EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0504

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Lulju 1999 li tistabilixxi allokazzjoni ndikattiva skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet għall- impenn għall-Objettiv Nru 2 tal-Fondi Strutturali għall-perjodu mis-sena 2000 sas-sena 2006 (notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 1772)

OJ L 194, 27.7.1999, p. 60–62 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 14 Volume 001 P. 97 - 99
Special edition in Estonian: Chapter 14 Volume 001 P. 97 - 99
Special edition in Latvian: Chapter 14 Volume 001 P. 97 - 99
Special edition in Lithuanian: Chapter 14 Volume 001 P. 97 - 99
Special edition in Hungarian Chapter 14 Volume 001 P. 97 - 99
Special edition in Maltese: Chapter 14 Volume 001 P. 97 - 99
Special edition in Polish: Chapter 14 Volume 001 P. 97 - 99
Special edition in Slovak: Chapter 14 Volume 001 P. 97 - 99
Special edition in Slovene: Chapter 14 Volume 001 P. 97 - 99

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2004

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/504/oj

31999D0504



Official Journal L 194 , 27/07/1999 P. 0060 - 0062


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-1 ta’ Lulju 1999

li tistabilixxi allokazzjoni ndikattiva skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet għall- impenn għall-Objettiv Nru 2 tal-Fondi Strutturali għall-perjodu mis-sena 2000 sas-sena 2006

(notifikata taħt id-dokument numru C(1999) 1772)

(1999/504/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali [1], u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tiegħu,

(1) Billi punt 2 ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jiddikjara li l-Objettiv 2 tal-Fondi Strutturali għandu l-għan li jgħin il-bidla ekonomika u soċjali taż-żoni li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet strutturali;

(2) Billi t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li 11,5 % ta’ l-approprjazzjonijiet għall-Fondi Strutturali għandhom jiġu allokati għall-Objettiv 2, inkluż 1,4 % għal għajnuna transizzjonali;

(3) Billi l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li l-Kummissjoni għandha tuża proċeduri trasparenti sabiex tagħmel analiżi indikattiva skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għall-ipprogrammar fl-2000 sa l-2006 filwaqt li jingħata l-kas kollu dovut għall-Objettivi 1 u 2, ta’ kriterju objettiv wieħed jew aktar simili għal dawk applikati matul il-perjodu ta’ qabel kopert bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2052/88 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1988 dwar ix-xogħlijiet tal-Fondi Strutturali u l-effettività tagħhom u dwar il-koordinament ta’ l-attivitajiet tagħhom bejniethom u ma’ l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew ta’ Investiment u l-istrumenti finanzjarji eżistenti l-oħra [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3193/94 [3], b’mod partikolari, l-prosperità reġjonali, l-prosperità nazzjonali u s-severità relattiva tal-problemi strutturali, b’mod speċjali l-livell tal-qgħad;

(4) Billi t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula, fil-każ ta’ l-Objettivi 1 u 2, li dawn l-analiżi għandhom jiddistingwu allokazzjonijiet ta’ approprjazzjonijiet għal reġjuni u żoni li jibbenefikaw minn għajnuna transizzjonali, li dawn l-allokazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-kriterji li hemm referenza għalihom fl-ewwel subparagrafu ta’ dak l-Artikolu, u li l-analiżi annwali ta’ dawn l-approprjazzjonijiet għandha tkun digressiva sa mill-1 ta’ Jannar 2000 u inqas fl-2000 milli fl-1999;

(5) Billi d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa għall-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tal-21 ta’ Ġunju 1999 tindika l-metodu li l-Kummissjoni sejra tuża sabiex tiddeċiedi l-allokazzjoni indikattiva skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet għall-Objettiv 2, bi qbil ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999;

(6) Billi, filwaqt li wieħed iżomm dan il-metodu f’moħħu, il-paragrafu 44(g) tal-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Berlin ta’ l-24 u tal-25 ta’ Marzu 1999 stabbilixxa l-ammonti relatati ma ċerti każijiet speċifiċi għall-perjodu 2000 sa 2006,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti indikattivi skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Objettiv 2 għall-2000 sa 2006 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 2

L-ammonti indikattivi skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-għajnuna transizzjonali taħt l-Objettiv 2 għall-2000 sa 2005 għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fl-1 ta’ Lulju 1999.

Għall-Kummissjoni

Monika Wulf-mathies

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

[2] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 9.

[3] ĠU L 337, ta’ l-24.12.1994, p. 11.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Allokazzjoni indikattiva skond l-Istat Membru ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Objettiv 2 tal-Fondi Strutturali għall-perjodu 2000 sa 2006

(miljuni ta' Eur (prezzijiet ta' l-1999)) |

Stati Membri | Ammont ta' approprjazzjonijiet |

Il-Belġju | 368 |

Id-Danimarka | 156 |

Il-Ġermanja | 2984 |

Il-Greċja | — |

Spanja | 2553 |

Franza | 5437 |

L-Irlanda | — |

L-Italja | 2145 |

Il-Lussemburgu | 34 |

L-Olanda | 676 |

L-Awstrija | 578 |

Il-Portugall | — |

Il-Finlandja | 459 |

L-Isvezja | 354 |

Ir-Renju Unit | 3989 |

Total | 19733 |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Allokazzjoni indikattiva skond l-Istat Membru ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn għal għajnuna transizzjonali taħt l-Objettiv 2 tal-Fondi Strutturali għall-perjodu 2000 sa 2005

(miljuni ta’ Eur (prezzijiet ta’ l-1999)) |

Stati Membri | Ammont ta’ approprjazzjonijiet |

Il-Belġju | 65 |

Id-Danimarka | 27 |

Il-Ġermanja | 526 |

Il-Greċja | — |

Spanja | 98 |

Franza | 613 |

L-Irlanda | — |

L-Italja | 377 |

Il-Lussemburgu | 6 |

L-Olanda | 119 |

L-Awstrija | 102 |

Il-Portugall | — |

Il-Finlandja | 30 |

L-Isvezja | 52 |

Ir-Renju Unit | 706 |

Total | 2721 |

--------------------------------------------------

Top