EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R2200

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex

OJ L 297, 21.11.1996, p. 1–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 020 P. 55 - 82
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 020 P. 55 - 82
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 020 P. 55 - 82
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 020 P. 55 - 82
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 020 P. 55 - 82
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 020 P. 55 - 82
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 020 P. 55 - 82
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 020 P. 55 - 82
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 020 P. 55 - 82
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 020 P. 29 - 57
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 020 P. 29 - 57

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2008; Imħassar b' 32008R0361

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2200/oj

31996R2200



Official Journal L 297 , 21/11/1996 P. 0001 - 0028


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 2200/96

tat-28 ta' Ottubru 1996

dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

(1) Billi fil-preżent tibdiliet varji qegħdin iqiegħdu s-settur tal-frott u l-ħaxix f'sitwazzjoni ġdida li għandhom jaġġustaw għaliha l-produtturi; billi, għalhekk hija meħtieġa riorjentazzjoni tar-regoli bażiċi ta' l-organizzazzjoni tas-suq għas-settur; billi, minħabba l-bidliet numerużi magħmula lil dik l-organizzazzjoni tas-suq minn mindu kienet l-ewwel adottata, Regolament ġdid, għandu jiġi adottat, biex ikun iktar ċar;

(2) Billi huwa mixtieq li jiġu inseriti f'dak ir-Regolament ġdid id-disposizzjonijiet prinċipali tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3285/83 ta' l-14 ta' Novembru 1983 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-estensjoni ta' ċerti regoli maħruġa mill-organizzazzjonijiet ta' produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix [4], tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1319/85 tat-23 ta' Mejju 1985 dwar ir-rinforzar tas-sorveljanza fuq l-applikazzjoni tar-regoli tal-Komunità dwar frott u ħaxix [5], tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2240/88 tad-19 ta' Lulju 1988 li jiffissa, għall-ħawħ, lumi u larinġ, ir-regoli dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 16b tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħaxix [6], tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1121/89 tas-27 ta' April 1989 dwar l-introduzzjoni ta' limitu ta' intervent għat-tuffieħ u l-pastard [7], u tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1198/90 tas-7 ta'Mejju 1990 li jistabbilixxi reġistru Komunitarju tal-kultivazzjoni taċ-ċitru [8]; billi dawn ir-Regolamenti għandhom għalhekk jiġu mħassra;

(3) Billi l-klassifika li tuża standards komuni obbligatorji għall-frott u l-ħaxix kemm mibjugħa fil-Komunità kif ukoll esportati f'pajjiżi terzi tipprovdi kwadru ta' referenza li jinkoraġġixxi kummerċ ġust u trasparenza fis-suq kif ukoll telimina prodotti ta' kwalità inferjuri mis-suq; billi konformità ma' dawn l-istandards tgħin ukoll biex iżżid il-profitabilità tal-produzzjoni;

(4) Billi kien ikun deżiderabbli, għal raġunijet ta' sempliċità, li jiġu adottati standards għall-frott u l-ħaxix li jkollhom impatt relattivament kbir fis-suq li jieħdu kont ta' l-istandards adottati mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE); billi huwa neċessarju li jiġu ffissati il-kondizzjonijiet li taħthom dawn l-istandards internazzjonali jistgħu jiġu aġġustati għall-ħtiġiet speċifiċi tal-Komunità;

(5) Billi standardizzazzjoni ma tistax tkun kompletament effettiva jekk ma tiġix applikata, salva l-eżenzjoni, f'kull stadju tas-suq u mat-tluq mir-reġjun ta' produzzjoni; billi l-eżenzjoni tista', madanakollu, tiġi pprovduta fil-każ ta' ċerti operazzjonijiet li jew huma marġinali u speċifiċi ħafna jew iseħħu fil-bidu tal-katina ta' distribuzzjoni, jew fil-każ ta' prodotti maħsuba għall-ipproċessar; billi għandu jittieħed kont ukoll tal-possibbiltà ta' skarsezza u ta' provvisti eċċezjonalment abbundanti; billi sabiex tiġi garantita l-kwalità meħtieġa mill-istandards, id-detentur tal-prodott għandu jkun reponsabbli għall-konformità, billi b'mod partikolari, il-ħtiġiet tal-konsumatur għal dak li jirrigwarda l-karatteristiċi tal-frott u l-ħaxix, għandhom ifissru illi l-oriġini tal-prodotti tkun inkluża fit-tikkettjar sa u inkluż l-istadju finali tal-bejgħ bl-imnut;

(6) Billi l-produzzjoni u l-marketing ta' frott u ħaxix għandu jieħu kont sħiħ tal-preokkupazzjonijiet ambjentali, f'dan inklużi l-prattiċi tal-kultivazzjoni, l-immaniġġjar ta' l-iskart u d-distruzzjoni tal-prodotti rtirati mis-suq, b'mod partokolari f'dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-kwalità ta' l-ilma, il-preservazzjoni tal-biodiversità u l-manutenzjoni tal-kampanja;

(7) Billi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-elementi bażiċi fl-organizzazzjoni komuni tas-suq, li jassiguraw fil-livell tagħhom l-operazzjoni deċentralizzata; billi, fl-isfond tal-konċentrazzjoni dejjem akbar ta' domanda, l-iggruppament ta' provvista permezz ta' dawn l-organizzazzjonijiet huwa aktar minn qatt qabel neċessità ekonomika sabiex issaħħaħ il-posizzjoni tal-produtturi fis-suq; billi dan l-aggruppament għandu jsir fuq bażi volontarja u għandu juri li hu utli mill-wisa' u l-effiċjenza tas-servizzi li joffru l-organizzazzjonijiet tal-produtturi lill-membri tagħhom; billi l-kunsinna ta' prodotti lill-organizzazzjonijiet speċjalizzati tal-produtturi li jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament m'għandhiex titqiegħed fid-dubju;

(8) Billi organizzazzjoni ta' produtturi ma tistax tiġi rrikonoxxuta mill-Istat Membru tagħha bħala li kapaċi tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq jekk l-istatut tagħha ma jimponix fuqha u fuq il-membri tagħha ċerti kondizzjonijiet; billi l-gruppi ta' produtturi li jixtiequ jakkwistaw l-istatus ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi skond dan ir-Regolament għandhom jingħataw il-benefiċċju ta' perjodu transitorju li matulu għajnuna finanzjarja nazzjonali u mill-Komunità tista' tingħata taħt ċerti garanziji mill-grupp;

(9) Billi għandu jkun hemm perjodu transitorju għall-organizzazzjonijiet ta' produtturi diġà rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KEE) Nru) 1035/72 [9] li ma jistax immedjatament jilħqu l-ħtiġiet ta' rikonoxximent ta' dan ir-Regolament; billi dawk l-organizzazzjonijiet għandhom ikunu jistgħu juru ruħhom kapaċi li jagħmlu t-tibdil meħtieġ;

(10) Billi sabiex organizzazzjonijiet ta' produtturi jingħataw responsabbiltà akbar kemm għad-deċiżjonijiet finanzjarji tagħhom mod partikolari kif ukoll biex ir-riżorsi pubbliċi allokati lilhom jiġu indirizzati lejn ħtiġijiet tal-futur, għandhom isiru kondizzjonijiet għall-użu ta' dawn ir-riżorsi; billi finanzjament konġunt mill-fondi operazzjonali stabbiliti minn organizzazzjonijiet ta' produtturi jista' jkun soluzzjoni approprjata;

(11) Billi l-istabbiliment u l-funzjonament proprju tal-fondi operazzjoali jeħtieġu li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jieħdu kontroll f'idejhom tal-produzzjoni sħiħa relevanti ta' frott u ħaxix tal-membri tagħhom;

(12) Billi sabiex jiġi kkontrollat l-infiq Komunitarju, għandu jkun hemm limitu fuq assistenza mogħtija lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jistabbilixxu fondi operazzjonli;

(13) Billi fir-reġjuni fejn l-organizzazzjoni tal-produzzjoni hija dgħajfa l-għoti ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji nazzjonali addizzjonali għandu jitħalla; billi fil-każ ta' Stati Membri li huma fi żvantaġġ partikolari fir-rigward ta' strutturi, dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu mħallsa lura mill-Komunità permezz tal-Qafas ta' Sostenn tal-Komunità;

(14) Billi, sabiex jittejjeb aktar l-impatt ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u sabiex jiġi assigurat li s-suq ikun stabbli kif mixtieq, l-Istati Membri għandhom jitħallew taħt ċerti kondizzjonijiet jestendu għall-produtturi li m'humiex membri fir-reġjun tagħhom ir-regoli, partikolarment dawk dwar il-produzzjoni, il-marketing u l-protezzjoni ta' l-ambjent, adottati għall-membri tagħhom mill-organizzazzjoni jew mill-assoċjazzjoni għar-reġjun ikkonċernat; billi, meta tingħata ġustifikazzjoni approprjata, ċerti spejjeż ikkawżati minn din l-estensjoni tar-regoli għandhom jitħallsu mill-produtturi kkonċernati billi jkunu huma li jibbenefikaw minn dik l-estensjoni;

(15) Billi l-organizzazzjonijiet interprofessjonali stabbiliti fuq l-inizjattiva ta' operaturi individwali jew gruppi ta' operaturi diġà stabbiliti, jistgħu, jekk jirrappreżentaw proprozjon sinifikanti tal-membri tal-kategoriji varji fil-mistier tas-settur tal-frott u tal-ħaxix, jikkontribwixxu biex tingħata iktar attenzjoni għar-realtajiet tas-suq u biex jiffaċilita b'mod iktar kummerċjali kif jingħataw rapporti dwar il-produzzjoni, jiġifieri dwar l-organizzazzjoni tal-produzzjoni, il-preżentazzjoni tal-prodott u l-marketing; billi x-xorta ta' dawn l-organizzazzjonijiet kapaċi jikkontribwixxu b'mod ġenerali biex jintlaħqu l-miri ta' l-Artikolu 39 tat-Trattat u b'mod partikolari dawk f'dan ir-Regolament għandu jkun possibbli, ladarba l-forom ta' azzjoni relevanti jkunu ġew stabbiliti li jingħata rikonoxximent speċifiku lil dawk l-organizzazzjonijiet illi jagħtu xhieda li huma rappreżentattivi biżżejjed u li fil-prattika jaġixxu fir-rigward ta' dawn il-miri; billi d-disposizzjonijiet fuq l-estensjoni tar-regoli adottati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u dawk fuq ir-ripartizzjoni ta' l-ispejjeż li tirriżulta minn din l-estensjoni għandhom, billi l-miri huma simili japplikaw ukoll għall-organizzazzjonijiet interprofessjonali;

(16) Billi biex jiġu stabbilizzati l-prezzijiet huwa mixtieq li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu kapaċi jintervjenu fis-suq, b'mod partikolari billi jiddeċiedu li ma jqiegħdux għall-bejgħ kwantitajiet partikolari f'perjodi partikolari; billi dawn l-operazzjonijiet ta' tneħħija mis-suq m'għandhomx jitqiesu bħala alternattiva ta' sbokk għas-suq innifsu; billi l-finanzjament ta' tneħħija mis-suq għandu għalhekk ikun ristrett għall-perċentwali fissa tal-produzzjoni u l-kumpens tal-Komunità jingħata f'livell imnaqqas, għalkemm l-użu tal-fondi ta' l-operazzjoni għal dan l-iskop għandu jiġi permess; billi għas-sempliċità l-kumpens tal-Komunità għandu jkun ta' rata fissa unika għal kull prodott; billi, biex jintlaħaq tnaqqis paragunabbli għall-prodotti kollha, ċerti differenzjazzjonijiet huma meħtieġa;

(17) Billi kull intervent jista' jkun effettiv fl-intier biss jekk il-prodotti rtirati mis-suq ma jerġgħux jiġu introdotti fiċ-ċiklu normali tas-suq; billi huwa għaqli li jkunu speċifikati l-użi alternattivi jew id-destinazzjonijiet varji ta' dawn il-prodotti biex tiġi evitata kemm jista' jkun il-qerda tagħhom;

(18) Billi dan il-mod ġdid ta' amministrazzjoni ta' tneħħija mis-suq jippermetti li d-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar l-implikazzjonijiet ta' limiti maqbuża jiġu mħassra minnufih; billi huwa, iżda, raġonevoli li jinżamm il-prinċipju bażiku ta' dawk id-disposizzjonijiet għal perjodu transitorju u li tingħata awtorità lill-Kummissjoni li tieħu azzjoni fuq il-bażi ta' dak il-prinċipju jekk ikun meħtieġ;

(19) Billi skond ir-Regolament (KE) Nru 3290/94 [10] il-Kunsill adotta l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat il-ftehim konkluż fil-kuntest ta' l-Urugwaj Round ta' negozjati tal-kummerċ multilaterali, b'mod partikolari l-arranġamenti ġodda ta' kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur tal-frott u l-ħaxix; billi d-disposizzjonijiet ta' l-Anness XIII mar-Regolament (KE) Nru 3290/94 ġew inseriti f'dan ir-Regolament; billi, madanakollu, meta prodotti jkunu importati fil-Komunità għall-ipproċessar industrijali, ma jinbiegħux mal-kunsinna; billi l-verifika tal-prezz tad-dħul tista' għalhekk issir fuq bażijiet oħrajn minbarra l-valur ta' rata uniformi; billi d-disposizzjonijiet relevanti għandhom għalhekk jiġu ssupplimentati f'dan ir-rigward;

(20) Billi r-regoli ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq għandhom jiġu mħarsa mill-operaturi kollha li għalihom japplikaw, inkella l-impatt tagħhom jiġi distort bil-konsegwenzi kollha li jirriżultaw kemm fir-rigward ta' l-użu tar-riżorsi pubbliċi kif ukoll għar-rigward tal-livell ta' konkorrenza; billi korp speċjali ta' spetturi Komunitarji għandu jiġi stabbilit għal dan is-settur; billi kemm għar-raġunijiet ta' budget kif ukoll biex ikun effettiv il-korp għandu jkun kompost minn Uffiċjali tal-Kumissjoni u possibbilment personal ieħor; billi huwa wkoll neċessarju li ssir disposizzjoni għal sanzjonijiet Komunitarji sabiex jiġi assigurat li r-regoli ġodda jiġu applikati b'mod uniformi mill-Komunità kollha;

(21) Billi wieħed mill-elementi indispensabbli għall-amministrazzjoni addattata ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq huwa li jkun hemm tagħrif dettaljat dwar is-suq; billi għalhekk għandhom jiġu pprovduti miżuri għal dan l-iskop;

(22) Billi l-għoti ta' ċerta għajnuna tista' tikkomprometti l-funzjonament tas-suq komuni; billi, għalhekk, id-disposizzjonijiet tat-Trattat li jagħtu dritt li tiġi eżaminata l-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri u li jipprojbixxu dik l-għajnuna li tkun inkompatibbli mas-suq komuni, għandhom jiġu estiżi biex ikopru s-settur imsemmi f'dan ir-Regolament;

(23) Billi l-organizzazzjoni komuni tas-suq f'dak is-settur għandha tagħti kont addattat u simultanju tal-miri stabbiliti fl-Artikoli 39 u 110 tat-Trattat;

(24) Billi, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tad-disposizzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi stabbilita proċedura għal koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz ta' Kumitat amministrattiv;

(25) Billi sabiex tiġi ttrattata sitwazzjoni partikolarment sfavorevoli fis-settur tal-ġellewż, għandha tingħata għajnuna b'rata uniformi għall-ġellewż miġbur fis-snin tas-suq1997/1998, 1998/1999 u 1999/2000,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix.

2. L-organizzazzjoni komuni għandha tkun tkopri l-prodotti li ġejjin:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

070200 | Tadam frisk jew imkessaħ |

0703 | Basal, skalonja, tewm, kurrat u oħrajn simili, friski jew imkessħa |

0704 | Kaboċċi, pastard, ġdur, kaboċċi mberfla u ħxejjex simili li jittieklu friski jew imkessħa |

0705 | Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cjchorium spp.) friski jew imkessħa |

0706 | Zunnarija, nevew, pitravi, salsifika, karfus, ravanell u għeruq simili li jittieklu, friski jew imkessħa |

070700 | Ħjar u ħjar żgħir għall-immarinar, frisk jew imkessaħ |

0708 | Legumi mqaxxra jew le, friski jew imkessħa |

ex0709 | Ħaxix ieħor frisk jew imkessaħ eskluż il-ħaxix fis-subintestaturi 0709 60 91, 0709 60 95, 0709 60 99, 07090 90 31, 0709 90 39 u 0709 90 60 |

ex0802 | Lewż ieħor frisk jew niexef kemm jekk imqaxxar, bla qoxra jew le, barra milli areka (jew betel) u lewż tal-kola tas-subintstatura 0802 90 30 |

08030011 | Plantains friski |

ex08030090 | Plantains niexfa |

08042010 | Tin, frisk |

08043000 | Ananas |

080440 | Avokado |

08045000 | Gwava, mango, mangosteen |

0805 | Frott taċ-ċitru frisk jew niexef |

08061021080610290806103008061040080610500806106108061069 | Għeneb tal-mejda frisk |

0807 | Bettiegħ (inklużi dulliegħ) u papaya, friski |

0808 | Tuffieħ, lanġas u sfarġel, friski |

0809 | Berquq, ċirasa, ħawħ (inklużi n-nettarini), għajnbaqar u pruni, friski |

0810 | Frott ieħor frisk |

0813503108135039 | Taħlitiet biss jew lewż imnixxef ta' NM Nri 0801 u 0802 |

12121010 | Ħarrub |

3. Is-snin tas-suq għall-prodotti elenkati f'paragrafu 2 għandhom jiġu ddeterminati, jekk neċessarju, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.

TITOLU I

Il-Klassifika tal-prodotti

Artikolu 2

1. Prodotti li għandhom jiġu kkunsinnati friski lill-konsumatur jistgħu jiġu kklassifikati b'referenza għall-ġabra ta' standards.

2. L-Istandards għall-frott u l-ħaxix frisk li jinsab fl-Anness I għandhom jiġu adottati, bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46, għall-implimentazzjoni ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq. Għal dan l-iskop, għandu jittieħed kont ta' l-istandards NU/KEE rakkomandati mill-Kummissjoni Ekonomika tal-Grupp Ewropew tax-Xogħol dwar l-istandardizzazzjoni u l-kwalità ta' prodotti li jmorru.

Sakemm jiġu addattati standards ġodda, l-istandards stabbiliti skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru) 1035/72 għandhom jibqgħu japplikaw.

3. Il-Kummissjoni waqt li taġixxi skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 46 tista' żżid prodotti oħra mal-lista fl-Anness I.

Artikolu 3

1. Id-detentur ta' prodotti koperti bl-istandards ta' kwalità adottati ma jistax jesponi dawn il-prodotti jew joffrihom għall-bejgħ, jew jikkunsinnahom jew ibiegħhom f'xi mod ieħor fil-Komunità ħlief b'mod konformi ma' dawk l-istandards. Id-detentur għandu jkun responsabbli għall-osservanza ta' din il-konformità.

Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw dan li ġej mill-ħtiġiet tal-konformità ma' l-istandards ta' kwalità jew ma' xi wħud mid-disposizzjonijiet tagħhom:

(a) prodotti esposti jew offerti għall-bejgħ, mibjugħa, ikkunsinnati jew mibjugħa b'xi mod ieħor minn dak li jkabbarhom fi swieq bl-ingrossa, b'mod partikolari swieq tal-produtturi, li jinsabu fl-arja ta' produzzjoni;

(b) prodotti mibgħuta bil-baħar minn dawk is-swieq bl-ingrossa lil stazzjonijiet ta' preparazzjoni u mballaġġ u faċilitajiet ta' ħażna li jkunu jinsabu fl-istess arja ta' produzzjoni.

Meta t-tieni subparagrafu jiġi applikat, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni u għandu jinnotifikaha bil-miżuri li jkunu ttieħdu.

2. Dan li ġej m'għandux ikun meħtieġ jikkonforma ma' l-istandards ta' kwalità f'arja ta' produzzjoni partikolari:

(a) prodotti mibjugħa jew ikkunsinnati minn dak li jkabbarhom fl-istazzjonijiet ta' preparazzjoni u mballaġġ jew faċilitajiet ta' ħażna, jew mibgħuta bil-baħar mill-azjenda għal dawk l-istazzjonijiet;

(b) prodotti mibgħuta bil-baħar minn faċilitajiet ta' ħażna għal stazzjonijiet ta' preparazzjoni u mballaġġ.

3. Dan li ġej m'għandux ikun meħtieġ jikkonforma ma' l-istandards ta' kwalità:

(a) prodotti mibgħuta bil-baħar lejn impjanti ta' l-ipproċessar, sakemm il-kriterji minimi ta' kwalità għal prodotti maħsuba għall-ipproċessar industrijali ma jkunux ġew stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46;

(b) prodotti ttrasferiti mill-produttur fuq l-azjenda tiegħu lill-konsumatur għall-użu personali tagħhom;

(ċ) fuq Deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda fuq talba ta' Stat Membru li juża l-proċedura msemmija fl-Artikolu 46 għall-prodotti f'reġjun partikolari li jkunu mibjugħa bl-imnut fir-reġjun għall-konsum lokali stabbilit sewwa tradizzjonalment.

4. Għandha tingħata prova li l-prodotti koperti bil-paragrafi 2 u 3 (a) jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-użu maħsub tagħhom.

Artikolu 4

Meta, minħabba skarsezza kbira jew provvista eċċezjonalment abbundanti, il-provvista ta' prodotti li jikkonformaw ma' l-istandards ta' kwalità hija insuffiċjenti biex tlaħħaq ma' jew tkun teċċedi sewwa d-domanda tal-konsumatur, miżuri li jidderogaw mill-applikazzjoni tagħhom għal perjodu limitat għandhom jiġu adottati b'konformità ma' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.

Artikolu 5

1. Id-dettalji ta' l-informazzjoni meħtieġa mill-istandards ta' kwalità għandhom jidhru b'mod li jinqara f'posizzjoni ovvja fuq il-ġenb ta' l-imballaġġ, jew stampati b'mod li ma jitħassarx direttament fuq il-pakkett jew fuq tikketta li tkun parti integrali minnu jew imwaħħla sewwa mal-pakkett.

2. Għal oġġetti mibgħuta bil-baħar fi kwantità u mgħobbija direttament fuq mezz ta' trasport, id-dettalji msemmija f'paragrafu 1 għandhom jingħataw f'dokument li jakkumpanja l-oġġetti jew jintwerew fuq avviż imqiegħed f'posizzjoni li tidher ġewwa l-mezz ta' trasport.

Artikolu 6

Fl-istadju ta' l-imnut, meta l-prodotti jiġu ppakkeġġati d-dettalji ta' informazzjoni meħtieġa għandhom ikunu jinqraw u jidhru.

Għal prodotti li jkunu ppakkeġġati minn qabel fis-sens tad-Direttiva 79/112/KEE [11], il-piż nett għandu jiġi indikat, b'żieda għall-informazzjoni kollha prevista fil-livelli komuni ta' kwalità. Madanakollu, fil-każ ta' prodotti normalment mibjugħa bin-numru, il-ħtieġa li jiġi indikat il-piż nett m'għandhiex tapplika jekk in-numru ta' oġġetti jkun jidher ċar u jista' jingħad b'mod faċli minn barra jew, fin-nuqqas ta' dak, jekk in-numru jkun indikat fuq it-tikketta.

Il-prodotti jistgħu jiġu ppreżentati sfużi, sakemm il-bejjiegħ bl-imnut jesponi flimkien ma' l-oġġetti offerti għall-bejgħ karta li tkun turi b'mod prominenti u li tinqara d-dettalji ta' informazzjoni speċifikati fl-istandards ta' kwalità li jirrelataw għall-:

- varjetà,

- l-oriġini tal-prodott,

- il-klassi.

Artikolu 7

Sabiex jiġi stabbilit jekk prodotti koperti bl-istandards ta' kwalità jkunux jikkonformaw mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 3 sa 6, għandhom isiru kontrolli skond it-Titolu VI billi jittieħdu kampjuni f'kull stadju ta' marketing u matul it-trasport mill-awtoritajiet maħtura minn kull Stat Membru.

Dawn il-kontrolli għandhom preferibbilment isiru qabel ma jintbagħtu mill-arji ta' produzzjoni meta l-prodotti jkunu qegħdin jiġu ppakkjati jew mgħobbija.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni l-ismijiet ta' l-awtoritajiet li jkun appuntaw biex ikunu responsabbli għall-kontroll.

Artikolu 8

1. Prodotti koperti bl-istandards ta' kwalita għandhom jiġu aċċettati għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi biss jekk jikkonformaw ma' l-istandards ta' kwalità jew ma' l-istandards ta' l-inqas ekwivalenti.

2. L-Artikoli 3 sa 7 għandhom japplikaw għall-prodotti importati fil-Komunità wara li jiġu kkompletati l-formalitajiet ta' l-importazzjoni skond ir-regoli Komunitarji kurrenti.

Artikolu 9

1. Prodotti koperti bl-istandards ta' kwalità għandhom jiġu aċċettati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, biss jekk ikunu jikkonformaw ma' dawk l-istandards.

Derogi jistgħu, iżda, jingħataw skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 45 biex jissodisfaw il-ħtiġiet tas-swieq li għalihom ikunu intiżi.

2. Prodotti għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi għandhom ikunu suġġetti għal kontroll ta' konformità ma' l-istandards ta' kwalità qabel ma jħallu t-territorju doganali tal-Komunità.

Artikolu 10

Għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46 miżuri sabiex jassiguraw l-applikazzjoni uniformi tad-disposizzjonijiet ta' dan it-Titolu.

Għall-prodotti intiżi biex jiġu importati fil-Komunità, dawn il-miżuri jistgħu jikkonsistu fl-approvazzjoni ta' l-awtoritajiet uffiċjali ta' l-ispezzjoni tal-pajjiż terz esportatur.

TITOLU II

Organizzazzjonijiet ta' produtturi

Artikolu 11

1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, 'organizzazzjoni ta' produtturi' tfisser kull entità legali:

(a) li hija ffurmata fuq l-inizjattiva proprja ta' dawk li jkabbru fil-kategoriji ta' prodotti li ġejjin stabbiliti fl-Artikolu 1 (2):

(i) frott u ħaxix

(ii) frott

(iii) ħaxix

(iv) prodotti intiżi għall-ipproċessar

(v) frott taċ-ċitru

(vi) lewż

(vii) faqqiegħ;

(b) li għandhom b'mod partikolari l-iskop li:

(1) jassiguraw li l-produzzjoni tkun ippjanata u aġġustata skond id-domanda, partikolarment f'termini ta' kwalità u kwantità;

(2) jippromwovu l-konċentrazzjoni ta' provvista u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti mkabbra mill-membri tagħhom;

(3) inaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u l-istabbilizzar tal-prezzijiet tal-produtturi;

(4) jippromwovu l-użu ta' prattiċi ta' kultivazzjoni, teknika ta' produzzjoni u prattiċi tajbin għall-ambjent għall-immaniġġjar ta' l-iskart b'mod partikolari għall-protezzjoni tal-kwalità ta' l-ilma, tal-ħamrija u tal-pajsaġġ u li jippreżervaw u/jew jinkoraġġixxu l-biodiversità;

(ċ) ir-regoli ta' l-assoċjazzjoni li jeħtieġu l-membri produtturi, b'mod partikolari, illi:

(1) japplikaw ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni tal-produtturi dwar ir-rappurtaġġ ta' produzzjoni, il-produzzjoni nnifisha, il-marketing u l-protezzjoni ta' l-ambjent;

(2) ikunu membri biss ta' waħda mill-organizzazzjonijiet ta' produtturi msemmija fil-punt (a) dwar il-produzzjoni ta' azjenda partikolari ta' waħda mill-kategoriji ta' prodotti elenkati fil-punt (a);

(3) iqiegħdu fis-suq il-produzzjoni kollha kkonċernata permezz ta' l-organizzazzjoni ta' produtturi.

Iżda, meta l-organizzazzjoni ta' produtturi tawtorizza hekk u in konformità mal-kondizzjonijiet li ttistabbilixxi, il-membri produtturi jistgħu:

- ma jbiegħux aktar minn 25 % tal-produzzjoni tagħhom jekk ikunu membri ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi ta' frott u ħaxix kif imsemmija fil-punt (a) (i) u mhux aktar minn 20 % tal-produzzjoni tagħhom jekk ikunu membri ta' tipi oħrajn ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi direttament fl-azjendi tagħhom lill-konsumaturi għall-ħtiġiet personali tagħhom, u barra minn hekk;

- iqiegħdu fis-suq huma stess jew permezz ta' organizzazzjoni ta' produtturi oħra indikata mill-organizzazzjoni tagħhom stess, kwantitajiet ta' prodotti li jkunu marġinali fir-rigward tal-volumi imqiegħda fis-suq mill-organizzazzjoni tagħhom;

- iqiegħdu fis-suq permezz ta' organizzazzjoni ta' produtturi oħra indikata mill-organizzazzjoni proprja tagħhom prodotti li, minħabba l-karatteristiċi tagħhom, ma jkunux normalment koperti bl-attivitajiet kummerċjali ta' l-organizzazzjoni kkonċernata;

- skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46 ikunu awtorizzati għal ċerti prodotti biex jkkonkludu b'deroga kuntratti diretti ma' impriżi ta' pproċessar b'mod digressiv u għal perjodu transitorju sal-31 ta' Diċembru 1999;

(4) jipprovdu t-tagħrif mitlub mill-organizzazzjoni ta' produtturi għall-skopijiet statistiċi, b'mod partikolari f'arji ta' tkabbir, uċuh miġbura, prodott u bejgħ dirett;

(5) li jħallsu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji previsti fir-regoli ta' l-assoċjazzjoni għall-istabbiliment u r-riforniment tal-fond operazzjonali previst fl-Artikolu 15;

(d) ir-regoli ta' assoċjazzjoni li jipprovdu għal:

(1) proċeduri li jistabbilixxu, jaddottaw u jemendaw ir-regoli msemmija fil-punt (ċ) (1);

(2) l-impożizzjoni fuq il-membri ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji meħtieġa biex jiffinanzjaw l-organizzazzjoni ta' produtturi;

(3) regoli li jippermettu lill-membri ta' produtturi b'mod demokratiku li jiflu l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħhom;

(4) sanzjonijiet għall-ksur ta' l-obbligi skond ir-regoli ta' assoċjazzjoni, partikolarment in-nuqqas ta' ħlas tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji, jew tar-regoli stabbiliti mill-organizzazzjoni ta' produtturi;

(5) regoli dwar l-ammissjoni ta' membri ġodda, partikolarment żmien minimu ta' sħubija, u

(6) ir-regola ta' kontabilità u regoli ta' budget neċessarji għall-operat ta' l-organizzazzjoni;

(e) li ġiet irrikonoxxuta mill-Istat Membru kkonċernat skond paragrafu 2.

2. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament kull grupp ta' produtturi li japplika għal dan ir-rikonoxximent, bil-kondizzjoni illi:

(a) jiġu sodisfatti l-ħtiġiet stabbiliti f'paragrafu 1 u jipprovdu l-provi relevanti, inkluża l-prova li għandhom numru minimu ta' membri u jkopru volum minimu ta' produzzjoni li tista' tinbiegħ, li għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 45;

(b) ikun hemm provi biżżejjed li jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom b'mod xieraq, kemm tul iż-żmien u wkoll fis-sens ta' effikaċità;

(ċ) ikunu effettivament jagħtu l-fakultà lill-membri tagħhom li jakkwistaw assistenza teknika fl-użu ta' prattiċi ta' kultivazzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

(d) effettivament jipprovdu lill-membri tagħhom bil-mezzi tekniċi għall-ħażna, l-imballaġġ u l-marketing tal-prodott tagħhom u jassiguraw amministrazzjoni kummerċjali u ta' budget addattata ta' l-attivitajiet tagħhom.

3. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet ta' produtturi għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament organizzazzjonijiet ta' produtturi barra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 (a) li jkunu jeżistu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u jkunu rikonoxxuti taħt ir-Regolament Nru 1035/72 qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Meta skond is-subparagrafu preċedenti Stati Membri jirrikonoxxu dawk l-organizzazzjonijiet ta' produtturi, il-ħtiġijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, ħlief għall-paragrafu 1 (a), u, jekk approprjat, il-paragrafu 1 (ċ) (2), u l-paragrafu 2 għandhom japplikaw.

Artikolu 12

1. L-Istati Membri għandhom:

(a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent lil organizzazzjoni ta' produtturi fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat applikazzjoni bid-dokumenti kollha li jsaħħuha;

(b) iwettqu kontrolli f'intervalli regolari biex jaċċertaw li organizzazzjonijiet ta' produtturi jikkonformaw mal-kondizzjonijiet tar-rikonoxximent, jimponu fil-każ ta' non-konformità s-sanzjonijiet applikabbli għal dawn l-organizzazzjonijiet u jiddeċiedu, meta neċessarju, li jirtiraw ir-rikonoxximent;

(ċ) javżaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, b'kull deċiżjoni li jagħtu, jirrifjutaw jew jirtiraw ir-rikonoxximent.

2. Il-kondizzjonijiet li taħthom u l-frekwenza li biha l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' l-organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.

Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla li l-Artikolu 11 u l-paragarfu (1) (b) ta' dan l-Artikolu jkunu mħarsa billi jitwettqu verifiki skond it-Titolu VI u fid-dawl ta' dawn il-kontrolli għandhom, meta approprjat, jitolbu lill-Istati Membri biex jirtiraw ir-rikonoxximent.

Artikolu 13

1. L-Organizzazzjonijiet ta' produtturi mogħtija rikonoxximent skond ir-Regolament (KEE) Nru) 1035/72 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li ma jkunux jistgħu jikkwalifikaw għar-rikonoxximent taħt l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament mingħajr perjodu transitorju jistgħu jibqgħu joperaw taħt id-disposizzjonijiet tat-Titolu IV għal sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, sakemm jibqgħu in konformità mal-ħtiġiet ta' l-Artikoli msemmija tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

2. Il-perjodu ta' sentejn imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jittawwal għal ħames snin sakemm l-organizzazzjoni ta' produtturi kkonċernata:

(a) sa data ffissata qabel it-tmiem tal-perjodu ta' sentejn imsemmi l-fil-paragrafu 1, tippreżenta lill-Istat Membru relevanti, li għandu jew jaċċettah jew jirrifjutah, pjan ta' azzjoni bl-iskop li jintlaħaq rikonoxximent skond l-Artikolu 11 (2);

(b) tista' turi, meta tippreżenta il-pjan ta' azzjoni, li tkun stabbiliet il-fond ta' operazzjoni li għalih jirreferi l-Artikolu 15;

(ċ) tintrabat, taħt piena ta' sanzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru, li tikkompleta l-pjan ta'azzjoni qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin.

3. Organizzazzjonijiet ta' produtturi li ma jkunux jissodisfaw aktar il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, tkun xi tkun ir-reġuni u jkun xi jkun il-mument, għandhom jitilfu l-istatus tagħhom skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 12 (1) (b).

Madanakollu, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal xi drittijiet individwali li l-organizzazzjoni ta' produtturi tista' tkun akkwistat skond ir-Regolament (KEE) Nru) 1035/72.

Artikolu 14

1. Organizzazzjonijiet ġodda ta' produtturi jew dawk li ma jkunux ġew irrikonoxxuti skond ir-Regolament (KEE) Nru) 1035/72 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jitħallew perjodu transitorju ta' mhux aktar minn ħames snin biex fih jissodisfaw il-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent stabbiliti fl-Artikolu 11.

Sabiex jikkwalifikaw, għandhom jippreżentaw pjan gradwali ta' rikonoxximent lill-Istat Membru relevanti, li l-aċċettazzjoni tiegħu għandha tagħti bidu għall-perjodu ta' ħames snin imsemmi fl-ewwel subparagrafu u għandu jkun jikkostitwixxi rikonoxximent preliminari.

2. Matul l-ewwel erba' snin li jiġu wara d-data ta' rikonoxximent preliminari, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi msemmija fil-paragrafu 1:

(a) għajnuna biex jinkoraġġixxu l-formazzjoni tagħhom u jiffaċilitaw l-operazzjoni amministrattiva tagħhom;

(b) għajnuna, ipprovduta jew direttament jew permezz ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, taħt il-forma ta' self speċjali biex ikopru parti mill-investimenti meħtieġa biex jintlaħaq ir-rikonoxximent u jiġi stabbilit il-pjan ta' rikonoxximent imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

3. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi rimborsata mill-Komunità skond l-Artikolu 51 (2) u (3).

4. Qabel ma jingħata rikonoxximent preliminari, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħhom u bl-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom.

5. Il-preżentazzjoni ta' pjan ta' rikonoxximent minn organizzazzjoni ta' produtturi lil Stat Membru għandha tinvolvi impenn mill-organizzazzjoni biexm tissottometti ruħha għal kontrolli nazzjonali u Komunitarji skond it-Titolu VI, b'mod partikolari dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni addattata ta' fondi pubbliċi.

6. L-Istati Membri għandhom jimponu s-sanzjonijiet applikabbli fuq organizzazzjonijiet ta' produtturi li ma jissodisfawx l-obbligi tagħhom.

7. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni adottati taħt l-Artikolu 48 għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu disposizzjonijiet li jassiguraw li l-għajnuna mħallsa lill-organizzazzjonijiet Portugiżi ta' produtturi ma tkunx anqas, espressa bħala perċentwali tal-valur tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq ta' l-organizzazzjoni tal-produtturi, minn dik li tirriżulta mir-Regolament (KEE) Nru) 746/93 [12].

Artikolu 15

1. Assistenza finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi li jistabbilixxu fond ta' operazzjoni.

Dan il-fond għandu jkun mantenut minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mposti fuq il-produtturi membri fuq il-bażi tal-kwantitajiet jew valur tal-frott u ħaxix attwalment imqiegħda fis-suq u mill-assistenza finanzjarja li għaliha jirreferi l-ewwel subparagrafu.

2. Fondi operazzjonali kif indikati fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw għal:

(a) il-finanzjament kemm ta' irtirar mis-suq u kemm għall-ipproċessar tal-frott taċ-ċitru skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3;

(b) il-finanzjament ta' programm operazzjonali sottomess lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u approvat minnhom taħt l-Artikolu 16 (1).

Dawk il-fondi jistgħu wkoll jintużaw kollha jew in parti biex jiffinanzjaw pjan ta' azzjoni sottomess minn organizzazzjoni ta' produtturi msemmija fl-Artikolu 13.

3. L-użu ta' fond operazzjonali biex jiffinanzja tneħħija mis-suq u/jew l-ipproċessar ta' frott taċ-ċitru għandu jkun permess biss jekk il-programm ta' operazzjoni jkun ġie approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Il-finanzjament għandu jieħu forma waħda jew iżjed milli ġejjin:

(a) kumpens għal tneħħija mis-suq għal prodotti li m'humiex elenkati fl-Anness II li jkunu jikkonformaw ma' l-istandards fis-seħħ jekk dawn l-istandards ġew stabbiliti skond l-Artikolu 2;

(b) suppliment għall-kumpens ta' tneħħija mis-suq Komunitarju.

L-Istati Membri jistgħu jiffissaw livell massimu għall-kumpens jew is-suppliment iżda l-ammont tas-suppliment hekk iffissat miżjud ma' l-ammont ta' kumpens għal tneħħija mis-suq Komunitarju ma jistax jeċċedi l-livell massimu tal-prezzijiet ta' tneħħija mis-suq li japplikaw fis-sena tas-suq 1995/1996 skond l-Artikolu 16 (3) (a), l-Artikolu 16 (a), l-Artikolu 16 (b) u l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 18 (1) (a) tar-Regolament (KEE) Nru) 1035/72.

Il-proporzjon tal-fond operazzjonali li jista' jintuża biex jiffinanzja tneħħija mis-suq ma jistax jeċċedi 60 % fl-ewwel sena, 55 % fit-tieni, 50 % fit-tielet, 45 % fir-raba', 40 % fil-ħames u 30 % fis-sitt sena bil-quddiem li jibdew mid-data ta' l-approvazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-ewwel programm ta' operazzjoni sottomess mill-organizzazzjoni ta' produtturi u approvat minnhom.

Il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 22 (3), (4) u (5) għandhom japplikaw għat-tneħħija mis-suq imsemmi fil-punt (a) ta' l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

4. Programmi ta' operazzjoni kif indikat fil-paragrafu 2 (b) għandhom:

(a) ikollhom diversi mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 11 (1) (b) u oħrajn, inkluż b'mod partikolari: li tittejjeb il-kwalità tal-prodott, li jogħla l-valur kummerċjali tal-prodott, illi l-prodotti jiġu reklamati mal-konsumaturi, li jinħolqu linji ta' prodotti organiċi, li titħajjar il-produzzjoni integrata jew metodi oħra ta' produzzjoni li jirrispettaw l-ambjent u t-tnaqqis ta' l-irtirar;

(b) jinkludu azzjoni għall-iżvilupp ta' l-użu ta' teknika ambjentali soda mill-membri produtturi fir-rigward kemm il-prattiċi ta' kultivazzjoni kif ukoll ta' l-immaniġġjar ta' materjal ta' l-iskart.

"Tekniċi ambjentali soda" għandha tfisser, b’mod partikolari, dawk li jgħinu biex jintlaħqu l-iskopijiet ta’ l-Artikolu (1) (a), (b) u (ċ) tar-Regolament (KEE) Nru) 2078/92 [13];

(ċ) isiru disposizzjonijiet finanzjarji għar-riżorsi tekniċi u umani meħtieġa biex jassiguraw konformità ma’ l-istandards u regoli dwar is-saħħa tal-pjanti, u l-livelli massimi permessi għall-fdal.

5. L-assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ugwali għall-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji indikati f’ dak il-paragrafu kif attwalment imħallsa iżda limitati sa 50 % ta’ l-ispiża li tkun intnefqet realment skond il-paragrafu 2.

Din il-perċentwali għandha tkun ta’ 60 % meta programm ta’ operazzjoni jew parti minn programm ta’ operazzjoni tkun issottomessa minn:

(a) jew diversi organizzazzjonijiet ta’ produtturi Komuniatrji li jkunu joperaw fi Stati Membri differenti fuq skemi transnazzjonali, ħlief għal operazzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 2 (a);

(b) jew organizzazzjoni waħda jew iktar ta’ produtturi involuti fi skemi operati fuq bażi ta’ relazzjoni bejn il-fergħat.

Madanakollu l-assistenza finanzjarja għandha tkun limitata f’ rata ta’ 4 % tal-valur tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq ta’ kull organizzazzjoni ta’ produtturi, sakemm l-ammont totali ta’ assistenza finanzjarja ikun jirrappreżenta anqas minn 2 % tat-turnover totali ta’ l-organizzazzjonijiet kollha ta’ produtturi. Sabiex jiġi żgurat li dan il-limitu jitħares, għandu jsir ħlas bil-quddiem ta’ 2 % u dak li jibqa’ mill-assistenza għandu jingħata meta l-ammont totali ta’ l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkun magħruf. Mill-1999 "l quddiem il-figura ta' 4 % għandha titla" għall-4,5 % u l-perċentwali tat-turnover totali għandu jitla’ minn 2 % għall- 2,5 %.

6. Fir-reġjuni tal-Komunità fejn il-grad ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi jkun partikolarment baxx, l-Istati Membri jistgħu jkunu awtorizzati, fuq talba sostanzjata kif dovut, li jħallsu lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi assistenza nazzjonali finanzjarja ugwali għal nofs il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-produtturi. Din l-assistenza għandha tkun b’ żieda mal-fond ta’ l-operazzjoni.

Għall-Istati Membri li fihom inqas minn 15 % tal-produzzjoni ta’ frott u ħaxix tkun imqiegħda fis-suq minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi u li l-produzzjoni tagħhom ta’ frott u ħaxix tkun inqas minn 15 % tal-prodott agrikolu totali, l-għajnuna msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi rimborsata mill-Komunità fuq talba ta’ l-Istat Membru kkonċernat fil-Kwadru ta’ Sostenn Komunitarju.

Artikolu 16

1. Il-programmi ta’ operazzjoni msemmija fl-Artikolu 15 (2) (b) għandhom jiġu ssottomessi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom japprovawhom jew jirrifjutawhom jew jitolbu l-modifika tagħhom skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali biex jitfasslu kondizzjonijiet ġenerali dwar il-miżuri msemmija fl-Artikolu 15 (4) (b). Għandhom jissottomettu l-qafas propost tagħhom lill-Kummissjoni li tista’ titlob modifiki fi żmien tliet xhur jekk issib li l-proposta ma tippermettix li l-miri stabbiliti fl-Artikolu 130r tat-Trattat u fil-programm tal-Komunità ta’ politika u azzjoni dwar l-ambjent u l-Iżvilupp sostenut jintlaħqu.

2. Sa mhux aktar tard mit-tmien ta’ kull sena, l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri stima ta’ l-ammont tal-fond ta’ operazzjoni għas-sena ta’ wara u għandhom jissottomettu raġunijiet approprjati bbażati fuq l-estimi tal-programm ta’ operazzjoni, in-nefqa għas-sena kurrenti u eventwalment għas-snin preċedenti, fejn meħtieġ, dwar estimi ta’ kwantitajiet ta’ produzzjoni għas-sena ta’ wara. L-Istat Membru għandu, qabel l-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara, jinnotifika lill-organizzazzjoni ta’ produtturi bl-estimu ta’ l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja bil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15 (5).

Pagamenti ta’ għajnuna finanzjarja għandhom isiru fuq il-bażi tan-nefqa magħmula għall-iskemi koperti bil-programm ta’ operazzjoni. Ħlasijiet bil-quddiem jistgħu jsiru fir-rigward ta’ l-istess skemi soġġetti għall-għoti ta’ garanzija jew sigurtà.

Fil-bidu ta’ kull sena u mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar, l-organizzazzjoni ta’ produtturi għandha tinnotifika lill-Istat Membru bl-ammont finali tan-nefqa tas-sena ta’ qabel, flimkien mad-dokumenti neċessarji ta’ sostenn, sabiex tkun tista’ tirċievi l-bilanċ ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja.

3. Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuta minn Stat Membru tista’ tissostitwixxi l-membri tagħha għall-iskopijiet ta’ l-amministrazzjoni tal-fond ta’ operazzjoni tagħha fis-sens ta’ l-Artikolu 15 (1) u biex jiġu stabbiliti, implimentati u sottomessi programmi ta’ operazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 15 (2) (b) F’ dawn il-każijiet l-assoċjazzjoni għandha tirċievi l-assistenza finanzjarja u tagħmel in-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

4. Programmi ta’ operazzjoni u l-iffinanzjar tagħhom minn produtturi u minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi minn naħa ’l waħda u mill-fondi Komunitarji minn naħa l-oħra għandu jkollhom tul minimu ta’ tliet snin u tul massimu ta’ ħames snin.

5. Sottomissjoni ta’ programm ta’ operazzjoni lil Stat Membru minn organizzazzjoni ta’ produtturi jew, jekk issir l-għażla indikata fil-paragrafu 3, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, għandha timplika impenn mill-organizzazzjoni jew mill-assoċjazzjoni li jissottomettu ruħhom għal kontrolli nazzjonali u Komunitarji skond it-Titolu VI, b'mod partikolari fir-rigward ta' amministrazzjoni tajba ta' riżorsi pubbliċi.

Artikolu 17

Jekk l-istrumenti ġenerali ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq jirriżultaw li jkunu inadegwati jew mhux approprjati fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2) li huma ta' importanza kbira lokali jew reġjonali f'termini ekonomiċi jew ekoloġiċi jew li joħolqu diffikultajiet permanenti fis-suq Komunitarju minħabba, b'mod partikolari, kompetizzjoni internazzjonali qawwija, miżuri speċifiċi biex itejbu l-kompetittività ta' dawk il-prodotti u biex jippromwovuhom jistgħu jittieħdu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.

Artikolu 18

1. F'każijiet meta organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi li jkunu adottaw l-istess regoli, li tkun topera f'erja ekonomika speċifika tkun ikkonsidrata, fir-rigward ta' prodott speċifiku, li tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni u tal-produtturi f'dik l-arja, l-Istat Membru kkonċernat jista', fuq talba ta' l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni, jiddisponi li r-regoli li ġejjin ikunu jorbtu fuq produtturi stabbilit fl-arja li ma jkunux jappartjenu għal waħda mill-organizzazzjonijiet msemmija hawn fuq:

(a) ir-regoli msemmija fil-punt (1) ta' l-Artikolu 11 (1) (ċ),

(b) ir-regoli adottati mill-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni li għandhom x'jaqsmu ma' l-irtirar mis-suq,

bil-kondizzjoni li r-regoli:

- ikunu ilhom fis-seħħ għal mill-inqas sena tas-suq waħda,

- huma inklużi fil-lista eżawrjenti fl-Anness III,

- ikunu jorbtu għal mhux aktar minn tliet snin tas-suq.

2. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, 'erja ekonomika' tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni kontigwi jew ġirien li fihom il-kondizzjonijiet ta' produzzjoni u tqegħid fis-suq huma omoġenji.

3. Organizzazzjoni ta' produtturi jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet titqies rappreżentattiva skond fis-sens tal-paragrafu 1 meta l-membri tagħha jkunu jiffurmaw mill-inqas żewġ terzi tal-produtturi fl-erja ekonomika li fiha tkun topera u tkun tkopri għall-anqas żewġ terzi tal-produzzjoni ta' dik l-erja.

4. Ir-regoli li għandhom ikunu jorbtu lill-produtturi kollha f'arja ekonomika speċifika:

(a) m'għandhomx jikkaġunaw danni lill-produtturi oħrajn fl-Istat Membru jew fil-Komunità;

(b) m'għandhomx japplikaw, sakemm ma jinkluduhomx espressament, għal prodotti kkunsinnati għall-ipproċessar skond kuntratt iffirmat qabel il-bidu tas-sena tas-suq, bl-eċċezzjoni tar-regoli dwar rappurtaġġ tal-produzzjoni msemmi fil-paragrafu 1 (a);

(ċ) m'għandhomx jikkuntrastaw mar-regoli nazzjonali u Komunitarji fis-seħħ.

5. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnufih bir-regoli li jkunu jorbtu lill-produtturi kollha f'erja ekonomika speċifika. Dawn ir-regoli għandhom jiġu ppubblikati fis-serje 'Ċ' tal-Ġurnal Uffiċjali.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jħassar estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru:

(a) jekk issib li l-estensjoni in kwistjoni għal produtturi oħrajn teskludi kompetizzjoni f'parti sostanzjali tas-suq intern jew tipperikola kummerċ ħieles, jew li l-objettivi ta' l-Artikolu 39 tat-Trattat huma pperikolati;

(b) jekk issib li l-Artikolu 85 (1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, id-deċizjoni jew prattika kkonċertata li jkun ġie deċiż li jiġu estiżi għal produtturi oħrajn. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward ta' dak il-ftehim, dik id-deċiżjoni jew prattika kkonċertata għandha tapplika biss mid-data meta dan jiġi konstatat;

(ċ) meta, wara verifiki ex-post skond it-Titolu VI, jinstab li dan l-Artikolu ma jkunx ġie mħares.

6. Meta l-paragrafu 1 jiġi applikat, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi, wara li tiġi miflija l-prova ppreżentata, li produtturi mhux membri għandhom ikunu soġġetti għall-organizzazzjoni jew meta approprjat, l-assoċjazzjoni, għall-parti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-membri produtturi, sal-limitu li dawn ikunu użati biex ikopru:

(a) l-ispejjeż amministrattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli msemmija fil-paragrafu 1;

(b) l-ispejjeż ta' riċerka, studji dwar is-suq u promozzjonijiet ta' bejgħ magħmula mill-organizzazzjoni jew assoċjazzjoni u li minnhom jibbenefikaw il-produtturi kollha f'dik l-erja.

7. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lista ta' l-arji ekonomiċi kif imsemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni. Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tapprova l-lista jew għandha, wara konsultazzjoni ma' l-Istat Membru kkonċernat, tiddeċiedi dwar l-emendi li dan ta' l-aħħar għandu jagħmel fiha. Il-lista approvata għandha tkun ippublikata fis-serje 'Ċ' tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

TITOLU III

Organizzazzjonijiet u ftehim bejn il-fergħat

Artikolu 19

1. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, 'organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bejn il-fergħat' hawnhekk iżjed 'il quddiem magħrufa bħala 'organizzazzjonijiet bejn il-fergħat', tfisser entitajiet legali li:

(a) huma magħmula minn rappreżentanti ta' attivitajiet ekonomiċi marbuta mal-produzzjoni ta' u/jew il-kummerċ fi u/jew l-ipproċessar tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 (2);

(b) huma stabbiliti fuq l-inizjattiva ta' l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom li jikkostitwuhom;

(ċ) iwettqu numru mill-miżuri li ġejjin f'reġjun wieħed jew iktar r-reġjuni tal-Komunità, fil-waqt li jittieħed kont ta' l-interessi tal-konsumaturi:

- jittejjeb it-tagħrif u t-trasparenza tal-produzzjoni u tas-suq,

- tiġi megħjuna kordinazzjoni aħjar fil-mod li bih il-frott u l-ħxejjex jitqiegħdu fis-suq, b'mod partikolari permezz ta' riċerka u studji tas-suq,

- jitħejjew forom standard ta' kuntratt kompatibbli mar-regoli tal-Komunità,

- jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tal-produzzjoni tal-frott u l-ħxejjex,

- tiġi pprovduta informazzjoni u ssir riċerka neċessarja biex il-produzzjoni tiġi aġġustata lejn prodotti iktar addattati għall-ħtiġiet tas-suq u l-gosti u x'jippretendi l-konsumatur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-prodott u l-ħarsien ta' l-ambjent,

- jinstabu metodi li jirrestrinġu l-użu ta' prodotti tas-saħħa tal-pjanti u adittivi oħrajn u li jassiguraw il-kwalità tal-prodott u l-ħamrija u l-konservazzjoni ta' l-ilma,

- jiġu żviluppati metodi u strumenti għat-titjib fil-kwalità tal-prodott,

- jiġi sfruttat il-potenzjal ta' u l-protezzjoni ta' biedja organika kif ukoll deskrizzjonijiet ta' l-oriġini, tikketti ta' kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi,

- tiġi promossa produzzjoni integrata jew metodi oħrajn ta' produzzjoni sodi għall-ambjent,

- jiġu stabbiliti regoli, fir-rigward tar-regoli dwar produzzjoni u kummerċ stabbiliti fl-Anness III, li huma aktar iebsa mir-regoli Komunitarji jew nazzjonali.

(d) ikunu ġew irrikonoxxuti mill-Istat Membru kkonċernat skond il-kondizzjonijiet indikati fil-paragrafu 2.

2. Jekk ġustifikat mill-istrutturi ta' l-Istat Membru, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet bejn fergħat fis-sens ta' dan ir-Regolament l-organizzazzjonijiet kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom li jagħmlu l-applikazzjoni meħtieġa, bil-kondizzjoni illi:

(a) iwettqu l-attività tagħhom f'reġjun wieħed jew aktar f'dak it-territorju;

(b) ikunu jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-produzzjoni ta' u/jew tan-negozju fi u/jew ta' l-ipproċessar ta' frott u ħxejjex u prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex fir-reġjun jew reġjuni in kwisjoni u, meta jkunu jinvolvu aktar minn reġjun wieħed, ikunu jistgħu juru livell minimu ta' rappreżentanza f'kull reġjun għal kull waħda mill-fergħat tal-grupp;

(ċ) iwettqu bosta mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 (ċ);

(d) ma jkunux huma stess jaħdmu fil-produzzjoni jew fl-ipproċessar jew it-tqegħid fis-suq tal-frott u l-ħxejjex jew prodotti pproċessati mill-frott u l-ħxejjex;

(e) ma jwettqux xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 20 (3).

3. Qabel ma jagħtu rikonoxximent l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat li jkunu applikaw għal rikonoxximent, u jiġi pprovdut ukoll it-tagħrif relevanti dwar ir-rappreżentanza u l-attivitajiet varji tagħhom, flimkien ma' kull tagħrif ieħor meħtieġ għall-istima.

Il-Kummissjoni tista' toġġezzjona għal rikonoxximent f'limitu ta' żmien ta' xahrejn wara n-notifika.

4. L-Istati Membri għandhom:

(a) jiddeċiedu jekk jagħtux rikonoxximent fi żmien tliet xhur minn meta tintbagħat l-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti relevanti ta' sostenn;

(b) twettaq verifiki f'intervalli regolari biex taċċerta li l-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat jissodisfaw it-termini u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent, jimponi l-penali applikabbli għal dawk l-organizzazzjonijiet fil-każ tan-nuqqas tagħhom li jagħmlu hekk u, jekk neċessarju, jiddeċiedu li jirtiraw ir-rikonoxximent tagħhom;

(ċ) jirtiraw ir-rikonoxximent jekk:

(i) it-termini u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jkunux sodisfatti aktar;

(ii) l-organizzazzjoni bejn il-fergħat tkun ikkontraveniet xi waħda jew iktar mill-projbizzjonijiet imposti bl-Artikolu 20 (3), mingħajr preġudizzju għal xi penalitajiet oħrajn li tkun soġġetta għalihom bil-liġi nazzjonali;

(iii) l-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat jonqsu li jikkonformaw ma' l-obbligu ta' notifika msemmi fl-Artikolu 20 (2);

(d) jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn, b'kull deċiżjoni li jingħata, jiġi rifjutat jew irtirat ir-rikonoxximent.

5. It-termini u l-kondizzjonijiet li taħthom u l-frekwenza li biha l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet bejn il-fergħat għandhom jiġu mfassla skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.

Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla li l-paragrafi 2 u 4 (b) jiġu mħarsa billi jitwettqu kontrolli skond it-Titolu VI u jistgħu, bħala riżultat ta' dawn il-kontrolli, tordna li Stat Membru jirtira r-rikonoxximent.

6. Li r-Rikonoxximent għandu jikkostitwixxi awtorizzazzjoni biex jitqwettqu l-miżuri elenkati fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1, skond il-kondizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

7. Il-Kummissjoni għandha tippublika fis-serje 'Ċ' tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej lista ta' l-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat rikonoxxuti, filwaqt li tindika l-isfera ekonomika jew l-arja ta' l-attivitajiet tagħhom imwettqa fis-sens ta' l-Artikolu 21. L-irtirar tar-rikonoxximent għandu jiġi wkoll ippublikat.

Artikolu 20

1. Minkejja l-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 26 [14], l-Artikolu 85 (1) tat-Trattat m'għandux japplika għall-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi konċertati ta' organizzazzjonijiet bejn il-fergħat irrikonoxxuti maħsuba biex jimplimentaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 19(1) (ċ)

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss sakemm:

- il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi kkonċertati jkunu ġew innotifikati lill-Kummissjoni, u li

- fi żmien xahrejn minn meta tirċievi d-dettalji kollha meħtieġa l-Kummissjoni ma tkunx sabet li l-ftehim, deċiżjonijiet jew il-prattiċi kkonċertati jkunu inkompatibbli mar-regoli tal-Komunità.

Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi kkonċertati ma jistgħux jiġu implimentati qabel ma l-perjodu indikat fit-tieni inċiż ta' l-ewwel subparagrafu jkun skada.

3. Il-Ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi kkonċertati li:

- jistgħu jwasslu għal tqassim fi kwalunkwe forma fil-Komunità,

- jistgħu jaffettwaw l-operazzjoni soda ta' l-organizzazzjoni tas-suq,

- jistgħu joħolqu distorzjonijiet ta' kompetizzjoni li mhumiex essenzjali biex jintlaħħqu l-objettivi tal-politika agrikola komuni abbażi tal-miżura ta' l-organizzazzjoni bejn il-fergħat,

- jinvolvu l-iffissar ta' prezzijiet, mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda mill-organizzazzjonijiet bejn il-fergħat fl-applikazzjoni ta' disposizzjonijiet speċifiċi tar-regoli Komunitarji,

- jistgħu joħolqu diskriminazzjoni jew jeliminaw kompetizzjoni fir-rigward ta' proporzjon sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni, għandhom f'kull każ jiġu dikjarat kuntrarji għar-regoli Komunitarji.

4. Jekk, wara li jintemm il-perjodu ta' xahrejn imsemmi fit-tieni inċiż ta' l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma ġewx sodisfatti, għandha tieħu deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 85 (1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika kkonċertata in kwistjoni.

Dik id-deċiżjoni tal-Kummissjoni m'għandhiex tiġi fis-seħħ aktar kmieni mid-data tan-notifika lill-organizzazzjoni bejn il-fergħat ikkonċernati, sakemm dik l-organizzazzjoni bejn il-fergħat ma tkunx tat tagħrif mhux inkorrett jew abbużat mill-esenzjoni prevista fil-paragrafu 1.

5. Fil-każ ta' ftehim pluriannwali, in-notifika bil-quddiem għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin ta' wara tal-ftehim; madanakollu, f'dak il-każ, il-Kummissjoni tista', fuq l-inizjattiva tagħha proprja jew fuq talba ta' Stat Membru ieħor, tibgħat notifika ta' inkopatibilità f'kull żmien.

Artikolu 21

1. F'każijiet fejn organizzazzjoni bejn il-fergħat li topera f'reġjun jew f'reġjuni speċifiċi ta' Stat Membru tkun ikkunsidrata bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni ta' u/jew tal-kummerċ fi u/jew ta' l-ipproċessar ta' prodott partikolari, l-Istat Membru kkonċernat jista', fuq talba ta' l-organizzazzjoni, jiddeċiedi li xi wħud mill-ftehim, mid-deċiżjonijiet jew mill-prattiċi kkonċernati miftiehma fi ħdan l-organizzazzjoni jkunu jorbtu għal perjodu limitat fuq operaturi oħra li jkunu joperaw fir-reġjun jew reġjuni in kwistjoni, sew bħala individwi u sew bħala gruppi, li ma jkunux membri ta' dik l-organizzazzjoni.

2. Organizzazzjoni bejn il-fergħat għandha titqies rappreżentattiva fis-sens tal-paragrafu 1 meta tkun tirrappreżenta mill-anqas żewġ terzi tal-produzzjoni u/jew tal-kummerċ fi u/jew l-ipproċessar tal-prodott jew prodotti kkonċernati fir-reġjun jew reġjuni kkonċernati ta' Istat Membru. Meta l-applikazzjoni għall-estensjoni tar-regoli tagħha lill-operaturi oħra tkun tkopri aktar minn reġjun wieħed, l-organizzazzjoni bejn il-fergħat għandha turi li għandha livell minimu ta' rappreżentattività għal kull waħda mill-fergħat li tgħaqqad f'kull wieħed mir-reġjuni kkonċernati.

3. Ir-regoli li għalihom tista' tintalab estensjoni għal operaturi oħrajn:

(a) għandhom jikkonċernaw wieħed mill-obbjettivi li ġejjin:

- il-produzzjoni u r-rappurtar tas-suq,

- regoli ta' produzzjoni aktar stretti minn dawk stabbiliti fir-regoli Komunitarji jew nazzjonali,

- tħejjija ta' kuntratti standard kompatibbli mar-regoli tal-Komunita,

- regoli dwar it-tqegħid fis-suq,

- regoli dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent,

- miżuri biex jippromwovu u jisfruttaw il-potenzjal ta' prodotti,

- miżuri biex iħarsu l-biedja organika kif ukoll deskrizzjonijiet ta' l-oriġini, tikketti ta' kwalità u indikazzjonijiet ġeografiċi.

Ir-regoli msemmija fit-tieni, fir-raba' u fil-ħames inċiż m'għandhomx ikunu oħrajn ħlief dwak li jidhru fl-Anness III;

(b) għandhom inkunu ilhom fis-seħħ għal ta' l-anqas sena tas-suq;

(ċ) jistgħu jkunu jorbtu biss għal mhux aktar minn tliet snin tas-suq;

(d) m'għandhomx jagħmlu ħsara lill-operaturi oħrajn fl-Istat Membru jew fil-Komunità.

Artikolu 22

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni minnfih bir-regoli li jkunu għamlu jorbtu fuq l-operaturi kollha f'reġjun wieħed jew aktar speċifiċi. Dawk ir-regoli għandhom jiġu ppublikati fis-serje 'Ċ' tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Qabel issir il-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tavża lill-Kumitat previst fl-Artikolu 45 b'kull notifika ta' l-estensjoni tal-ftehim bejn il-fergħat.

Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jħassar estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 18 (5).

2. Fil-każijiet meta regoli għal prodott wieħed jew aktar jiġu estiżi u meta attività waħda jew iktar imsemmija fl-Artikolu 21(3)(a) hija segwita minn organizzazzjoni rrikonoxxuta bejn il-fergħat u huma fl-interess ekonomiku ġenerali ta' dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom jirrelataw għal prodott wieħed jew aktar ikkonċernati, l-Istat Membru li jkun ta r-rikonoxximent jista' jiddeċiedi li individwi jew gruppi li ma jkunux membri ta' l-organizzazzjoni iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallsu lill-organizzazzjoni parti jew kollha tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-membri tagħha sa l-limitu li dawk il-kontribuzzjonijiet ikunu maħsuba biex ikopru l-ispejjeż direttament magħmula bħala riżultat tat-tkomplija ta' l-attivitajiet in kwistjoni.

TITOLU IV

Arranġamenti ta' intervent

Artikolu 23

1. Organizzazzjonijiet ta' produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom jistgħu jagħżlu li ma jqiegħdux għall-bejgħ prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2) kontribwiti mill-membri tagħhom, kemm fi kwantitajiet u kemm għal perjodi li jikkunsidraw xierqa.

2. Id-destinazzjoni ta' prodotti rtirati mis-suq skond il-paragrafu 1 għandha tiġi ffissata mill-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni ta' produtturi b'mod li ma jiġix disturbat il-mod kif jiddisponu normalment mill-prodotti in kwistjoni u għandhom jirrispettaw l-ambjent, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità ta' ilma u paesaġġ.

3. Meta l-paragrafu 1 jiġi applikat għal xi wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness II li jissodisfa l-istandards relevanti, l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi għandhom iħallsu lill-produtturi membri l-kumpens ta' l-irtirar tal-Komunità ffissat skond l-Artikolu 26, sa limitu ta' 10 % tal-kwantità mqiegħda fis-suq.

Il-limitu ta' 10 % iffissat fl-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-kwantità mqiegħda fis-suq ta' kull prodott biss tal-membri ta' l-organizzazzjoni ta' produtturi kkonċernata, jew ta' organizzazzjoni oħra f'każijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11 (1) (ċ), bl-irtirati taħt l-Artikolu 24 li jkunu esklużi.

4. Il-limitu ta' 10 % msemmi fil-paragrafu 3 għandu japplika mis-sitt sena tas-suq li tiġi wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Irtirar li jsir waqt il-perjodu transitorju li jkopri l-ħames snin tas-suq ta' qabel ma jistax jeċċedi l-perċentwali tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq li ġejjin kif definiti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46: 50 % fl-ewwel sena tas-suq, 45 % fit-tieni, 40 % fit-tielet, 30 % fir-raba' u 20 % fil-ħames.

Madanakollu, fil-każ ta' kull frott taċ-ċitru dawn il-perċentwali għandhom ikunu: 35 % fl-ewwel sena tas-suq, 30 % fit-tieni, 25 % fit-tielet, 20 % fir-raba' u 15 % fil-ħames.

It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 għandu japplika għal dan il-paragrafu.

5. Il-figura ta' 10 % msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandha tkun medja annwali fuq firxa ta' perjodu ta' tliet snin, b'marġini annwali ta' 3 % eċċess.

6. Għal tuffiegħ u lanġas il-limitu ta' 10 % msemmi fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 24 għandi jiġi sostitwit b'8,5 %.

Għall-bettieħ u dulliegħ, il-limitu ta' 10 % għandu japplika mis-sena ta-suq 1997/1998.

Artikolu 24

In konnessjoni mal-prodotti elenkati fl-Anness II, organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jippermettu li jingħataw il-benefiċċji ta' l-Artikolu 23 lil dawk li jkabbru li ma jkunux membri ta' xi waħda mill-istrutturi kollettivi previsti f'dan ir-Regolament, jekk jitolbu hekk. Iżda, l-kumpens ta' rtirar tal-Komunità għandu jitnaqqas b'10 %. Barra minn hekk, l-ammont imħallas għandu jagħti kont, wara skrutinju ta' prova, ta' l-ispejjeż ta' l-irtirar globali mħallsa mill-membri. Il-kumpens ma jistax jingħata fuq volum akbar minn 10 % tal-produzzjoni mqiegħda fis-suq, ta' dak il-produttur.

Artikolu 25

Organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet ta' produtturi għandhom jinnotifikaw id-dettalji kollha li jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 23 u 24, u b'mod partikolari l-miżuri meħuda biex tiġi żgurata prattika ambjentali soda dwar l-irtirar, lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom jibagħtu dan it-tagħrif lill-Kummissjoni.

L-informazzjoni għandha tiġi determinata, kif neċessarju, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali biex jiġu mfassla l-kondizzjonijiet ġenerali dwar il-metodi ta' rtirar f'dak li jirrigwarda l-ambjent. Għandhom jissottomettu l-qafas propost tagħhom lill-Kummissjoni li tista' titlob modifiki fi żmien tliet xhur jekk issib li l-proposta ma tkunx tissodisfa l-miri stabbiliti fl-Artikolu 130r tat-Trattat u fil-programm Komunitarju ta' politika u azzjoni fir-rigward ta' l-iżvilupp ambjentali u sostenibbli li għandu jintlaħaq.

Artikolu 26

1. Il-kumpens ta' l-irtirar tal-Komunità għal kull prodott huwa stabbilit fl-Anness V.

2. Il-kumpens ta' l-irtirar tal-Komunità għandu jkun ammont uniku validu mal-Komunità kollha.

Artikolu 27

1. Jekk is-suq fi prodott elenkat fl-Anness II jkun qiegħed isofri jew ikun hemm ir-riskju li jista' jsofri minn żbilanċi strutturali mifruxa fuq medda kbira li jagħtu jew jistgħu jagħtu lok għall-volum kbir ta' l-irtirar imsemmi fl-Atikolu 23, għandu jiġi ffissat livell ta' intervent għal dak il-prodott qabel il-bidu tas-sena tas-suq skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 46 u l-konsegwenzi ta' eċċess kbir, stmati għall-prodott fuq il-bażi ta' l-irtirar magħmul matul sena tas-suq jew perjodu ekwivalenti jew tal-medja tal-volum ta' intervent matul diversi snin tas-suq, għandhom ikunu finanzjarjament sostnuti mill-produtturi.

Eċċess ta' l-għatba ta' intervent għandu jagħti lok għal tnaqqis fil-kumpens ta' l-irtirar tal-Komunità fis-sena tas-suq ta' wara. M'għandux jittieħed kont ta' dan it-tnaqqis fis-snin tas-suq ta' wara.

2. Dan li ġej għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46:

(a) l-implikazzjonijiet għal kull prodott ta' eċċess fuq l-għatba;

(b) meta neċessarju, il-kumpens ridott ta' l-irtirar Komunitarju u miżuri għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

3. Dan l-Artikolu għandu jkun japplika biss matul l-ewwel ħames snin tas-suq li jiġu wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 28

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni għal kull jum tas-suq matul kull waħda mis-snin tas-suq relevanti bil-prezzijiet irreġistrati fis-swieq rappreżentattivi tal-produtturi tagħhom għal ċerti prodotti ta' karetteristiċi kummerċjali definiti bħall-varjetà jew it-tip, il-klassi, id-daqs u l-imballaġġ.

2. Lista ta' dawn is-swieq u prodotti u l-frekwenza li bihon d-data għandha tiġi kkomunikata għandha titħejja skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.

Is-swieq fl-Istati Membri li fihom tiġi mqiegħda fis-suq parti sostanzjali ta' produzzjoni nazzjonali ta' prodott partikolari f'sena tas-suq jew matul wieħed mill-perjodi li fihom sena tkun maqsuma għandhom jitqiesu bħala rappreżentattivi fis-sens tal-paragrafu 1.

Artikolu 29

1. L-Istati Membri għandhom iħallsu l-kumpens ta' irtirar Komunitarju ffissat fl-Artikolu 26 lill-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet ta' produtturi li jkunu wettqu l-irtirar skond il-kondizzjonijiet ta' l-Artikoli 23 u 24 u li jkunu meħtieġa li jħallsu l-kumpens lill-membri tagħhom jew lill-produtturi li mhumiex membri.

Il-Ħlasijiet għandhom isiru b'dak il-mod li għandu jiġi ddeterminat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.

2. Il-kumpens ta' rtirar tal-Komunità għandu jitħallas mingħajr preġudizzju għal implikazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn eċċess fuq l-għatba ta' intervent.

Il-kumpens għandu, barra minn hekk, jitnaqqas bid-dħul nett riċevut mill-organizzazzjonijiet ta' produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom mill-prodotti rtirati mis-suq.

3. Meta organizzazzjonijiet ta' produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom ma jkunux kapaċi li jwasslu l-prodotti lejn xi waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 30 (1), il-kumpens ta' rtirar tal-Komunità għandu jingħata biss jekk il-prodotti jkollhom destinazzjoni skond l-istruzzjonijiet maħruġa mill-Istat Membru skond id-disposizzjonijiet l-oħrajn ta' l-Artikolu 30.

Artikolu 30

1. Il-Prodotti rtirati mis-suq skond l-Artikolu 23 (1) li jibqgħu mhux mibjugħa għandhom jiddisponu minnhom kif ġej:

(a) il-prodotti kollha:

- tqassim b'xejn lill-organizzazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-karità, approvati għal dak l-iskop mill-Istati Membri, għall-użu ta' l-attivitajiet tagħhom biex jgħinu persuni bi dritt irrikonoxxut għall-għajnuna pubblika skond il-liġi nazzjonali, b'mod partikolari għaliex m'għandhomx il-mezzi neċessarji biex imantnu lilhom infushom,

- tqassim b'xejn lil istituzzjonijiet ta' piena jew kampijiet ta' vaganzi tat-tfal kif ukoll sptarijiet u djar ta' l-anzjani nominati mill-Istati Membri, li għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kwantitajiet hekk imqassma jkunu b'żieda mal-kwantitajiet normalment mixtrija minn dawk l-istituzzjonijiet,

- tqassim b'xejn barra l-Komunità, permezz ta' organizzazzjonijiet tal-karità approvati għal dan l-iskop mill-Istati Membri, lill-popolazzjonijiet fil-bżonn ta' pajjiżi terzi,

u, sekondarjament,

- użu għal skopijiet mhux ta' l-ikel,

- użu f'għalf għall-annimali, jew frisk jew wara l-ipproċessar mill-industrija ta' l-għalf;

(b) frott: tqassim b'xejn lil tfal ta' l-iskejjel, ħlief bħala parti mill-ikliet provduti f'canteens ta' l-iskejjel, u lil studenti fi skejjel li m'għandhomx canteens li jipprovdu l-ikel,

(ċ) tuffiegħ, lanġas, ħawħ u nuċiprisk: l-ipproċessar f'alkoħol ta' saħħa ta' mhux aktar minn 80 % skond il-volum minn distillazzjoni diretta tal-prodott,

(d) il-prodotti kollha: l-għoti għal ċerti klassijiet ta' prodott lill-industrija ta' l-ipproċessar bil-kondizzjoni li ma tirriżulta ebda distorsjoni fil-kompetizzjoni fl-industriji konċernati fil-Komunità jew għall-prodotti importati. L-implimentazzjoni ta' din id-disposizzjoni għandha tkun deċiza skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.

2. F'każijiet meta ebda waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma tkun possibbli, prodotti rtirati jistgħu jiġu destinati għall-proċessi tad-demel jew biodegradazzjoni kif awtorizzat mill-Istat Membru konċernat.

3. It-tqassim b'xejn previst fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet inċiż tal-punt (a) tal-paragrafu 1 u tal-punt (b) tal-paragrafu 1għandu jkun organizzat mill-organizzazzjonijiet ta' produtturi konċernati, taħt is-sorveljanza ta' l-Istati Membri.

Madanakollu, fir-rigward ta' tqassim b'xejn ta' frott lit-tfal ta' l-iskola, il-Komunità tista' tieħu l-inizjattiva u r-responsabbiltà biex timplimenta l-proġetti pilota fil-qafas ta' riċerka u miżuri ta' promozzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jgħinu biex jiġu stabbiliti kuntatti bejn l-organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet tal-karità jew korpi oħra li jistgħu jkunu interessati li jużaw prodotti rtirati mis-suq fit-territorju tagħhom, bl-iskop ta' xi waħda mill-forom ta' tqassim b'xejn li għalihom jirreferu l-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

5. L-għoti ta' prodotti lill-industrija ta' l-għalf għandu jsir skond il-proċedura l-aktar xierqa minn aġenzija nominata mill-Istat Membru konċernat.

Id-distillazzjoni msemmija fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1 għandha titwettaq mid-distilleriji jew għan-nom tagħhom stess jew għan-nom ta' xi korp nominat mill-Istat Membru kkonċernat. Fiż-żewġ każi dan il-korp għandu jwettaq l-operazzjonijiet in kwistjoni billi juża l-proċedura l-aktar approprjata.

6. Il-Komunità għandha tagħmel tajjeb, skond termini u kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura indikata fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru) 729/70 [15], l-ispejjeż tat-trasport li għandhom x'jaqsmu mat-tqassim b'xejn kif provdut fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u l-ispejjeż ta' l-għażla u l-imballaġġ li għandhom x'jaqsmu mat-tqassim b'xejn ta' tuffiegħ u frott taċ-ċitru meta dan ta' l-aħħar ikun imqassam skond ftehim kuntrattwali konkluż bejn organizzazzjonijiet ta' produtturi u organizzazzjonijiet tal-karità jew organizzazzjonijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 3.

7. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikolari dawk li għandhom x'jaqsmu mat-tqassim b'xejn u l-għoti ta' prodotti rtirati, u dawk imsemmija biex jiġi evitat tfixkil fis-suq ta' l-alkoħol bħala riżultat tad-distillazzjoni ta' prodotti rtirati, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 46.

TITOLU V

Kummerċ ma' pajjiżi terzi

Artikolu 31

1. L-importazzjonijiet fil-Komunità, jew l-esportazzjonijiet minnha, ta' xi wieħed mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2) jistgħu jkunu ssuġġettati għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' importazzjoni jew ta' esportazzjoni.

Il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kull applikant, irrispettivament mill-lok ta' fejn ikun stabbilit fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 36 u 37.

Il-liċenzji ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għandhom ikunu validi mal-Komunità kollha. Il-ħruġ ta' dawk il-liċenzji jistgħu jkunu suġġetti għall-għoti ta' garanzija li l-prodotti jkunu importati jew esportati matul il-perjodu ta' validità tal-liċenzja; ħlief fil-każ ta' forza maġġuri, il-garanzija għandha tintilef kollha kemm hi jew in parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma jsirux, jew jekk issir parti minnhom biss, f'dak il-perjodu.

2. It-terminu ta' validità ta' liċenzji ta' importazzjoni jew esportazzjoni u regoli oħra dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 46.

Artikolu 32

1. Ħlief kif ipprovdut xort'oħra f'dan ir-Regolament, ir-rati ta' dazju fit-tariffa doganali komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2).

2. Jekk l-applikazzjoni tar-rata ta' dazju tat-tariffa doganali komuni tkun tiddependi fuq il-prezz tad-dħul tal-konsenja importata, il-korrettezza ta' dan il-prezz għandha tkun verifikata bl-użu ta' rata fissa ta' valur ta' importazzjoni kalkolat mill-Kummissjoni, skond il-prodott u l-oriġini, fuq il-bażi tal-prezzijiet medji tal-prodott fis-suq rappreżentativ ta' l-importazzjoni ta' l-Istati Membri, jew fi swieq oħra, meta xieraq

Disposizzjonijiet speċifiċi jistgħu, iżda, jiġu adottati għall-verifika tal-prezz tad-dħul ta' prodotti importati prinċipalment għall-ipproċessar, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 46.

3. Meta l-prezz dikjarat tad-dħul tal-konsenja in kwistjoni jkun ogħla mill-valur tar-rata fissa ta' importazzjoni, miżjud bil-marġini mniżżla fil-paragrafu 5 li m'għandhiex tkun taqbeż il-valur tar-rata fissa b'aktar minn 10 %, għandha tintalab garanzija li tkun ugwali għad-dazji ta' importazzjoni stabbiliti fuq il-bażi tar-rata fissa ta' valur ta' importazzjoni.

4. Jekk il-prezz tad-dħul tal-konsenja in kwisjoni ma jkunx dikjarat fiż-żmien tar-rilaxx mid-dwana, ir-rata ta' dazju tat-tariffa doganali komuni applikabbli għandha tkun tiddependi fuq ir-rata fissa tal-valur ta' importazzjoni jew li tirriżulta bl-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni doganali relevanti taħt kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti skond il-paragrafu 5.

5. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 46.

Artikolu 33

1. Sabiex jiġu evitati jew imħassra effetti kuntrarji fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw mill-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2), importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar minn dawk il-prodotti bir-rata ta' dazju mniżżla fit-tariffa doganali komuni għandha tkun suġġetta għall-ħlas ta' dazju ta' importazzjoni addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet mniżżla fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-agrikoltura [16] konkluż fil-qafas ta' l-Uruguay Round ta' negozjati multilaterali tal-kummerċ jiġu mħarsa, sakemm l-importazzjonijiet ma jkunux probabbli li jiddisturbaw is-suq tal-Komunità, jew l-effetti jkunu sproporzjonati mal-miri proposti.

2. Il-prezzijiet minimi li taħthom jista' jiġi impost dazju addizzjonali għandhom ikunu dawk notifikati mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi minimi li jkunu jridu jiġu eċċeduti sabiex jista' jiġi impost id-dazju ta' importazzjoni addizzjonali għandu jiġu stabbiliti b'mod partikolari fuq il-bażi ta' importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin li jiġu qabel is-sena li fiha l-effetti kuntrarji li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 jinqalgħu jew x'aktarx ikunu ser jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni li għandhom jiġi kunsidrati għall-imposizzjoni ta' dazju addizzjonali għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' importazzjoni tal-konsenja konċernata.

Il-prezzijiet cif għandhom jiġu verifikati għal dan l-għan fuq il-bażi tal-prezzjijet rappreżentattivi għall-prodott in kwistjoni fuq is-suq dinji jew fis-suq ta' l-importazzjoni Komunitarju għall-prodott.

4. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 46. Dawk ir-regoli dettaljati għandhom ikunu jispeċifikaw b'mod partikolari:

(a) il-prodotti li għalihom jistgħu jiġu applikati dazji ta' importazzjoni addizzjonali skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-agrikoltura li għalih jirreferi l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b) il-kriterji l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 ta' l-imsemmi Ftehim dwar l-agrikoltura.

Artikolu 34

1. Tariffi ta' kwota għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 (2) li jirrużultaw skond ftehim magħmula skond il-qafas ta' l-Uruguay Round ta' negozjati fil-kummerċ multilaterali għandhom ikunu miftuha u amministrati skond ir-regoli dettaljati adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 46.

2. Il-kwoti jistgħu jiġu amministrati billi jiġi applikat wieħed mill-metodi li ġejjin jew xi wħud ikkombinati flimkien:

(a) metodu bażat fuq l-ordni kronoloġiku li fih isiru l-applikazzjonijiet (fuq bażi ta' 'min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel');

(b) metodu ta' applikazzjoni ta' kwoti fil-proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta jsiru l-applikazzjonijiet (billi jintuża l-metodu ta' 'l-eżami simultanju');

(ċ) metodu bażat fuq li jittieħed kont ta' tendenzi tradizzjonali ta' kummerċ (jintuża l-metodu 'importaturi tradizzjonali/u ġodda).

Metodi xierqa oħra jistgħu jiġu adottati. Għandha tiġi evitata kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta' amministrazzjoni adottat għandu, fejn xieraq, jagħti kont tal-ħtiġijiet tal-provvista tas-suq tal-Komunità u l-ħtieġa li jiġi mħares l-ekwilibriju ta' dak is-suq, u fl-istess waqt jingħata kont tal-metodi applikati fil-passat għall-kwoti li jikkorrispondi ma' dawk li għalihom jirreferi l-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li joħorġu mill-ftehim milħuqa fil-qafas ta' l-Uruguay Round ta' negozjati tal-kummerċ.

4. Ir-regoli dettaljati li jirreferixxi għalihom il-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għal kwoti annwali, imqassma skond il-ħtieġa matul is-sena u għandhom jistabbilixxu l-metodu amministrattiv li jiġi użat u, fejn meħtieġ, għandhom jinkludu:

(a) garanziji li jkunu jkopru n-natura, provenjenza u oriġini tal-prodott;

(b) rikonoxximent tad-dokument użat għall-verifika tal-garanziji li għalihom jirreferi l-paragrafu (a), u

(ċ) il-kondizzjonijiet li taħthom jinħarġu liċenzji ta' importazzjoni u t-terminu tal-validità.

Artikolu 35

1. Sal-limitu meħtieġ biex jiġu żgurati li kwantitajiet ekonomikament sinifikanti tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2) jiġu esportati fuq il-bażi tal-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-kummerċ internazzjonali iżda fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehim milħuqa skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità tista' tiġi koperta bir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni.

2. Il-metodu li għandu jiġi adottat għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati bir-rifużjoni għandu jkun il-metodu illi:

(a) ikun jixraq l-aktar lin-natura tal-prodott u l-qagħda fis-suq in kwistjoni, ikun jippermetti l-aktar użu effiċjenti possibbli tar-riżorsi disponibbli u jkun jagħti kont ta' l-effiċjenza u l-istruttura ta' l-esportazzjonijiet tal-Komunità, mingħajr, iżda, ma joħloq l-ebda diskriminazzjoni bejn operaturi kbar u żgħar;

(b) li joħloq l-anqas inkonvenjent amministrattiv għall-operaturi, meħud kont tal-ħtiġijiet amministrattivi;

(ċ) jevita kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Rifużjonijiet għandhom ikunu l-istess għall-Komunità kollha.

Meta s-sitwazzjoni internazzjonali tal-kummerċ jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq jagħmlu dan meħtieġ, ir-rifużjoni għal prodott partikolari tista' tvarja skond id-destinazzjoni tal-prodott.

Il-ħlasijiet lura għandhom jiġu stabbilit skond il-poċedura mniżżla fl-Artikolu 46. Ħlasijiet lura għandhom jiġu ffissati perjodikament.

Ir-rifużjonijiet ifissati perjodikament, jistgħu fejn ikun meħtieġ, jiġu aġġustati mill-Kummissjoni fl-intervall fuq talba ta' Stat Membru jew minn jeddha.

4. Għandu jittieħed kont ta' dan li ġej meta jiġu ffissati r-rifużjonijiet:

(a) is-sitwazzjoni li tkun teżisti u x-xejriet probabbli fir-rigward ta':

- prezzijiet u disponibbiltà tal-frott u l-ħxejjex fis-suq komunitarju,

- prezzijiet tal-frott u l-ħxejjex fil-kummerċ internazzjonali;

(b) spejjeż tas-suq u ħlasijiet minimi tat-trasport mis-swieq Komunitarji għall-portijiet u postijiet oħra Komunitarji għall-esportazzjoni, u l-ispejjeż ta' spedizzjoni fil-pajjiż ta' destinazzjoni;

(ċ) l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti;

(d) il-limiti li jirriżultaw mill-ftehim milħuqa skond l-Artikolu 228 tat-Trattat.

5. Il-prezzijiet tas-suq Komunitarji li għalihom jirreferi l-paragrafu 1għandhom ikunu stabbiliti billi jiġu użati l-prezzijiet li jkunu l-aktar favorevoli mil-lat ta' l-esportazzjoni.

Il-prezzijiet tas-suq dinji li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit billi jiġu użati:

(a) prezzijiet reġistrati fis-swieq ta' pajjiżi terzi;

(b) il-prezzijiet l-aktar favorevoli f'pajjiżi terzi għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn;

(ċ) il-prezzijiet tal-prodott reġistrati fl-esportazzjonijiet ta' pajjiżi terzi;

(d) prezzijiet liberi offerti fil-fruntiera Komunitarja.

6. Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss fuq applikazzjoni u mal-preżentazzjoni tal-liċenzja ta' esportazzjoni relevanti.

7. Ir-rifużjoni għandha tkun dik applikabbli fil-jum ta' l-applikazzjoni għall-liċenzja u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dak applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni murija fuq il-liċenzja, jew

(b) għad-destinazzjoni reali jekk tkun differenti mid-destinazzjoni murija fuq il-liċenzja. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli m'għandux jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni murija fuq il-liċenzja.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex jiġi evitat l-abbuż tal-flessibbiltà li għaliha jipprovdi dan il-paragrafu.

8. Tista' ssir rinunzja għall-paragrafi 6 u 7 fil-każ ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2) li fuqhom isir rifużjoni skond l-operazzjonijiet ta' l-għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 46.

9. Ir-rifużjoni għandha titħallas mal-prova li l-prodotti:

- ikunu ġew esportati mill-Komunità,

- ikunu oriġinaw mill-Komunità, u

- fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, ikunu twasslu fid-destinazzjoni murija fuq il-liċenzja jew destinazzjoni oħra li dwarha tkun ġiet iffissata r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-punt (b) tal-paragrafu 7. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għal din ir-regola skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 46, sakemm jiġu mniżżla l-kondizzjonijiet li jkun joffru garanzija ekwivalenti.

10. Il-konformità mal-limiti jew il-volumi li joħorġu minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat għandha tkun żgurata fuq il-bażi tal-liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa għall-perjodi ta' referenza kif hemm provdut fihom u applikabbli għall-prodotti konċernati.

F'dak li jirrigwarda l-konformità ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi fin-negozjati tal-kummerċ Urugwaj Round, it-tmiem ta' perjodu ta' referenza m'għandux jeffettwa l-validità tal-liċenzji ta' l-esportazzjoni.

11. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi d-disposizzjonijiet biex jerġgħu jitqassmu kwantitajiet esportabbli mhux allokati jew mhux użati, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 46.

Artikolu 36

1. Ħlief fejn ipprovdut xort'oħra f'dan ir-Regolament jew b'disposizzjonijiet adottati bis-saħħa tiegħu, dan li ġej għandu jkun ipprojbit meta ssir l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2) minn pajjiżi terzi:

- l-imposta ta' kull ammont li jkollu effett ekwivalenti għal dak ta' dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitattiva jew xi miżura li jkollha effett ekwivalenti.

2. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u tar-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom ikunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun inkorporata fit-tariffa doganali komuni.

Artikolu 37

1. Jistgħu jittieħdu miżuri xierqa meta jsir kummerċ ma' pajjiżi terzi jekk, minħabba l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet, is-suq Komunitarju f'xi wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 (2) jiġi milqut bi, minn jew mhedded bi, disturbi serji li x'aktarx ifixklu milli jintlaħqu l-miri mniżżla fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

Dawn il-miżuri jistgħu jiġu applikati biss sakemm, skond il-każ, id-disturb jew theddida ta' disturb ma jkunux intemmu jew il-kwantitajiet irtirati jew mixtrija lura jkunu tnaqqsu sostanzjalment.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni mniżżla fl-Artikolu 43 (2) tat-Trattat, għandu jadotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u għandu jfisser f'liema każi u sa liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk tinqala' s-sitwazzjoni li għaliha jirreferi l-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' xi Stat Membru jew minn jeddha, tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b'dawn li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn xi Stat Membru, għandha tiddeċiedi dwarha fi żmien it-tlett ijiem ta' xogħol li jiġu wara li tkun irċeviet it-talba.

3. Il-miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferiti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mill-jum fi fih ikunu ġew innotifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Jista', filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jikkonferma, jemenda jew iħassar il-miżura in kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat wara li jiġu kkunsidrati l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim internazzjonali konklużi skond l-Artikolu 228 (2) tat-Trattat.

TITOLU VI

Verifiki nazzjonali u komunitarji

Artikolu 38

1. L-Istati Membri għandhom jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mar-regoli Komunitarji fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, b'mod partikolari f'dawk li għalihom jirreferi l-Anness IV.

2. Fejn ikun approprjat li jitwettqu verifiki permezz ta' kampjuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, min-natura tagħhom u mill-frekwenza u fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju, li l-verifiki jkunu jgħoddu għall-miżuri konċernati kemm skond it-territorju tagħhom kollu kemm hu u kemm skond il-volum tas-settur tal-frott u l-ħxejjex prodotti mqiegħda fis-suq jew miżmuma biex jitqiegħdu fis-suq.

Dawk li jirċievu fondi pubbliċi għandhom ikunu sistematikament ivverifikati, mingħajr preġudizzju għall-implimentazzjoni ta' verifiki sistematiċi f'kampijiet oħra.

3. Il-Kummissjoni u l-Istati membri għandhom jiżguraw illi l-awtoritajiet kompetenti jkollhom numru biżżejjed ta' impjegati kwalifikati biex iwettqu skond il-bżonn b'mod effettiv dawk il-verifiki, partikolarment fil-każijiet li għalihom jirreferi l-Anness IV.

Artikolu 39

1. Mingħajr preġudizzju għall-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali skond l-Artikolu 38, il-Kummissjoni tista', b'kollaborazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati, twettaq jew titlob lil xi Stat Membru biex iwettaq verifiki fuq il-post, sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tar-regoli komunitarji fis-settur tal-frott u l-ħxejjex, b'mod partikolari fil-każiijet li għalihom jirreferi l-Anness IV.

2. Il-Kummissjoni għandha tavża bil-quddiem u bil-miktub lill-Istat Membru rilevanti dwar is-suġġett, għan u lok tal-verifiki maħsuba, id-data li fiha għandhom jibdew u l-identità u l-istatus ta' l-ispetturi tagħha.

Artikolu 40

1. Sabiex jiġu implimentati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 39, il-Kummissjoni għandha twaqqaf korp speċjali ta' spetturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex li jkun magħmul minn Uffiċjali tal-Kummissjoni bi kwalifiki addattati, għarfien tekniku u esperjenza u possibbilment impjegati maħtura fuq talba tal-Kummissjoni u bi qbil ma' l-Istat Membru konċernat, mill-impjegati li għalihom jirreferi l-Artikolu 38 (3) biex jieħdu sehem f'inkjesti speċifiċi.

2. Il-korp speċjali ta' spetturi għandu, taħt id-direzzjoni tal-Kummissjoni, iwettaq ix-xogħlijiet li ġejjin:

(a) jieħu sehem fil-verifiki maħsuba u mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri;

(b) iwettaq il-verifiki li għalihom jirrferi l-Artikoli 39 fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, li fiha l-Uffiċjali ta' l-Istat Membru jkunu mistiedna biex jieħdu sehem;

(ċ) jagħmlu stima ta' l-arranġamenti tal-verifika nazzjonali mwaqqfa, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti u r-riżultati miksuba;

(d) jiżguraw li l-miżuri, leġislattivi jew xort'oħra, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti biex itejbu l-konformità mar-regoli komunitarji fis-settur tal-frott u l-ħxejjex;

(e) jiżviluppaw kollaborazzjoni u skambju ta' tagħrif bejn il-korpi kompetenti ta' l-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni uniformi tar-regoli fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u jiffaċilitaw il-moviment liberu tal-prodotti fis-settur.

3. Fir-rigward tal-verifiki li għandhom jitwettqu skond il-punt (b) tal-paragrafu 2 il-Kummissjoni għandha, fi żmien biżżejjed qabel jibdew l-operazzjonijiet, tavża lill-awtorità komptenti ta' l-Istati Membri li fuq it-territorju tagħha għandhom iseħħu dawn l-operazzjonijiet.

4. Il-Kummissjoni għandha hi stess tistabbilixxi l-aktar postijiet xierqa għall-verifiki tagħha li għandhom jitwettqu u għandha, b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri konċernati, tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi.

Artikolu 41

1. Il-verifiki li jsiru skond l-Artikolu 40 (2) (b) għandhom jitwettqu skond l-Artikolu 9 (2) tar-Regolament (KEE) Nru) 729/70.

L-ispetturi tal-Kummissjoni għandhom, fil-kors ta' dawk il-verifiki, jadottaw atteġġjament kompatibbli mar-regoli u l-prattiċi professjonali li l-Uffiċjali ta' l-Istat Membru għandhom isegwu. Għandhom iħarsu s-sigriet professjonali.

2. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf kuntatti xierqa ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri sabiex tħejji flimkien magħhom il-programmi ta' kontroll. L-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mal-Kummissjoni biex jiġi faċilitat it-twettiq ta' dan ix-xogħol.

3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-riżultat taż-żjarat magħmula mill-ispetturi tagħha lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat malajr kemm jista' jkun. Il-komunikazzjoni għandha tirreġistra d-diffikultajiet li jkunu ltaqgħu magħhom u xi ksur innutat tar-regoli li japplikaw għas-suq tal-frott u l-ħxejjex.

4. L-Istat Membru konċernat għandu javża mill-aktar fis possibbli lill-Kummissjoni bil-passi li jkunu ttieħdu biex jitwaqqfu dawn id-diffikultajiet jew il-ksur in kwistjoni.

Artikolu 42

Kull irregolarità nnutata matul il-verifiki li jista' jkollha effett finanzjarju fuq it-taqsima tal-garanziji ta' l-EAGGF għandhom jittieħdu passi dwarha skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 595/91 [17]. L-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu tkun ġiet innotata l-irregolarità għandu jagħmel dikjarazzjoni kif provdut fl-Artikolu 3 ta' dan ir-regolament.

Kull nuqqas ta' konformità fl-applikazzjoni tar-regoli komunitarji minn xi Stat membru li jkun ġie innotat waqt verifiki tal-Kummissjoni u li jista' jkollu effett finanzjari fuq it-taqsima tal-Garanziji ta' l-EAGGF għandu jiġi ttrattat skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 (2) (ċ) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

TITOLU VII

Disposizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 43

Ħlief kif xort'oħra pprovdut f'dan ir-Regolament, l-Artikoli 92, 93 u 94 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni ta' u negozju fi prodotti li għalihom jirreferi l-Artikolu 1 (2).

Artikolu 44

1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinnotifikaw lil xulxin it-tagħrif meħtieġ għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Liema tagħrif għandu jiġi komunikat, għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura indikata fl-Artikolu 45. Regoli għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni ta' dan it-tagħrif għandhom ikunu adottata skond l-istess proċedura.

2. It-tagħrif li għalih jirreferi l-paragrafu 1 għandu jkun jinkludi għall-inqas it-tagħrif dwar l-arji ta' kultivazzjoni u kwantitajiet miġbura, u mqiegħda fis-suq jew imqiegħda għall-bejgħ skond l-Artikolu 23.

It-tagħrif għandu jkun miġbur minn:

- l-organizzazzjonijiet ta' produtturi fil-każ tal-membri tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 11 u 19,

- is-servizzi relevanti ta' l-Istati Membri fil-każ ta' produtturi li ma jkunux jagħmlu sehem minn xi strutturi kollettivi kif jipprovdi dan ir-Regolament. L-Istati Membri in kwistjoni jistgħu jafdaw dan ix-xogħol kollu kemm hu jew parti minnu lil xi waħda jew aktar mill-organizzazzjonijiet ta' produtturi.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir tat-tagħrif li għalih jirreferi l-paragrafu 2, l-eżattezza tiegħu, l-ipproċessar statistiku tiegħu u l-komunikazzjoni regolari tagħhom lill-Kummissjoni. Għandhom jipprovdu biex ikun hemm penalitajiet fil-każijiet ta' dewmien mhux ġustifikat jew traskuraġni sistematika fit-twettieq xieraq tax-xogħol in kwistjoni. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dawk il-miżuri.

4. Il-Kummissjoni għandha regolarment tikkomunika ma' l-Istati Membri bl-aktar mezz xieraq it-tagħrif li għalih jirreferi l-paragrafu 1 u l-konklużjonijiet li tasal għalihom minn dak it-tagħrif. Ir-regoli għall-applikazzjoni għandhom ikunu adottati skond il-proċeduri indikati fl-Artikolu 46.

Artikolu 45

Għandu jitwaqqaf Kumitat ta' maniġġjar għall-frott u l-ħxejjex friski, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ 'il-Kumitat', li jkun magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri u presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

Artikolu 46

1. Meta ssir riferenza għall-proċedura indikata f'dan l-Artikolu, il-President għandu jirreferi l-każ lill-Kumitat jew minn jeddu/ha jew fuq talba ta xi rappreżentant ta' xi Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-Kumitat abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f'limitu ta' żmien li l-President jista' jiffissa skond l-urġenza tal-każ. L-opinjoni għandha tingħata skond il-maġġoranza indikata fl-Artikolu 148 (2) tat-Trattat fil-każ ta' deċiżjonijiet li l-Kunsill huwa meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat għandhom ikunu peżati skond kif indikat f'dak l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw minnufih.

(b) Iżda, jekk il-miżuri ma jkunux jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat, dawn għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-Kunsill minnufih. F'dak il-każ il-Kummissjoni tista' tiddifferixxi l-applikazzjoni tal-miżuri li tkun iddeċidiet dwarhom għall-perjodu ta' mhux aktar minn xahar mid-data ta' dik il-komunikazzjoni.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jieħu deċiżjoni differenti fi żmien xahar.

Artikolu 47

Il-Kumitat jista' jikkunsidra kull talba oħra riferita lilu mill-president jew minn jeddu/ha jew fuq talba ta' xi rappreżentant ta' xi Stat Membru.

Artikolu 48

Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi l-penalitajiet finanzjarji jew mhux finanzjarji, għandhom jiġu adottati fid-dawl tal-ħtiġiet speċifiċi tas-settur skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 46.

Artikolu 49

Dan ir-Regolament għandu jkun hekk applikat b'mod illi jittieħed kont xieraq simultanjament tal-miri indikati fl-Artikoli 39 u 110 tat-Trattat.

Artikolu 50

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jippenalizzaw kull ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolamentu biex jantiċipaw u jxejnu kull frodi.

Artikolu 51

Il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi adottati mill-Istati Membri għall-applikazzjoni jew fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar minn meta jiġu adottati. L-istess għandu jkun japplika għal kull tibdil fl-istess disposizzjonijiet.

Artikolu 52

1. L-ispiża li għandha x'taqsam mal-ħlas tal-kumpens ta' l-irtirar komunitarju u għall-iffinanzjar mill-Komunità tal-fond ta' operazzjoni, il-miżuri speċifiċi li għalihom jiriferu l-Artikolu 17 u l- Artikoli 53, 54 u 55 u l-verifiki mill-esperti ta' l-Istati Membri magħmula disponibbli lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 40 (1) għandhom titqiesu li jkunu intervent biex jiġu stabbilizzati s-swieq agrikoli fit-tifsira tal-punt (b) ta' l-Artikolu 1 (2) tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

2. L-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri skond l-Artikolu 14 u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 15 (6) għandha titqies bħala miżura komuni fit-tifsira ta' l-Artikolu 2 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 4256/88 [18]. Għandha tkun koperta bin-nefqa annwali prevista mbassra li għaliha jirreferi l-Artikolu 31 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 2328/91 [19].

L-Artikolu 1 (3) tar-Regolament (KEE) Nru 2328/91 għandu japplika għall-għajnuna li għaliha jipprovdi dan il-paragrafu.

L-għajnuna għandha titħallas skond l-Artikolu 21 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88. Iżda, il-ħlas tal-bilanċ jew ir-rifużjoni għandhom, b'żieda mal-ħtiġiet speċifikati fil-paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu, ikunu bbażati fuq:

(a) dikjarazzjoni tan-nefqa magħmula mill-Istati Membri matul is-sena kalendarja, u

(b) rapport dwar l-applikazzjoni tal-miżuri matul is-sena kalendarja konċernata, imħejji skond l-Artikolu 25 (4) ta' dak ir-Regolament,

li għandhom jkunu ippreżentati lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli għall-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu wara li tkun ikkonsultat mal-kumitat li għalih jirreferi l-Artikolu 29 tar-Regolament (KEE) Nru 4253/88 [20].

4. Id-disposizzjonijiet tat-Titolu VI għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 4045/89 [21].

Artikolu 53

Id-drittijiet kollha akkwistati minn organizzazzjonijiet ta' produtturi qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14 u t-Titolu IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 għandhom jinżammu sakemm jiġu eżawriti.

Artikolu 54

1. Il-Komunità għandha tikkontribwixxi 50 % ta' l-iffinanzjament tal-miżuri biex jiġi żviluppat u mtejjeb il-konsum u l-użu fil-Komunità ta' frott b'qoxra ħoxna.

2. L-iskopp tal-miżuri li għalihom jirreferi l-paragrafu 1 għandu jkun li:

- tiġi inkoraġġita l-kwalità tal-prodott, b'mod partikolari billi jitwettqu studji fis-suq u jiġu mfittxija użi ġodda, inklużi metodi biex tiġi addattata l-produzzjoni għalihom,

- l-iżvilupp ta' metodi ġodda ta' imballaġġ,

- id-ditribuzzjoni ta' pariri tas-suq lill-operaturi ekonomiċi varji fis-settur,

- organizzazzjoni u parteċipazzjoni f'fieri u f'okkażjonijiet oħra ta kummerċ.

3. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura ta' l-Artikolu 46, tispeċifika l-miżuri li għalihom jirreferi l-paragrafu 2 jew tindika miżuri ġodda.

Artikolu 55

Għall-ġellewż miġbur fis-snin tas-suq 1997/1998, 1998/1999 u 1999/2000, l-għajnuna ta' 15 l-ECU kull 100 kg għandha tingħata lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi, li għandhom rikonoxximent skond ir-Regolament (KEE) Nru 1035/72 jew ta' dan ir-Regolament, li jimplimentaw pjan ta' titjieb fil-kwalità fit-tifsira ta' l-Artikolu 14d tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 jew pjan ta' operazzjoni fit-tifsira ta' dan il-pjan fl-1997.

Artikolu 56

Sal-31 ta' Diċembru 2000 il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' xi proposti li jistgħu jkunu meħtieġa.

Artikolu 57

Jekk ikunu meħtieġa miżuri biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mill-arranġamenti ta' qabel għal dawk stabbiliti b'dan ir-Regolament, dawk il-miżuri għandhom ikunu adottati skond il-proċedura indikata fl-Artikolu 46.

Artikolu 58

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 1997. Iżda, it-Titolu IV għandu jkun japplika biss, għal kull wieħed mill-prodotti li għalihom jirreferi l-Anness I, mill-bidu tas-sena tas-suq 1997/1998.

2. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1035/72, (KEE) Nru 3285/83, (KEE) Nru 1319/85, (KEE) Nru 2240/88, (KEE) Nru 1121/89 u (KEE) Nru 1198/90 qegħdin b'dan jitħassru mid-data ta' l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet korrispondenti ta' dan ir-Regolament.

Kull referenzi għar-regolamenti mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw flimkien mat-tabelli ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta' Ottubru 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

I. Yates

[1] ĠU C 52, tal-21. 2. 1996, pġ. 1.

[2] ĠU C 96, ta’ l-1. 4. 1996, pġ. 269.

[3] ĠU C 82, tad-19. 3. 1996, pġ. 21.

[4] ĠU L 325, tat-22. 11. 1983, pġ. 8. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 220/92 (ĠU L 24, ta’ l-1. 2. 1992, pġ. 7).

[5] ĠU L 137, tas-27. 5. 1985, pġ. 39. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 404/93 (ĠU L 47, tal-25. 2. 1993, p. 1).

[6] ĠU L 198, tas-26. 7. 1988, pġ. 9. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1327/95 (ĠU L 128, tat-13. 6. 1995, pġ. 8).

[7] ĠU L 118, tat-29. 4. 1989, pġ. 21.Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir Regolament (KE) Nru 1327/95 (ĠU L 128, tat-13. 6. 1995, pġ. 8).

[8] ĠU L 119, tal-11. 5. 1990, pġ. 59.

[9] Ir-Regolament (KEE) Nru) 1035/72 tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix (ĠU L 118, ta’ l-20. 5. 1972, pġ. 1). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1363/95 (ĠU L 132, tas-16. 6. 1995, p. 1).

[10] ĠU L 349, tal-31. 12. 1994, pġ. 105. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir Regolament (KE) Nru 1193/96 (ĠU L 161, tad-29. 6. 1996, pġ. 1).

[11] Id-Direttiva tal-Kunsill 79/112/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (ĠU L 33, tat-8. 2. 1979, pġ. 1). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ l-1994 ta' l-Adeżjoni.

[12] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru) 746/93 tas-17 ta’ Marzu 1993 dwar l-għoti ta’ għajnuna biex tiġi inkoraġġita l-formazzjoni u ffaċilitata l-operazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi kif previst fir-Regolamenti (KEE) Nru) 1035/72 u (KEE) Nru 1360/78 fil-Portugall.

[13] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 tat-30 ta’ Ġunju 1992 dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mal-ħtiġiet ta’ protezzjoni ta' l-ambjent u l-ħarsien tal-pajsaġġ (ĠU L 215, tat-30. 7. 1992, pġ. 85). Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2722/95 (ĠU L 288, ta’ l-1. 12. 1995, pġ. 35).

[14] Ir-Regolament Nru 26 li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’ u n-negozju fi prodotti agrikoli (ĠU 30, ta’ l-20. 4. 1962, pġ. 993/62). Ir-Regolament kif emendat bir- Regolament Nru 49 (ĠU 53, ta’ l-1. 7. 1962, pġ. 1571/62).

[15] Ir-Regolament (KEE) Nru) 729/70 tal-Kunsill tal-21 ta’ April 1970 dwar l-iffinanzjar ta’ politika agrikola komuni (ĠU L 94, tat-28. 4. 1970, pġ. 13). Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1287/95 (ĠU L 125, tat-8. 6. 1995, pġ. 1).

[16] ĠU L 336, tat-23. 12. 1994, pġ. 22.

[17] Ir-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 595/91 ta’ l-4 ta’ Marzu 1991 dwar l-irregolaritajiet u r-rifużjoni ta’ somom imħallsa ħażin b’konnessjoni ma’ l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ tagħrif f’dan il-qasam (ĠU L 67, ta’ l-14. 3. 1991, pġ. 11).

[18] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4256/88 tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jipprovdi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 f’dak li jirrigwarda l-EAGGF Taqsima ta’ Gwida (ĠU L 374, tal-31. 12. 1988, pġ. 25). ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2085/93 (ĠU L 193, tal-31. 7. 1993, pġ. 44).

[19] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2328/91 tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-titjib fl-effiċjenza ta’ strutturi agrikoli (ĠU L 218, tas-6. 8. 1991, pġ. 1). ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2387/95 (ĠU L 244, 12. ta’ l-10. 1995, pġ. 50).

[20] Ir-Regoalment tal-Kunsill (KEE) Nru 4253/88 tad-19 ta’ Diċembru 1988, li jipprovdi disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2052/88 f’dak li jirrigwarda l-kordinazzjoni fl-attivitajiet tal-Fondi Strutturali differenti bejnithom u l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment u strumenti finanzjarji oħra eżistenti (ĠU L 374, tal-31. 12. 1988, pġ. 1). ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3193/94 (ĠU L 337, ta’ l-24. 12. 1994, pġ. 11).

[21] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4045/89 tal-21 ta’ Diċembru ta' l-1989 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri ta’ negozji li jagħmlu sehem mis-sistema ta’ finanzjament mit-taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Ewropew ta’ Gwidi u Garanziji Agrikoli (ĠU L 388, tat-30. 12. 1989, pġ 18), ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3235/94 (ĠU L 338, tat-28. 12. 1994, pġ. 16).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Prodotti li għandhom ikunu pprovduti friski lill-konsumatur u li huma suġġetti għall- istandards

Lewż

Tuffieħ u lanġas

Berquq

Qaqoċċ

Spraġ

Brunġiel

Avokado

Fażola

Brussels sprouts

Kaboċċi

Zunnarija

Pastard

Karfus

Ċirasa

Frott taċ-ċitru

Qarabagħli żgħir

Ħjar

Tewm

Ġellewż

Kiwi

Kurrat

Ħass, ċikwejra nnukklata u escarole

Bettieħ

Basal

Ħawħ u nuċiprisk

Piżelli għat-tqaxxir

Għanbaqar

Spinaċi

Frawli

Bżar aħdar

Għeneb tal-mejda

Tadam

Ġewż

Dulliegħ

Ċikwejra witloof

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista ta' prodotti eliġibbli għall-kumpens komunitarju ta' l-irtirar skond l-Artikolu 23 (3)

Pastard

Tadam

Brunġiel

Berquq

Ħawħ

Nuċiprisk

Lumi

Lanġas (minbarra lanġas perry)

Għeneb tal-mejda

Tuffieħ (barra minn tuffieħ taċ-ċidru)

Satsumi

Mandolina

Klementina

Larinġ

Bettieħ

Dulliegħ

--------------------------------------------------

ANNESS III

Lista eżawrjenti tar-regoli applikati mill-organizzazzjonijiet ta' produtturi li jistgħu jiġu estiżi għall-produtturi mhux membri skond l-Artikolu 18 (1)

1. Regoli għal tagħrif dwar produzzjoni

(a) notifikazzjoni ta' l-intenzjonijiet ta' produzzjoni, bil-prodott u fejn applikabbli, bil-varjetà;

(b) notifikazzjoni ta' żergħa u xtiel;

(ċ) notifikazzjoni ta' arji totali kultivati, skond il-prodott u fejn possibbli skond il-varjetà;

(d) notifikazzjoni tat-tunellaġġ antiċipat u d-dati probabbli tal-ħsad skond il-prodott u fejn possibbli skond il-varjetà;

(e) notifikazzjoni perjodika tal-kwantitajiet maħsuda u ħażniet disponibbli skond il-varjetà;

(f) tagħrif dwar il-kapaċitajiet ta' ħażna.

2. Regoli ta' produzzjoni

(a) għażla taż-żrieragħ li għandhom jiġu użati skond id-destinazzjoni maħsuba (suq frisk/proċessar industrijali);

(b) tħaffif fl-ortijiet tas-siġar.

3. Regoli tas-suq

(a) dati speċifikati għall-bidu tal-ħsad, u skaljonar tat-tqegħid fis-suq;

(b) kwalità minima u ħtiġiet dwar d-daqs;

(ċ) preparazzjoni, preżentazzjoni, imballaġġ u l-mmarkar fl-ewwel stadju tas-suq;

(d) indikazzjoni ta' l-oriġini tal-prodott.

4. Regoli dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent

(a) użu ta' fertilizzant u demel;

(b) użu ta' prodotti għas-saħħa tal-pjanti u metodi oħra għall-protezzjoni ta' l-uċuħ;

(ċ) kontenut ta' fdal massimu minn frott u ħxejjex ta' prodotti tas-saħħa tal-pjanti u fertilizzanti;

(d) regoli dwar id-disposizzjoni ta' prodotti sekondarji u materjal użat;

(e) regoli dwar id-ditruzzjoni tal-prodotti rtirati mis-suq.

5. Irtirar

- regoli adottati taħt l-Artikolu 23 skond l-Artikolu 25.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

Lista mhux eżawrjenti ta' materji li jistgħu jkunu koperti bi spezzjonijiet nazzjonali jew komunitarji

Konformità ma' l-istandards tal-prodotti (Artikolu 7 u 8)

Konformità mal-kondizzjonijiet ta' rikonoxximent ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi (Artikolu 12)

Implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni (Artikolu 13)

Implimentazzjoni tal-pjan ta' rikonjizzjoni u utilizzazzjoni ta' għajnuna (Artikolu 14)

Maniġġar tal-fond ta' operazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' operazzjoni (b'mod partikolari l-iskrutinju mill-qrib ta' l-użu tal-fondi pubbliċi) (Artikolu 15)

Konformità mal-kondizzjonijiet li jirregolaw l-estensjoni tar-regoli għal non-produtturi (Artikolu 18)

Konformità mal-kondizzjonijiet li jirregolaw organizzazzjonijiet bejn il-fergħat u ftehim u estensjoni tar-regoli (Artikoli 19, 20 and 21)

Operazzjonijiet ta' l-irtirar (Artikoli 23 et seq.)

Ħlas xieraq tal-kumpens komunitarju ta' l-irtirar (Artikolu 29)

Disponiment ta' prodotti rtirati mis-suq (Artikolu 30)

Applikazzjoni tar-regoli dwar kummerċ ma' pajjiżi terzi (Artikolu 31 et seq.).

--------------------------------------------------

ANNESS V

Kumpens komunitarju għall-irtirar

(ECU għal kull 100 kg) |

Snin tas-suq | 1997/1998 | 1998/1999 | 1999/2000 | 2000/2001 | 2001/2002 | Mill-2002 'il quddiem |

Pastard | 9,34 | 8,88 | 8,41 | 7,94 | 7,48 | 7,01 |

Tadam | 6,44 | 6,12 | 5,80 | 5,47 | 5,15 | 4,83 |

Tuffieħ | 10,69 | 10,32 | 9,94 | 9,56 | 9,18 | 8,81 |

Għeneb | 10,69 | 10,15 | 9,62 | 9,08 | 8,55 | 8,02 |

Berquq | 18,90 | 17,95 | 17,01 | 16,06 | 15,12 | 14,17 |

Nectarines | 17,39 | 16,52 | 15,65 | 14,78 | 13,91 | 13,04 |

Ħawħ | 14,65 | 13,92 | 13,18 | 12,45 | 11,72 | 10,99 |

Lanġas | 10,18 | 9,82 | 9,46 | 9,10 | 8,75 | 8,39 |

Brunġiel | 5,29 | 5,02 | 4,76 | 4,49 | 4,23 | 3,97 |

Bettieħ | 4,00 | 4,00 | 4,00 | 4,00 | 4,00 | 4,00 |

Dulliegħ | 4,00 | 4,00 | 4,00 | 4,00 | 4,00 | 4,00 |

Larinġ | 14,33 | 14,26 | 14,20 | 14,13 | 14,07 | 14,00 |

Mandolina | 16,15 | 15,52 | 14,89 | 14,26 | 13,63 | 13,00 |

Klementina | 12,74 | 12,79 | 12,84 | 12,90 | 12,95 | 13,00 |

Satsuma | 10,49 | 10,99 | 11,49 | 12,00 | 12,50 | 13,00 |

Citrom | 13,37 | 13,30 | 13,22 | 13,15 | 13,07 | 13,00 |

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Tabella tal-korrelazzjoni

Regolament(KEE) Nru 1035/75 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2 | Artikolu 2 |

Artikolu 3 | Artikolu 3 |

Artikolu 4 | — |

Artikolu 5 | Artikolu 4 |

Artikolu 6 | Artikolu 5 |

Artikolu 7 | Artikolu 6 |

Artikolu 8 | Artikolu 7 |

Artikolu 9 u 11 | Artikolu 8 |

Artikolu 10 | Artikolu 10 |

Artikolu 12 | Artikolu 9 |

Artikolu 13 | Artikolu 11 |

Artikolu 13a | — |

Artikolu 13b | — |

Artikolu 14 | Artikolu 14 |

Artikolu 14a | — |

Artikolu 14b | — |

Artikolu 14c | — |

Artikolu 14d | — |

Artikolu 14e | Artikolu 54 |

Artikolu 14f | — |

Artikolu 14g | — |

Artikolu 15 | Artikolu 23 |

Artikolu 15a | — |

Artikolu 15b | Artikolu 18 |

Artikolu 16 | — |

Artikolu 16a | — |

Artikolu 16b | Artikolu 27 |

Artikolu 17 | Artikolu 28 |

Artikolu 18 | Artikolu 29 |

Artikolu 18a | Artikolu 24 |

Artikolu 19 | — |

Artikolu 19a | — |

Artikolu 19b | — |

Artikolu 19c | — |

Artikolu 20 | — |

Artikolu 21 | Artikolu 30 |

Artikolu 22 | Artikolu 31 |

Artikolu 23 | Artikolu 32 |

Artikolu 24 | Artikolu 33 |

Artikolu 25 | Artikolu 34 |

Artikolu 26 | Artikolu 35 |

Artikolu 27 | Artikolu 36 |

Artikolu 31 | Artikolu 43 |

Artikolu 32 | Artikolu 45 |

Artikolu 33 | Artikolu 46 |

Artikolu 34 | Artikolu 47 |

Artikolu 35 | — |

Artikolu 36 | Artikolu 52 |

Artikolu 36a | Artikolu 52 |

Artikolu 37 | Artikolu 49 |

Artikolu 38 | Artikolu 44 |

Artikolu 40 | — |

Artikolu 41 | Artikolu 58 |

Artikolu 42 | Artikolu 58 |

--------------------------------------------------

Top