EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0622

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Settembru 1999 fuq it-trattament ta' pagamenti mill-ġdid tal-VAT għall- unitajiet mhux taxxabbli u għall- unitajiet taxxabbli fuq l-attivitajiet eżenti tagħhom, għall-iskop li jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom fuq l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni ta' prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq. (notifikat taħt dokument numru K(1999) 2533)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 245, 17.9.1999, p. 51–51 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 09 Volume 001 P. 329 - 329
Special edition in Estonian: Chapter 09 Volume 001 P. 329 - 329
Special edition in Latvian: Chapter 09 Volume 001 P. 329 - 329
Special edition in Lithuanian: Chapter 09 Volume 001 P. 329 - 329
Special edition in Hungarian Chapter 09 Volume 001 P. 329 - 329
Special edition in Maltese: Chapter 09 Volume 001 P. 329 - 329
Special edition in Polish: Chapter 09 Volume 001 P. 329 - 329
Special edition in Slovak: Chapter 09 Volume 001 P. 329 - 329
Special edition in Slovene: Chapter 09 Volume 001 P. 329 - 329
Special edition in Bulgarian: Chapter 09 Volume 002 P. 42 - 42
Special edition in Romanian: Chapter 09 Volume 002 P. 42 - 42
Special edition in Croatian: Chapter 09 Volume 001 P. 64 - 64

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2021; Imħassar b' 32021R1948

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/622/oj

31999D0622



Official Journal L 245 , 17/09/1999 P. 0051 - 0051


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta' Settembru 1999

fuq it-trattament ta' pagamenti mill-ġdid tal-VAT għall- unitajiet mhux taxxabbli u għall- unitajiet taxxabbli fuq l-attivitajiet eżenti tagħhom, għall-iskop li jimplimentaw id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom fuq l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni ta' prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq.

(notifikat taħt dokument numru K(1999) 2533)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(1999/622/KE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom tat-13 ta' Frar 1989 fuq l-armonizazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1 ta' dan,

(1) Billi s-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Ekonomiċi Integrati (ESA t-tieni edizzjoni), ma tispeċifikax espliċitament it-trattament ta' pagamenti mill-ġdid tal-VAT għal unitajiet mhux-taxxabbli u unitajiet taxxabbli, għall-attivitajiet eżenti tagħhom;

(2) Billi għall-iskop tal-kalkolu tal-prodott gross nazzjonali bil-prezzijiet tas-suq (GNPmp) skond l-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom, huwa neċessarju li jikkjarifikaw it-trattament ta' pagamenti mill-ġdid tal-VAT għal unitajiet mhux-taxxabbli u unitajiet taxxabbli, għall-attivitajiet eżenti tagħhom, għall-iskop ta' l-ESA t-tieni edizzjoni;

(3) Billi s-sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri relatata mat-taxxi fuq id-dħul - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi ta' stima uniformi [2], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 1999/59/KE [3], tispeċifika l-kunċetti ta' persuna taxxabbli, ta' persuna mhux-taxxabbli u ta' attività eżenti;

(4) Billi l-miżuri provduti għalihom f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-kumitat stabbilit skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-kumpilazzjoni t' ammonti ta' kontijiet nazzjonali għall-iskop ta' l-implimentazzjoni tad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom, pagamenti mill-ġdid tal-VAT li ntefqu fuq ix-xiri tagħhom, sar lil

- persuni mhux-taxxabbli,

- persuni taxxabbli, għall-attivitajiet eżenti tagħhom,

se jkunu ttrattati taħt l-ESA t-tieni edizzjoni bħala trasferimenti kurrenti (fid-distribuzzjoni tal-kont tad-dħul - C3) jew trasferimenti kapitali (fil-kont kapitali - C5), u mhux bħallikieku kienu VAT li jista' jitnaqqas.

Għal applikazzjoni armonjuża ta' din id-Deċiżjoni, persuni mhux-taxxabbli huma kif definiti fl-Artikolu 4 tas-sitt Direttiva 77/388/KEE, Euratom, u l-attivitajiet eżenti previsti huma dawk imniżżla fl-Artikolu 13 tas-sitt Direttiva 77/388/KEE, Euratom.

Artikolu 2

Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 għandhom japplikaw għad-data tal-GNP trasmessa skond Direttiva 89/130/KEE, Euratom, għas-snin mill-1988 'il quddiem.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta' Settembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Yves-Thibault De Silguy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 49, tal-21.2.1989, p. 26.

[2] ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 1.

[3] ĠU L 162, tas-26.6.1999, p. 63.

--------------------------------------------------

Top