'għandhomx japplikw għal apparat li huwa kopert minn din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-ħtiġijiet ta' protezzjoni f'Artikolu 4 u f'Anness III u l-konformità tal-proċedura ta' stima f'Artikolu 10(1) u (2) ta', u Anness I li jinsab mad-Direttiva 89/336/KEE, mit-8 ta' April 2000.

3. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 73/23/KEE m'għandhomx japplikw għal apparat li huwa kopert b'din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-għanijiet dwar il-ħtiġijiet ta' sigurtà f'Artikolu 2 u f'Anness I u l-konformità tal-proċedura ta' stima f'Anness III, Sezzjoni B, u Anness IV li jinsabu mad-Direttiva 73/23/KEE, mit-8 ta' April 2000.

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Dan id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 22

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Marzu 1999.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. M. Gil-robles

Għall-Kunsill

Il-President

W. Riester

[1] ĠU Ċ 248, ta' l- 14.8.1997, p. 4.

[2] ĠU Ċ 73, 09.3.1998, p. 10.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Jannar 1998 (ĠU Ċ 56, tat- 23.2.1998, p. 27), Pożizzjoni komuni tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 1998 (ĠU Ċ 227, ta' l- 20.7.1998, p. 37) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Ottubru 1998 (ĠU Ċ 328, tas- 26.10.1998, p. 32). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 1999 u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Frar 1999.

[4] ĠU L 74, tat-12.3.1998, p. 1.

[5] ĠU L 367, tal-31.12.1994, p. 1.

[6] ĠU L 101, ta' l-1.4.1998, p. 24.

[7] ĠU L 77, tas-26.3.1973, p. 29. Direttiva kif emendat bid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).

[8] ĠU L 139, tat-23.5.1989, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/68/KEE.

[9] ĠU L 131, tas-27.5.1988, p. 73. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/46/KE (ĠU L 268, tad-19.10.1994, p. 15).

[10] ĠU L 204, tal-21.7.1998, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p. 18).

[11] ĠU L 210, tas-7.8.1985, p. 29.

[12] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 23.

[13] ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 23.

[14] ĠU Ċ 102, ta' l- 4.4.1996, p. 1.

[15] ĠU L 169, tat-12.7.1993, p. 1.

[16] ĠU L 152, tas-6.7.1972, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/54/KE (ĠU L 266, tat-8.11.1995, p. 1).

[17] ĠU L 225, ta' l-10.8.1992, p. 72. Direttiva kif emendata bl-Att ta' Adeżjoni tal-1994.

--------------------------------------------------

ANNESS I

TAGĦMIR MHUX KOPERT B'DIN ID-DIRETTIVA LI GĦALIH JIRREFERI ARTIKOLU 1(4)

1. Tagħmir tar-radju użat minn dilettanti tar-radju skond Artikolu 1, definizzjoni 53, ta' l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjonijiet (ITU) regolamenti tar-radju sakemm it-tagħmir ma jkunx disponibbli kummerċjalment.

Settijiet ta' komponenti biex jintramaw minn dilettanti tar-radju u tagħmit kummerċjali modifikat minn u għall-użu minn dilettanti tar-radju li mhux meqjus bħala tagħmir disponibbli kummerċjalment.

2. Tagħmir li huwa kopert mid-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE tal-20 ta' Diċembru 1996 dwar tagħmir tal-baħar [1].

3. Cables u wires.

4. Tagħmir tar-radju li jirċievi biss maħsub biex jintuża unikament biex jirċievi l-ħoss u servizzi ta' xandir tat-TV.

5. Prodotti, strumenti u komponenti skond it-tifsira ta' Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili [2].

6. Tagħmir u sistemi għall-immaniġġar tat-traffiku tal-ajru skond it-tifsira ta' l-Artikolu 1 tad-Direttiva tak-Kunsill 93/65/KEE tad-19 ta' Lulju 1993 dwar id-definizzjoni u l-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi kompatibbli għall-ksib ta' tagħmir u sistemi għall-immaniġġar tat-traffiku ta' l-ajru [3].

[1] ĠU L 46, tas-17.2.1997, p. 25.

[2] ĠU L 373, tal-31.12.1991, p. 4. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2176/96 (ĠU L 291, ta' l-14.11.1996, p. 15).

[3] ĠU L 187, tad-29.7.1993, p. 52. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/15/KE (ĠU L 95, ta' l-10.4.1997, p. 16).

--------------------------------------------------

ANNESS II

PROĊEDURA TA' STIMA TA' KONFORMITÀ LI GĦALIHA JIRREFERI ARTIKOLU 10(3)

Modula A (kontroll intern ta' produzzjoni)

1. Din il-modula tiddeskrivi l-proċedura li biha l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità, li jwettaq l-obbligazzjonijiet imniżżla fil-punt 2, jiżgura u jiddikjara li l-prodotti konċernati jissodisfaw il-ħtiġiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għalihom. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar CE ma’ kull prodott u jħejji dikjarazzjoni bil-miktub ta' konformità.

2. Il-manifattur għandu jistabbilixxi d-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 4 u hu jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità għandu jżommu għall-perjodu li jintemm ta' l-anqas 10 snin wara li l-prodott ikun ġie manifatturat għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet relevanti nazzjonali ta' xi Stat Membru għall-għanijiet ta' spezzjoni.

3. Fejn la l-manifattur lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkunu stabbiliti fil-Komunità, l-obbligazzjoni li jinżamm id-dokument tekniku disponibbli hija r-responsabbiltà tal-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq tal-Komunità.

4. Id-dokument tekniku għandu jippermetti li l-konformità tal-prodott mal-ħtiġijiet essenzjali tiġi stmata. Għandu jkopri l-iddisinjar, manifattura u tħaddim tal-prodott, b'mod partikolari:

- deskrizzjoni ġenerali tal-prodott,

- disinn konċettwali u tpinġija tal-manifattura u skemi tal-komponenti, immontar sussidjarju, ċirkwiti, eċċ.,

- deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet meħtieġa biex jiftiehmu l-imsemmija disinji u skemi u t-tħaddim tal-prodott,

- lista ta' l-istandards imsemmija f'Artikolu 5, applikati kollha kemm huma jew f'parti, u deskrizzjonijiet u spjegazzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jilħqu l-ħtiġijiet essenzjali tad-Direttiva fejn dawk l-istandards imsemmija f'Artikolu 5 ma jkunux ġew applikati jew ma jesiżtux,

- ir-riżultati tal-kalkolazzjonijiet tad-disinji magħmula, eżamijiet imwettqa, eċċ.,

- rapporti tat-testijiet.

5. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom iżommu kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità mad-dokumentazzjoni teknika.

6. Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-proċess ta' manifattura jiżgura konformità tal-prodotti manifatturati mad-dokumentazzjoni teknika imsemmija fil-punt 2 u mal-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

--------------------------------------------------

ANNESS III

PROĊEDURA TA' STIMA TA' KONFORMITÀ LI GĦALIHA JIRREFERI ARTIKOLU 10(4)

(Kontroll intern ta' produzzjoni u testijiet ta' apparat speċifku) [1]

Dan l-Anness jikkonsisti f'Anness II, u l-ħtiġijiet supplimentari li ġejjin:

Għal kull tip ta' apparat, kull suite essenzjali tat-test tar-radju għandha titwettaq mill-manifattur jew għan-nom tiegħu. L-identifikazzjoni tat-test suites li huma meqjusa li huma essenzjali hija r-responsabbiltà tal-korp notifikat magħżul mill-manifattur ħlief fejn it-test suites huma definiti fl-istandards armonizzati. Il-korp notifkat għandu jagħti kont debitu tad-deċiżjonijiet ta' qabel magħmula minn korpi notifikati jaġixxu flimkien.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid ta' l-apparat fis-suq għandu jiddikjara li dawn it-testijiet kienu ġew imwettqa u li l-apparat jikkonforma mal-ħtiġijiet essenzjali u għandu jwaħħal in-numru ta' identifikazzjoni tal-korp tan-notifika matul il-proċess ta' manifattura.

[1] L-Anness bażat fuq il-mpodula A bi ħtiġijiet addizzjonali adattati għas-settur.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

KONFORMITÀ TA' STIMA TA' PROĊEDURA LI GĦALIHA JIRREFERI ARTIKOLU 10(5)

(Fajl ta' kostruzzjoni teknika)

Dan l-Anness jikkonsisti f'Anness III, u l-ħtiġijiet supplimentari li ġejjin:

Id-dokumentazzjoni teknika deskritta fil-punt 4 ta' Anness II u d-dikjarazzjoni ta' konformità ta' test suites speċifiċi tar-radju deskritti f'Anness III għandhom jiffurmaw fajl ta' kostruzzjoni teknika.

Il-manifattur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid ta' l-apparat fis-suq, għandu jippreżenta l-fajl lill-korp wieħed notifikat jew aktar, kull wieħed mill-korpi notifikati għandu jkun avżat bl-oħrajn li jkunu rċevew il-fajl.

Il-korp notifikat għandu jirrevedi l-fajl u jekk jiġi kunsidrat li ma jkunx intwera b'mod xieraq li l-ħtiġijiet tad-Direttiva jkunu ġew imħarsa, il-korp notifikat jista' joħroġ opinjoni lill-manifattur, ir-rappreżentant tiegħu jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid ta' l-apparat fis-suq u għandu javża b'dan lill-korpi l-oħra li jkunu rċevew il-file. Dik l-opinjoni għandha tingħata fi żmien erba' ġimgħat minn mindu l-korp notifikat jirċievi l-fajl, Malli tiġi riċevuta din l-opinjoni, jew wara t-tmiem tal-perjodu ta' erba' ġimgħat, l-apparat jista' jitqiegħed fis-suq, mingħajr preġudizzju għal Artikoli 6(4) u 9(5).

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunità jew il-persuna responsabbli għat-tqegħid ta' l-apparat fis-suq għandha żżomm il-fajl għall-perjodu li jintemm ta' l-anqas 10 snin wara li l-apparat ikun ġie manifatturat għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet relevanti nazzjonali ta' xi Stat Membru għall-ispezzjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS V

KONFORMITÀ TA' STIMA TA' PROĊEDURA LI GĦALIHA JIRREFERI ARTIKOLU 10

Assigurazzjoni ta' kwalità sħiħa

1. Assigurazzjoni ta' kwalità sħiħa hija l-proċedura li biha l-manifattur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet tal-punt 2 jiżgura u jiddikjara li l-prodotti konċernati jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-Direttiva li japplikaw għalihom. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marki li għalihom jirreferi Artikolu 12(1) ma' kull prodott u jħejji dikjarazzjoni bil-miktub ta' konformità.

2. Il-manifattur għandu jħaddem sistema ta' kwalità approvata għad-disinn, manifattura u spezzjoni tal-prodott finali u ittestjar kif speċifikat fil-punt 3 u għandu jkun suġġett għas-sorveljanza kif speċifikat fil-punt 4.

3. Sistema ta' kwalità

3.1. Il-manifattur għandu jibgħat applikazzjoni għal stima tas-sistema ta' kwalità tiegħu lil korp notifikat.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

- it-tagħrif kollu rilevanti għall-prodott maħsub,

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità.

3.2. Is-sistema ta' kwalità għandha tiżgura konformità tal-prodotti mal-ħtiġijiet tad-Direttiva li japplikaw għalihom. L-elementi kollha, ħtiġijiet u dispożizzjonijiet adottati mill-manifattur għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta' ordinament bil-miktub, proċeduri u struzzjonijiet. Din id-dokumentazzjoni ta' sistema ta' kwalità għandha tiżgura ftehim komuni ta' ordinament ta' kwalità u proċeduri bħal programmi ta' kwalità, pjanijiet, manwali u rekords.

Għandu jkun fiha b'mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta':

- l-għanijiet ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, responsabbiltajiet u setgħat tal-ġestjoni fir-rigward tad-disinn u kwalità tal-prodott,

- speċifikazzjonijiet tekniċi, inklużi l-istandards armonizzati u regolamenti tekniċi kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti tat-test li għandhom jiġu applikati u, fejn l-istandards li għalihom jirreferi Artikolu 5(1) ma jiġux applikati kollha kemm huma, il-mezzi li għandhom jintużaw biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet essenzjali li japplikaw għall-prodotti jiġu mħarsa,

- il-kontroll tad-disinn u t-tekniċi ta' verifikazzjoni tad-disinn, il-proċessi u azzjonijiet sistematiċi li għandhom jintużaw waqt l-iddisinjar tal-prodott li jagħmlu parti mill-kategorija tal-prodott kopert,

- il-metodi korrispondenti ta' manifattura, kontroll ta' kwalità u assigurazzjoni ta' kwalità, proċessi u azzjonijiet sistematiċi li għandhom jintużaw,

- l-eżamijiet u t-testijiet li għandhom jitwettqu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jitwettqu, kif ukoll ir-riżultati tat-testijiet imwettqa qabel il-manifattura fejn japplika,

- il-mezzi li bihom jiġi żgurat li l-faċilitajiet tat-test u l-eżami dwar il-ħtiġijiet adattati għat-twettiq tat-test meħtieġ,

- ir-reġistrazzjoni ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjoni u tagħrif dwar it-test, tagħrif dwar kalibrazzjoni, rapporti tal-kwalifikazzjoni tal-ħaddiema konċernati, eċċ,

- il-mezzi ta' l-immonitorjar tal-ksib tad-disinn meħtieġ u l-kwalità tal-prodott u t-tħaddim effettiv tas-sistema ta' kwalità.

3.3. Il-korp notifikat għandu jqis s-sistema ta' kwalità biex jistabbilixxi jekk tissodisfax il-ħtiġijiet riferuti fil-punt 3.2. Għandha tiġi preżunta konformità ma' dawn il-ħtiġijiet dwar is-sistemi ta' kwalità li jimplimentaw l-istandard armoniżżat rilevanti.

Il-korp notifikat għandu jqis b'mod partikolari jekk is-sistema ta' kontroll ta' kwalità tiżgurax il-konformità tal-prodotti mal-ħtiġijiet tad-Direttiva fid-dawl tad-dokumentazzjoni rilevanti provduta dwar il-punti 3.1 u 3.2 inklużi, fejn rilevanti, ir-riżultati tat-test provduti mill-manifattur.

Il-grupp ta' awdituri għandu jkollu ta' l-anqas membru wieħed b'esperjenza bħala assessur fit-teknoloġija tal-prodott konċernat. Il-proċedura ta' evalwazzjoni għandha tinkludi żjara ta' stima fil-post tal-manifattur.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u deċiżjoni raġonata ta' l-istima.

3.4. Il-manifattur għandu jintrabat li jwettaq l-obbligazzjonijiet li joħorġu mis-sistema ta' kwalità approvata u li jibqa jżommha biex tibqa adegwata u effiċjenti.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jżomm lill-korp notifikat li jkun approva s-sistema ta' kwalità avżat b'kull aġġornament maħsub fis-sistema ta' kwalità.

Il-korp notifikat għandu jevalwa l-modifikazzjonijiet proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità emendata tibqgħax tissodisfa l-ħtiġijiet imsemmija fil-punt 3.2. jew jekk stima mill-ġdid hiex meħtieġa.

Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-manifattur. In-notifika għandu jkun fiha l-konklużjonijiet ta' l-eżami u deċiżjoni raġonata ta' l-istima.

4. Sorveljanza KE b'responsabbiltà tal-korp notifikat

4.1. L-għan tas-sorveljanza huwa li jiġi żgurat li l-manifattur debitament iwettaq l-obbligazzjonijiet li joħorġu mis-sistema approvata ta' kwalità.

4.2. Il-manifattur għandu jippermetti lill-korp notifikat aċċess bl-għan ta' spezzjoni fil-lokazzjonijiet ta' disinn, manifattura, spezzjonar u ttestjar, u ħażna u għandu jipprovdih kull tagħrif meħtieġ, b'mod partikolari:

- id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità.

- ir-reġistri ta' kwalità kif previsti mill-parti tad-disinn tas-sistema ta' kwalità, bħal riżultat ta' l-analiżi, kalkolazzjonijiet, testijiet, eċċ.,

- ir-reġistri ta' kwalità kif previsti mill-parti tal-manifattura tas-sistema ta' kwalità, bħal rapporti u ta' l-ispezzjoni u tagħrif tat-test, tagħrif ta' kalibrazzjoni, rapporti tal-kwalifikazzjoni tal-ħaddiema konċernati, eċċ.

4.3. Il-korp notifikat għandu jwettaq awditjar f'intervalli raġonevoli biex jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika is-sistema ta' kwalità u għandu jipprovdi rapport awditjat lill-manifattur.

4.4. B'żieda, il-korp notifikat għandu jagħmel żjajjar mhux mistennija lill-manifattur. Fiż-żmien ta' dawk iż-żjajjar, il-korp notifikat jista' jwettaq jew iġiegħel li jitweqqu testijiet biex jivverifika il-funzjonament xieraq tas-sistema ta' kwalità fejn meħtieġ; għandu jipprovdi lill-manifattur rapport taż-żjara u, jekk test ikun twettaq, rapport tat-test.

5. Il-manifattur għandu, għall-perjodu li jintemm ta' lanqas 10 snin wara li l-aħħar prodott ikun ġie manifatturat, iżomm għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

- id-dokumentazzjoni imsemmija fit-tieni inċiż tal-punt 3.1,

- l-aġġornar imsemmi fit-tieni pragrafu tal-punt 3.4,

- id-deċiżjonijiet u r-rapporti mill-korp notifikat li huma imsemmija fl-aħħar paragrafu tal-punt 3.4. u fil-punti 4.3 u 4.4.

6. Kull korp notifikat għandu jagħmel disponibbli lill-korpi notifikati l-oħra it-tagħrif rilevanti li jikkonċerna s-sistemi approvati ta' kwalità inkluża r-riferenzi għall-prodott/i konċernat/i, maħruġa u irtirati.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

KRITERJI MINIMI LI GĦANDU JITTIEĦED KONT TAGĦHOM MILL-ISTATI MEMBRI META JINNOMINAW KORPI NOTIFIKATI SKOND ARTIKOLU 11(1)

1. Il-korp notifikat, id-direttur tiegħu u l-impjegati responsabbli għat-twettiq tax-xogħolijiet li għalihom il-korp notifikat ikun ġie nominat m'għandux ikun disinjatur, manifattur, provveditur jew stallatur tat-tagħmir tar-radju jew tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni, jew operatur ta' network jew provveditur ta' servizz, lanqas rappreżentant awtorizzat ta' xi wieħed minn dawk il-partijiet. Għandhom ikunu indipendenti u mhux isiru direttamenti involuti fid-disinn kostruzzjoni, tqegħid fis-suq jew manutenzjoni ta' tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjoni, lanqas jirrappreżentaw il-partijiet li jwettqu dawn l-attivitajiet. Din ma tipprekludix il-possibiltà ta' skambju ta' tagħrif tekniku bejn il-manifattur u l-korp notifikat.

2. Il-korp notifikat u l-impjegati tiegħu għandhom iwettqu x-xogħlijiet li għalihom il-korp notifikat ikun ġie nominat bl-għola grad ta' integrità professjonali u komptenza teknika u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u tħajjir, partikolarment finanzjarju, li jista’ jinfluwenza l-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati ta' xi spezzjoni, speċjalment minn persuni jew gruppi ta' persuni b'interess f'dawk ir-riżultati.

3. Il-korp notifikat għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-impjegati u l-faċilitajiet meħtieġa biex jippermettilu li jwettaq kif jixraq ix-xogħol amministrattiv u tekniku assoċjati max-xogħlijiet li għalihom ikun ġie nominat.

4. L-impjegati responsabbli għall-ispezzjonijiet għandu jkollhom:

- taħriġ sod tekniku u professjonali,

- konoxxenza biżżejjed tal-ħtiġijiet tat-testijiet jew spezzjonijiet li jitwettqu u esperjenza adegwata ta' dawk it-testijiet jew spezzjonijiet,

- l-abbiltà li jħejju ċertifikati, reġistrazzjoni u rapporti meħtieġa biex jawtentikaw it-twettiq ta' l-ispezzjonijiet.

5. L-imparzjalità tal-impjegati ta' l-ispezzjoni għandha tkun garantita. Il-ħlas tagħhom m'għandux ikun jiddependi fuq in-numru ta' testijiet jew spezzjonijiet imwettqa lanqas fuq ir-riżultati ta' dawk l-ispezzjonijiet.

6. Il-korp notifikat għandu jagħmel assigurazzjoni ta' responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tiġix assunta mill-Istat Membru skond il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu jkun direttament responsabbli.

7. L-impjegati tal-korp notifikat huma marbuta li josservaw segretezza professjonali fir-rigward tat-tagħrif kollu miksub fit-twettiq tax-xogħlijiet tagħhom (ħlief vis-a-vis l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta' l-Istat Membru li fih l-attivitajiet jitwettqu) taħt din id-Direttiva jew kull dispożizzjoni li tiġi minn xi liġi nazzjonali.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

IMMARKAR TA' TAGĦMIR LI GĦALIH JIRREFERI L-ARTIKOLU 12(1)

1. Il-marka ta' konformità CE għandha tikkonsisti fl-inizjali "CE" li tieħu l-forma li ġejja:

+++++ TIFF +++++

Jekk l-immarkar CE jiċċekken jew jitkabbar il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn meqjus ta' hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

2. L-immarkar CE għandu ta' l-anqas ikollu għoli ta' 5 mm ħlief fejn dan ma jkunx possibbli minħabba n-natura ta' l-apparat.

3. L-immrkar CE għandu jkun imwaħħal mal-prodott jew fuq il-pjanċa tat-tagħrif tiegħu. B'żieda, għandu jkun imwaħħal ma' l-imballaġġ jekk ikun hemm, u mad-dokumenti li jakkumpanjawh.

4. L-immarkar CE għandu jitwaħħal fejn jidher, ikun ċar u ma jitħassarx.

5. L-identifikatur tal-klassi ta' tagħmir għandu jieħu forma li għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni skond il-proċedura mniżżla f'Artikolu 14.

Fejn japplika għandu jinkludi element maħsub li jipprovdi tagħrif lil dak li juża li l-apparat jagħmel użu minn firxiet ta' frekwenzi tar-radju fejn l-użu tagħhom ma’ jkunx armonizzat mal-Komunità kollha.

Għandu jkollu l-istess għoli bħal ta' l-inizjali "CE".

--------------------------------------------------

Top