EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0181

Il-Kunsill u Kummissjoni deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Settembru 1997 rigward il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali relatati

OJ L 69, 9.3.1998, p. 1–116 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 12 Volume 002 P. 24 - 26
Special edition in Estonian: Chapter 12 Volume 002 P. 24 - 26
Special edition in Latvian: Chapter 12 Volume 002 P. 24 - 26
Special edition in Lithuanian: Chapter 12 Volume 002 P. 24 - 26
Special edition in Hungarian Chapter 12 Volume 002 P. 24 - 26
Special edition in Maltese: Chapter 12 Volume 002 P. 24 - 26
Special edition in Polish: Chapter 12 Volume 002 P. 24 - 26
Special edition in Slovak: Chapter 12 Volume 002 P. 24 - 26
Special edition in Slovene: Chapter 12 Volume 002 P. 24 - 26
Special edition in Bulgarian: Chapter 12 Volume 001 P. 253 - 255
Special edition in Romanian: Chapter 12 Volume 001 P. 253 - 255
Special edition in Croatian: Chapter 12 Volume 002 P. 149 - 151

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/181/oj

Related international agreement
Related international agreement
Related international agreement

31998D0181



Official Journal L 069 , 09/03/1998 P. 0001 - 0116


Il-Kunsill u Kummissjoni Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Settembru 1997

rigward il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali relatati [1]

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

IL-KUMMISJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u, b’mod partikolari, l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea u, partikolarment, l-Artikolu 54(2), l-aħħar sentenza ta’ l-Artikolu 57(2), l-Artikoli 66, 73c(2), 87, 99, 100a, 113, 130s(1) u 235, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 228(2) u t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 228(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u partikolarment, t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv stabbilit bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw il-kunsens unanima tal-Kunsill permezz ta’ l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar,

Wara li kkunsidraw il-kunsens tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni mogħtija mill-Kunsill permezz ta’ l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika,

Billi ċ-Charter Ewropea ta’ l-Enerġija kienet iffirmata mill-Komunitajiet Ewropej u mill-Istati Membri tagħhom fis-17 ta’ Diċembru 1991;

Billi, fis-17 ta’ Diċembru 1994, il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom iffirmaw it-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija u aspetti ambjentali relatati sabiex jipprovdu qafas legali internazzjonali b’sigurtà u li jorbot għall-prinċipji u l-għanijiet stabbiliti f’dak iċ-Charter;

Billi l-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom qegħdin provviżjonalment japplikaw it-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija bis-saħħa tad-Deċizjonijiet tal-Kunsill Nru 94/998/KE [3] u 94/1067/Euratom [4] mid-data tal firma tagħhom;

Billi l-prinċipji u l-għanijiet tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija huma ta’ importanza fondamentali għall-futur ta’ l-Ewropa, filwaqt li jippermettu lill-membri tal-Commonwealth tal-Istati Indipendenti u l-pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant li jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom ta’ enerġija, waqt li jgħinu biex itejbu s-sigurtà tal-forniment;

Billi l-prinċipji u l-għanijiet tal-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija għandhom jgħinu biex jipprovdu protezzjoni akbar għall-ambjent, l-aktar billi jgħollu l-effiċjenza fl-enerġija;

Billi huwa meħtieġ li tkun ikkonsolidata l-inizjattiva u rwol ċentrali tal-Komunitajiet Ewropej, billi tippermetti lil dawn ta’ l-aħħar li jipparteċipaw bis-sħiħ fl-implementazzjoni tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija;

Billi l-konklużjoni tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija għandha tgħin biex jinkisbu l-għanijiet tal-Komunitajiet Ewropej;

Billi l-Artikolu 73ċ(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandu jintuża bħala bażi legali għal din id-Deċizjoni, ladarba ċ-Charter tatt-Trattat ta’ l-Enerġija jimponi ċerti obligazzjonijiet fuq il-Komunitajiet Ewropej li jirrigwardaw il-moviment tal-kapital u l-pagamenti bejn il-Komunitajiet u partijiet kontraenti minn pajjiżi terżi għat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija;

Billi t-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija jista’ jeffettwa l-atti leġislattivi bbażati fuq l-Artikolu 235 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea; billi dan it-Trattat ma pprovda l-ebda poteri apparti minn dawk li joriġinaw mill-Artikolu 235 għall-implementazzjoni ta’ l-obligazzjonijiet imposti b’dak it-Trattat fir-rigward tal-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-enerġija;

Billi t-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija għandhom ikunu approvati mill-Komunitajiet Ewropej;

Billi, sabiex tassigura rappreżentazzioni esterna uniformi tal-Komunitajiet Ewropej, kemm fil-proċedura tal-konkluzjoni kemm fit-twettieq tal-impenji li daħlu għalihom il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, għandhom ikunu stabbiliti proċeduri xierqa ta’ koordinament; billi, għal dan il-għan, għandha ssir dispożizzjoni sabiex din id-Deċiżjoni tkun iddepożitata mal-Gvern tar-Repubblika Portugiża fl-istess ħin tal-istrumenti tar-ratifika ta’ l-Istati Membri; billi, għall-istess raġuni, il-pożizzjoni li għandha tkun adottata mill-Komunitajiet Ewropej u mill-Istati Membri trid tkun ikkoordinata fir-rigward tad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Konferenza dwar iċ-Charter ta’ l-Energija stabbilita mit-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija fl-oqsma li fihom jaqsmu r-responsabbiltà;

Billi l-Konferenza dwar iċ-Charter ta’ l-Enerġija għandha l-poter awtonomu li tieħu deċiżjonijiet; billi, bħala konsegwenza, proċeduri xierqa għandhom jiġu pprovduti biex tkun stabbilita l-pożizzjoni tal-Komunitajiet Ewropej fil-Konferenza dwar iċ-Charter ta’ l-Enerġija;

Billi dawn il-proċeduri għandhomikunu ta’ natura simplifikata, biex jippermettu sehem effettiv tal-Komunitajiet Ewropej fil-Konferenza msemmija;

Billi, fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Konferenza msemmija hawn fuq li jeħtieġu l-adozzjoni jew il-modifiki tal-leġislazzjoni tal-Komunità, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jaġixxu skond ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 228(1) u (2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej;

Billi, meta d-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Konferenza dwar iċ-Charter ta’ l-Enerġija jirrigwardaw oqsma ta’ kompetenza mħallta, il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw bil-għan li jiksbu pożizzjoni komuni, b’konformita mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija dwar l-effiċjenza ta’ l-Enerġija u aspetti ambjentali relatati (minn issa l-quddiem imsemmija bħala il-"Charter tal-Protokoll ta’ l-Enerġija") huma b’dan approvati f’isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, il-Komunità Ewropea u il-Komunita Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.

It-testi tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u taċ-Charter tal-Protokoll ta’ l-Enerġija huma mehmuza ma’ din id-Deċizjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunitajiet Ewropej, jiddepożita l-istrument ta’ l-approvazzjoni tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u tal-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija mal-Gvern tar-Repubblika Portugiża, b’konformita ma’ l-Artikoli 39 u 49 tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u mal-Artikoli 15 u 21 tal-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija. Permezz ta’ l-istess kondizzjonijiet, il-President tal-Kummissjoni għandu jiddepożita l-istrumenti ta’ l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u tal-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika.

Il-President tal-Kunsill u l-President tal-Kummissjoni, waqt li jaġixxu f’isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika rispettivament, għandhom jikkonsultaw ma l-Istati Membri sabiex jassiguraw, sa kemm hu possibbli, d-depożiti simultanji tal-istrumenti tagħhom ta’ l-approvazzjoni.

Artikolu 3

1. Il-pożizzjoni li l-Komunità Ewropea tista tkun meħtieġa li tieħu fi ħdan il-Konferenza dwar iċ-Charter ta’ l-Enerġija, stabbilita bit-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija, fir-rigward ta’ deċiżjonijiet ta’ din il-Konferenza li teħtieġ l-introduzzjoni jew il-modifika tal-leġislazzjoni tal-Komunità għandha, bla ħsara għal paragrafu 3, tkun adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b’konformità mar-regoli tat-Trattat li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea.

Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. B’dana kollu, il-Kunsill għandu jaġixxi unanimament jekk id-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-imsemmija Konferenza tkopri qasam li għalih tinħtieġ l-unanimità għat-tħaddin tar-regoli nterni tal-Komunità.

2. F’każi oħrajn, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea għandha tkun adottata mill-Kunsill.

3. Għal dawk il-materji li jaqgħu fi ħdan il-paragraph 1, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw fis-sħiħ lill-Parlament Ewropew fuq bażi regolari u għandhom jagħtu lill-Parlament Ewropew l-opportunità li jesprimi l-opinjonijiet tiegħu fuq il-pożizzjoni li l-Komunità għandha tiehu fil-Konferenza msemmija fil-paragraph 1.

Fil-każ ta’ deċiżjonijiet tal-Konferenza msemmija permezz ta’ l-Artikolu 34(7) tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija, il-Kunsill għandu jikkonsulta, jew jikseb il-kunsens ta’, il-Parlament Ewropew qabel ma jieħu d-deċiżjoni tiegħu, permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 228(3) tat-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea.

4. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandha tkun adottata mill-Kummissjoni bl-approvazzoni tal-Kunsill, li għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata jew b’unanimità skond il-materja tas-suġġett.

5. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem il-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika għandha tkun adottata mill-Kummissjoni bl-approvazzoni tal-Kunsill li għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussell, fit-23 ta’ Settembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Wijers

Għall-Kummissjoni

J. Santer

Il-President

[1] Id-Deċiżjoni dwar il-konkluzjoni taċ-Charter tat-Trattat ta’ l-Enerġija f’isem il-Komunità Ewropea kienet adottata mill-Kunsill fis-27 ta’ Mejju 1997.

[2] ĠU C 85, tas-17.3.1997.

[3] ĠU L 380, tal-31.12.1994, p. 1.

[4] ĠU L 380, tal-31.12.1994, p. 113.

--------------------------------------------------

Top