EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31997L0075

Id-Direttiva tal-Kunsill 97/75/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 li temenda, u testendi għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, id-Direttiva 96/34/KE dwar il-qafas ta' ftehim dwar il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNIIE, ĊEIP u l-KETU

OJ L 10, 16.1.1998, p. 24–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 05 Volume 003 P. 263 - 263
Special edition in Estonian: Chapter 05 Volume 003 P. 263 - 263
Special edition in Latvian: Chapter 05 Volume 003 P. 263 - 263
Special edition in Lithuanian: Chapter 05 Volume 003 P. 263 - 263
Special edition in Hungarian Chapter 05 Volume 003 P. 263 - 263
Special edition in Maltese: Chapter 05 Volume 003 P. 263 - 263
Special edition in Polish: Chapter 05 Volume 003 P. 263 - 263
Special edition in Slovak: Chapter 05 Volume 003 P. 263 - 263
Special edition in Slovene: Chapter 05 Volume 003 P. 263 - 263
Special edition in Bulgarian: Chapter 05 Volume 005 P. 31 - 31
Special edition in Romanian: Chapter 05 Volume 005 P. 31 - 31

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/03/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1997/75/oj

31997L0075



Official Journal L 010 , 16/01/1998 P. 0024 - 0024


Id-Direttiva tal-Kunsill 97/75/KE

tal-15 ta' Diċembru 1997

li temenda, u testendi għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, id-Direttiva 96/34/KE dwar il-qafas ta' ftehim dwar il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNIIE, ĊEIP u l-KETU

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-Ftehim dwar il-politika soċjali anness mal-Protokoll 14 tat-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu, adotta d-Direttiva 96/34/KE [4]; billi, b'riżultat ta' dan, l-imsemmija Direttiva ma tapplikax għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq;

Billi l-Kunsill Ewropew ta' Amsterdam, li sar fis-16 u s-17 Ġunju 1997, innota b'approvazzjoni l-ftehim tal-Konferenza Intergovernamentali biex tinkorpora l-Qbil dwar il-politika soċjali fit-Trattat u nnota wkoll li kellu jinstab mezz sabiex jingħata effett legali, skond ix-xewqa tar-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta' Fuq, biex jiġu aċċettati Direttivi diġà adottati fuq il-bażi ta' dak il-qbil qabel ġie ffirmat it-Trattat ta' Amsterdam; billi din id-Direttiva tfittex li tilħaq dan l-għan billi testendi d-Direttiva 96/34/KE għar-Renju Unit;

Billi l-fatt li d-Direttiva 96/34/KE mhix applikabbli fir-Renju Unit jaffetwa direttament il-funzjoni tas-suq intern; billi l-implimentazzjoni tal-ftehim qafas anness ma' dik id-Direttiva u, partikolarment, il-prinċipju tal-qadi flimkien ta' l-obbligi tax-xogħol u tal-familja għal ġenituri li jaħdmu, fl-Istati Membri kollha ttejjeb il-funzjonament tas-suq intern;

Billi l-implimentazzjoni tal-ftehim qafas jimmira, partikolarment, li jilħaq l-objettiv ta' l-ugwaljanza ta' trattament bejn l-irġiel u n-nisa f'dak li għandu x'jaqsam ma' opportunitajiet tax-xogħol u t-trattament fuq ix-xogħol, u l-qadi flimkien ta' l-obbligi tax-xogħol u tal-familja;

Billi l-adozzjoni ta' din id-Direttiva tagħmel id-Direttiva 96/34/KE applikabbli fir-Renju Unit; billi, mid-data li fiha din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, il-kliem "Stati Membri" fid-Direttiva 96/34/KE għandu jinftehmu li jinkudu r-Renju Unit,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, id-Direttiva 96/34/KE għandha tapplika għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.

L-Artikolu 2

Il-paragrafu li ġej għandu jiġi inserit fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/34/KE:

"1a. Fejn jidħlu r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, id-data tat-3 ta' Ġunju 1998 fil-paragrafu 1 għandha tiġi ssostitwita bil-15 ta' Diċembru 1999."

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1997.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-C. Juncker

[1] ĠU C 335, tas-6.11.1997.

[2] ĠU C 371, tat-8.12.1997.

[3] ĠU C 355, tal-21.11.1997.

[4] ĠU L 145, tad-19.6.1996, p. 4.

--------------------------------------------------

Top